- 1.1. Deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE iżda barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttivi VIA u IED (VIA (Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali), IED (id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali)[1]
- 1.2. Deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet dwar il-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu segwiti għal konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-Istima Ambjentali Strateġika (SAS)[6]
- 1.3. Id-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet li jikkonċernaw il-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu segwiti għal konformità mar-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni pubblika tal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta' Aarhus fir-rigward ta’ pjanijiet u programmi mhux sottomessi għall-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2001/42/KE dwar l-Istima Ambjentali Strateġika (SAS)[10]
- 1.4. Id-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet li jikkonċernaw ukoll pjanijiet u programmi li jeħtieġ li jitħejjew skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE[15]
- 1.5. Ir-regolamenti eżekuttivi u/jew l-istrumenti normattivi ġeneralment applikabbli u legalment vinkolanti użati biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE u atti regolatorji tal-UE relatati[16]
1.1. Deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE iżda barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttivi VIA u IED (VIA (Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali), IED (id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali)[1]
1) X'inhuma r-regoli statutorji nazzjonali applikabbli dwar il-locus standi kemm għall-individwi kif ukoll għall-NGOs li jixtiequ jiksbu a) stħarriġ amministrattiv u b) kontestazzjoni legali quddiem qorti nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni tad-deċiżjoni, l-att jew l-ommissjoni u l-kontenut tagħhom (partikolarment, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti u kwalunkwe skadenzi li japplikaw għas-sottomissjoni ta' kontestazzjoni)? Kemm huwa effettiv il-livell ta’ aċċess għall-qrati nazzjonali fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QĠUE u ta' kwalunkwe ġurisprudenza nazzjonali relatata?
Deċiżjonijiet, azzjonijiet jew nuqqasijiet li jaqgħu taħt l-iskop tal-liġijiet ambjentali tal-EU imma li huma barra l-ambitu tad-direttiva tal-EIA u IED, jistgħu jiġu kontestati taħt żewġ proċeduri skond liema entita għamlet l-azzjoni l-omissjoni jew id-deċiżjoni.
Appell minn deċiżjonijiet meħudin mill-ERA
L-ERA hija l-awtorità kompetenti li hija mistennija illi tagħmel numru sostanzjali ta’deċiżjonijiet jew toħroġ regoli, ordnijiet jew awtorizzazzjonijiet li jaqgħu taħt l-iskop tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-EU. Għal dak li għandu x’jaqsam ma dawn it-tipi ta’deċiżjonijiet jeżisti l-appell taħt l-artiklu 47 tal-kap 551.
Dan igħidilna illi l-partijiet jistgħu jappellaw mid-deċiżjonijiet tal-ERA u l-EPRT skont l-att Dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent u r-regoli li fih, u li kull persuna tista’ tappella minn deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi fil-każ ta’ studji fuq l-impatt ambjentali, aċċess għall-informazzjoni ambjentali u l-prevenzjoni u t-tiswija ta’ħsara ambjentali.
Dan ifisser illi kull deċiżjoni tal-ERA magħmula skont l-Att Dwar il-Protezzjoni Ambjentali tista’tiġi appellata minn terzi bħall-applikant li ġie mċaħħad minn permess ambjentali jew terz li jkun oġġezzjona għall-ħruġ tal-imsemmi permess mill-ERA. It-tieni parti ta’dina l-liġi tipprovdi għal appell minn kull persuna fi tlett sitwazzjonijiet ikkontemplati fl-istess liġi.
Appell lill-EPRT jista’ jsir għal kwalunkwe raġuni inkluż;
- meta jsir żball fuq il-fatti;
- meta jsir żball fuq il-proċedura
- meta jsir żball ta’liġi
- meta jkun hemm illegalita, nuqqas ta’raġuni, nuqqas ta’konsiderazzjoni ta’fatti kontrarji, jew nuqqas ta’proporzjonalita.
In-nuqqas ta’osservanza tal-leġislazzjoni ambjentali tal-EU tista’titqies bħala żball proċedurali jew żball ta’liġi u għalhekk tista’’titqies bħala raġuni għall-appell taħt din il-liġi.
Ta’min jinnota illi id-definizzjoni ta’persuna taħt din il-liġi tinkludi assoċjazzjoni jew grupp ta’nies, sew jekk reġistrati bħala korp legali jew le. Dan jaqbel mad-definizzjoni ta’ individwu taħt il-kap 549 tal-Liġijiet ta’Malta (l-Att dwar il-Protezzjoni Ambjentali) li jiddefinixxi bħala “individwu” korp jew assoċjazzjoni ta’nies sew jekk għandhom persunalità ġuridika jew le u li tinkludi għaqdiet volontarji ambjentalisti. Għalhekk kemm individwi kif ukoll għaqdiet li jħossuhom aggravati mid-deċiżjoni jistgħu jappellaw. L-appellanti m’għandhomx għalfejn juru xi interess ġuridiku kif mifhum bil-liġi, biżżejjed però illi juru raġunijiet ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet ambjentali fl-appell tagħhom.
Għal dak li huma termini biex tappella, l-appell irid jiġi preżentat fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni mill-ERA fuq il-website tad-dipartiment tal-informazzjoni. Appelli minn deċizjonijiet illi m’għandhomx għalfejn jiġu pubblikati għandhom jiġu ppreżentati quddiem l-EPRT fi żmien 30 ġurnata mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. Fil-preżenti id-deċiżjonijiet tal-ERA mhumiex ippublikati fuq il-website tad-Dipartiment Tal-Informazzjoni. Ma teżistix l-anqas sistema regolari ta’notifiki ta’deċiżjonijiet ordnijiet jew awtorizzazzjonijiet magħmula mill-ERA lil terzi, għalhekk qatt m’hu ċar meta jiskadi t-terminu tal-appell. Wieħed jippreżumi illi t-terminu ta’30 ġurnata jibda jiddekorri minn meta l-individwu jsir jaf bid-deċiżjoni.
