Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali

Malta

Contenuto fornito da
Malta

1.1. Ordinament ġuridiku - sorsi tal-liġi ambjentali

1) Introduzzjoni ġenerali għas-sistema għall-protezzjoni tal-ambjent u d-drittijiet proċedurali tal-persuni (fiżiċi, ġuridiċi, NGOs - organizzazzjonijiet mhux governattivi) fl-ordinament ġuridiku nazzjonali speċifiku

Is-sistema legali Maltija hija magħmula minn sistema hekk msejjħa mħallta ; il-liġi ċivili kontinentali , b-elementi tal-liġi komuni Ingliża. Il-liġi Maltija għandha l-għeruq tagħha fil-liġi Rumana filwaqt illi l-liġi pubblika għandha l-għeruq tagħha f’dik Ingliża. Is-sorsi tal-liġi Maltija huma; l-kostituzzjoni, il-kodiċi, l-Atti tal-Parlament ,ligijiet sussidjarji li jistgħu jiġu ppublikati bis-saħħa ta’dawn l-atti Parlament, ligijiet tal-EU li jistgħu jiġu applikati b’mod dirett flimkien ma’konvenzjonijiet internazzjonali li ġew ratifikati. Il-Qrati f’Malta huma maqsumin f’żewġ kategoriji dawk Superjuri u dawk Inferjuri u hemm distinzjoni bejn dawk ċivili u dawk kriminali. Il-Qrati superjuri huma magħmulin mill-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti Tal-Appell, il-Qorti Tal-Appell Kriminali , Il-Qorti Kriminali u dik Ċivili. Filwaqt li il-Qrati Inferjuri huma il-Qorti tal-Maġistrati Malta u l-Qorti tal-Maġistrati Għawdex. Din ta’l-aħħar però għandha ġurisdizzjoni kemm superjuri kif ukoll inferjuri.

Il-Qorti Kostituzzjonali, li tista’ tissejjah l-ogħla qorti ta’ Malta, tisma’ kawżi li jirrigwardaw id-drittijiet kostituzzjonali u dawk rigward d-drittijiet umani. Il-kawżi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ksur tad-drittijiet umani jinstemgħu mill-Prim Awla tal-Qorti ċivili u imbagħad il-Qorti Kostituzzjonali sservi bħala Qorti Tal-Appell u l-aħħar istanza.

Il-ġudikatura tikkonsisti f’żewġ kategoriji; l-Imħallfin li jpoġġu fil-Qrati Superjuri u l-Maġistrati li jpoġġu f’dawk Inferjuri u jmexxu l-inkjesti kriminali.

Il-kawża ċivili jew kriminali tista’ tinfetaħ quddiem il-qrati inferjuri skond il-kompetenza. Fil-parti l-kbira ż-żewġ partijiet fil-kawża jistgħu jappellaw mid-deċiżjonijiet mogħtija u jmorru quddiem il-Qorti tal-Appell.

L-entita prinċipali li tirregola l-oqsma ambjentali hija l-Awtorità tar-Riżorsi u L-Ambjent hekk imsejħa ERA. Deċiżjonijiet meħuda minn awtoritajiet oħra bħall-Awtorità tal-iPpjanar (PA) ukoll jistgħu jkollhom effett ukoll fuq l-ambjent. Fil-passat dawn l-awtoritajiet kienu magħqudin f’awtorità waħda; L-Awtorità ta’Malta Għall-Ambjent u l-ippjanar (MEPA), issa il-fatt li ġew mifrudin jassigura illi l-funzjonijiet u r-rwoli taż-żewġ entitajiet huma separati u regolati minn leġislazzjoni għalihom.

L-Awtorità Tar-Riżorsi u L-Ambjent(ERA) hija l-awtorità responsabbli għall-protezzjoni tal-ambjent taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (kap. 549).Ir-rwol tagħha huwa li tipproteġi l-ambjent Malti għal kwalità ta’ hajja sostenibbli. L-għanijiet tal-ERA huma kif ġej; jgħinu t-twettiq tal-oġġettivi ambjentali sew fis-soċjetà kif ukoll fil-qasam governattiv; għandha wkoll ikollha rwol f’dak li huwa pariri lill-gvern fuq deċiżjonijiet ambjentali fuq livell nazzjonali, flimkien ma’deċiżjonijiet f’negozjati ambjentali internazzjonali; għandha tgħin biex tiżviluppa politika bażata fuq eżempji flimkien ma’strutturi b’saħħithom għall-ġbir ta’informazzjoni; għandha tħejji pjanijiet, u tipprovdi l-għoti ta’liċenzji u monitoraġġ ta’attivitajiet li jista’’jkollhom impatt ambjentali u li tinkludi konsiderazzjonijiet ambjentali fil-proċess ta’kontroll tal-iżvilupp. L-att dwar il-protezzjoni tal-ambjent (kap 549) hija l-liġi prinċipali li tirregola l-operazzjoni tal-ERA.

l-Awtorità tal-Ippjanar għandha r-rwol li toħroġ il-permessi għall-iżvilupp kif ukoll tirregola l-proċess tal-għoti tal-istess permessi. l-awtorità għandha wkoll rwol fid-deċiżjonijiet ta’kif għandha tintuża l-art.l-awtorità tal-ippjanar hija regolata mill-att dwar l-iżvilupp u l-ippjanar(kap 552 tal-ligijiet ta’Malta).

Il-ġustizzja f’kwistjonijiet ambjentali tingħata primarjament mit-Tribunal Għal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) li kien ġie stabbilit fl-2010.It-tribunal huwa regolat mill-att dwar It-Tribunal Għal-Ambjent u L-Ippjanar(kap 551 tal-Liġijiet Ta’Malta).

Il-Kap 551 jiddistingwi bejn deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità tal-ambjent u r-riżorsi (ERA) u l-awtorità tal-Ippjanar (PA) . Id-deċiżjonijiet meħudin mill-awtorità tal-ippjanar li jistgħu jiġu appellati quddiem l-EPRT huma imniżżlin fl-Art.11 tal-Kap 551.

Fil-każ ta’ deċiżjonijiet meħudin mill- ERA, l-Artiklu 47 tal-Kap 551 u l-Artiklu 63 tal-Att Dwar Il-Protezzjoni Ambjentali (Kap 549), jipprovdu għad-dritt ta’persuna aggravata li tikkontesta dawn id-deċiżjonijiet quddiem l-EPRT. Ta’min jinnota illi min jappella jista’ jkun mhux biss l-applikant imma wkoll terz li m’hemmx għalfejn ikollu interess ġuridiku fit-termini ċivili , imma irid jagħti biss raġunijiet fuq bażi ambjentali biex jiġġustifika l-appell tiegħu.

Fil-każijiet kollha, d-definizzjoni ta’persuna tinkludi assoċjazzjoni jew organizzazzjoni ,sew jekk hi reġistrata bħala persuna legali jew le u tinkludi NGO.

Il-Qorti Tal-Appell hija l-Qorti li tiddeċiedi l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-EPRT.

Il-Qrati Ċivili Maltin (Prim awla Tal-Qorti Ċivili) jistgħu jirrevedu form’ oħra ta’deċiżjonjiet, ċioe dawk amministrattivi taħt l-Artiklu 469A tal-kap 12 il-Kodiċi Tal-Organizzazzjoni U Proċedura Ċivili. Dan l-artiklu jagħti jedd lill-Qrati Ċivili jinvestigaw il-validità ta’deċiżjonijiet amministrattivi u tiddikjara dawn l-atti nulli ,invalidi jew mingħajr effett, biss fejn dawn l-azzjonijiet imorru kontra l-Kostituzzjoni Ta’Malta, jew meta jmorru ultra vires fil-każijiet speċifikament imsemmija fis-sub artiklu (1) (b) tal-artiklu 469A.

Il-Qorti Kostituzzjonali għandha kemm l-ewwel istanza kif ukoll appell. Bħala Qorti Tal-Appell hi tisma’ appelli minn deċiżjonijiet ta’qrati oħrajn fuq kwistjonijiet fejn tidhol l-interpretazzjoni tal-Kostituzzjoni u l-validità tal-liġijiet, kif ukoll appelli minn allegat ksur tad-drittijiet umani. Bħala Qorti fil-ġurisdizzjoni tagħha, il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tiddeċiedi kwistjonijiet dwar il-validità fl-elezzjonijiet tal-membri tal-Kamra tad-Deputati tal-Parlament, il-bżonn f’ċertu każijiet li membru tal-istess kamra iħalli s-siġġu tiegħu fl-istess kamra u l-validità tal-ħatra tal-Ispeaker minn nies li mhumiex membri tal-istess kamra. Bħala Qorti ta’ġurisdizzjoni proprja , il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi kawżi li jirrigwardaw il-validità tal-elezzjonijiet ġenerali , inkluż allegazzjonijiet ta’ mġieba illegali jew korruzzjoni jew indħil barrani. Ma jistax isir appell minn deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fil-ġurisdizzjoni oriġinali.

Ċerti ligijiet sussidjarji wkoll jipprovdu aċċess għall-ġustizzja f’ċerti każijiet, bħal ngħidu aħna r-Regolamenti dwar Il-Libertà’ ta’ Access Għal Informazzjoni Dwar L-Ambjent (SL 549.39) li jipprovdu żewġ forom ta’appell lill-applikant li jkun talab xi informazzjoni ta’natura ambjentali u li baqa’ mhux sodisfatt bit-tweġiba. L-applikant jista’ jappella lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data skond ir-regola 12 , jew lill-EPRT skond ir-regola 11 A .F’din tal-aħħar it-Tribunal huwa obbligat li jżomm seduta fiż-żmien sitt ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-Appell

2) Id-dispożizzjonijiet ewlenin dwar il-liġi ambjentali u l-aċċess għall-ġustizzja fil-kostituzzjoni nazzjonali (jekk applikabbli), inklużi d-drittijiet proċedurali

Il-Kostituzzjoni fiha dikjarazzjoni ta’prinċipji li tinkludi referenza għall-obbligazzjonijiet tal-Istat

għall-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent u r-riżorsi tiegħu għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet tal-lum u dawk tal-futur, għall-prevenzjoni tad-degradazzjoni ambjentali u biex jippromovi, jgħożż u jagħti sostenn lid-dritt ta’azzjoni favur l-ambjent[1]. Però, kif dikjarat fl-artiklu 21 tal-kostituzzjoni din mhix inforzabbli..

L-artikolu 33 tal-kostituzzjoni jipproteġi d-dritt għall-ħajja ta’kull ċittadin bħala dritt fundamentali tal-bniedem. Il-kliem użat fil-liġi jista’’jiġi interpretat b’mod wiesgħa li jinkludi d-dritt għal ambjent b’saħħtu bħala aspett tad-dritt għall-għixien. Sal-lum għadu ma kien hemm l-ebda kawża li qajmet dal-punt fis-sens illi d-dritt għall-ħajja jinkludi d-dritt għall-ambjent b’saħħtu.

L-artiklu 41 jipprovdi wkoll għad-dritt tal-espressjoni, jinkludi d-dritt tirċievi ideat u informazzjoni mingħajr indħil.

L-artikolu 46 jipprovdi d-dritt li ssir kawża kostituzzjonali kontra l-gvern meta jsir ksur tad-drittijiet umani.

Il-kostituzzjoni fiha wkoll regoli li jiggarantixxu drittijiet ta’proċedura bħall-bżonn li t-tribunali li jiddeċiedu d-drittijiet ċivili (inkluż dawk ambjentali) jkunu imparzjali.

Il-Kostituzzjoni tinkludi wkoll id-dritt ta’ smiegħ imparzjali u fi żmien xieraq. Dan jinkludi l-ħarsien tal-prinċipji tal-ġustizzja naturali.

Barra minn hekk fil-KZostituzzjoni[2] hemm inkluż d-dritt tal-“actio popolaris” jew azzjoni popolari jew kawża miftuħa minn gruppi ta’nies fejn liġi tista’ tiġi attakkata u dikjarata mhux valida għal raġunijiet ta’interess pubbliku. Eżempju ta’din it-tip ta’azzjoni tkun meta ngħidu aħna jkun hemm allegazzjoni li hemm liġi li ma ġietx approvata mill-Parlament jew mill-ministru konċernat skond ir-regoli tal-proċedura.

3) L-Atti, il-Kodiċijiet, id-Digrieti, eċċ. - id-dispożizzjonijiet ewlenin dwar l-ambjent u l-aċċess għall-ġustizzja, il-kodiċijiet u l-atti nazzjonali

Fl-isfera ġudizzjarja Maltija hemm ħames mezzi prinċipali li l-individwu, assoċjazzjonijiet u NGO jistgħu jieħdu biex jkollhom aċċess għall-ġustizzja fil-qasam ambjentali. Dawn huma kif ġej;

  • Access għall-informazzjoni;
  • Parteċipazzjoni tal-pubbliku fid-deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent;
  • Id-dritt tal-appell f’deċiżjonijiet li għandhom jaqsmu mal-ambjent;
  • Id-dritt ta’azzjoni ġudizzjarja f’każ ta’azzjoni jew nuqqas ta’azzjoni tal-awtoritajiet;
  • Id-dritt ta’azzjoni biex liġi tiġi dikjarata invalida.

Il-ligijiet li għandhom x’jaqsmu ma’dawn it-tipi ta’azzjoni huma mniżżla hawn taħt. Huma miġburin skont il-kategoriji fuq imsemmija;

Ġenerali

L-Att Dwar Il-Protezzjoni Tal-Ambjent (Kap549) u L-att Dwar L-Ippjanar tal-Iżvilupp

Access għall-informazzjoni

Regolamenti dwar il-Libertà’ta’Aċċess Għal Informazzjoni dwar l-Ambjent (SL. 549.39)

Att Dwar il-Libertà Tal-Informazzjoni (Kap 496)

Parteċipazzjoni Pubblika

Regolamenti Dwar Il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.(S.L.549.46)

Regolamenti Dwar Stima Ambjentali Strateġika (S.L. 549.61)

Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali

(S.L. 549.77)

Regolamenti dwar il-Parteċipazzjoni Pubblika fi Pjanijiet u Programmi (S.L.549.41)

Regolamenti Dwar Pjan Ta’Azzjoni Fil-Qasam Tal-Politika Tal-Ilma (S.L.549.100)

Regolamenti Dwar l-Obbligazzjonijiet ta’Rappurtaġġ lir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’Inkwinanti.(S.L.549.47)

Regolamenti Dwar il-Kontroll ta’Perikli ta’Inċidenti Kbar(S.L.424.19)

Regolamenti Dwar l-Ippjanar Tal-iżvilupp(Proċedura ta’Applikazzjonijiet u D-Deċiżjoni Relattiva) (S.L.552.13)

Access Għall-Ġustizzja -Appell

Att dwar it-Tribunal ta’Reviżjoni Tal-Ambjent u L-Ippjanar (Kap.551)

Att Dwar Il-Ġustizzja Amministrattiva

Kodiċi Tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap.12)

Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586)

Access Għall-Ġustizzja- Dritt ta’Azzjoni Għad-Dikjarazzjoni ta’Invalidita ta’Liġi

Il-Kostituzzjoni ta’Malta.

4) Eżempji ta’ ġurisprudenza nazzjonali u r-rwol tal-Qorti Suprema f’kawżi ambjentali

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Appell (bħal ma huma s-sentenzi kollha tal-Qrati) jistgħu jinsabu fuq il-website https://ecourts.gov.mt/onlineservices/. F’Malta m’għandniex is-sistema tal-precedent bħal f’pajjiżi oħrajn għalhekk il-ġurisprudenza għandha rwol perswassiv u mhux decisive.

Is-sentenzi definittivi fejn jidħlu kawżi fuq ambjent u żvilupp huma dawk tal-Qorti Tal-Appell (Sede Inferjuri). Dawn huma sentenzi wara appelli fuq deċiżjonijiet Tat-Tribunal Ta’Reviżjoni tal-Ambjent u L-Ippjanar (EPRT) u ħafna drabi ikollhom lill-Awtorità’tal-Ippjanar bħala appellat.

Il-Qorti tal-Appell ma tidħolx fil-fatti tal-każ però tinterpreta biss punti ta’liġi u proċedura.[3]

5) Jistgħu l-partijiet fil-proċedura amministrattiva jiddependu direttament fuq ftehimiet ambjentali internazzjonali, jew tista’ tissemma biss il-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni nazzjonali u tal-UE?

Il-partijiet fil-kawża jistgħu jistrieħu fuq il-konvenzjonijiet internazzjonali biss meta dawn ikunu trasposti fil-liġi nazzjonali-m’hemm l-ebda rikors dirett.

