

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ġenitur jista’ legalment jittrasferixxi l-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biss jekk il-ġenitur għandu l-kustodja unika tal-minuri.
Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa meħtieġ għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor jekk il-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta tal-minuri.
Jekk it-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor huwa meħtieġ, iżda l-ġenitur l-ieħor bil-kustodja konġunta tal-minuri ma jagħtix il-kunsens tiegħu, jista’ isir rikors lill-qorti għal kunsens alternattiv (l-Artikolu 253A, il-Ktieb I tal-Kodiċi Ċivili Netherlandiż (Nederlands Burgerlijk Wetboek)).
Iva, fin-Netherlands l-istess regoli japplikaw għal trasferiment temporanju u trasferiment permanenti ta’ minuri. Ikklikkja hawnhekk għall-formularju relevanti: ‘toestemming om te reizen’ (bin-Netherlandiż) (288 Kb)
. “ittra ta’ kunsens għal minuri li jivvjaġġaw barra mill-pajjiż” (bl-Ingliż)
(298 Kb)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.