Appell minn deċiżjoni tal-EPRT jista’’jsir lill-Qorti tal-Appell fuq punti legali biss. Dan l-appell irid isir fi żmien 20 ġurnata minn meta l-EPRT tagħti d-deċiżjoni tagħha fil-pubbliku.
Deċiżjonijiet meħudin minn entitajiet oħra
Jekk id-deċiżjoni li qed tiġi kontestata toħroġ minn entita oħra mhux l-ERA, bħal per eżempju dipartiment tal-Gvern jew ministeru tista’’tintalab reviżjoni tal-att amministrattiv kif ġej. Din il-kawża trid issir fi żmien 6 xhur mid-deċiżjoni jew minn meta r-rikorrent seta jsir jaf bid-deċiżjoni liema jiġi l-ewwel.
Kemm hu effettiv l-aċċess għall-Qrati jibqa’ xi ftit dubjuż peress illi hemm ftit ċans li tingħata sospensjoni tal-ordnijiet (kif ġa spjegat) u minħabba illi l-Qrati jdumu biex jagħtu d-deċiżjoni tagħhom. Kawża ta’reviżjoni taf tieħu 6 jew 7 snin biex tinqata’, u għalhekk wara dan il-perjodu l-punt jibqa’ biss wieħed akkademiku. Bħala eżempju nistgħu nieħdu l-kawża li saret kontra l-estensjoni taz-zoni tal-iżvilupp ġewwa Malta. Din il-kawża nfetħet minn ENGO lokali fl-2007[2] u s-sentenza għadha ma ngħatatx wara 13 il-sena Barra l-fatt illi din għadha ma nqatgħetx, hemm ukoll possibilita ta’appell mis-sentenza li jfisser illi m’hemmx rimedju effettiv.
2) X'inhu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ amministrattiv (jekk applikabbli) u tal-istħarriġ ġudizzjarju (jekk applikabbli)? Dan ikopri kemm il-legalità proċedurali kif ukoll dik sostantiva?
Appell għar-reviżjoni amministrattiva quddiem l-EPRT jista’jiġi ntavolat rigward medda ta’aggravji varji kif fuq spjegat. Dawn jinkludu aggravji kemm proċedurali kif ukoll sostanzjali.
Azzjoni għar-reviżjoni ġudizzjarja ta’atti amministrattivi (inkluż dawk ambjentali) tiġi preżentata quddiem il-Prim Awla Tal-Qorti Ċivili bħala l-ewwel Qorti. Din il-kawża ssir a bażi tal-artiklu 469A tal-kap 12 tal-liġijiet ta’Malta.
Atti amministrattivi jistgħu jiġu kontestati meta jiksru l-provedimenti tal-Kostituzzjoni, jew meta jsiru minn minn awtorita pubblika li m’għandhiex il-poter li toħroġhom, jew meta l-awtorità pubblika naqset milli tosserva l-prinċipji tal-ġustizzja naturali ( ‘nemo iudex in causa propria’ u ‘audi alteram partem’), jew dawk tal-proċedura meta tittieħed id-deċiżjoni jew fit-tħejjija tagħha, jew l-att amministrattiv jinvolvi abbuż tal-poter tal-awtorità pubblika peress illi jkun sar għal skopijiet illeċiti jew fuq bażi ta’konsiderazzjonijiet irrilevanti ; jew dan l-att imur kontra l-liġi. Atti amministrattivi jinkludu l-ħruġ minn awtorità pubblika ta’ordni, liċenzja, permess, warrant, deċiżjoni jew rifjut għal xi domanda tal-appellant.
Il-Qorti tħares lejn il-legalita tal-att jew in-nuqqas li qed jiġi attakkat. Il-Qorti tista’ tannulla l-att jew in-nuqqas li qed jiġi kontestat u tista’wkoll tordna rimedju jew kumpens, ma tistax pero tissostitwixxi d-diskrezzjoni tagħha għal dik tal-awtorità li kkommetiet l-att.
Waqt is-smiegħ tal-kawża għar-reviżjoni quddiem il-Prim Awla Tal-Qorti Ċivili, tista ’issir talba għal referenza preliminari skont l-artiklu 267 tat-Trattat tal-Funzjoni tal-EU (TFEU), sabiex il-Qorti Ewropea tiddikjara jekk il-liġi nazzjonali hijiex konformi ma’dik Ewropea. Hija biss l-ogħla Qorti li hija obbligata tagħmel din it-talba jekk tħoss li hemm bżonnha. L-ewwel Qorti għalhekk tista’ tiċħad tali talba għar-referenza, f’liema każ din tista’ tiġi mitluba waqt il-proċeduri quddiem l-Appell.
Ir-reviżjoni ġudizzjarja tista’ ssir ukoll permezz ta’kawża għal ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem bħal ngħidu aħna d-dritt ta’smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli. Dan id-dritt jiġi mqajjem biex ikunu jistgħu jiġu applikati n-normi taħt il-konvenzjoni Aarhus u regoli oħra tal-EU fuq il-parteċipazzjoni pubblika. Id-dritt għall-ħajja jista’wkoll jiġi mqajjem li jinkludi d-dritt għal ambjent b’saħħtu, u li l-att li qed jiġi attakkat jista’jkun li jmur kontra l-art.37 tad-Dikjarazzjoni Tad-Drittijiet Umani Fundamentali li jeziġi livell għoli ta’protezzjoni ambjentali u titjib fil-kwalita tal-ambjent[3].
Il-persuna illi tiftaħ kawża bħal din trid turi interess ġuridiku dirett b’dan illi l-allegat ksur tad-drittijiet umani jolqot lilu personalment (art.46(1) Kostituzzjoni ta’Malta).[4]
3) Qabel ma titressaq kawża l-qorti, jenħtieġ li jiġu eżawriti l-proċeduri ta' stħarriġ amministrattiv qabel ma wieħed jirrikorri għall-proċeduri tal-istħarriġ ġudizzjarju?
Rimedju permezz ta’revizjoni ġudizzjarja jista’ jintalab biss meta ‘ il-mezz li bih tista’ titlob rimedju kontra att partikolari amministrattiv quddiem Qorti jew Tribunal ma jinstab fl-ebda liġi’. Dan ifisser illi jekk kien hemm xi mezz ieħor ta’rimedju dan ikun irid jiġi eżawrit qabel ma ssir azzjoni għar-reviżjoni ġudizzjarja.