Skond l-artikolu 267 tal-TFEU li hu applikabbli għal Malta minħabba il-kap 460, referenza preliminari tista’ tintalab fi kwalunkwe stat tal-proċeduri, però jekk magħmula fl-istadju tal-appell din ma tistax tiġi rifjutata. Din il-proċedura hija wkoll regolata permezz tal-artiklu 21 Tar-Regoli dwar il-Prattika u l-Proċedura Tal-Qrati u l-Bon Ordni.(S.L.12.09).

1.2. Ġuriżdizzjoni tal-Qrati

1) In-numru ta’ livelli fis-sistema tal-qorti

Is-sistema ġudizzjarja Maltija għandha sistema b’żewġ livelli, dawk tal-Prim Istanza preseduti minn Imħallef jew Maġistrat u l-Qrati tat-tieni Istanza dik tal-appell.

Hemm ukoll diversi tribunali speċjalizzati li jittrattaw ligijiet partikolari. Hemm dritt tal-appell minn deċiżjonijiet ta’dawn it-tribunali u deċiżjonijiet ta’arbitri.

It-Tribunal ta’Reviżjoni Tal-Ambjent u L-Ippjanar (EPRT) huwa t-tribunal li jiddeċiedi appelli mid-deċiżjonijet tal-Awtorità’tal-Ippjanar u l-Awtorità Tal-Ambjent u Riżorsi. Deċiżjonijiet tat-Tribunal ta’Reviżjoni Tal-Ambjent huma soġġetti għal appell quddiem il-Qorti tal-Appell fuq punti ta’liġi jew xi allegat ksur tad-dritt ta’smiegħ xieraq quddiem it-Tribunal (skond l-art.50 tal-kap 551).

2) Ir-regoli ta’ kompetenza u ġuriżdizzjoni - kif jiġi ddeterminat liema qorti għandha ġuriżdizzjoni f'kawżi ta' kunflitt bejn tribunali nazzjonali differenti (fi Stati Membri differenti)?

L-Att dwar it-Tribunal ta’Reviżjoni tal-Ambjent u L-Ippjanar (EPRT) (kap 551) jipprovdi illi r-rwol tal-EPRT huwa li jirrevedi d-deċiżjonijet tal-Awtorità’ tal-Ippjanar u dawk tal-Awtorità’ Tal-Ambjent u Riżorsi oltre li jaqdi kwalunkwe rwol jew ġurisdizzjoni mogħti lilu minn dan l-att jew xi liġi oħra. Ir-rwol tal-EPRT hu illi jirrevedi deċiżjonijiet dwar ambjent u ippjanar fit-termini tal-liġi u l-fatti dejjem fil-parametri mniżżla fl-att tal-EPRT. Id-deċiżjonijet tal-EPRT huma soġġetti għal appell quddiem il-Qorti tal-Appell.

It-Tribunal Għar-Reviżjoni Amministrattiva huwa maħluq permezz tal-Att dwar Il-Ġustizzja Amministrattiva (Kap 490 tal-Ligijiet ta’Malta), bl-iskop li jirrevedi l-atti amministrattivi. It-Tribunal jikkonsisti f’chairperson, li għandu jkun persuna li għandu l-kariga ta’Imħallef jew Maġistrat f’Malta (Artiklu 8(4) tal-kap 490), appuntat għall-perjodu ta’erba’ snin mill-President ta’Malta fuq parir tal-Prim Ministru. It-tribunal għandu jkollu żewġ assistenti li jistgħu jiġu ikkonsultati f’kwalunkwe Każ quddiemha(art10(1) kap 490). It-tribunal mhuwiex però marbut bl-opinjoni mogħtija mill-assistenti (skond art.10(2) tal-kap 490). It-Tribunal iżomm seduti kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Atti amministrattivi jinkludu l-għoti minn amministrazzjoni pubblika ċioe il-Gvern ta’Malta inklużi ministri u dipartimenti, awtoritajiet lokali jew entita legali ta’kwalunkwe ordni, liċenzja, permess, mandat, awtorizzazzjoni, konċessjoni, deċiżjoni jew rifjut ta’kwalunkwe talba minn membru tal-pubbliku. Kull individwu parti mill-proċeduri quddiem it-Tribunal li jħossu aggravat mid-deċiżjoni tal-imsemmi Tribunal jista’ jappella lill-Qorti tal-Appell.

It-Tribunal Għar-Reviżjoni Amministrattiva m’għandux ġurisdizzjoni ġenerali biex jirrevedi atti amministrattivi li jistgħu jiġu riveduti taħt l-artiklu 469a tal-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. Għandu ġurisdizzjoni biss jirrevedi atti amministrattivi magħmula mill-entitajiet imniżżla fil-kap 490 tal-liġijiet ta’Malta jew kwalunkwe liġi oħra kompetenti.

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi fuq azzjonijiet ta’ stħarriġ ġudizzjarju ta’ egħmil amministrattiv taħt l-art.469 A tal-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (kap 12). Dan ta’l-aħħar jippermetti lill-Qrati tal-Ġustizzja f’ġurisdizzjoni ċivili jikkunsidraw l-validità ta’kwalunkwe att amministrattiv jew jiddikjaraw li hu null, bla validità jew bla effett , f’każijiet meta l-att imur kontra l-Kostituzzjoni Ta’Malta, jew meta jkun ultra vires skond kif speċifikat fis-subartiklu (1)(b).

3) L-ispeċjalitajiet fir-rigward tar-regoli tal-qorti fis-settur ambjentali (it-tribunali ambjentali speċjali), il-kontribuzzjonijiet lajċi, l-imħallfin esperti eċċ.

It-Tribunal ta’Reviżjoni Tal-Ambjent u L-Ippjanar huwa tribunal speċjalizzat fejn jidħol is-suġġett tal-ambjent fis-sistema ġudizzjarja tagħna. Dan it-tribunal huwa magħmul minn tliet membri kollha appuntati mill-President fuq parir tal-Prim Ministru. Wieħed mill-membri għandu jkun avukat u t-tnejn l-oħra għandhom ikunu jifhmu sew fl-ambjent u fl-ippjanar. Fil-prattika ħafna drabi l-panel ikun fih avukat, perit u planner.L-EPRT jaf ukoll iqabbad xi esperti meta jkollha bżonn skond il-każ.

4) Il-livell ta’ kontroll tal-imħallfin f'każ ta' appelli amministrattivi, il-kunċett ta’ ex officio eċċ. X'inhuma l-limiti tiegħu? Ir-regoli dwar azzjoni tal-qorti fuq mozzjoni ex officio

Il-Qorti tal-Appell tista’ tqajjem ċertu eċċezzjonijiet minn jeddha. Dawn jistgħu ikun biss li għandhom x’jaqsmu ma kwistjonijiet ta’’ordni pubblika bħal fuq preskrizzjoni u ġurisdizzjoni.

It-Tribunal ta’Reviżjoni Tal-Ambjent u L-Ippjanar għandu poteri usa minn dawk tal-Qorti tal-Appell peress li dina ta’l-aħħar tiddeċiedi biss punti ta’liġi mtella mill-partijiet. Barra milli tilqa’ jew tiċħad l-appelli l-EPRT għandu l-poter jordna tibdil fil-pjanti u/jew varjazzjonijiet fid-deċiżjonijet fuq l-ambjent u l-ippjanar jew jordna lill-Awtorità Tal-Ippjanar biex tikkunsidra l-każ mill-ġdid.

1.3. L-organizzazzjoni tal-ġustizzja fil-livell amministrattiv u ġudizzjarju

1) Is-sistema tal-proċedura amministrattiva (ministeri u/jew awtoritajiet statali speċifiċi)

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi hija r-regolatur prinċipali fuq l-ambjent ġewwa Malta.

L-Awtorità tal-Ippjanar tiddeċiedi fuq suġġetti li jista’ jkollhom impatt ambjentali (bħal awtoritajiet pubbliċi oħra).

L-ERA hija responsabbli għall-għoti ta’diversi permessi bħall-immaniġġjar tal-iskart, industrija u protezzjoni tan-natura’din is-sistema ta’permessi l-Awtorita tista’timplementa r-regoli tal-att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent u r-regoli li jinsabu fil-ligijiet sussidjarji fejn jidħlu permessi dwar l-industrija, l-ambjent u proċessar tal-iskart. Hemm għodod varji x’jistgħu jintużaw bħal notifiki, tindif ,regoli tal-bini, permessi għar-rimi fil-baħar, rimi ta’skart tossiku, permessi dwar l-ambjent u n-natura ,prevenzjoni tat-tniġġis , reġistrazzjoni ta’min jimmanifattura permessi taħt il-konvenzjoni ta’(CITES) fost oħrajn.

Hawn għandna lista tal-permessi;

  1. Li għandhom x’jaqsmu mal-industrija IPPC u permessi tal-ambjent għal proġetti kbar;
  2. Immaniġġjar tal-iskart IPPC , permessi tal-ambjent, permessi tal-konsenja, reġistrazzjoni ta’skart;
  3. Li għandhom x’jaqsmu man-natura; siġar u CITES permessi u tindif GMO u speċi invażiva;
  4. Rimi fl-ibħra, ħotell, portijiet u trattament tad-drenaġġ.
  5. Attivitajiet oħra; permessi ambjentali u reġistrazzjoni ta’attivitajiet bħal industriji żgħar, pompi tal-petrol u tankers tat-toroq.

Kull applikazzjoni għal Permess Ambjentali hija pproċessata skond proċeduri interni stabbiliti. Id-deċiżjonijiet huma mgħarrfa biss lill-applikanti u jistgħu jiġu appellati quddiem it-Tribunal ta’Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.

Ta’min jinnota li l-applikazzjonijiet għal permessi ambjentali mhumiex pubblikati u d-deċiżjoni biss tiġi pubblikata fuq il-website tal-ERA. Il-pubbliku ma jingħatax l-opportunita jipparteċipa fil-proċess tal-għoti tal-permess u d-dritt ta’kontestazzjoni ta’permess huwa mxekkel peress illi m’hemm l-ebda notifika jew pubblikazzjoni tal-permess fi żmien stipulat. Għalhekk wieħed irid joqgħod b’għajnejh fuq il-website tal-ERA biex ikun jaf meta jiġi maħruġ il-permess biex ikun jista’’jappella fiż-żmien.

L-Awtorità Tal-Ippjanar (PA) stabbilita taħt L-att Dwar L-Ippjanar tal-Iżvilupp (kap.552 tal-liġijiet ta’Malta) hija l-entita nazzjonali responsabbli għall-Ippjanar dwar kif tintuża l-art ġewwa Malta.

Il-funzjonijiet tagħha jinkludu l-konsiderazzjoni u d-determinazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp, il-faċilitazzjoni u l-koordinament tal-għoti tal-permessi għal proġetti ta’ġid komuni.

2) Kif jista’ wieħed jappella deċiżjoni ambjentali amministrattiva quddiem il-qorti? Meta jista’ wieħed jistenna d-deċiżjoni finali?

Appell mid-deċiżjonijiet tal-EPRT jista’ jsir lill-Qorti tal-Appell fuq punti ta’liġi fi żmien 20 ġurnata mid-data tad-deċiżjoni tal-EPRT.L-appellant quddiem it-Tribunal u n-nies kollha l-oħra li ipparteċipaw fl-appell jistgħu jappellaw mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal. Barra minn hekk il-Qorti tal-Appell mhijiex marbuta biż-żmien biex tagħti s-sentenza.

Talba għar-revoka ta’permess maħruġ taħt L-Att Dwar L-Ippjanar Tal-Iżvilupp tista’ ssir sa ħames snin wara li jkun ħareġ il-permess. Ir-revoka tista’ tintalab fuq bażi ta’ frodi, l-għoti ta’informazzjoni żbaljata, żbalji oħrajn jew li jagħtu lok għat-theddid tas-saħħa pubblika. Id-deċiżjoni tal-PA għar-revoka tista’’tiġi appellata quddiem l-EPRT u wara lill-Qorti tal-Appell. Jekk il-PA tirrifjuta li tikkunsidra t-talba għar-revoka, dik id-deċiżjoni tista’ tiġi kontestata sa sitt xhur wara permezz ta’kawża għal revoka ta’deċiżjoni amministrattiva.

Kawża għar-revoka ta’deċiżjoni amministrattiva (li jinkludu dawk ambjentali) jistgħu isiru quddiem il-Prim Awla Tal-Qorti Ċivili bħala l-ewwel Qorti. Dawn il-kawżi jsiru taħt l-artiklu 469A tal-kap 12 tal-liġijiet ta’Malta. Din trid tinfetaħ fi żmien sitt xhur mid-data minn meta il-persuna interessata setgħet issir taf, jew saret taf li tali att amministrattiv kien seħħ, skond il-każ.

M’hemmx terminu prefiss bil-liġi li fih is-sentenza trid tingħata f’kawżi bħal dawn. Barra minn hekk din is-sentenza tista’’tiġi appellata quddiem il-Qorti tal-Appell.

3) L-eżistenza ta’ qrati ambjentali speċjali, ir-rwol ewlieni u l-kompetenza

Malta m’għandhiex Qrati ambjentali speċjalizzati.

4) L-appelli kontra d-deċiżjonijiet ambjentali amministrattivi mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti u l-appelli kontra l-ordnijiet u d-deċiżjonijiet tal-Qorti (livelli)

Flimkien ma’kawża biex tattakka deċiżjoni amministrattiva (inkluż dawk ambjentali) meħuda mill-awtorità’ kompetenti li tista’ tiġi preżentata quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kif fuq spjegat, jista’ jiġi wkoll intavolat appell mid-deċiżjonijet tal-Awtorità’ Tal-Ambjent u L-Ippjanar quddiem it-Tribunal Ta’Reviżjoni Tal-Ambjent u L-Ippjanar. Appelli minn deċiżjonijet ta’dan it-Tribunal imbagħad jistgħu isiru quddiem il-Qorti tal-Appell fuq punti ta’ liġi u fi żmien 20 ġurnata mis-sentenza tal-EPRT. L-appellant quddiem it-Tribunal kif ukoll kull min kien ipparteċipa fl-Appell jista’ jappella minn deċiżjonijiet tat-tribunal.

Fil-liġi m’hemmx żmien stipulat li fih trid tingħata s-sentenza.

5) Il-modi straordinarji ta’ appell. Ir-regoli fil-qasam ambjentali. Ir-regoli għall-introduzzjoni ta’ talbiet preliminari

M’hemmx appelli f’każijiet straordinarji fi-qasam tal-ambjent.

Talba għal referenza preliminari fil-qrati kollha u fi kwalunkwe stadju. Hija biss però qorti tal-aħħar Istanza li hija obbligata tagħmel tali referenza fil-każ ta’bżonn. Din ir-referenza preliminari ma tistax tintalab quddiem it-tribunali – bħal dak tat-Tribunal ta’Reviżjoni Tal-Ambjent u l-Ippjanar.

6) Hemm soluzzjonijiet barra mill-qorti fil-qasam ambjentali fir-rigward tas-soluzzjoni ta’ kunflitti (medjazzjoni, eċċ.)?

Taħt il-liġi Maltija r-regoli għal soluzzjonijiet barra l-Qorti jinsabu f’;

  • S.L. 549.127
  • Art.83 kap 549

7) Atturi oħra kif jistgħu jgħinu (ombudsperson (jekk applikabbli), prosekutur pubbliku)?

L-Ombudsman huwa uffiċjal tal-Parlament indipendenti li huwa inkarigat jinvestiga azzjonijiet meħuda minn kwalunkwe dipartiment jew Awtorità’ tal-Gvern, Ministru jew Segretarju Parlamentari jew uffiċjal pubbliku, korp uffiċjali jew entita fejn il-Gvern għandu interess jew sehem u entitajiet li jaqgħu taħt il-poter tiegħu.

L-Ombudsman jinvestiga allegazzjonijiet ta’imġieba ħażina fl-amministrazzjoni, irregolaritajiet fil-proċedura, inġustizzji minn dawn l-entitajiet. Meta l-Ombudsman ikun sodisfatt li l-ilment miġjub quddiemu huwa ġustifikat jista’ jirrakkomanda illi l-vittma tingħata kumpens xieraq. Din il-konklużjoni tal-Ombudsman però hija biss waħda perswassiva u m’għandhiex saħħa ta’liġi għalhekk tista’’tiġi injorata kif ġara f’ċertu każi.

L-istituzzjoni tal-Ombudsman hija regolata mill-Att Dwar L-Ombudsman li jipprovdi wkoll għall-ħatra ta’Kummissarji Għall-Investigazzjonijiet Amministrattivi f’oqsma speċifiċi tal-amministrazzjoni tal-gvern. Wieħed minn dawn il-kummissarji huwa proprju inkarigat milli jinvestiga problemi ta’natura ambjentali u fuq ippjanar.

