Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri

Slovakkja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Meta dan jikkonċerna biss soġġorn qasir bl-għan ta’ studju qasir, żjara lill-qraba, kamp jew vaganza, eċċ. Li hu importanti huwa li la l-minuri u lanqas il-ġenitur ma għandu l-intenzjoni li l-minuri jistabbilixxi ruħu b’mod permanenti fl-istat l-ieħor.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta dan jikkonċerna trasferiment permanenti barra mill-pajjiż.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Huwa essenzjali li ssir talba lill-qorti tat-tutela (poručenský súd), li tiddeċiedi dwar din il-kwistjoni importanti ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. B’mod speċifiku, il-qorti tista’ tagħti l-kunsens tagħha għat-trasferiment permanenti barra mill-pajjiż tal-minuri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Ara iktar ’il fuq. Mhemm ebda formularju bħal dan.

L-aħħar aġġornament: 22/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.