Qabel ma wieħed jiftaħ kawża kostituzzjonali, irid ikun ċert illi r-rimedji l-oħra kollha ikunu eżawriti. Il-Qorti Kostituzzjonali għandha d-diskrezzjoni però illi tiddeċiedi illi żżomm il-ġurisdizzjoni fil-kawża jekk tħoss illi r-rimedji alternattivi mhumiex aċċessibbli, adegwati, u effettivi(dawn il-prinċipji ħarġu minn Ryan Briffa vs Avukat Ġenerali dec.14 at’Marzu 2014).[5]
4) Sabiex ikollok locus standi quddiem il-qrati nazzjonali huwa meħtieġ li tipparteċipa fil-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika tal-proċedura amministrattiva – li tagħmel kummenti, tipparteċipa fis-seduta, eċċ.?
Il-partijiet jistgħu jirrikorru għall-azzjoni ta’reviżjoni ġudizzjarja jekk ikunu eżawrixxu r-rimedji kollha l-oħra. Ir-rimedju l-ieħor li jridu jeżawrixxu l-partijiet huwa dak tal-appell. L-appell jeżisti għal kull min iħossu aggravat minn deċiżjoni – mhux neċessarjament dawk li pparteċipaw fil-proċess amministrattiv. Għalhekk , jista’ jingħad illi parteċipazzjoni qabel mhijiex rekwiżit.
Barra minn hekk, hemm ċirkostanzi fejn m’hemmx fażi ta’konsultazzjoni pubblika waqt proċedura amministrattiva, u għalhekk parteċipazzjoni qabel ma tkunx possibbli. Din ma tkunx ostaklu għal azzjoni ta’reviżjoni ġudizzjarja.
Jista’ jkun hemm każijiet fejn m’hemmx proċedura tal-appell kontemplata (bħal meta tittieħed deċiżjoni amministrattiva minn awtorità pubblika li mhix l-ERA jew minn ministru) u b’riżultat ta’dan l-azzjoni għar-reviżjoni tkun l-unika rimedju li fadal. F’dan il-każ il-kwistjoni tal-parteċipazzjoni ma titqajjimx.
Biex tidher quddiem l-EPRT u tikkontesta ċerti deċiżjonijiet, parteċipazzjoni permezz ta’reġistrazzjoni bħala terz interessat hija xi drabi meħtieġa.
5) Hemm xi raġunijiet/argumenti preklużi mill-fażi tal-istħarriġ ġudizzjarju?
Ir-raġunijiet għar-reviżjoni ġudizzjarja huma mniżżlin fir-risposta 2,2 aktar l-fuq. Huma wiesgħin ħafna – speċjalment peress illi att amministrattiv li jmur kontra l-liġi jista’ jiġi attakkat. Il-medda ta’okkażjonijiet li wieħed jista’ jattakka att amministrattiv tista’ tagħti lok għall-interpretazzjoni illi att amministrattiv li jmur kontra l-liġi Ewropea jista’’jiġi kontestat.
6) Ġust, ekwu – dan kif jiġi applikat fil-ġuriżdizzjoni nazzjonali?
Il-kap 551 tal-liġijiet ta’Malta jiddikjara illi l-EPRT għandu jaderixxi ruħu mal-prinċipji tal-amministrazzjoni ġusta u jirrispetta d-dritt tal-partijiet għal smiegħ ġust, inkluż il-prinċipji tal-ġustizzja naturali, bħal ; (i) nemo judex in causa sua u (ii) audi et alteram partem. L-EPRT għandu jassigura ugwalita fil-proċedura bejn il-partijiet fil-proċeduri. Kull parti għandha tingħata opportunita tippreżenta l-każ tagħha sew bil-miktub kif ukoll bil-fomm mingħajr l-ebda żvantaġġ. Dawn il-prinċipji jinsabu fil-Kostituzzjoni tagħna u jiġu osservati mill-Qrati tagħna. Teżisti ħafna kazistika rigward il-parita tal-armi quddiem il-Qorti u din toħroġ minn diversi oqsma tal-liġi.
7) Kif inhu implimentat il-kunċett ta’ “tempestiv” mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?
Meta jiġi preżentat appell minn deċiżjoni tal-ERA quddiem l-EPRT, ma jeżistux termini li fihom l-EPRT trid tasal għad-deċiżjoni tagħha. L-anqas m’hemm indikazzjoni ta’meta l-EPRT għandha tiddeċiedi rikors għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-permess, awtorizzazzjoni, jew deċiżjoni li qed tiġi kontestata.
M’hemmx termini li fihom il-Qrati jridu jaslu għad-deċiżjoni – li hija waħda mill-ikbar ostakoli għall-aċċess għall-ġustizzja.
Appellanti li l-appelli tagħhom ilhom quddiem l-EPRT jew il-Qrati nazzjonali għal żmien ezagerat jistgħu jiftħu kawża għal ksur tad-drittijiet kostituzzjonali tagħhom li l-kawża għandha tinqata fi żmien raġonevoli. Din tinvolvi però spejjez oħra li l-NGO ma jistgħux iħallsu peress illi ma jibbenefikawx minn għajnuna legali.
8) Huwa disponibbli rimedju b'mandat ta' inibizzjoni? Jekk iva, x'inhuma r-rekwiżiti proċedurali sabiex tkun eliġibbli għalih? Hemm regoli speċjali applikabbli għal kull settur apparti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali ġenerali?