L-applikazzjoni mal-Ombudsman kif ukoll dik quddiem il-Kummissarju tal-Ambjent hija bla flus u tinżamm l-anonimita tal-applikant. L-Ombudsman jista’ ukoll jiftaħ investigazzjonijiet minn jeddu.

1.4. Kif titressaq kawża l-qorti?

1) Min jista’ jikkontesta deċiżjoni amministrattiva ambjentali (rilevanza tal-kunċett ta' pubbliku kkonċernat u NGOs)?

Persuni fiżiċi kif ukoll dawk legali inklużi NGOs jistgħu jimpunjaw deċiżjonijet amministrattivi ambjentali.

2) Hemm regoli differenti applikabbli fil-leġiżlazzjoni settorjali (il-konservazzjoni tan-natura, il-ġestjoni tal-ilma, l-iskart, VIA (Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali), IPPC/IED (Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali), eċċ.)?

Ir-regoli għall-kontestazzjoni ta’deċiżjonjiet amministrattivi ambjentali jibqgħu l-istess f’oqsma oħra tal-liġi.

3) Ir-regoli permanenti applikabbli għall-NGOs u l-individwi (fil-proċeduri amministrattivi u fil-livell ġudizzjarju, għall-organizzazzjonijiet b'personalità ġuridika, il-gruppi ad hoc ta’ rappreżentanti tal-pubbliku, il-locus standi tal-NGOs barranin, eċċ.)

Biex wieħed ikollu dritt jappella minn deċiżjoni tal-Awtorità’ tal-Ippjanar lit-Tribunal Ta’ Reviżjoni Tal-Ambjent u L-Ippjanar , it-terz sew individwu kif ukoll NGO irid ikun għamel sottomissjonijiet bil-miktub rigward l-applikazzjoni għall-permess għall-iżvilupp jew permess ambjentali u fiż-żmien stabbilit bil-liġi għal dak li hu proċess ta’ konsultazzjoni għall-pubbliku.

Barra minn hekk , kull min għandu interess jista’ jipprevalixxi ruħu minn proċess ta’reviżjoni quddiem it-Tribunal ta’Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar biex jikkontesta l-legalita ta’xi deċiżjoni jew nuqqas fil-każ ta’żvilupp li għandu jsirlu studju dwar l-impatt ambjentali (environment impact assessment EIA) jew permess dwar prevenzjoni u kontroll ta’tniġġis (IPPC). Dan id-dritt jibqa’ ukoll jekk dawn l-individwi ma jkunux għamlu l-osservazzjonijiet tagħhom fiż-żmien mitlub fil-liġi. It-terminu interess suffiċjenti huwa interpretat b’mod wiesa’ ħafna mit-tribunali u l-qrati u ħafna drabi NGO u ambjentalisti oħra huma meqjusa li għandhom interess suffiċjenti.

Fejn jidħlu kawżi għar-reviżjoni ta’deċiżjonijiet amministrattivi, l-interess ġuridiku għadu japplika l-Qrati qed iqisu illi l-ENGOs għandhom dan l-interess ġuridiku u Locus Standi. L-individwu irid juri interess ġuridiku li kif interpretat fil-ġurisprudenza tagħna għandu dawn it-tliet karatteristiċi

  1. leġittimu u ġuridiku
  2. personali u dirett
  3. attwali.

L-interess ġuridiku jfisser illi l-interess għandu jkun leġittimu u konformi ma-liġi. It-tieni jfisser illi jrid ikun hemm xi konnessjoni bejn il-partijiet fil-kawża u t-tielet karatteristika tfisser illi l-interess irid ikun attwali meta qed issir it-talba u mhux ipotetika jew futura.

4) X'inhuma r-regoli għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni jekk ikunu involuti partijiet barranin?

Il-lingwa uffiċjali tal-Qrati Maltin hija dik Maltija. Il-proċeduri dejjem ikunu bil-Malti. (Kap 12 tal-Liġijiet ta’Malta Kodiċi Tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili)

Il-kap 189 tal-liġijiet ta’Malta l-hekk imsejjaħ “Judicial Proceedings (use of English language) Act 1965” igħidilna illi f’każ illi xi parti f’kawża jew it-tnejn li huma jitkellmu bl-Ingliż biss il-Qorti tista’’tordna illi l-kawża tinstema’ bl-Ingliż.

F’każ illi xi parti f’kawża ma tifhimx il-lingwa li biha l-kawża tkun qed tinstema’ il-Qorti tipprovdi interpretu li jkun taħt ġurament jew inkella tista’’anke tittraduċi l-Qorti stess.

Kull xhieda li tingħata permezz ta’affidavit bil-miktub għandha tkun bil-lingwa illi x-xhud huwa mdorri jikkomunika. Tali affidavit meta ma jkunx bil-Malti għandu jkollu mehmuż miegħu traduzzjoni bil-Malti liema traduzzjoni għandha tkun maħlufa bil-ġurament ta’dak illi għamel it-traduzzjoni.

1.5. Provi u esperti fil-proċeduri

Ħarsa ġenerali lejn regoli speċifiċi fi kwistjonijiet ambjentali amministrattivi, il-kontroll tal-imħallef, is-sejħa għal espert fil-proċedura eċċ.

1) Evalwazzjoni tal-provi – hemm xi limiti fil-kisba jew fl-evalwazzjoni tal-provi, il-qorti tista’ titlob provi ex officio?

Ir-regoli għal li jirrigwarda xhieda fil-Kapitlu 12, jeħtieġu illi kull prova miġjuba trid tkun relevanti għall-każ bejn il-

partijiet, u li l-Qorti għandha dejjem teżiġi l-aħjar prova li tista’ tinġieb quddiema mill-partijiet.

Il-Partijiet jistgħu wkoll iġibu xhieda terzi, u l-kap 12 jipprovdi illi kull min hu ta’moħħ kapaċi jista’ jittella bħala xhud u dan basta ma jkunx hemm oġġezzjoni għall-kompetenza tagħhom. Hija regola ġenerali illi fatti li xhud isir jaf bihom biss għax sema lil ħaddieħor igħidhom mhumiex ammissibbli[4].

Il-Qorti ma tistax minn jeddha ssejjaħ xi xhieda però hija tista’ fi kwalunkwe stadju tagħmel domandi in eżami jew kontro eżami lil xi xhud.

2) Jistgħu jiġu ppreżentati provi ġodda?

Il-partijiet jistgħu ikomplu jġibu l-provi sakemm jiddikjaraw illi l-provi tagħhom huma magħluqa. L-ebda xhud ġdid ma jista’ jinstema jew provi ġodda jinġabru jekk il-kawża tkun fl-istadju tal-Appell, jekk mhux bil-permess tal-Qorti. Iċ-ċirkostanzi fejn dan jista’ jsir jinsabu fl-artikolu 208 tal-kap 12. Dawn iċ-ċirkostanzi jinkludu illi l-parti li qed iġġib il-prova ma kienitx f’pożizzjoni li tkun taf biha waqt il-ġbir tal-provi, jew li kienet taf b’din ix-xhieda però ma setgħetx ittella tali xhieda quddiem l-ewwel Qorti bil-mezzi provduti bil-liġi, jew f’każ illi xhud ittella quddiem l-ewwel Qorti jixhed però x-xhieda tiegħu kienet meqjusa inammissibbli u issa l-Qorti tal-Appell tixtieq tilqa’ din ix-xhieda, jew meta l-Qorti tal-Appell jidhrilha hi li x-xhieda proposta hija neċessarja.

3) Kif tista’ tikseb opinjonijiet ta' esperti fil-proċeduri? Listi u reġistri ta’ esperti disponibbli pubblikament

Il-partijiet fil-proċeduri ġudizzjarji jistgħu jitolbu li jitla’ jixhed xhud espert “ex parte”. Skond l-art 563A tal-kap 12 ix-xhieda ta’xhud ex parte hija ammissibbli biss jekk fl-opinjoni tal-Qorti dan ix-xhud huwa kompetenti fil-materja li qed jittratta. Il-parti li ttella x-xhud għandha tħallas l-ispejjeż tal-istess. Il-Qorti tista’ wkoll tgħajjat xhieda esperti “ex ufficio”.

Skond l-Artiklu 89 tal-Kap 12, il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jinnomina grupp ta’esperti skond kif jaħseb li jixraq ta’Avukati ,Prokuraturi Legali u espert oħra biex jagħmluha ta’esperti fil-Qrati ta’Malta u Għawdex.

Din il-lista għandha tiġi ppubblikata fil-gazzetta tal-Gvern. Din il-lista però iżjed fiha periti, accountants u esperti tat-traffiku milli esperti fl-oqsma tal-ambjent.

Il-Qorti tista’ tqabbad esperti oħra mhux fuq din il-lista. F’każijiet bħal dawn il-Qorti tiddeċiedi min mill-partijiet għandu iħallas l-ispejjeż ta’ dawn l-esperti. Jew aħjar skond l-artiklu 223(5) tal-Kapitlu 12, fejn wieħed mill-partijiet jipproduċi xhud ex parte, il-Qorti fis-sentenza tagħha tista’ tiddeċiedi somma li tista’ tintalab minn din il-parti bħala spejjeż u dan skond kif jiġu mqassmin l-ispejjeż tal-kawża bejn il-partijiet fis-sentenza.

3.1) L-opinjoni esperta torbothom lill-imħallfin? Hemm livell ta’ diskrezzjoni?

L-Imħallfin mhumiex marbutin bl-opinjoni mogħtija mill-esperti.

3.2) Regoli għal esperti msejħa mill-qorti

Meta bniedem jittella xhud l-opinjoni tiegħu fuq kwalunkwe suġġett li jifhem fih , tista’’tittieħed biss jekk il-Qorti tkun sodisfatta li huwa kwalifikat fis-suġġett.

Il-partijiet fil-kawża jistgħu jopponu l-ħatra ta’xhud espert fuq dubbju dwar l-imparzjalita tiegħu.

3.3) Regoli għal esperti msejħa mill-partijiet

Fil-każ ta’xhieda esperti fil-kawżi l-istess opinjoni tagħhom fuq materja li huma esperti fiha u li fuqha jista’ jagħti opinjoni tiġi aċċettata biss jekk fl-opinjoni tal-Qorti huwa kwalifikat fis-suġġett.

3.4) X'inhuma t-tariffi proċedurali li għandhom jitħallsu, inkluż fir-rigward ta’ opinjonijiet esperti u l-għoti ta’ xhieda esperta?

F’każ meta xhud espert “ex parte” jittella minn xi parti fil-kawża, il-Qorti fis-sentenza tagħha għandha tiddeċiedi somma li tista’’tintalab bħala spejjeż għall-istess xhud. Biex tasal għal din is-somma il-Qorti għandha tikkonsidra n-natura tat-talbiet, f’każ illi l-espert ma jgħix Malta, kienx possibbli li jitqabbad espert lokali u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ. Il-Qorti għandha wkoll tiddetermina kif għandhom jitqassmu dawn l-ispejjeż bejn il-partijiet fil-kawża. Din il-proċedura tintuża wkoll f’każ meta l-Qorti tappunta esperti minn jeddha.

L-ispejjeż għal-dawn l-esperti jaf jitilgħu mhux ħażin.

1.6. Professjonijiet legali u atturi possibbli, parteċipanti fil-proċeduri

1) Ir-rwol (obbligatorju) tal-avukati. Kif tikkuntattjahom (link tal-internet għar-reġistru aċċessibbli għall-pubbliku jew is-sit web tal-Kamra tal-Avukati). Avukati speċjalizzati fil-qasam ambjentali.

Il-kamra tal-Avukati hija l-assoċjazzjoni li tirrapreżenta lill-avukati prattikanti f’Malta. Il-website tagħha tinkludi s- servizz “ Find a lawyer” fost dawk reġistrati mal-kamra. Meta wieħed ifittex fost l-avukati għal dawk li jipprattikaw fil-qasam ambjentali issib 6 biss, u l-lista l-anqas m’hi aġġornata għax wieħed minnhom illum qed jipprattika f’kamp ieħor.

Il-website tal-Gvern ta’Malta, lawyersregister.gov.mt tipprovdi lista uffiċjali ta’avukati bil-liċenzja u li taw il-permess tagħhom biex id-dettalji tagħhom jiġu nklużi fir-reġistru. Dan ir-reġistru huwa aċċessibbli għall-pubbliku però ma jinkludix l-oqsma li dawn l-avukati jipprattikaw fihom.

Avukati li jaħdmu fil-qasam ambjentali ħafna drabi jiġu mqabbda minn waħda mill-ħafna NGOs ambjentali attivi f’dan is-settur.

Mhuwiex obbligatorju li tqabbad Avukat.

1.1 Hemm il-possibbiltà ta’ għajnuna pro bono?

Hemm avukati li jassistu partijiet jew NGOs pro bono. Dawn jitqabbdu minn NGOs ambjentali.

Hemm ukoll dik li jsejħulha “Law Clinic” fejn studenti tal-liġi taħt it-tutela ta’avukati esperti jagħtu pariri legali. Dawn jgħinu l-iżjed lill-individwi barranin li jfittxu jappellaw deċiżjonjiet dwar stat ta’rifuġjati ġol-pajjiż.

1.2 Jekk l-għajnuna pro bono teżisti, x’inhuma l-elementi ewlenin tal-proċedura biex tirċeviha?

Peress illi l-assistenza Pro Bono hija pjuttost informali l-aħjar wieħed jikkomunika ma’waħda mill-NGOs imniżżla iżjed l-isfel u jagħti d-dettalji tiegħu u s-suġġett li jridu parir fuqu.

Il-Law clinic tinsab fil-Cottonera Resource Centre u tista’ tintlaħaq fuq crc@um.edu.mt

1.3 Ir-rikorrent lil min għandu jindirizza talba għall-għajnuna pro bono?

L-applikanti għandhom jindirizzaw liċ-ċerperson jew l-Amministratur tal-NGO li jrid.

2) Reġistri tal-esperti jew siti web tal-kmamar tal-avukati disponibbli pubblikament jew reġistri li jinkludu d-dettalji ta’ kuntatt tal-esperti

Ma jeżistux reġistri tal-esperti jew websites bid-dettalji ta’esperti fil-qasam tal-ambjent. Malta hija gżira żgħira ħafna u ħafna esperti jiġu rakkomandati bil-fomm.

3) Lista ta’ NGOs li huma attivi fil-qasam, links għas-siti fejn dawn l-NGOs huma aċċessibbli

Dawn huma l-NGOs li huma attivi f’dan il-qasam;

Din l-Art Ħelwa

Friends of the Earth (Malta)

Moviment Graffitti

Futur Ambjent Wieħed: avvchristinebellizzi@gmail.com

Nature Trust Malta

Ramblers Association of Malta

Flimkien Għal Ambjent Aħjar

Birdlife Malta

Bicycle Advocacy Group (BAG Malta)

4) Lista ta’ NGOs internazzjonali, li huma attivi fl-Istat Membru

Dawn huma l-NGOs Internazzjonali attivi f’Malta

Birdlife Malta

Friends of the Earth (Malta)

1.7. Garanziji għal proċeduri effettivi

1.7.1. Skadenzi proċedurali

1) L-iskadenza biex tiġi kkontestata deċiżjoni ambjentali amministrattiva (mhux ġudizzjarja) minn korp amministrattiv (jew superjuri jew tal-istess livell)

Il-pubbliku jista’’jikkontesta deċiżjonijiet tal-Awtorita’ Tal-Ambjent u r-Riżorsi kif ukoll dawk tal-Awtorità’ Tal-Ippjanar meta joħorġu permessi għall-iżvilupp.

Iż-żmien li fih tista’ tippreżenta dan l-appell huwa ta’ 30 ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni.

Appelli minn deċiżjonijiet li ma jiġux bil-liġi pubblikati uffiċjalment għandhom jiġu preżentati fi żmien 30 ġurnata mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.(Kap 551 ART.13 Liġijiet ta’ Malta)

2) L-iskadenza biex tingħata deċiżjoni minn organu amministrattiv

It-Tribunal ta’Reviżjoni Tal-Ambjent u L-Ippjanar huwa dak li jiddeċiedi appelli mid-deċiżjonijiet tal-Awtorità’ Tal-Ippjanar u tal-Awtorita Tar-Riżorsi u Ambjent.

It-terminu li fih trid tingħata deċiżjoni jiddependi fuq jekk saritx talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u x’tip ta’deċiżjoni qed isir appell minnha.

It-termini varji huma dawn kif ġej;

Limitu ta’ żmien meta ma tintalabx talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-permess

Fil-każ li appell ġie preżentat però ma saritx talba għas-sospensjoni, it-Tribunal jappunta data u ħin għas-smiegħ għall-ewwel dehra fi żmien xahrejn minn meta ġie preżentat l-appell.

