- 1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?
- 2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?
- 3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?
- 4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?
Ġenitur jista' legalment iġorr bi wliedu miegħu lejn pajjiż ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor meta dak il-ġenitur ikun itteħidlu d-dritt tal-ġenituri jew il-kapaċità kuntrattwali tiegħu. Meta ġenitur jitteħidlu d-dritt tal-ġenituri jew il-kapaċità kuntrattwali tiegħu, id-dritt tal-ġenituri jkun b'hekk esklussivament tal-ġenitur l-ieħor (l-Artikolu 115 tal-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari/Zakon o zakonski zvezi in družinskih razmerjih).
2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?
Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biex tfal iġorru minn pajjiż għall-ieħor huwa dejjem meħtieġ. ħlief f'każijiet fejn id-dritt tal-ġenituri jkun esklussivament tal-ġenitur l-ieħor.
Skont l-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari, id-dritt tal-ġenituri jappartjeni lill-missier u lill-omm flimkien (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4).
Il-ġenituri jeżerċitaw id-dritt tal-ġenituri b'kunsens komuni skont l-interessi tat-tfal (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 113 tal-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari). L-eżerċizzju tad-dritt tal-ġenituri jinkludi deċiżjoni dwar f'liema pajjiż jirrisjedu t-tfal.
Meta l-ġenituri ma jkunux joqogħdu flimkien u mhumiex inkarigati t-tnejn mill-kura u t-trobbija tat-tfal, huma jiddeċiedu b'kunsens komuni, skont l-interessi ta' wliedhom (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 113 tal-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari), dwar kwistjonijiet li jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-iżvilupp tat-tfal; dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-ġarr tat-tfal minn pajjiż għall-ieħor.
3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?
Jekk il-ġenituri ma jilħqux ftehim dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-ġenituri, Ċentru għall-Ħidma Soċjali jgħinhom biex jilħqu dan il-ftehim. Ċentru għall-Ħidma Soċjali jgħin ukoll lill-ġenituri biex jilħqu ftehim meta ma jkunux jistgħu jiftiehmu dwar kwistjonijiet li jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-iżvilupp tat-tfal, u meta ma jkunux jgħixu flimkien u ma jkunux it-tnejn li huma inkarigati mill-kura u t-trobbija tat-tfal.
Jekk, lanqas bl-għajnuna taċ-Ċentru għall-Ħidma Soċjali ma jirnexxilhom jaqblu fuq kwistjonijiet li jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-iżvilupp tat-tfal, il-qorti tiddeċiedi l-kwistjoni fi proċedura mhux litiġjuża fuq talba ta' ġenitur minnhom jew tat-tnejn li huma. Il-proposta trid tkun akkumpanjata bi prova minn Ċentru għall-Ħidma Soċjali kompetenti li tistqarr li l-ġenituri ppruvaw jilħqu ftehim dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-ġenituri bl-għajnuna tiegħu. Qabel ma l-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha, hija obbligata titlob l-opinjoni ta' Ċentru għall-Ħidma Soċjali dwar l-interessi tat-tfal. Il-qorti tqis ukoll l-opinjoni tat-tifel jekk tingħad mit-tifel stess, jew minn ġenitur li t-tifel jafda u li jintgħażel mit-tifel stess, u bil-kundizzjoni li t-tifel ikun kapaċi jifhem s-sinifikat u l-konsegwenzi tagħha.
Dan jinsab spjegat fl-Artikolu 113 tal-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari.
4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.
Meta l-kwistjoni ta' influwenza sinifikanti fuq l-iżvilupp tat-tfal tqum fir-rigward tal-ġarr temporanju ta' tifel, jgħoddu l-istess regoli għall-ġarr temporanju bħal ta' għall-ġarr għal perjodu itwal.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.