Waqfien temporanju jista’jinkiseb permezz ta’mandat t’inibizzjoni, fejn il-Qorti tintalab twaqqaf persuna milli tagħmel xi ħaġa li tista’ tkun ta’ preġudizzju lil min qed jitlob il-ħruġ tal-mandat. Il-Qorti ma tordnax il-ħruġ ta’dan il-mandat jekk ma tkunx sodisfatta li l-mandat huwa neċessarju biex jiġu preżervati d-drittijiet ta’min qed jitlob il-ħruġ tal-mandat u li prima facie ir-rikorrent għadu d-dritt li qed jivvanta. Il-Qrati Maltin jagħtu importanza wkoll li ħsara trid tkun irrimedjabbli – jew li ma tistax tkun kumpensata bi flus. Dawn huma kriterji iebsin biex tissodisfa għax teoretikament kull azzjoni jew deċiżjoni tista’tkun revokata.
Il-Qorti trid tkun sodisfatta, li wara tisma’ r-raġunijiet, jekk ma jinħariġx il-mandat, il-preġudizzju għar-rikorrent ikun ferm agħar minn dak li kieku jitħalla jsir dak li qiegħed jintalab li jitwaqqaf.
Jekk il-Qorti tilqa’t-talba għall-ħruġ tal-mandat t’inibizzjoni, ir-rikorrent irid jiftaħ kawża fi żmien 20 ġurnata. F’dan il-każ il-kawża tkun dik li titlob ir-reviżjoni ġudizzjarja. M’hemmx regoli speċjali li japplikaw.
9) X'inhuma r-regoli tal-ispejjeż biex titressaq kontestazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja f'dawn l-oqsma? X'inhuma l-konsegwenzi possibbli jekk wieħed jitlef kawża quddiem il-qorti? X'inhuma s-salvagwardji kontra li l-ispejjeż ikunu projbittivi, u dawn jinkludu referenza statutorja speċifika għal rekwiżit li l-ispejjeż m'għandhomx ikunu projbittivi?
L-ispejjeż għall-preżentata ta’mandat t’inibizzjoni fil-Qrati Ċivili jitilgħu għal 250-300 ewro fi spejjes tar-reġistru (jiddependi kemm hemm partijiet x’tinnotifika).
L-ispejjeż dovuti lill-avukat u l-prokuratur legali għat-tħejjija tal-mandat iridu jiżdiedu ma’dawn. Anke jekk teżisti tariffa uffiċjali għal dawn il-ħlasijiet din ma tinkludix spejjez extra-ġudizzjarji li jistgħu jitilgħu mhux ftit.
Wara l-mandat t’inibizzjoni trid issir il-kawża għar-reviżjoni ġudizzjarja. L-ispejjeż tar-reġistru għal din il-kawża jitilgħu bejn il-200 sa 500 ewro. Hemm spejjez oħrajn involuti bħal taħrikiet ta’xhieda u ħlas t’esperti.
Il-Qorti tqassam l-ispejjeż skont ir-rebħu t-telf. Min jitlef il-kawża x’aktarx ikollu jħallas l-ispejjeż. Dawn l-ispejjeż jistgħu jitilgħu għal eluf.
M’hemm xejn fil-liġi li ma tħallix l-ispejjeż jitilgħu. Dan huwa t’ostakolu għal individwi u NGO jiffaċċjaw meta jkunu qed ifittxu ġustizzja ambjentali. Barra minn hekk min japplika għall-ħruġ ta’mandat t’inibizzjoni jaf jintalab jagħti garanzija f’każ li jista’ jitlef il-kawża. Għal darb’oħra din tista’ tkun ta’ostakolu għall-individwi u NGO li huma partijiet f’kawżi t’interess pubbliku.
1.2. Deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet dwar il-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu segwiti għal konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-Istima Ambjentali Strateġika (SAS)[6]
1) X'inhuma r-regoli statutorji nazzjonali applikabbli dwar il-locus standi kemm għall-individwi kif ukoll għall-NGOs li jixtiequ jiksbu a) stħarriġ amministrattiv u b) kontestazzjoni legali quddiem qorti nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni tad-deċiżjoni, l-att jew l-ommissjoni (partikolarment, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u kwalunkwe skadenzi li japplikaw għas-sottomissjoni ta' kontestazzjoni)? Kemm huwa effettiv il-livell ta’ aċċess għall-qrati nazzjonali fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QĠUE u ta' kwalunkwe ġurisprudenza nazzjonali relatata?
Ir-Regolamenti dwar Stima Ambjentali Strateġika 2010 (avviż legali 497 ta’2010 S.L.549.61) jissimplifikaw il-proċess tal-VAS f’Malta.
Skont ir-regoli min jipproponi pjanijiet fis-settur pubbliku huwa responsabbli li jagħmel SEA tal-programmi u l-pjanijiet u jirreferu għalihom bħala “ awtoritajiet responsabbli. Fil-kapaċita tagħhom ta’proponenti ta’pjanijiet huma jiddeterminaw jekk hemmx bżonn ta’SEA skont kif provdut f’S.L.549.61.
Ir-regolamenti jistipulaw illi is-SEA Focal Point hija l-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-regolamenti. Is-SEA focal point hija komposta minn chairperson u żewġ membri oħra. L-awtorità kompetenti tista’titlob lill-awtorita’ responsabbli tagħti pjan dettaljat jew programm deskrittiv li jidentifika l-effetti fuq l-ambjent. L-awtorità kompetenti imbagħad tieħu deċiżjoni jekk hemmx bżonn SEA. Id-deċiżjoni hija finali.
Ir-regolamenti jistipulaw illi m’għandhomx ifissru illi l-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli għas-SEA u li kull SEA li hemm bżonn għandu jaqa’taħt l-awtorità responsabbli.
M’hemmx provist rimedju jekk xi ħadd irid jikkontesta xi parti mis-SEA. Tista’ ssir biss kawza għar-reviżjoni taħt l-art 469A quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.