I-tribunal imbagħad irid jagħti s-sentenza tiegħu fuq l-appell fi żmien sena mill-ewwel seduta. Dan it-terminu jista’ jiġġedded darba waħda biss għal sitt xhur oħra f’ċirkostanzi straordinarji, fl-interess tal-ġustizzja. Dan huwa il-perjodu aċċettabbli meta tkun saret talba għas-sospensjoni li ma tkunx ġiet milqugħa.

Dawn it-termini però ma jiġux infurzati. L-unika haġa li tiġri meta ma tingħatax is-sentenza in terminu hu illi l-appell jingħata lil Bord ieħor u mhux ċar x’għandu jiġri jekk anke dan it-tieni Tribunal ma jerġax jagħti sentenza tiegħu fit-terminu.

Limitu ta’ żmien meta tintalab talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-permess

Meta mal-appell issir talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-permess, it-Tribunal għandu fi żmien tletin ġurnata minn meta jirċievi r-rikors tal-appell jappunta seduta u jinnotifika l-partijiet u jagħti deċiżjoni.

It-Tribunal ma jistax jissospendi permess għal applikazzjoni ta’żvilupp jekk il-Ministru responsabbli Għall-awtorità tal-Ippjanar huwa tal-parir li dan il-permess huwa ta’importanza strateġika, jew ta’interess nazzjonali, jew għandu x’jaqsam ma xi obbligu naxxenti minn xi att tal-Unjoni Ewropeja, jaffettwa s-sigurtà nazzjonali jew l-interessi tal-Gvern

u jew gvernijiet oħra. Din L-eċċezzjoni ma tapplikax f’każijiet ta’applikazzjonijet ta’zvilupp li huma soġġetti għal studji fuq l-impatt ambjentali (EIA) jew kontroll tat-tniġġis (IPPC).

It-Tribunal jista’ jissospendi l-eżekuzzjoni ta’permess għal xahar mid-data tal-ewwel smiegħ tal-appell f’dawk il-każi li jeħtiegu studju dwar l-impatt ambjentali (EIA), jew permess għall-kontroll tat-tniġġis (IPPC) li skond il-Ministru responsabbli għall-Awtorita’ tal-Ippjanar huma ta’ importanza strateġika jew ta’ interess nazzjonali, għandhom x’jaqsmu ma xi obbligu naxxenti minn xi att tal-Unjoni Ewropeja, taffettwa l-interess nazzjonali jew l-interessi tal-Gvern, jew ta’gvernijiet oħra.

Limitu ta’ żmien għal deċiżjoni dwar il-merti meta tkun ġiet sospiża l-eżekuzzjoni ta’ permess

It-Tribunal għandu jagħti s-sentenza tiegħu fuq l-appell meta l-eżekuzzjoni tal-permess ikun sospiz

  1. fi żmien tliet xhur mill-ewwel smiegħ tal-appell
  2. fi żmien xahar mid-data tal-ewwel smiegħ tal-appell fil-każ li l-applikazzjoni hija soġġetta għal studju dwar l-impatt ambjentali (EIA) jew permess għall-prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis (IPPC) li fl-opinjoni tal-Ministru huwa ta’interess nazzjonali, għandu x’jaqsam ma’ xi obbligu naxxenti minn xi att tal-Unjoni Ewropeja, jaffettwa l-interess nazzjonali jew jaffettwa lill-Gvern lokali jew gvernijiet oħrajn.

3) Huwa possibbli li tiġi kkontestata d-deċiżjoni amministrattiva tal-ewwel grad direttament quddiem il-qorti?

Deċiżjoni amministrattiva tista’’tiġi kontestata quddiem il-qrati, meta l-liġi ma tipprovdix possibilità ta’appell lill-Tribunal ta’Reviżjoni tal-Appell u l-Ippjanar taħt il-Kapitlu 551 tal-Liġijiet ta’Malta - bħal fil-każ ta’ċerti tipi ta’permessi tal-iżvilupp bħal ordni ta’avviz ta’żvilupp.

F’każijiet bħal dawn it-terz interessat jista’’jiftaħ kawża quddiem il-qrati ċivili biex tinvestiga l-validità jew tiddikjara dawn l-atti nulli taħt l-art.469A kap12 peress illi ma hemm ebda proċedura ta’kontestazzjoni jew kumpens provdut imkien ieħor.

4) Hemm skadenza stabbilita għall-qorti nazzjonali biex tagħti s-sentenza tagħha?

M’hemmx termini biex il-Qrati jgħaddu għas-sentenza.

5) L-iskadenzi applikabbli matul il-proċedura (għall-partijiet, is-sottomissjoni ta' provi, skadenzi oħra possibbli, eċċ.)

Hemm termini stabbiliti għall-preżentata tal-appelli jew kawżi. Termini oħra waqt l-andament tal-kawżi jiġu stabbiliti mill-qrati rispettivi.

1.7.2. Miżuri proviżorji u kawtelatorji, eżekuzzjoni ta' sentenzi

1) Meta għandu effett sospensiv l-appell li jikkontesta deċiżjoni amministrattiva?

Appell lit-Tribunal ta’Reviżjoni Tal-Ambjent u L-Ippjanar ma jġibx sospensjoni awtomatika. L-anqas l-azzjoni għal reviżjoni ta’ att amministrattiv tal-ambjent ma jġib sospensjoni awtomatika. Is-sospensjoni tad-deċiżjoni amministrattiva trid tiġi mitluba permezz ta’rikors b’talba speċifika għas-sospensjoni quddiem l-EPRT, u permezz ta’ mandat ta’inibizzjoni fil-każ ta’kawża għar-reviżjoni ta’att amministrattiv.

2) Hemm possibbiltà għal rimedju b'mandat ta' inibizzjoni matul l-appell amministrattiv mill-awtorità jew l-awtorità superjuri?

Meta jiġi ppreżentat appell minn deċiżjoni tal-Awtorità Tal-Ippjanar għall-għoti ta’permess t’ippjanar/żvilupp wieħed jista’wkoll japplika għas-sospensjoni tal-istess permess. Jekk tali talba tiġi milqugħa, dak il-permess jiġi sospiż sakemm jinqata’ l-appell – li hemm limitu ta’3 xhur.

L-istess meta qed tappella minn sentenza minn deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi, wieħed jista’ japplika għas-sospensjoni tas-sentenza appellata. Ta’min jinnota illi f’każ ta’appell fuq materja li jista’’jkollha riperkussjonijiet ambjentali irrevokabbli, l-approvazzjoni tista’ tiġi sospiża mill-EPRT sakemm tittieħed deċiżjoni aħħarija. Dan dejjem meta t-Tribunal ikun tal-fehma illi l-effetti u l-implikazzjonijiet fuq l-ambjent ser ikunu irrevokabbli[5].

3) Hemm possibbiltà li tiddaħħal talba għal rimedju b'mandat ta' inibizzjoni matul il-proċedura u taħt liema kundizzjonijiet? Hemm skadenza biex tissottometti din it-talba?

It-talba għas-sospensjoni tista’’biss tiġi preżentata flimkien mar-rikors tal-appell quddiem it-Tribunal ta’Reviżjoni Tal-Ambjent u L-Ippjanar. Dan ifisser illi trid tiġi preżentata fi żmien 30 ġurnata minn meta tiġi pubblikata d-deċiżjoni li qed isir appell minnha.

Ma jistgħux isiru talbiet għas-sospensjoni oħra quddiem l-EPRT. Peress illi s-sospensjoni tispiċċa kif tingħata s-sentenza tal-EPRT, jista’ jinqala każ fejn l-EPRT tiddeċiedi fuq il-mertu sostantiv tal-appell u tiddeċiedi kontra l-appellant. F’dan il-każ peress illi l-effett tas-sospensjoni jispiċċa, l-effett tad-deċiżjoni appellat jiskatta u jistgħu jinżammu biss bil-ħruġ ta’mandat t’inibizzjoni maħruġ mill-Qorti. Din toħloq sitwazzjoni anolmala li fiha deċiżjoni amministrattiva ambjentali issir eżegwibbli meta l-proċeduri quddiem l-appell fil-qorti għadhom pendenti. Ir-riżultat hu illi l-proċeduri quddiem l-appell ikunu għal xejn peress illi d-deċiżjoni (li tista’ tinkludi permess għall-iżvilupp li l-effetti għall-ambjent ikunu irrevokabbli) jista’ jiġi eżegwit ferm qabel ma l-qorti tagħti s-sentenza tagħha.

Skond il-kap12 tal-liġijiet ta’Malta (COCP) l-għan ta’ mandat t’inibizzjoni huwa illi żżomm bniedem mili jagħmel xejn li jista’ jkun ta’preġudizzju lil min ikun qed jitlob il-ħruġ tal-mandat. Il-qorti trid tkun sodisfatta illi jekk ma jintlaqax il-mandat l-applikant ħa jsofri preġudizzju irrimedjabbli u li prima facie l-applikant għandu dritt.

Ta’min jinnota illi din it-talba tista’ tiġi kontestata mill-partijiet l-oħra involuti. Dawn jistgħu wkoll jagħmlu talba għar-revoka tal-istess mandat jew jitolbu illi tingħata garanzija jekk jiġi ppruvat illi l-mandat inħareġ għal raġunijiet frivoli jew vessatorji. Dan ifisser illi NGOs u individwi b’mezzi limitati huma xi ftit imxekkla milli jieħdu azzjoni.

4) Hemm eżekuzzjoni immedjata ta’ deċiżjoni amministrattiva irrispettivament mill-appell imressaq? Taħt liema kundizzjonijiet?

Kif fuq spjegat id-deċiżjoni amministrattiva tista’ tiġi eżegwita ukoll jekk hemm appell pendenti sakemm il-Qorti ma tilqax il-ħruġ ta’mandat t’inibizzjoni favur l-appellanti.

5) Id-deċiżjoni amministrattiva tiġi sospiża jekk tiġi kkontestata quddiem il-qorti fil-fażi ġudizzjarja?

Id-deċiżjoni amministrattiva ma tiġix sospiża l-anqas meta kontestata quddiem il-Qorti, sakemm il-Qorti ma tilqax mandat t’inibizzjoni.

6) Hemm possibbiltà li t-tribunali nazzjonali jipprovdu rimedju b'mandat ta' inibizzjoni (bil-kundizzjoni ta’ depożitu finanzjarju)? Hemm appell separat kontra din l-ordni dwar ir-rimedju b'mandat ta' inibizzjoni jew id-depożitu finanzjarju?

L-unika forma ta’ twaqqif li hemm kontemplat hija dawk ġa imsemmija; talba għas-sospensjoni quddiem l-EPRT jew mandat t’inibizzjoni quddiem il-Qrati.

1.7.3. Spejjeż - Għajnuna legali - Assistenza pro bono, mekkaniżmi oħra ta’ għajnuna finanzjarja

1) Kif tista’ persuna tikkalkula l-ispejjeż li se jkunu involuti meta tkun beħsiebha tibda proċedura - spejjeż amministrattivi, spejjeż ġudizzjarji, spejjeż għall-preżentata ta’ kawża, tariffi tal-esperti, tariffi tal-avukati, spejjeż tal-appell, eċċ.

Liġi sussidjarja 551.01 Regolamenti dwar Drittijiet li jitħallsu għal Appelli tal-Ambjent u L-Ippjanar tgħidilna xi spejjeż iridu jkunu mħallsa lir-reġistru tat-tribunal f’każ t’Appell.Dawn huma kif ġej;

Tip Ta’deċiżjoni

Ammont Dovut Għall-Appell

Kontra il-PA għal permess tal-iżvilupp

Somma minima ta’150 ewro

Somma massima ta’3500 ewro

Somma massima ta’1000 ewro

Fil-każ ta’appell minn eNGO li huma

Reġistrati skond l-att Tal-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Kontra deċiżjoni tal-PA taħt ordni tal-iżvilupp, proċess ta’regolarizzazzjoni, applikazzjoni ta’ Ippjanar kontrollat

150 ewro

Kontra deċiżjoni wara talba ta’screening ta’ permess ta’żvilupp propost

150 ewro

Kontra kull deċiżjoni oħra tal-PA

150 ewro

Kontra kull deċiżjoni tal-Awtorità Tal-Ambjent U r-Riżorsi

150 ewro

Kieku bniedem iżid id-drittijiet dovuti lill-avukati, periti, u esperti oħrajn li jkollok bżonn biex tappella quddiem l-EPRT , il-kont jaf jitla’ viċin 2500 sa 3000 ewro. U dan fl-appelli mhux komplikati. Appelli izjed komplikati li jinvolvu l-istudju ta’ rapporti dwar l-impatt ambjentali flimkien ma’ studji u pariri ta’esperti l-ispejjeż jaf jitilgħu sa 10,000 ewro jew iżjed.

L-ispejjeż tal-appell il-Qorti jitilgħu għal 120 ewro spejjeż tar-Reġistru u 7.20 għal kull notifika li magħhom trid iżżid dak dovut lill-Avukat. Dawn l-ispejjeż jistgħu ivarjaw skond kemm hu komplikat il-każ u kemm hemm bżonn riċerka. Appell sempliċi għalhekk jiġi xi 1200 ewro.

L-ispejjeż għal kawża għar-reviżjoni ta’ordni amministrattiva hija 120 ewro bħala drittijiet tar-reġistru u 7.20 għal kull notifika barra d-drittijiet professjonali tal-avukati u esperti, li jitilgħu b’kollox għal xi 3000 ewro. Mad-deċiżjoni id-dritt tar-reġistru jitilgħu għal 650 ewro.

2) Għall-ispejjeż ta’ rimedju b'mandat ta' inibizzjoni/miżura kawtelatorja, huwa meħtieġ depożitu?

Sospensjoni temporanja tista’’tintalab f’żewġ stadji:

1) Meta wieħed jappella minn deċiżjoni ta’żvilupp jew ippjanar, jista’jitlob ukoll s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-permess. Jekk din tintlaqa’ il-permess jibqa’ sospiż sakemm l-EPRT jiddeċiedi l-appell. Spejjez tar-reġistru m’hemmx f’dan l-istadju hemm però l-ispejjeż tal-avukat u l-perit sabiex iħejji r-rikors u jattendi għas-seduti. Dawn jiddependu dejjem fuq l-avukat li jkun.

M’hemm l-ebda depożitu dovut.

2) Jekk it-tribunal ma jaċċettax it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-permess, l-appellant jista’ japplika għal mandat t’inibizzjoni quddiem il-Qrati Ċivili. Din il-proċedura tiswa bejn 200 u 300 ewro għall-Qorti flimkien mad-drittijiet dovuti lill-Avukati u Prokuraturi Legali li jitqabbdu. Dan il-mandat irid jiġi segwit minn kawża wara 20 ġurnata li jintlaqa’.

M’hemmx bżonn ta’depożiti pero jekk il-mandat ma jiġix milqugħ, min jitlef jaf ibati l-ispejjeż tan-naħa l-oħra.

3) Hemm għajnuna legali disponibbli għall-persuni fiżiċi?

L-għajnuna legali teżisti taħt il-liġi Maltija. L-applikant għandu jirrikorri għand l-aġenzija tal-Għajnuna Legali għal dan l-iskop.

Għal dan is-servizz irid isir “means test”. Barra minn min japplika irid juri li għandu xi forma ta’raġun x’jieħu minn din il-kawża.

L-applikant irid jissodisfa ċertu kriterji, ma jistax ikollu proprjetà u introjtu ta’flus li jeċċedu 6988.12 ewro tul l-aħħar tnax il-xahar. Barra minn id-dħul tiegħu tul l-aħħar tnax il-xahar ma jistax ikun iżjed minn dik minima nazzjonali għal dawl fuq it-18 il-sena.

Jekk it-talba tintlaqa dan ifisser illi l-ispejjeż kollha sew tal-avukat kif ukoll tar-reġistru ikunu b’xejn sas-sentenza. F’dawn il-każijiet però l-ispejjeż tal-esperti mhumiex imħallsa.

Għalkemm dan is-servizz huwa miftuħ għal kull min jissodisfa l-kriterji dan is-servizz l-iżjed li jintalab hu f’kawżi ta’natura domestika u m’hemm l-ebda każ fejn dan ingħata fil-kamp ambjentali.

Legal Aid Malta hija l-aġenzija illi tipprovdi l-għajnuna legali b’xejn f’Malta. Biex tikkwalifika trid tgħaddi minn proċess ta’skrutinju kif fuq spjegat li jsir mill-aġenzija. L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tagħhom jew jitnizzlu mill-website indikata hawn taħt. L-applikazzjoni trid tinħalef bil-ġurament. Talba tista’ issir ukoll quddiem il-Qrati Ċivili.

Indirizz:

188-189 Triq il-Fran Valletta

Ċempel

356 22471500

Email: info.legalaidmalta@gov.mt

Website: https://legalaidmalta.gov.mt/

4) Hemm għajnuna legali disponibbli għall-assoċjazzjonijiet, għall-persuni ġuridiċi, għall-NGOs b'personalità ġuridika jew mingħajrha? Jekk iva, kif tintalab l-għajnuna legali? Hemm għajnuna pro bono?

L-art.926 tal-kap 12 tal-Liġijiet ta’Malta jgħidilna illi kumpaniji reġistrati bil-liġi ma jistgħux jibbenefikaw mill-għajnuna legali.

M’hemm l-ebda riferenza fil-liġi dwar jekk l-Ngos humiex eliġibbli għall-għajnuna legali. Talba reċenti għall-għajnuna legali minn ENGO ġiet miċħuda.

5) Hemm mekkaniżmi finanzjarji oħra disponibbli biex jipprovdu għajnuna finanzjarja?

M’hemm l-ebda provvediment għal għajnuna finanzjarja għal entitajiet legali, assoċjazzjonijiet jew NGOs biex jappellaw quddiem it-Tribunal ta’Reviżjoni tal-Ambjent u L-Ippjanar jew il-Qorti Tal-Appell jew biex ikollhom aċċess għall-ġustizzja. Dan huwa ta’xkiel kbir għax dawn il-gruppi jkollhom iħallsu l-ispejjeż kollha kemm tal-appell sew tal-avukati u tal-esperti, u jekk jitilfu l-kawża jeħel l-ispejjeż tan-naħa l-oħra wkoll.

6) Japplika l-prinċipju ta’ “min jitlef iħallas”? Kif jiġi applikat mill-qrati? Hemm eċċezzjonijiet?

Il-Qorti għandha d-diskrezzjoni tiddeċiedi fuq l-ispejjeż ukoll. Bħala prinċipju ġenerali min jitlef iħallas l-ispejjeż kollha.

Meta jiġi deċiż appell mill-EPRT, u dan jiġi milqugħ, it-Tribunal jista’’jordna li l-ispejjeż imħallsa għall-appell jew parti minnhom, jiġu rifużi lill-appellant. Meta persuna interessata, jew NGO ambjentali, jew konsulent estern intavola appell quddiem it-Tribunal, u t-Tribunal jaqta’l-Appell favurih, l-ispejjeż tal-Appell tiegħu jiġu mħallsa fi kwoti indaqs mill-partijiet involuti. Barra minn hekk din il-parti tad-deċiżjoni titqies bħala titolu eźekuttiv.

7) Il-qorti tista’ tipprovdi eżenzjoni mill-ispejjeż proċedurali, dazji, tariffi tal-preżentata, tassazzjoni tal-ispejjeż, eċċ.? Hemm xi karatteristiċi nazzjonali oħrajn marbutin ma’ dan is-suġġett?

Il-Qorti tiddeċiedi kif għandhom jitħallsu l-ispejjeż skond ir-rebħu t-telf. Il-Qorti għandha diskrezzjoni totali kif tiddeċiedi u f’każijiet komplikati jaf ukoll tiddeċiedi illi ħadd ma jeħel l-ispejjeż ta’ħaddieħor u kulħadd iħallas tiegħu.

1.7.4. Aċċess għal informazzjoni fil-kuntest ta’ aċċess għall-ġustizzja - dispożizzjonijiet relatati mad-Direttiva 2003/4/KE

1) Fejn huma disponibbli r-regoli nazzjonali dwar l-aċċess ambjentali għall-ġustizzja? Hemm forom oħra ta’ tixrid strutturat?

L-Awtorità Tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija l-awtorita prinċipali li tippubblika informazzjoni dwar aċċess għal ġustizzja fil-qasam ambjentali.

L-informazzjoni għal min jixtieq jkollu aċċess għal ġustizzja tinsab fuq il-website tal-ERA.

Fuq il-website tal-Awtorità Tal-Ippjanar hemm xi informazzjoni rigward applikazzjonijiet tal-ippjanar. Din però’ hija biss ftit informazzjoni xotta fuq dak li għandu x’jaqsam ma’applikazzjonijiet. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ japplika mal-e-App system tal-Awtorità tal-Ippjanar. Barra minn hekk, diversi liġijiet u policies qed jiġu pubblikati kontinwament u min jipprattika fil-qasam irid izomm ruhu aġġornat billi jirreferi għall-website tal-liġijiet ta’Malta fejn jiġu ppubblikati.

Għal aktar informazzjoni fuq l-Aarhus convention hemm il-website tal-ERA.

M’hemm l-ebda forma oħra ta’ kif tista’ tinkiseb l-informazzjoni.

2) Matul proċeduri ambjentali differenti kif tingħata din l-informazzjoni? Ir-rikorrent mingħand min għandu jitlob l-informazzjoni?

Informazzjoni għal dak li jirrigwarda aċċess għal ġustizzja huma diversi u jvarjaw skond il-proċedura ambjentali li tkun qed tintalab kif ser naraw.

Id-drittijiet proċedurali mogħtija lill-pubbliku fejn tidhol il-parteċipazzjoni jingħataw fl-Att dwar Il-Protezzjoni tal-Ambjent (kap 549 liġijiet ta’Malta) u l-Att Dwar l-Ippjanar u L-Iżvilupp (Kap 552 liġijiet ta’Malta)

L-applikant jista’’wkoll jitlob informazzjoni mingħand l-uffiċjal inkarigat mill-informazzjoni tal-awtorità in kwistjoni.

L-indirizzi tal-email għall-aċċess għall-informazzjoni huwa https://justice.gov.mt/en/foi/Pages/default.aspx

Il-pubbliku jista’wkoll jitlob informazzjoni fuq l-ambjent direttament lill-ERA taħt S.L.549.39 u l-email pubbliku (info@era.org.mt).

Ta’min jinnota illi talbiet għal-libertà tal-informazzjoni spiss jiġu rifjutati hawn Malta jew idumu ma jintlaqgħu. Riżultat ta’dan ħafna drabi l-informazzjoni tasal tard wisq biex tintuża biex kontra ċertu deċiżjonijiet. Jeżisti appell lill-Kummissarju Għall-Informazzjoni u l-protezzjoni tad-Data u anke għall-Qorti Tal-Appell però din il-proċedura ddum u ħafna drabi tinqata’ meta jkun tard wisq biex tuża l-informazzjoni biex tattakka att amministrattiv.

3) X'inhuma r-regoli settorjali (Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali), IPPC/IED (Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali), rigward pjanijiet u programmi, eċċ.)?

L-Awtorità’ Tal-Ippjanar (PA)

L-Awtorita Tal-Ippjanar hija regolata mill-Att Dwar L-Ippjanar u L-Iżvilupp (kap 552 Liġijiet Ta’Malta) li jinkorpora l-obbligazzjonijiet li jinsabu fil-Konvenzjoni Aarhus fejn tidħol il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u aċċess għall-informazzjoni fuq l-ambjent, li jiffaċilitaw l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fid-deċizjonijiet li jaffettwaw l-ambjent u li jipprovdi regoli speċifiċi fejn tidħol l-aċċess għall-ġustizzja.

L-Att dwar l-Ippjanar (jipprovdi għall-parteċipazzjoni fid-deċiżjonijiet fuq kull żvilupp sew jekk jeħtieġlu studja dwar l-impatt ambjentali (EIA) jew le.) B’mod partikolari ir-regoli dwar l-applikazzjonijiet u d-determinazzjoni tagħhom jagħtu aktar dettalji fejn tidħol parteċipazzjoni tal-pubbliku fejn jidħlu l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp, proċeduri ta’ regolarizzazzjoni tal-ippjanar u proċeduri sommarji tal-ippjanar.

Għall-proċess ta’regolarizzar (fejn ma jidħolx l-EIA), trid issir applikazzjoni li trid tiġi pubblikata fil-gazzetta tal-gvern, u hija soġġetta għal konsultazzjoni pubblika.

Għal dawk li huma proċeduri sommarji, l-applikazzjonijiet joħorġu fuq il-gazzetta tal-gvern u fil-website tad-dipartiment tal-informazzjoni. Jitwaħħal avviż fuq il-post u l-pubbliku jkollu 15 il-ġurnata biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu.

Fejn jidħlu applikazzjonijiet għall-iżvilupp ir-regoli tal-2016 dwar il-proċedura għad-determinazzjoni ta’applikazzjonijiet bħal dawn tobbliga liċ-cerperson (stabbilit taħt l-Att Dwar L-Ippjanar) jieħu ħsieb illi l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet jidhru online, u fuq l-avviżi fuq il-post minn kmieni sabiex il-pubbliku jkun jista’ jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu.

L-art.72(2) tal-Att Dwar l-Ippjanar jiddikjara illi waqt li qed jiddetermina applikazzjoni għall-iżvilupp, il-Bord tal-Ippjanar irid iqis ir-rappreżentazzjonijiet magħmula mill-pubbliku.

Fl-art.71(8) tal-Att Dwar L-Ippjanar u r-regoli 5(4) u 12(6) tal-Ippjanar tal-Iżvilupp 2016 (Proċedura għall-applikazzjoni u determinazzjoni) naraw illi meta jiġu proposti tibdiliet fl-applikazzjoni jew jiġu ppreżentati pjanti ġodda, kull min kien diġà għamel sottomissjonijiet fil-proposta oriġinali jista’ jerga’ jikkumenta.

EIA

Ir-Regolamenti Dwar il-Valutazzjoni Tal-Impatti Ambjentali (EIA regulations) (S.L.549.46) maħluqa taħt l-Att Għall-Protezzjoni Ambjentali jeżiġu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess tal-EIA kif spjegat hawn taħt.

Skond dawn ir-regoli hemm diversi opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku bħal fil-bidu tal-proċess u iżjed tard. Membri tal-pubbliku għandhom 30 ġurnata biex jiddikjaraw x’suġġetti iridu li jkunu nklużi fit-termini ta’dak li r-rapport ħa jindaga. Il-pubbliku jerġa għandu 30 ġurnata oħra sabiex jagħti l-kummenti tiegħu meta r-rapport ikun lest u mgħoddi lill-Awtorità biex jiġi studjat.

Issir laqgħa pubblika għal proġetti fil-Kategorija 1. Il-pubbliku huwa avżat tal-inqas 15 il-ġurnata qabel il-laqgħa pubblika dwar id-dritt tagħhom li jattendu u jagħmlu l-proposti tagħhom kemm waqt il-laqgħa kif ukoll bil-miktub sa 7 ijiem wara l-laqgħa. Il-pubbliku jiġi mgħarraf bid-data ħin u post tal-laqgħa permezz ta’pubblikazzjoni f’gazzetta lokali bl-Ingliż u bil-Malti kif ukoll fuq il-website tal-Awtorità.

Is-sottomissjonijiet u l-kummenti tal-pubbliku għandhom jiġu miġbura f’rapport mill-ERA li jiġi mgħoddi lill-koordinatur tal-ERA għal risposta. Ir-risposta tal-koordinatur jingħataw lill-ERA u jiġu inklużi bħala addenda mar-rapport tal-EIA. F’dan l-istadju ir-rapport tal-EIA jista’jerġa jiġi rivedut jekk ikun hemm konsiderazzjonijiet materjali.

Biex il-kummenti ikunu nklużi fir-rapport iridu jkunu waslu fil-ħin.

Il-konklużjonijiet tal-ERA jitpoġġew fuq il-website tal-Awtorità biex jarahom kulħadd. Dar-rapport jintbagħat ukoll lill-awtorità li tagħti l-permess.

Ir-regola 30 tar-regoli tal-EIA tobbliga lill-awtorità kompetenti tinforma lill-pubbliku meta tittieħed deċiżjoni rigward l-applikazzjoni – inkluż x’ġie deċiż, x’kondizzjonijiet tniżżlu, u r-raġunijiet u fuq liema bażi ttieħdu d-deċiżjonijet, u dettalji dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

Ir-regoli tal-EIA jipprovdu wkoll għall-tiġdid tal-EIA jew għall-konsiderazzjoni mill-ġdid (regola 24(3)),jekk issir xi talba għat-tibdil jew estensjoni tal-iżvilupp propost li jistgħu ikollhom xi impatti fuq l-ambjent. F’dan il-każ japplikaw r-regoli normali tal-EIA, inkluż li ssir konsultazzjoni pubblika.

Skont ir-regola 34 tar-regoli tal-EIA, kull min iħossu aggravat jista’ jappella quddiem l-EPRT biex jikkontesta deċiżjoni, azzjoni jew nuqqas li għandu x’jaqsam ma kull ma jaqa’ taħt ir-regoli tal-EIA.

IPPC

Ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali (S.L.549.77) jipprovdu għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku għar-rigward permessi għall-installazzjonijiet.

Ir-regola 18 minn dawn ir-regolamenti, tiddikjara illi l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għandha tiżgura illi pubbliku jingħata opportunita ampja biex jipparteċipa u fil-ħin. L-iskeda 4 tipprovdi dettalji rigward din il-parteċipazzjoni pubblika.

Skond l-iskeda 4 tar-regoli tal-emissjonijiet industrijali (IPPC) (S.L.549.77), il-proċess għall-konsultazzjoni mal-pubbliku jiskatta meta jinħareġ avviż f’gazzetta lokali u fuq il-website tal-ERA.

It-terminu għall-konsultazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma installazzjonijiet huwa ta’30 ġurnata għall-proċeduri skond ir-regoli 18(1)(a) sa (d) li għandhom x’jaqsmu mal-għoti, tiġdid, u rikonsiderazzjoni ta’permessi. Il-perjodu ta’konsultazzjoni għall-pubbliku imbagħad jkun ta’15 il-ġurnata. Fil-każijiet kollha l-oħra fejn l-awtorità kompetenti tqis li l-konsultazzjoni hija neċessarja, sakemm fejn l-applikazzjoni għar-rikonsiderazzjoni ta’permess in konformi mar-regola 18(1)(e) tinkludi talba għal-bdil sostanzjali, iż-żmien għall-konsultazzjoni pubblika jkun ta’30 ġurnata.

Barra min hekk l-ERA tista’tobbliga l-operatur jorganizza laqgħa pubblika bħala parti mill-konsultazzjoni .

Taħt ir-Regoli tal-Emissjonijiet Industrijali (IPPC), ir-regola 18 tiddikjara illi r-raġunijiet li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni jridu jkunu ippubblikati, u li għandhom jinkludu spjegazzjoni kif ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika ġew ikkunsidrati, kif ukoll punti tekniċi skont Regola 18(2).

Ir-regoli fuq imsemmija li għandhom x’jaqsmu mar-regoli tal-Emissjonijiet Industrijali (IPPC) japplikaw fil-każ ta’deċiżjoni, rikonsiderazzjoni jew tiġdid ta’permess.

Tibdil fil-kundizzjonijiet tal-operazzjoni ta’installazzjonijiet tal-IPPC jeħtiegu tibdil fil-permess, li imbagħad irid ikollhom proċeduri ta’konsultazzjoni pubblika kif regolati mill-IPPC.

Skont ir-regola 20 tar-regoli tal-IPPC, il-membri tal-pubbliku li għandhom interess suffiċjenti, għandhom ikollhom aċċess għall-proċess ta’reviżjoni quddiem l-EPRT biex ikunu jistgħu jikkontestaw is-sustanza u l-legalita tal-proċedura fl-għoti tad-deċiżjonijiet, l-azzjoni meħuda jew nuqqasijiet soġġetti għar-regola 18 tal-IPPC. Ta’min jinnota illi l-interess ta’NGO fl-ambjent jitqies bħala interess suffiċjenti. Taħt din ir-regola l-awtorità kompetenti l-(ERA) għandha tiżgura illi l-informazzjoni kollha tingħata lill-pubbliku għall-aċċess fejn jirrigwarda proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji.

Pjanijiet u programmi

Il-pubbliku jingħata l-opportunita jipparteċipa fit-tħejjija ta’pjanijiet, programmi u skemi fejn jidħol l-ambjent bis-saħħa ta’dawn il-liġijiet: L-Att dwar il-protezzjoni tal-Ambjent (kap 549 Liġijiet ta’Malta), l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (kap 552 tal-liġijiet ta’Malta) , Regolamenti dwar Stima Ambjentali Strateġika (SEA Regulations) (S.L.549.61) u r-Regolamenti dwar il-Parteċipazzjoni Pubblika fi Pjanijiet u Programmi (S.L.549.41).

Id-definizzjonijiet relevanti jinsabu f’dawn l-atti u regoli msemmija, huma kollha non-diskriminatorji u jipprovdu drittijiet ugwali lill-pubbliku għall-parteċipazzjoni.