Azzjoni għar-reviżjoni ta’atti ġudizzjarji li jmorru kontra l-Kostituzzjoni tista’ tinfetaħ, flimkien ukoll jekk l-atti jinħarġu minn awtorità pubblika li mhijiex awtorizzata toħroġhom, jew meta awtorità pubblika naqset milli tosserva l-prinċipji tal-ġustizzja naturali jew proċeduri obbligatorji fl-atti amministrattivi jew fit-tħejjija tagħhom, jew meta l-att amministrattiv jikkostitwixxi abbuż tal-poter bi skopijiet illeċiti jew fuq konsiderazzjonijiet irrelevanti, jew meta l-att jmur kontra l-liġi. Att amministrattiv jinkludi l-ħruġ minn awtorità pubblika ta’ordnijiet, permessi, warrant, deċiżjoni jew rifjut ta’xi talba tal-appellant. Fis- xenarju tas-SEA, azzjoni għar-reviżjoni ġudizzjarja tista’ issir kontra l-awtorità responsabbli (dik li qed tipproponi), l-awtorità kompetenti (is-SEA Focal Point) u kull awtorità oħra li setgħet kienet involuta fil-proċess.
Kawża għar-reviżjoni ġudizzjarja trid tiġi preżentata fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni jew azzjoni li qed tiġi attakkata, jew sitt xhur minn meta l-bniedem seta’ sar jaf biha, liema jiġi l-ewwel.
Fix-xenarju meta l-awtorità responsabbli ma tipprovdix informazzjoni jekk is-SEA hijiex ser titwettaq jew le, min irid jista’ jikkontesta dan in-nuqqas. M’hemmx terminu bil-liġi li fih l-Awtorità Responsabbli trid tieħu deċiżjoni jekk hijiex ser tagħmel SEA jew le. L-artiklu 469A tal-Kodiċi Ċivili jiddikjara illi fin-nuqqas ta’deċiżjoni ta’awtorita’ pubblika wara li rikorrent jagħmel talba bil-miktub lill-awtorità, jekk igħaddu xahrejn min-notifika din titqies bħala rifjut. F’każijiet bħal dawn, wieħed jista’ jippreżenta protest ġudizzjarju fejn jinterpella lill-Awtorita’Responsabbli tieħu deċiżjoni dwar jekk hijiex ser tagħmel SEA. Jekk wara xahrejn jibqa’ma jkunx hemm risposta, din titqies bħala rifjut u tista’ tiġi kontestata fi żmien sitt xhur.
NGO b’interess fl-ambjent huma konsidrati illi għandhom interess suffiċjenti għal din l-azzjoni ta’reviżjoni ġudizzjarja. L-individwi jridu juru interess ġudizzjarju dirett.
2) X'inhu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ amministrattiv (jekk applikabbli) u tal-istħarriġ ġudizzjarju (jekk applikabbli)? Dan ikopri kemm il-legalità proċedurali kif ukoll dik sostantiva?
Meta tiġi preżentata azzjoni għar-reviżjoni ġudizzjarja, il-Qorti tħares lejn il-proċedura legali li biha l-azzjoni ittieħdet. Il-Qorti tista’ tannulla l-azzjoni u tordna rimedju jew kompensazzjoni, pero ma tistax tissostitwixxi d-diskrezzjoni tagħha għal dik tal-awtorità.
Waqt is-smiegħ tal-kawża għar-reviżjoni quddiem il-Prim Awla Tal-Qorti Ċivili, tista’issir talba għal referenza preliminari skont l-artiklu 267 tat-Trattat tal-Funzjoni tal-EU (TFEU), sabiex il-Qorti Ewropea tiddikjara jekk il-liġi nazzjonali hijiex konformi ma’dik Ewropea. Hija biss l-ogħla Qorti li hija obbligata tagħmel din it-talba jekk tħoss li hemm bzonnha. L-ewwel Qorti għalhekk tista’tiċħad tali talba għar-referenza, f’liema każ din tista’ tiġi mitluba waqt il-proċeduri quddiem l-Appell.
Ir-reviżjoni ġudizzjarja tista’ ssir ukoll permezz ta’kawża għal ksur tad-drittijiet Kostituzzjonali tal-bniedem bħal ngħidu aħna d-dritt ta’smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli. Dan id-dritt jiġi mqajjem biex ikunu jistgħu jiġu applikati n-normi taħt il-konvenzjoni Aarhus u regoli oħra tal-EU fuq il-parteċipazzjoni pubblika. Id-dritt għall-ħajja jista’wkoll jiġi mqajjem li jinkludi d-dritt għal ambjent b’saħħtu, u li l-att li qed jiġi attakkat jista’jkun li jmur kontra l-art.37 tad-Dikjarazzjoni Tad-Drittijiet Umani Fundamentali li jeżiġi livell għoli ta’protezzjoni ambjentali u titjib fil-kwalita tal-ambjent.[7] (f’Cecil Herbert Jones vs Avukat Generali rikors 95/2018 deċiża fil-15 ta’Frar 2019 il-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali saħħqet illi d-Dikjarazzjoni Tad-Drittijiet Umani Fundamentali hija bbazata fuq il-prinċipju tal-effett dirett u l-Qrati nazzjonali huma obbligati jinterpretaw miżuri nazzjonali in konformi mad-dikjarazzjoni kull meta jidħlu fl-ambitu tal-liġi Ewropea. Din is-sentenza ma gietx appellata).[8]
Persuna li qed tippreżenta din il-kawża trid turi interess ġuridiku personali u li l-allegat ksur tad-drittijiet umani għandhom x’jaqsmu miegħu. Art 46(1) Kostituzzjoni ta’Malta).
3) Qabel ma titressaq kawża l-qorti, jenħtieġ li jiġu eżawriti l-proċeduri ta' stħarriġ amministrattiv qabel ma wieħed jirrikorri għall-proċeduri tal-istħarriġ ġudizzjarju?
Rimedju permezz ta’reviżjoni ġudizzjarja jista’ jintalab biss meta ‘ il-mezz li bih tista’ titlob rimedju kontra att partikolari amministrattiv quddiem Qorti jew Tribunal ma jinstab fl-ebda liġi’. Dan ifisser illi jekk kien hemm xi mezz ieħor ta’rimedju dan ikun irid jiġi eżawrit qabel ma ssir azzjoni għar-reviżjoni ġudizzjarja.