Taħt l-Att Għall-Protezzjoni tal-Ambjent, l-ERA hija obbligata toħloq strateġija nazzjonali għall-ambjent skont l-art 45, li huwa dokument ta’ strateġija għat-tmexxija li joħloq il-qafas tal-politika għat-tħejjija ta’pjanijiet, policies u programmi taħt dan l-att jew kwalunkwe att ieħor għall-protezzjoni u użu sostenibbli tal-ambjent. Waqt it-tħejjija jew l-istudju tal-istrateġija, il-Ministru responsabbli għall-Ambjent irid javża lill-pubbliku dwar dak li ser jiġi meqjus u jipprovdi opportunitajiet adegwati biex individwi u organizzazzjonijiet jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħom (fi zmien sitt ġimgħat tal-inqas). Wara l-istrateġija flimkien mal-proposti magħmulin u r-risposti mogħtija jiġu pubblikati.

L-ERA tista’’wkoll tippubblika pjanijiet sussidjarji bħal pjanijiet li għandhom x’jaqsmu ma’policy ambjentali speċifika bid-dettalji speċifiċi għall-implimentazzjoni tagħha, skont l-art 48; kif ukoll dettalji oħra skond l-art 50.

Fit-tħejjija ta’dawn il-pjanijiet L-ERA għandha tinforma l-pubbliku dwar is-suġġetti li bi ħsiebha tikkunsidra u tipprovdi konsultazzjoni pubblika fuqhom. Konsultazzjoni pubblika għandha ssir ukoll wara lil-pjan preliminari jitlesta u jiġi ppubblikat (perjodu ta’għall-inqas sitt ġimgħat). Il-pjan jiġi adottat formalment mill-ERA wara li jittieħdu in konsiderazzjoni l-suġġerimenti kollha magħmulin lilha.

L-Att Dwar L-Ippjanar u l-Izvilupp għandu fih regoli simili fejn tidħol l-Istrateġija għall-Iżvilupp (SPED) u pjanijiet oħrajn.

Tal-ewwel huwa dokument strateġiku li jirregola l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-art u l-baħar fuq it-territorju u l-ibħra Maltin mentri fit-tieni jinkludi pjanijiet fuq suġġetti speċifiċi, pjanijiet lokali, pjanijiet lokali, pjanijiet ta’azzjoni żvilupp u immaniġġjar. L-artikoli 44 u 53 tal-Att Dwar L-Iżvilupp jiddikjaraw illi trid issir konsultazzjoni pubblika waqt it-tħejjija tal-pjan kif ukoll wara li jiġi ppubblikat l-abbozz kif ġa spjegat.

Barra minn hekk, regoli għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku huma nklużi wkoll fir-Regolamenti dwar stima Ambjentali Strateġika (S.L.549.61) SEA għal pjanijiet u programmi mniehda minn awtoritajiet pubbliċi li jista’’jkollhom effetti ambjentali. Ir-regoli jiddefinixxu l-pubbliku bħala individwi jew gruppi għaqdiet jew assoċjazzjonijiet kif kontemplati fil-liġi. Barra minn hekk dawn ir-regoli jiddefinixxu bħala aċċessibbli għall-pubbliku il-fatt illi ssir pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern u f’gazzetti lokali waħda bl-Ingliż u l-oħra bil-Malti. L-avviż ikollu fih fejn bniedem jista’’jara d-dokument jew jixtrih, u l-prezz m’għandux ikun iżjed minn dak li sewa biex jiġi stampat u distribwit. B’dan il-mod żgur kulħadd ikollu aċċess għad-dokument.

Skond dawn ir-regoli, hemm opportunitajiet biex il-pubbliku ikun aġġornat kostantament u jista’jagħmel il-kummenti tiegħu waqt l-Istima Ambjentali Strateġika (SEA). L-awtoritajiet responsabbli huma obbligati li l-konklużjonijiet tagħhom dwar il-ħtieġa jew anqas ta’SEA, jingħataw lill-pubbliku. Barra minn hekk il-liġi timponi illi l-pjan jew programm preliminari jingħataw lill-pubbliku. B’dan il-mod il-pubbliku ikun qed jingħata opportunita minn kmieni bi żmien biżżejjed ta’mhux iżjed minn sittax il-ġimgħa mill-pubblikazzjoni tal-pjan jew programm flimkien mar-rapport ambjentali, biex jagħti l-opinjoni tiegħu fuq il-pjan propost u r-rapport ambjentali qabel ma jiġi adottat u jintbagħat biex jibda l-proċess leġislattiv.

Biex il-pubbliku li jista’’jkollu interess ikun mgħarraf ( bħal organizzazzjonijiet li jħarsu l-ambjent) , l-avviż li juri li l-programm jew il-pjan jista’’jinkiseb jiġi ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern b’dettalji speċifiċi ta’fejn jista’’jinkiseb id-dokument u kif u sa meta jiġu aċċettati osservazzjonijiet.

Bħala prattika, l-awtoritajiet huma mħeġġa jpoġġu l-iscoping report għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Meta jiġi konkluż il-proċess SEA u jiġu komunikati d-deċiżjonijiet meħuda, l-awtorità responsabbli għandha tassigura li meta jiġi adottat pjan jew programm, il-pubbliku jiġi informat u li s-segwenti informazzjoni tingħata;

  1. Il-pjan jew il-programm adottat.
  2. Dikjarazzjoni ta’kif konsiderazzjonijiet ambjentali ġew integrati fil-pjan jew programm u kif tħejja r-rapport ambjentali, l-opinjonijiet espressi u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet li ġew kunsidrati flimkien mar-raġunijiet għaliex ġie magħżul il-pjan kif addattat fid-dawl ta’alternattivi oħra;
  3. Il-miżuri li ġie deċiż ser jintużaw fejn jidħol monitoraġġ.

Barra minn dawn, ir-Regolamenti dwar il-Parteċipazzjoni Pubblika fi Pjanijiet u Programmi (S.L.549.41) jipprovdu għall-parteċipazzjoni pubblika fit-tħejjija għal pjanijiet speċifiċi u programmi fejn jidħlu l-iskart, l-ilma u l-arja kif speċifikat fl-iskeda.

L-awtorità kompetenti (l-ERA) għandha tieħu ħsieb illi l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija, modifika jew reviżjoni ta’pjanijiet speċifiċi jew programmi.

L- ERA trid tikkonsidra r-riżultati tal-parteċipazzjoni pubblika meta tieħu d-deċiżjoni tagħha u għandha tinforma lill-pubbliku bid-deċiżjoni finali tagħha flimkien mar-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijet, inkluż informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

4) Huwa obbligatorju li tipprovdi aċċess għal informazzjoni dwar il-ġustizzja fid-deċiżjoni amministrattiva u fis-sentenza?

Meta l-Awtorità tal-Ippjanar tagħti deċiżjoni dwar permessi tal-iżvilupp ir-regola 13 (7) tar-Regolamenti dwar l-Ippjanar Tal-Iżvilupp (Proċedura ta’applikazzjonijiet u d-deċiżjoni relattiva) 2016 (S.L.552.13) tgħid illi l-avviż tad-deċiżjoni għandu jiġi komunikat lill-appellant , il-perit, konsulenti esterni, konsulenti oħrajn u individwi terzi interessati, fi żmien ħmistax il-ġurnata mid-deċiżjoni.

L-art. 33 tal-kap 552 jobbliga lill-PA li jipprovdi lill-partijiet b’informazzjoni dettaljata fuq id-dritt li li jippreżentaw appell u l-liġijiet applikabbli għar-rigward tal-preżentata tal-appelli u t-termini applikabbli.

Fir-rigward ta’deċiżjonijet tat-Tribunal ta’Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, jintbagħat avviż bid-data tad-deċiżjoni lill-partijiet interessati. Dan ma jintbagħatx bil-posta reġistrata u jista’’jkun u ġieli kien hemm każijiet fejn in-notifika ma tiġix konfermata. Id-deċiżjoni tal-EPRT tinqara fil-pubbliku u tingħata kopja lill-partijiet. Id-deċiżjoni ma tinkludix referenzi dwar kif jista’’wieħed jappella.

5) Il-parteċipanti barranin jiġi pprovduti b’servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni? X'inhuma r-regoli applikabbli?

Il-lingwa tat-Tribunal ta’Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar hija l-Malti, u s-sentenzi huma wkoll ippublikati bil-Malti. Però dejjem skond l-artikolu 21 Tal-Kap 12 u l-artikolu 12 tal-Kap 551 kull fejn xi wieħed mill-partijiet ma tifhimx il-lingwa li qed tintuża waqt il-proċeduri, jiġi provdut interpretu.

1.8. Regoli proċedurali speċjali

1.8.1. Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) - dispożizzjonijiet relatati mad-Direttiva 2003/35/KE

Regoli tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) speċifiċi għall-pajjiż relatati mal-aċċess għall-ġustizzja

1) Regoli dwar il-locus standi u l-aċċess għall-ġustizzja relatati mal-iskrinjar (il-kundizzjonijiet, l-iskeda taż-żmien, il-pubbliku kkonċernat)

L-Awtorità Tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija l-awtorità kompetenti responsabbli għall-Istudji Dwar l-Impatt Ambjentali (EIA), li huma regolati permezz tar-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.(S.L.549.46)

L-iskeda 1 tar-regoli tal-EIA fiha lista tal-proġetti li jistgħu jikkwalifikaw għal EIA. Dettalji aħjar jistgħu jinkisbu minn fuq il-website tal-ERA. Meta proġett jitqies illi jaqa’ taħt l-iskeda 1 għadha ssir Dikjarazzjoni ta’deskrizzjoni tal-proġett skond il-kriterji imniżżla fl-iskeda II tar-regoli tal-EIA (S.L.549.46).

Jekk żvilupp jaqa’ taħt kategorija I tal-iskeda I tar-regoli tal-EIA (S.L.549.46) jiskatta mill-ewwel il-proċess tal-EIA , wara li jsir il-PDS.

Jekk il-proposta taqa’ taħt il-kategorija II, irid isir EIA dettaljat skond l-iskeda III tal-istess regoli biex jiġi identifikat jekk il-proposta jistax ikollha impatt sinjifikanti skond l-istess proposta. Jekk l-istħarriġ dettaljat ma jirrilevax xi effetti ambjentali sinjifikanti, il-proposta ma jkunx hemm bżonn ta’rapport tal-EIA. Jekk mid-dokument tal-istħarriġ tal-EIA jirrizulta li hemm impatti sinjifikanti, il-proposta ikollha bżonn studji iżjed fil-fond u rapport tal-EIA.

Il-pubbliku ma jipparteċipax fil-proċess ta’stħarriġ tal-EIA.

2) Regoli dwar il-locus standi relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni (il-kundizzjonijiet, l-iskeda taż-żmien, il-pubbliku kkonċernat)

Fil-każ tal-EIA, ir-regolamenti tal-EIA (S.L.549.46) Maltin jaghtu opportunita lill-pubbliku li jipparteċipa fl-istadju tal-bidu. Skond ir-regola 16(2) entitajiet tal-Gvern, il-Kunsill Lokali tal-inħawi fejn ser isir il-proġett propost, Kunsilli Lokali li jistgħu jiġu affettwati, kif ukoll il-pubbliku (inkluż NGO) huma mistiedna mill-awtorità kompetenti (ERA), sabiex jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom, fi żmien 30 ġurnata, fuq kwalunkwe suġġett li jixtiequ jaraw inkluż fit-termini tar-referenza (TOR). It-TOR li huma imfassla għall-proġett, jiddeterminaw il-kontenut tar-rapport tal-EIA.

L-izviluppatur huwa responsabbli biex jappunta koordinatur tal-EIA u konsulenti independenti biex jagħmlu l-istudji neċessarji u jivvalutaw l-impatti tal-parametri ambjentali identifikati fl-EIA TORS.

Is-sejbiet tal-EIA huma imbagħad inkorporati fir-rapport tal-EIA. Dan huwa rapport koordinat imfassal minn koordinatur independenti tal-EIA u grupp ta’konsulenti indipendenti. Ir-rapport jikkonsisti f’assessjar koordinat, apprezzamenti tekniċi tal-istudji speċjalizzati u estratt ta’natura mhux teknika. Kif ir-rapport tal-EIA jiġi konkluż, l-iżviluppatur huwa obbligat jippubblika notifika fil-gazzetti lokali biex jinforma lill-pubbliku illi rapport tal-EIA ġie mħejji u jinsab depożitat għand l-ERA u issa tista’ ssir il-konsultazzjoni pubblika. Kopja diġitali tkun disponibbli fuq il-website tal-Awtorità u jkun hemm perjodu ta’30 ġurnata għall-konsultazzjoni. Fil-frattemp issir konsultazzjoni wkoll ma’entitajiet tal-Gvern, Kunsilli Lokali, u NGO. Kummenti magħmulin mill-ERA u l-konsulenti, inkluż il-pubbliku jintbagħtu lill-koordinatur tal-EIA għar-risposta.

Għall-proġetti taħt il-kategorija I trid issir laqgħa pubblika organizzata mill-iżviluppatur waqt jew wara il-perjodu ta’30 ġurnata konsultazzjoni. Kull kumment li jsir waqt il-laqgħa pubblika jew waqt l-perjodu ta’konsultazzjoni huma mgħoddija għand il-koordinatur tal-EIA għar-risposta.

F’dan l-istadju kull reviżjoni neċessarja li hemm bżonn issir fir-rapport, issir jew permezz ta’rapport ġdid jew addendum ma’dak li hemm.

Kif jintemm il-proċess l-ERA tipprepara rapport ibbażat fuq is-sejbiet tal-EIA flimkien ma’rakkomandazzjoni. Dan ir-rapport huwa l-bażi li fuqu tittieħed deċiżjoni dwar l-iżvilupp propost. Jekk l-iżvilupp jiġi appruvat dan ikun soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi u monitoraġġ wara l-permess.

3) F'liema stadju/i jista’ l-pubbliku jikkontesta d-deċiżjonijiet amministrattivi dwar proġetti ambjentali? Hemm skadenza biex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet?

Konformi mar-regola 34 tar-Regolamenti tal-EIA, kull min iħossu aggravat jista’’jappella quddiem l-EPRT kontra deċiżjoni azzjoni jew omissjoni li għandhom x’jaqsmu mar-regoli tal-EIA.

Il-kap 551 tal-liġijiet ta’Malta jipprovdi għal appell lill-EPRT. Dan igħid hekk ‘kull persuna tista’tappella minn deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Rizorsi biss fil-każ ta’studji ambjentali, aċċess għall-informazzjoni ambjentali u l-prevenzjoni ta’ħsara ambjentali.’

Appell lill-EPRT jista’’jsir għal kull raġuni inklużi;

  1. li sar żball materjali fuq fatt;
  2. li kien hemm żball proċedurali;
  3. li kien hemm żball ta’liġi;
  4. li seħħet xi illegalita’ nuqqas ta’raġuni, nuqqas ta’kunsiderazzjoni ta’effetti kontrarji, jew nuqqas ta’proporzjonalita.

Bil-liġi, appell għandu jsir quddiem l-EPRT fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni fuq il-website tad-dipartiment tal-informazzjoni. Fil-każ ta’appelli minn deċiżjonijet li m’hemmx bżonn ikunu ippublikati l-appell irid isir quddiem l-EPRT sa 30 ġurnata mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.

4) Jista’ wieħed jikkontesta l-awtorizzazzjoni finali? Taħt liema kundizzjonijiet, jekk wieħed ikun individwu, NGO jew NGO barranija?

l-EIA mhuwiex permess jew awtorizzazzjoni. Madanakollu in konformita mar-regola 34 tar-regoli tal-EIA, kull min iħossu aggravat jista’’jappella quddiem l-EPRT biex jattakka deċiżjoni, att jew nuqqas li hu regolat mir-regolamenti tal-EIA. Barra minn hekk l-art 47 tal-kap 551 jista’ jintuża biex tiġi attakkata kwalunkwe deċiżjoni meħuda fl-EIA permezz ta’appell lill-EPRT. Skond dan, kull bniedem jista’ jappella deċiżjoni tal-Awtorità Tal-Ambjent u r-Riżorsi, biss fejn jidħlu studji ambjentali , aċċess għall- informazzjoni ambjentali u prevenzjoni u t-tiswija ta’ħsara ambjentali.

Id-dritt tal-appell lill-EPRT huwa miftuħ għal kulħadd mingħajr bżonn li jintwera xi interess fil-kwistjoni.