Qabel ma wieħed jiftaħ kawża kostituzzjonali, irid ikun ċert illi r-rimedji l-oħra kollha ikunu eżawriti. Il-Qorti Kostituzzjonali għandha d-diskrezzjoni però illi tiddeċiedi illi żżomm il-ġurisdizzjoni fil-kawża jekk tħoss illi r-rimedji alternattivi mhumiex aċċessibbli, adegwati, u effettivi (dawn il-prinċipji ħarġu mid-decizjoni fil-kawza fl-ismijiet Ryan Briffa vs Avukat Ġenerali dec.14 at’Marzu 2014).[9]
4) Sabiex ikollok locus standi quddiem il-qrati nazzjonali huwa meħtieġ li tipparteċipa fil-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika tal-proċedura amministrattiva – li tagħmel kummenti, tipparteċipa fis-seduta, eċċ.?
Persuni u NGO li jħaddnu prinċipji ambjentali huma meqjusa illi għandhom dritt jipprezentaw azzjoni għal reviżjoni ġudizzjarja u m’hemmx bżonn li jkun hemm parteċipazzjoni fil-fażi tal-konsultazzjoni. Barra minn hekk f’każijiet illi l-Awtorita’responsabbli tonqos jew tirrifjuta illi tagħmel SEA, ma jkunx hemm possibilità ta’parteċipazzjoni anteċedenti.
5) Huwa disponibbli rimedju b'mandat ta' inibizzjoni? Jekk iva, x'inhuma r-rekwiżiti proċedurali biex tkun eliġibbli għalih? Hemm regoli speċjali applikabbli għal kull settur apparti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali ġenerali?
Waqfien temporanju jista’jinkiseb permezz ta’mandat t’inibizzjoni, fejn il-Qorti tintalab twaqqaf persuna milli tagħmel xi ħaġa li tista’ tkun ta’ preġudizzju lil min qed jitlob il-ħruġ tal-mandat. Il-Qorti ma tordnax il-ħruġ ta’dan il-mandat jekk ma tkunx sodisfatta li l-mandat huwa neċessarju biex jiġu preżervati d-drittijiet ta’min qed jitlob il-ħruġ tal-mandat u li prima facie ir-rikorrent għadu d-dritt li qed jivvanta. Il-Qrati Maltin jagħtu importanza wkoll li ħsara trid tkun irrimedjabbli – jew li ma tistax tkun kumpensata bi flus. Dawn huma kriterji iebsin biex tissodisfa għax teoretikament kull azzjoni jew deċiżjoni tista’tkun revokata.
Il-Qorti trid tkun sodisfatta, li wara tisma’ r-raġunijet, jekk ma jinħariġx il-mandat, il-preġudizzju għar-rikorrent ikun ferm agħar minn dak li kieku jitħalla jsir dak li qiegħed jintalab li jitwaqqaf.
Jekk il-Qorti tilqa’t-talba għall-ħruġ tal-mandat t’inibizzjoni, ir-rikorrent irid jiftaħ kawża fi żmien 20 ġurnata. F’dan il-każ il-kawża tkun dik li titlob ir-reviżjoni ġudizzjarja.
6) X'inhuma r-regoli tal-ispejjeż biex titressaq kontestazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja f'dawn l-oqsma? X'inhuma l-konsegwenzi possibbli jekk wieħed jitlef kawża quddiem il-qorti? X'inhuma s-salvagwardji kontra li l-ispejjeż ikunu projbittivi u dawn jinkludu referenza statutorja speċifika għal rekwiżit li l-ispejjeż m'għandhomx ikunu projbittivi?
L-ispejjeż għall-preżentata ta’mandat t’inibizzjoni fil-Qrati Ċivili jitilgħu għal 250-300 ewro fi spejjez tar-reġistru (jiddependi kemm hemm partijiet x’tinnotifika).
L-ispejjeż dovuti lill-avukat u l-prokuratur legali għat-tħejjija tal-mandat iridu jiżdiedu ma’dawn. Anke jekk teżisti tariffa uffiċjali għal dawn il-ħlasijiet din ma tinkludix spejjez extra-ġudizzjarji li jistgħu jitilgħu mhux ftit.
Wara l-mandat t’inibizzjoni trid issir il-kawża għar-reviżjoni ġudizzjarja. L-ispejjeż tar-reġistru għal din il-kawża jitilgħu bejn il-200 sa 500 ewro. Hemm spejjez oħrajn involuti bħal taħrikiet ta’xhieda u ħlas t’esperti.
Il-Qorti tqassam l-ispejjeż skont ir-rebħu t-telf. Min jitlef il-kawża x’aktarx ikollu jħallas l-ispejjeż. Dawn l-ispejjeż jistgħu jitilgħu għal eluf.
M’hemm xejn fil-liġi li ma tħallix l-ispejjeż jitilgħu. Dan huwa t’ostakolu għal individwi u NGO jiffaċċjaw meta jkunu qed ifittxu ġustizzja ambjentali. Barra minn hekk min japplika għall-ħruġ ta’mandat t’inibizzjoni jaf jintalab jagħti garanzija f’każ li jista’ jitlef il-kawża. Għal darb’oħra din tista’ tkun ta’ostakolu għall-individwi u NGO li huma partijiet f’kawżi t’interess pubbliku.
1.3. Id-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet li jikkonċernaw il-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu segwiti għal konformità mar-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni pubblika tal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta' Aarhus fir-rigward ta’ pjanijiet u programmi mhux sottomessi għall-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2001/42/KE dwar l-Istima Ambjentali Strateġika (SAS)[10]
1) X'inhuma r-regoli statutorji nazzjonali applikabbli dwar il-locus standi kemm għall-individwi kif ukoll għall-NGOs li jixtiequ jiksbu a) stħarriġ amministrattiv u b) kontestazzjoni legali quddiem qorti nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni tad-deċiżjoni, l-att jew l-ommissjoni (partikolarment, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u kwalunkwe skadenzi li japplikaw għas-sottomissjoni ta' kontestazzjoni)? Kemm huwa effettiv il-livell ta’ aċċess għall-qrati nazzjonali fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QĠUE u ta' kwalunkwe ġurisprudenza nazzjonali relatata?