Ir-riżultat aħħari tal-proċess ta’EIA hija il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-EIA li għandu jittieħed in kunsiderazzjoni meta tittieħed deċiżjoni fuq l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni għall-permess tittieħed mill-awtorità kompetenti Maltija (dik li tiddeċiedi l-għoti jew ir-rifjut tal-permess mitlub) bħal per eżempju l-awtorità tal-ippjanar. Għalhekk jekk xi individwi jew NGO jew NGO barranin jixtiequ jikkontestaw proċess ta’EIA jistgħu jirrikorru għar-regola 34 tar-regoli tal-EIA. Jekk applikant, membru tal-pubbliku, NGO jew terz interessat jixtiequ jikkontestaw permess maħruġ mill-awtorità, iridu jaraw il-liġijiet li japplikaw għall-proċess tal-iżvilupp jew. tal-għoti tal-permessi. Per eżempju fejn l-awtorità hija dik tal-Ippjanar, l-Art 11(e) tal-kap 551 japplika, li jipprovdi l-opportunita ta’appell minn deċiżjoni tal-EPRT.

5) Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju - kontroll fuq il-legalità sostantiva/proċedurali. Il-qorti tista’ taġixxi ex officio?

Azzjoni għal reviżjoni ġudizzjarja ta’att amministrattiv, deċiżjoni jew nuqqas fil-proċess tal-EIA tista’’tiġi intavolata quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (l-ewwel Qorti). Din il-kawża issir taħt l-artiklu 469A 12 tal-kap u trid tiġi preżentata fi żmien 6 xhur mid-data li l-persuna issir taf jew setgħet issir taf b’tali att amministrattiv.

Il-Qorti ma tistax tiftaħ dawn il-proċeduri waħedha.

6) F'liema stadju jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet?

Kif inqal aktar il-fuq appell lill-EPRT minn deċiżjonijiet minn deċiżjonijet amministrattivi, atti jew nuqqasijiet għandu jsir fi żmien 30 ġurnata mill-pubblikazzjoni jew notifika.

Kawża għal reviżjoni ġudizzjarja ta’att amministrattiv fil-Qrati Ċivili trid tiġi preżentata fi żmien 6 xhur mid-data minn meta il-bniedem interessat sar jaf jew seta’ jsir jaf b’tali att skond liema kien l-ewwel.

7) Qabel ma titressaq kawża l-qorti, jenħtieġ li jiġu eżawriti l-proċeduri ta' stħarriġ amministrattiv qabel ma wieħed jirrikorri għall-proċeduri tal-istħarriġ ġudizzjarju?

Il-kawża ta’reviżjoni ġudizzjarja tapplika biss meta l-liġi ma toffrix azzjoni oħra kontra azzjoni amministrattiva quddiem qorti jew tribunali oħrajn. Dan ifisser illi appelli quddiem l-EPRT u l-Qorti tal-Appell ikunu jridu jsiru jekk huma kontemplati fil-liġi.

8) Sabiex ikollok locus standi quddiem il-qrati nazzjonali huwa meħtieġ li tipparteċipa fil-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika tal-proċedura amministrattiva - li tagħmel kummenti, tipparteċipa fis-seduta, eċċ., li ma jfissirx ir-rekwiżit stabbilit fil-punt 12?

Fi procedure minn decizjonijiet tal-ERA quddiem l-EPRT m’hemmx bżonn ta’parteċipazzjoni fil-proċess. . Però biex tappella quddiem l-EPRT minn deċiżjonijiet tal-PA, parteċipazzjoni fil-forma ta’reġistrazzjoni hija meħtieġa. Quddiem il-Qrati Ċivili m’hemmx bżonn ta’parteċipazzjoni qabel però jinħtieġ l-interess ġuridiku.

9) Ġust, ekwu – dan kif jiġi applikat fil-ġuriżdizzjoni nazzjonali?

Il-Kap 551 tal-liġijiet ta’Malta jgħidilna illi l-EPRT għandu jaderixxi ruħu u jħaddan il-prinċipji xierqa fl-amministrazzjoni u jirrispetta d-dritt ta’smiegħ xieraq, inkluż il-prinċipji tal-ġustizzja naturali primarjament; (i) nemo judex in causa sua u (ii) audi et alteram partem. L-EPRT għandu jassigura l-ugwaljanza bejn il-partijiet fil-proċeduri . Kulħadd għandu jingħata l-opportunita jesprimi ruħu bil-miktub u bil-fomm. Dawn huma prinċipji li jinsabu fil-Kostituzzjoni tagħna u osservati mill-Qrati.

10) Kif inhu implimentat il-kunċett ta’ “tempestiv” mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?

Kap 551 tal-liġijiet ta’Malta jgħidilna illi l-EPRT irid jasal għad-deċiżjoni fi żmien raġonevoli. Però fl-appelli lill-EPRT mid-decizjonijiet tal-ERA m’hemm l-ebda termini stipulati.

Il-Qrati mhumiex marbutin bl-ebda żmien biex jagħtu s-sentenzi.

11) Huwa disponibbli rimedju b'mandat ta' inibizzjoni? Jekk iva, x'inhuma r-rekwiżiti proċedurali sabiex tkun eliġibbli għalih? Hemm regoli speċjali applikabbli għal dan is-settur apparti d-dispożizzjonijiet nazzjonali ġenerali?

Fir-rigward ta’appelli minn deċiżjonjiet meħuda waqt il-proċess tal-EIA, l-effett tad-deċiżjoni ma jiġix sospiż sempliċiment għax ġie intavolat appell, sakemm l-EPRT jew il-Qorti tal-Appell ma jordnawx s-sospensjoni.

Fil-każ illi hemm appell minn approvazzjoni ta’azzjoni li tista’’tkun ta’dannu irriversibbli lill-ambjent, din l-approvazzjoni tista’’tkun sospiża mill-EPRT sad-deċiżjoni finali jekk l-EPRT tħoss illi b’dan il-mod jiġu evitati danni irriversibbli lill-ambjent.

Sospensjoni tista’ tintalab b’rikors quddiem l-EPRT għas-sospensjoni tal-ezekuzzjoni jew mal-appell jew permezz ta’ħruġ ta’mandat t’inibizzjoni quddiem il-Qorti.

1.8.2. Prevenzjoni u Kontroll Integrati tat-Tniġġis (IPPC)/Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED) - dispożizzjonijiet relatati mad-Direttiva 2003/35/KE

1) Regoli tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED) speċifiċi għall-pajjiż relatati mal-aċċess għall-ġustizzja

S.L.549.77 Regolamenti Dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali jgħidulna illi l-awtorita kompetenti għandha tassigura illi l-informazzjoni prattika għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

2) Regoli permanenti, f'liema stadji tista’ tikkontesta d-deċiżjonijiet (jekk tkun NGO, NGO barranija, ċittadin)? Id-deċiżjoni finali tista’ tiġi kkontestata?

Skond ir-regola 20 ta’S.L.549.77 Regolamenti Dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tal-Emissjonijiet Industrijali membri tal-pubbliku li għandhom interess suffiċjenti jista’jkollhom aċċess għal proċedura ta’reviżjoni quddiem it-Tribunal ta’Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar biex jikkontestaw deċiżjonjiet, azzjonijiet jew nuqqasijiet taħt ir-regolamenti.

Jista’ jiġi ntavolat appell fi żmien 30 ġurnata wara deċiżjoni ta’għoti, rikonsiderazzjoni jew tiġdid ta’permess.

Għall-finijiet ta’dawn ir-regoli l-interess ta’NGO li tippromwovi l-interessi ambjentali hu biżżejjed biex tipparteċipa.

Barra minn hekk il-kap 551 jagħti dritt lil kull min għandu interess suffiċjenti li jkollu dritt ta’kontestazzjoni quddiem l-EPRT dwar il-legalita ta’kull deċiżjoni, azzjoni jew nuqqas f’każijiet ta’ zvilupp jew installazzjoni soġġett għal EIA jew permess tal-IPPC.

Wieħed jista’ wkoll jiftaħ kawża għar-reviżjoni ta’ att amministrattiv fi żmien sitt xhur minn meta jseħħ u minn meta seta’ jsir jaf li seħħ skond meta l-ewwel.

Min jagħmel l-azzjoni irid ikollu interess suffiċjenti. Dan il-prinċipju ingħata interpretazzjoni wiesgħa mill-Qrati tagħna fil-każ ta’NGO tal-ambjent. L-individwu però irid juri interess dirett u personali.

3) Regoli dwar il-locus standi u l-aċċess għall-ġustizzja relatati mal-iskrinjar (il-kundizzjonijiet, l-iskeda taż-żmien, il-pubbliku kkonċernat)

Fil-fażi ta’screening m’hemmx parteċipazzjoni tal-pubbliku kontemplat. Membri tal-pubbliku li għandhom interess suffiċjenti għandhom il-proċedura spjegata iżjed ‘l fuq biex jikkontestaw f’dan l-istadju.

4) Regoli dwar il-locus standi relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni (il-kundizzjonijiet, l-iskeda taż-żmien, il-pubbliku kkonċernat)

L-opportunita għall-konsultazzjoni pubblika tingħata waqt il-proċess tal-ippjanar. Din hija spjegata f’1.7.4.2.

Il-membri tal-pubbliku li għandhom interess suffiċjenti għandhom il-proċedura deskritta qabel biex jikkontestaw deċiżjonijiet meħuda.

5) F'liema stadju/i jista’ l-pubbliku jikkontesta d-deċiżjonijiet amministrattivi dwar proġetti ambjentali? Hemm skadenza biex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet?

Kif ġa intqal appell lill-EPRT isir fi żmien 30 ġurnata mill-pubblikazzjoni jew notifika.

L-azzjoni għar-reviżjoni ġudizzjarja issir fi żmien 6 xhur minn meta l-individwu sar jaf jew seta’ jsir jaf b’dan l-att skond liema jiġi l-ewwel.

6) Il-pubbliku jista’ jikkontesta l-awtorizzazzjoni finali?

Il-pubbliku jista’jikkontesta l-permess finali permezz ta’appell quddiem l-EPRT fi żmien 30 ġurnata mill-pubblikazzjoni tas-sentenza jew in-notifika tal-istess.

7) Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju - kontroll fuq il-legalità sostantiva/proċedurali. Il-qorti tista’ taġixxi ex officio? Huwa possibbli li jiġu kkontestati deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet?

Kawża għar-reviżjoni ta’att amministrattiv (inklużi deċiżjonijiet fuq l-ambjent) tista’ tinfetaħ quddiem il-Prim Awla Tal-Qorti Ċivili taħt l-artikolu 469A kap 12 .

Atti amministrattivi jistgħu jiġu kontestati meta jiksru l-kostituzzjoni, jew meta jsiru minn awtorità pubblika li mhix awtorizzata tagħmilhom, jew meta l-awtorità pubblika kisret il-prinċipji tal-ġustizzja naturali, jew kisret il-proċedura f’xi stadju li trid tiġi addottata f’dawn il-każijiet, jew ikun hemm abbuż tal-poter tal-awtorità , jew tittieħed fuq bażi ta’ irrilevanti jew l-att imur jontra l-liġi. L-azzjoni amministrattiva tinkludi l-għoti ta’permessi, liċenzji, deċizjonijiet , ordnijiet, warrant, deċiżjoni jew rifjut ta’xi talba tal-appellant.

Il-Qorti tqis il-legalita tal-proċedura tal-att jew l-omissjoni li qed jiġi kontestat. Il-Qorti tista’ tannulla l-azzjoni u tordna rimedju, però ma tistax tuża d-diskrezzjoni tagħha flok dik tal-awtorità.

Il-Qorti tista’ toqgħod fuq il-pariri ta’esperti – imqabbda mill-Qorti stess jew xhieda ex parte sabiex tiddeċiedi fuq kemm kienet raġonevoli d-deċiżjoni meħuda.Dan isir biss biex jiġi stabbilit jekk kienitx intużat il-proċedura korretta.

Il-Qorti ma tistax tibda proċeduri bħal dawn waħedha.

8) F'liema stadju jistgħu jiġu kkontestati?

Azzjoni għar-reviżjoni trid tinfetaħ fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-persuna interessata saret taf jew setgħet issir taf b’dan l-att amministrattiv ,liema jiġi l-ewwel.

9) Qabel ma titressaq kawża l-qorti, jenħtieġ li jiġu eżawriti l-proċeduri ta' stħarriġ amministrattiv qabel ma wieħed jirrikorri għall-proċeduri tal-istħarriġ ġudizzjarju?

Ir-reviżjoni ġudizzjarja hija applikabbli biss meta ma teżisti l-ebda forma ta’kontestazzjoni oħra quddiem Qorti jew Tribunal fi kwalunkwe liġi oħra.

10) Sabiex ikollok locus standi quddiem il-qrati nazzjonali huwa meħtieġ li tipparteċipa fil-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika tal-proċedura amministrattiva – li tagħmel kummenti, tipparteċipa fis-seduta, eċċ.?

Biex ikollok dritt tappella quddiem l-EPRT minn deċizjonijiet tal-ERA, m’hemmx bżonn ta’parteċipazzjoni qabel dan l-istadju. Biex però tipparteċipa quddiem l-EPRT f’appelli minn deċizjonijiet tal-PA, f’ċerti każijiet ikollok bżonn tkun reġistrat bħala terz interessat. Fil-każ tal-Qrati l-ebda parteċipazzjoni ma trid tiġi ppruvata imma irid jeżisti interess

ġuridiku.

11) Ġust, ekwu – dan kif jiġi applikat fil-ġuriżdizzjoni nazzjonali?

Il-kap 551 tal-Liġijiet ta’Malta jiddikjara illi l-EPRT għandu japplika prinċipji ta’amministrazzjoni ġusta u jirrispetta d-dritt ta’smiegħ xieraq tal-partijiet, inklużi l-prinċipji tal-ġustizzja naturali speċifikament ; (i) nemo judex in causa sua u (ii) audi et alteram partem. L-EPRT irid jassigura illi jkun hemm l-ugwaljanza bejn il-partijiet fil-proċeduri quddiemu. Kull parti għandha tingħata l-opportunita tippreżenta l-argumenti tagħha, sew bil-miktub kif ukoll bil-fomm mingħajr żvantaġġ. Dawn il-prinċipji huma kristallizzati fil-kostituzzjoni tagħna u meqjusa mill-Qrati tagħna.

12) Kif inhu implimentat il-kunċett ta’ “tempestiv” mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?

Il-kap 551 jistipula illi l-EPRT għandha tasal għall-konklużjonijiet tagħha fi żmien raġonevoli. Kif ġa spjegat (tweġiba 1.7.1.2) hemm termini li fihom l-EPRT għandha tasal ġħad-deċizjonijiet tagħha però dawn mhumiex enforzabbli.

Fil-liġi m’hemm l-ebda terminu li fih trid tingħata sentenza. Dan jista’jagħti lok meta appell jew kawża quddiem il-Qrati ikunu għalxejn jekk ma jkunx hemm ordni ta’sospensjoni mill-qrati jew l-EPRT billi l-effett tal-ordni jibda jseħħ waqt li l-appelli jkunu għadhom għaddejjin.

13) Huwa disponibbli rimedju b'mandat ta' inibizzjoni? Jekk iva, x'inhuma r-rekwiżiti proċedurali biex tkun eliġibbli għalih? Hemm regoli speċjali applikabbli għal dan is-settur apparti d-dispożizzjonijiet nazzjonali ġenerali?

Fejn jidħlu appelli minn deċizjonijiet ta’għoti ta’permess taħt il-proċess tal-IPPC l-effett tad-deċizjoni ma jiġix sospiz sempliċiment għax ġie intavolat appell sakemm ma jiġix ordnat mill-EPRT jew il-Qorti tal-Appell.

Fil-każ ta’appell fuq approvazzjoni jew approvazzjoni in parti ta’permess għal azzjoni li tista’tkun ta’dannu irriversibbli għall-ambjent, l-approvazzjoni tista’tkun sospiża mit-Tribunal sakemm jagħti s-sentenza finali jekk l-istess Tribunal iħoss illi jista’jkun hemm konsegwenzi irriversibbli fuq l-ambjent jew raġunijet oħra ta’natura simili.

Is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċizjoni tista’ tintalab permezz ta’rikors quddiem L-EPRT prezentat flimkien mal-appell, jew permezz ta’mandat t’Inibizzjoni quddiem il-Qorti skont il-kaz.

14) L-informazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja hija pprovduta lill-pubbliku b'mod strutturat u aċċessibbli?

Ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijet Industrijali (S.L.549.77) jagħtu informazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja ara risposta għad-domanda 1.7.4.2.

Fl-avviżi dwar id-deċizjonijiet meħudin mill-ERA u mtellgħin fuq il-website tal-ERA ikun hemm inkluż informazzjoni dwar kif tista’’tappella. L-avviżi mibgħuta lill-appellanti rigward permessi ambjentali ukoll jinkludu referenza għal kif tista’ tappella.

1.8.3. Responsabbiltà ambjentali[6]

Regoli legali speċifiċi għall-pajjiż relatati mal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali 2004/35/KE, l-Artikoli 12 u 13

1) Liema rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati biex persuni fiżiċi jew ġuridiċi (inklużi NGOs ambjentali) jiksbu reviżjoni tad-deċiżjoni meħuda dwar rimedju ambjentali mill-awtorità kompetenti minn qorti jew entità oħra indipendenti u imparzjali skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (ELD)?