Il-pjanijiet u l-programmi li mhux neċessarjament huma soġġetti għas-SEA pero li xorta huma soġġetti għal konsultazzjoni pubblika jinkludu dawn;
L-Istrateġija Nazzjonali Għall-Ambjent – dokument strateġiku tal-gvern li jħejji qafas ta’policy għall-preparazzjoni ta’pjanijiet, politika u programmi maħruġin taħt L-Att Dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (kap.549 tal-Liġijiet ta’Malta) jew taħt kwalunkwe att ieħor għall-protezzjoni u manutenzjoni sostenibbli tal-ambjent, inkluż riżorsi tal-art u tal-baħar. Fit-tfassil ta’Strateġija Nazzjonali għall-Ambjent, il-Ministru tal-Ambjent għandu josserva;
- il-policies ambjentali u r-Rapport Dwar l-Istat tal-Ambjent;
- il-policies ekonomiċi u finanzjarji kurrenti
- is-policies soċjali kurrenti
- il-policies tal-Gvern;
- il-kwistjonijiet ambjentali u materja oħra relevanti għall-istrateġija.
- ir-riżorsi li jista’ ikollhom l-entitajiet governattivi relevanti kollha għall-implementazzjoni tal-istrateġija; u
- L-Acquis Ambjentali tal-Unjoni Ewropeja u l-obbligi konvenzjonali ambjentali kollha li tagħhom Malta tista’tkun firmatarja.
L-ERA tipprepara Strateġija Nazzjonali għall-Ambjent wara li tikkonsulta mal-entitajiet relevanti sew pubbliċi jew le.
Waqt it-tħejjija tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent il-Ministru għandu jinforma lill-pubbliku dwar is-suġġetti li qed jiġu kunsiderati u jagħti opportunita xierqa lill-individwi u organizzazzjonijiet jagħmlu rapprezentazzjonijet. Meta Strateġija Nazzjonali għall-Ambjent tiġi konkluża, il-Ministru għandu jippubblika l-istess, flimkien ma’lista tar-rakkomandazzjonijiet magħmula kif ukoll ir-risposti mibgħuta lil min għamilhom. Osservazzjonijiet fuq l-istrateġija għandhom jintbagħtu fi żmien speċifikat ta’mhux inqas minn sitt ġimgħat. Fi tmiem dan il-perjodu ta’konsultazzjoni, din l-Istrateġija tal-Ambjent tiġi diskussa mill-kabinett tal-Ministri, flimkien mal-pożizzjoni meħuda mill-Ministru tal-Ambjent u r-rapprezentazzjonijet magħmula fir-rigward tal-istrateġija. Din l-Istrateġija tal-Ambjent jew revizjoni tagħha flimkien mal-pożizzjoni tal-Ministru jitqiegħdu fuq il-mejda tal-parlament għall-approvazzjoni.
Issir konsultazzjoni pubblika wkoll fuq abbozzi ta’regoli maħruġin mill-Ministru tal-Ambjent taħt il-kap 549 kif imsemmi fl-art.55.
Hemm proċess simili ta’konsultazzjoni għat-tħejjija ta’pjanijiet u politika ma’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent, taħt l-art 51 tal-Att Dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent. Hemm perjodu ta’ konsultazzjoni ta’sitt ġimgħat meta jkunu qed jiġu preparati pjanti jew policies jew xi tibdil sinjifikanti fihom.
Ir-Regolamenti dwar il-Parteċipazzjoni Pubblika fi Pjanijiet u Programmi (S.L.549.41) jipprovdu għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku waqt il-proċess ta’tħejjija ta’ċerti pjanijiet u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent. Ir-regoli jiddikjaraw illi l-ERA hija l-awtorita’ kompetenti li għandha tagħti lill-pubbliku opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipaw fit-tħejjija jew modifika ta’pjanijiet jew programmi taħt is-segwenti liġijiet;
- Regolamenti dwar Maniġġjar ta’Skart (Batteriji u Akkumulaturi)(S.L. 549.5)
- Regolamenti dwar il-Ħarsien tal-Ilma mit-Tniġġis kaġunat b’Nitrati ġejjin mill-Biedja S.L.549.25
- Regolamenti dwar il-Kwalità tal-Arja tal-Madwar S.L.549.59.
L-ERA għandha tassigura illi jkun hemm mekkaniżmu fis-seħħ kif ordnat fi-regolamenti biex jiġi nfurmat il-pubbliku fuq id-deċizjonijiet meħuda u kif waslu għalihom inkluż informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.
Fir-rigward ta’reviżjoni amministrattiva tal-proċeduri fuq imsemmija, l-artiklu 63 tal-Kap 549 jiddikjara illi kull parti tista’’tappella minn kull deċiżjoni tal-Awtorita’ lill-EPRT skont ir-regoli tal-Att tal-EPRT u regoli oħra magħmula taħtu. L-art 47 tal-kap 551 jawtorizza appelli minn kulħadd u kull persuna tista’’tappella deċiżjoni tal-ERA għal dak li hu studji ta’Impatt Ambjentali, aċċess għall-informazzjoni u prevenzjoni u tiswija ta’ħsara ambjentali. Appell bħal dan ma jkunx jirrikjedi interess ġuridiku.
Għal dak li hu interess, ukoll jekk il-bżonn ta’interess ġuridiku għadu jeżisti, il-Qrati tagħna m’għadhomx jagħtu interpretazzjoni restrittiva. Sentenzi reċenti qed jagħtu Locus Standi lill-ENGO bħala li jippossjedu interess ġuridiku. Wara deċiżjoni riċenti tal-Qorti tal-Appell miftuħa mir-Ramblers of Malta ENGO[11] ġie aċċettat illi l-NGO għandhom dritt legali. Li għadu mhuwiex ċar hu jekk individwu jgawdix mill-istess drittijiet biex jikkontesta l-istess.
2) X'inhu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ amministrattiv (jekk applikabbli) u tal-istħarriġ ġudizzjarju (jekk applikabbli)? Dan ikopri kemm il-legalità proċedurali kif ukoll dik sostantiva?