S.L. 549.97 Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u r-Rimedju għad-Danni Ambjentali jgħidulna x’rimedji hemm għal min iħossu aggravat mid-danni ambjentali jew theddida imminenti ta’dawn id-danni.

Ir-regola 13 tgħidilna illi l-individwi jew persuni legali li huma affettwati minn danni ambjentali jew li jistgħu jkunu affettwati, jew li għandhom interess suffiċjenti fil-proċess tat-teħid ta’deċizjonijiet fuq l-ambjent li għandu x’jaqsam mal-ħsara involuta, ikollhom dritt jippreżentaw quddiem l-ERA l-osservazzjonijiet tagħhom fuq inċidenti ta’ħsara ambjentali li jafu bihom u jkollhom dritt jitolbu illi l-Awtorità kompetenti tieħu azzjoni ta’rimedju taħt dawn ir-regoli.

Jekk imbagħad l-individwu jixtieq jikkontesta d-deċiżjoni tal-ERA jew in-nuqqas t’azzjoni, jista’ jsir appell lill-EPRT fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fuq il-website tad-Dipartiment tal-informazzjoni mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Rizorsi jew fi żmien 30 ġurnata min-notifika meta ma jkunx hemm bżonn ta’pubblikazzjoni. Peress illi dan hu wieħed minn dawk il-każijiet l-appell isir fi żmien 30 ġurnata min-notifika.

Meta l-EPRT tagħti d-deċiżjoni tagħha dik id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti tal-Appell fi żmien 20 ġurnata.

Skond ir-regolamenti wieħed jitqies illi għandu interess suffiċjenti jekk ikun għamel rappreżentazzjonijiet fir-rigward ta’ħruġ ta’permess, jew jekk jikkwalifika bħala konsulent jew għandu sehem taħt ir-regoli tal-Istudji Dwar l-Impatt fuq L-Ambjent.

Kull NGO li taħdem għall-protezzjoni tal-ambjent titqies bħala li għandha interess biżżejjed għal dan l-iskop.

2) X'inhi l-iskadenza għat-tressiq ta' appelli?

Jekk l-individwu aggravat jixtieq jikkontesta d-deċiżjoni tal-ERA jew in-nuqqas t’azzjoni, jista’ jsir appell lill-EPRT fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fuq il-website tad-Dipartiment tal-informazzjoni mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi jew fi żmien 30 ġurnata min-notifika meta ma jkunx hemm bżonn ta’pubblikazzjoni. Peress illi dan hu wieħed minn dawk il-każijiet l-appell isir fi żmien 30 ġurnata min-notifika.

Meta l-EPRT tagħti d-deċiżjoni tagħha dik id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti tal-Appell fi żmien 20 ġurnata.

3) Hemm rekwiżiti għal osservazzjonijiet li jakkumpanjaw it-talba għal azzjoni skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (ELD) u jekk iva, liema?

Skont S.L.549.97 Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u r-Rimedju għal Danni Ambjentali l-individwi jew persuni legali li huma affettwati minn danni ambjentali jew li jistgħu jkunu affettwati, jew li għandhom interess suffiċjenti fil-proċess tat-teħid ta’deċizjonijiet fuq l-ambjent li għandu x’jaqsam mal-ħsara involuta, ikollhom dritt jippreżentaw quddiem l-ERA l-osservazzjonijet tagħhom fuq inċidenti ta’ħsara ambjentali li jafu bihom u jkollhom dritt jitolbu illi l-Awtorità kompetenti tieħu azzjoni ta’rimedju taħt dawn ir-regoli.

Ir-Regolament 13(3) jiddikjara illi t-talba għall-azzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u data in sostenn ta’dak li qed jiġi allegat bħala ħsara ambjentali. Ħlief li tkun rilevanti m’hemm l-ebda kriterju ieħor għall-informazzjoni li trid tingħata.

4) Hemm rekwiżiti speċifiċi rigward “plawżibbiltà” biex jintwera li seħħet ħsara ambjentali, u jekk iva, liema?

Anke jekk it-talba għall-azzjoni flimkien mal-osservazzjonijiet magħmula iridu juru illi l-ħsara ambjentali hija realistika’ r-regoli ma fihomx definizzjonijiet partikolari, importanti biss illi il-ħsara ambjentali taqa’taħt id-definizzjoni li hemm f’S.L. 549.97.

5) Huwa meħtieġ ċertu mod u/jew skadenzi stabbiliti fir-rigward tan-notifika tad-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi intitolati (inklużi l-NGOs ambjentali intitolati)? Jekk iva, liema?

S.L.549.97 Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u r-Rimedju Għal Danni Ambjentali jgħidulna illi l-Awtorità kompetenti għandha kemm jista’ jkun malajr, tinforma lill-persuna/i li għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom lill-Awtorità , bid-deċiżjoni tagħha li taċċetta jew tirrifjuta t-talba għall-azzjoni flimkien mar-raġunijiet li wasslu għall-konklużjoni. Però għal darb’oħra m’hemm l-ebda terminu biex dan isir.

6) L-Istat Membru japplika estensjoni tal-jedd li tintalab azzjoni minn awtorità kompetenti għal ħsara lill-ambjent f'kawżi ta’ theddida imminenti ta' tali ħsara?

Taħt ir-regola 13 ta’S.L. 549.97 talba għall-azzjoni fuq ħsara ambjentali tista’ssir għal waħda mill-attivitajiet mnizzla fir-regola, u r-riskju ta’danni ambjentali kaġun ta’waħda mill-attivitajiet imnizzla hemm.

7) Liema huma l-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Istat Membru?

L-awtorità kompetenti hija l-ERA.

8) L-Istat Membru jeħtieġ li l-proċedura ta’ stħarriġ amministrattiv tiġi eżawrita qabel ma wieħed jirrikorri għall-proċeduri ġudizzjarji?

Azzjoni għar-reviżjoni ġudizzjarja ta’att amministrattiv (inkluż dawk ambjentali) jistgħu jiġu intavolati quddiem il-Prim Awla Tal-Qorti Ċivili. Din l-azzjoni hija bażata fuq l-art 469A kap 12. Din l-azzjoni tista’ ssir biss fejn l-ebda liġi oħra ma tagħti rimedju. Għalhekk iridu jiġu eżawriti l-proċeduri kollha l-oħra qabel ma bniedem jirrikorri għal dan ir-rimedju.

1.8.4. Regoli ta’ proċeduri transfruntieri f'kawżi ambjentali

1) Hemm regoli dwar l-involviment ta’ pajjiżi oħra? F'liema stadju tal-proċedura hemm il-possibbiltà li jiġu kkontestati deċiżjonijiet ambjentali?

Ir-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni Tal-impatti Ambjentali (S.L.549.46) jipprovdu għall-konsultazzjoni oltre konfini fis-sezzjoni vii tal-imsemmija regolamenti. Meta l-Ministru tal-Ambjent isir jaf illi xi proġett ġewwa Malta jista’jaffettwa l-ambjent ta’pajjiż ieħor tal-EU, jew xi stat jagħmel talba, il-Ministru għandu javża lil dak l-istat kemm jista’’jkun malajr u mhux iktar tard minn meta jsir jaf il-pubbliku Malti. L-avviż għandu jku jinkludi;

  1. Informazzjoni dwar il-proġett u s-sit flimkien mal-konsegwenzi li jista’’jkun hemm oltre konfini.
  2. Informazzjoni fuq xi deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu
  3. Kull informazzjoni oħra rilevanti skont il-Ministru.

Il-Ministru għandu jagħti lill-dan l-istat 30 ġurnata biex jindika jixtieqx jieħu sehem fil-proċess tad-deċiżjoni ambjentali, studju dwar l-impatt ambjentali skont il-każ.

Jekk stat ieħor jqis illi l-ambjent tiegħu ser jiġi affettwat ħażin minn proġett li ser iseħħ ġo Malta u ma ġiex notifikat b’avviż kif suppost, il-Ministru għandu jgħaddi l-informazzjoni kollha xierqa u jżomm diskussjonijiet dwar jekk jistax ikun hemm impatt negattiv oltre konfini.

Jekk l-istat interessat jinforma lill-Ministru illi bi ħsiebu jipparteċipa fil-proċess il-Ministru għandu jgħaddi l-informazzjoni kollha meħtieġa skont ir-regolamenti.

L-istat interessat jista’jidhol f’konsultazzjonijiet mal-Ministru dwar;

  1. l-effetti oltre konfini tal-proġett;
  2. alternattivi possibbli għall-proġett;
  3. miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex jiġu mitigati jew eliminati xi effetti;
  4. monitoraġġ ta’dawn il-miżuri u tal-proġett;
  5. assistenza reċiproka għat-tnaqqis tal-impatt tal-proġett;
  6. kull miżura li titqies siewja għall-proġett.

Għal dan l-iskop l-istat interessat għandu jiftiegħem mal-Ministru għal perjodu raġonevoli għall-konsultazzjoni, dejjem skond in-natura, skop u daqs tal-proġett u fejn ser isir. L-istat interessat għandu wkoll jipprovdi lill-Ministru dettalji dwar l-ambjent li ser jiġi milqut ġewwa l-pajjiż fejn din l-informazzjoni hija meħtieġa għar-rapport.

L-istat interessat jista’ wkoll jirranġa biex l-informazzjoni tingħata lill-pubbliku tiegħu fi żminijiet raġonevoli sabiex ikunu jistgħu jaqsmu l-fehmiet tagħhom u jipparteċipaw fil-proċess tad-deċiżjoni qabel ma jingħata permess għall-proġett. L-istat interessat għandu jgħaddi l-opinjoni lill-Ministru fiż-żmien stipulat fir-regolamenti, li imbagħad għandu jgħaddihom lill-ERA.

Il-Ministru għandu jinforma lill-istat interessat bid-deċiżjoni meħuda fuq il-proġett flimkien mal-konsiderazzjonijiet u r-raġunijiet fuqhiex ittieħdet id-deċiżjoni. Dan flimkien mat-termini u l-kundizzjonijiet u informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni pubblika. Din l-informazzjoni tista’ tingħata mill-istat lill-pubbliku tagħha.

Jekk tinstab informazzjoni addizzjonali fuq l-effetti oltre konfini ta’proġett ibbażat ġewwa Malta, li ma kienitx magħrufa fiż-żmien meta kienet qed tittieħed id-deċiżjoni u li setgħet taffettwa d-deċiżjoni, u tiġi f’idejn il-Ministru jew f’idejn l-istat interessat, qabel ma jibda l-proġett, il-Ministru għandu jinforma lill-istat interessat u vice versa skont il-każ. F’każ bħal dan z-żewġ partijiet jistgħu jitolbu illi jsiru taħditiet dwar jekk id-deċiżjoni għandhiex tiġi revokata.

Meta l-monitoraġġ ta’proġett jew xi analiżi li ssir wara t-tmiem ta’proġett jirrileva impatti sinjifikanti oltre konfini jew fatti li jistgħu jwasslu għal dan, il-Ministru għandu jinforma lill-Istat u vice versa skond il-kaz. Iz-zewġ partijiet għandhom imbagħad jaraw x’miżuri għandhom jittieħdu biex jirriduċu, jeliminaw, jżommu jew itaffu dan l-impatt, kif ukoll tingħata għajnuna reċiproka għal dan l-iskop.

Il-komunikazzjoni bejn l-istati tkun regolata u soġġetta għall-liġijiet ta’Malta.

Ir-regola 26 tar-regoli tal-EIA jirregolaw l-proċedura meta proġett fi stat barrani jista’ jkollu impatt fuq it-territorju Malti.

Ir-regola 27 tar-regoli tal-EIA tipprovdi għal sitwazzjoni fejn proġett jew serje ta’proġetti mhux imnizzla fl-iskeda I tar-regoli tal-EIA (jew fil-liġijiet korrespondenti ta’stat) jista’jkollhom impatt oltre konfini. F’kazijiet bħal dawn il-Ministru responsabbli għall-ambjent jista’,fuq parir tal-ERA jista’ jidħol f’taħditiet mal-istat, u dawn ir-regoli jidħlu fis-seħħ.

Ir-Regolamenti dwar Stima Ambjentali Strateġika wkoll jipprovdu għall-konsultazzjoni lil hinn mill-konfini tagħna permezz tar-regola 8, li tgħidilna li; Meta l-awtorità responsabbli taħseb illi t-twettiq ta’pjan jew programm fit-territorju tagħha jista’ jkollu impatt fuq l-ambjent fi stat membru ieħor, jew meta stat membru li jista’ jiġi affettwat jagħmel talba, l-istat membru li fit-territorju tiegħu ikun qed jitħejja l-proġett għandu minnufih qabel ma jiġi addottat, jgħaddi kopja tal-pjan flimkien mar-rapport ambjentali lill-istat membru l-ieħor.

Ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u r-Rimedju għal danni Ambjentali wkoll jagħtu provvediment fuq danni ambjentali oltre konfini, li jista’ jeffettwa membri stati tal-Unjoni Ewropea. Jekk issir ħsara ambjentali Malta jkollha tagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Istati tal-EU affettwati.

2) Kunċett ta’ pubbliku kkonċernat?

L-idea ta’pubbliku kkonċernat f’kuntest oltre konfini hija bħal dik ġewwa l-pajjiżi; jew individwi jew entitajiet legali jew NGO ambjentali. M’hemmx lista ta’każijiet fejn wieħed jista’ jagħżel bejn qrati ta’pajjiżi differenti. L-għażla tiddependi fuq il-qrati li qed jieħdu ħsieb il-każ.

3) L-NGOs tal-pajjiż affettwat għandhom locus standi? Meta u lil liema qorti għandhom jissottomettu l-appelli tagħhom? Għal liema għajnuna proċedurali huma eliġibbli (għajnuna legali, talba għal rimedju b'mandat ta' inibizzjoni, miżuri kawtelatorji, pro bono)?

Il-prinċipju ta’nuqqas ta’diskriminazzjoni huwa applikabbli u NGO tal-pajjiżi affettwati li huma reġistrati fl-EU għandhom l-istess locus standi ta’NGO lokali. M’hemm l-ebda forma ta’għajnuna proċedurali għal l-NGO lokali kif ukoll dawk barranin.

4) L-individwi tal-pajjiż affettwat għandhom locus standi? Għal liema għajnuna proċedurali huma eliġibbli (għajnuna legali, talba għal rimedju b'mandat ta' inibizzjoni, miżuri kawtelatorji, pro bono)?

Sakemm mhux dikjarata fil-liġi applikabbli bħal fil-kaz tal-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, EIA u IPPC, m’hemmx dritt għall-aċċess għall- ġustizzja għal individwi li m’għandhomx interess dirett. Dan japplika l-istess għal individwi li m’għandhomx interess dirett. Dan japplika l-istess għal individwi f’pajjiżi affetwati.

5) F'liema stadju tiġi pprovduta l-informazzjoni lill-pubbliku kkonċernat (inklużi l-partijiet ta’ hawn fuq)?

L-istat affetwat għandu jirċievi l-informazzjoni minnufih u mhux iktar tard minn meta jiġi infurmat il-pubbliku Malti.

6) X'inhuma l-iskedi ta’ żmien għall-involviment tal-pubbliku, inkluż l-aċċess għall-ġustizzja?

Hemm terminu ta’30 ġurnata għal appell minn decizjoni dwar it-termini ta’referenza tal-EIA u 30 ġurnata oħra għall-konsultazzjoni fuq ir-rapport tal-EIA.

7) Kif tingħata l-informazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja lill-partijiet?

Informazzjoni rigward il-proċess ta’konsultazzjoni pubblika, perjodi ta’konsultazzjoni, termini ta’referenza tal-EIA, u r-rapporti finali tal-EIA huma ppublikati fuq il-website tal-ERA. NGO, kunsilli lokali u partijiet oħra interessati jirċievu posta elettronika. Ma tingħatax informazzjoni dwar kif għandek tattakka l-EIA man-notifiki mibgħuta.

8) Il-parteċipanti barranin jiġi pprovduti b’servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni? X'inhuma r-regoli applikabbli?

L-informazzjoni hija pubblikata bl-ingliz u m’hemmx traduzzjoni tagħha għall-barranin.

9) Hemm xi regoli rilevanti oħrajn?

Le.



[1] Artiklu 9(2)

[2] Artiklu 116

[3] Artiklu 50(1) Att EPRT (Kap 551)

[4] Artiklu 589. Kap 12

[5] Artiklu 47(3) kap 551

[6] Ara wkoll il-Kawża C-529/15.

L-aħħar aġġornament: 03/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.