Fir-reviżjoni ġudizzjarja azzjonijiet amministrattivi jistgħu jiġu kontestati meta jiksru l-provvedimenti tal-Kostituzzjoni, jew meta jsiru minn awtorità pubblika li m’għandhiex il-poter li toħroġhom, jew meta l-awtorità pubblika naqset milli tosserva l-prinċipji tal-ġustizzja naturali (‘nemo iudex in causa propria’ u ‘audi alteram partem’) , jew dawk tal-proċedura meta tittieħed id-deċiżjoni jew fit-tħejjija tagħha, jew l-att amministrattiv jinvolvi abbuż tal-poter tal-awtorità pubblika peress illi jkun sar għal skopijiet illeċiti jew fuq bażi ta’konsiderazzjonijiet irrilevanti ; jew dan l-att imur kontra l-liġi (inkluż liġi Ewropea).
Waqt is-smiegħ tal-kawża għar-reviżjoni quddiem il-Prim Awla Tal-Qorti Ċivili, tista’’issir talba għal referenza preliminari skont l-artiklu 267 tat-Trattat tal-Funzjoni tal-EU (TFEU), sabiex il-Qorti Ewropea tiddikjara jekk il-liġi nazzjonali hijiex konformi ma’dik Ewropea. Hija biss l-ogħla Qorti li hija obbligata tagħmel din it-talba jekk tħoss li hemm bzonnha. L-ewwel Qorti għalhekk tista’tiċħad tali talba għar-referenza, f’liema kaz din tista’ tiġi mitluba waqt il-proċeduri quddiem l-Appell.
Ir-reviżjoni ġudizzjarja tista’ ssir ukoll permezz ta’kawża għal ksur tad-drittijiet Kostituzzjonali tal-bniedem bħal ngħidu aħna d-dritt ta’smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli. Dan id-dritt jiġi mqajjem biex ikunu jistgħu jiġu applikati n-normi taħt il-konvenzjoni Aarhus u regoli oħra tal-EU fuq il-parteċipazzjoni pubblika. Id-dritt għall-ħajja jista ’wkoll jiġi mqajjem li jinkludi d-dritt għal ambjent b’saħħtu, u li l-att li qed jiġi attakkat jista’’jkun li jmur kontra l-art.37 tad-Dikjarazzjoni Tad-Drittijiet Umani Fundamentali li jesiġi livell għoli ta’protezzjoni ambjentali u titjib fil-kwalità tal-ambjent.(f’Cecil Herbert Jones vs Avukat Ġenerali rikors 95/2018 deċiża fil-15 ta’Frar 2019 il-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali saħħqet illi d-Dikjarazzjoni Tad-Drittijiet Umani Fundamentali hija bbazata fuq il-prinċipju tal-effett dirett u l-Qrati nazzjonali huma obbligati jinterpretaw mizuri nazzjonali in konformi mad-dikjarazzjoni kull meta jidħlu fl-ambitu tal-liġi Ewropea[12]. Din is-sentenza ma ġietx appellata).
Persuna li qed tippreżenta din il-kawża trid turi interess ġuridiku personali u li l-allegat ksur tad-drittijiet umani għandhom x’jaqsmu miegħu. Art 46(1) Kostituzzjoni ta’Malta).[13]
3) Qabel ma titressaq kawża l-qorti, jenħtieġ li jiġu eżawriti l-proċeduri ta' stħarriġ amministrattiv qabel ma wieħed jirrikorri għall-proċeduri tal-istħarriġ ġudizzjarju?
Rimedju permezz ta’revizjoni ġudizzjarja jista’ jintalab biss meta ‘ il-mezz li bih tista’ titlob rimedju kontra att partikolari amministrattiv quddiem Qorti jew Tribunal ma jinstab fl-ebda liġi’. Dan ifisser illi jekk kien hemm xi mezz ieħor ta’rimedju dan ikun irid jiġi eżawrit qabel ma ssir azzjoni għar-reviżjoni ġudizzjarja.
Qabel ma wieħed jiftaħ kawża kostituzzjonali, irid ikun ċert illi r-rimedji l-oħra kollha ikunu eżawriti. Il-Qorti Kostituzzjonali għandha d-diskrezzjoni però illi tiddeċiedi illi żżomm il-ġurisdizzjoni fil-kawża jekk tħoss illi r-rimedji alternattivi mhumiex aċċessibbli, adegwati, u effettivi(dawn il-prinċipji ħarġu minn Ryan Briffa vs Avukat Ġenerali dec.14 at’Marzu 2014).[14]
4) Sabiex ikollok locus standi quddiem il-qrati nazzjonali huwa meħtieġ li tipparteċipa fil-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika tal-proċedura amministrattiva – li tagħmel kummenti, tipparteċipa fis-seduta, eċċ.?
Alavolja m’hemmx proċedura fil-liġi biex tattakka azzjonijiet jew nuqqasijiet tal-awtoritajiet waqt proċeduri taħt l-Att tal-Protezzjoni Ambjentali jew taħt ir-Regolamenti dwar il-Parteċipazzjoni Pubblika fi Pjanijiet u Programmi, hemm regoli kif fuq spjegat għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku.
Peress illi l-partijiet jistgħu jirrikorru għall-azzjoni ta’reviżjoni ġudizzjarja biss jekk ġew eżawriti r-rimedji kollha l-oħra, jista’ jingħad illi n-nuqqas ta’parteċipazzjoni waqt il-konsultazzjoni pubblika tista’’teskludi l-possibilità ta’reviżjoni ġudizzjarja.
L-azzjoni għar-reviżjoni ġudizzjarja tista’’tinfetaħ ukoll meta l-awtorità responsabbli tirrifjuta illi tagħmel konsultazzjoni pubblika, jew minħabba irregolaritajiet proċedurali ma dak li għandu x’jaqsam ma’ mal-eżerċizzju ta’konsultazzjoni pubblika. F’dawn il-każijiet jiġi preżunt illi reviżjoni ġudizzjarja tkun għadha possibbli.
5) Huwa disponibbli rimedju b'mandat ta' inibizzjoni? Jekk iva, x'inhuma r-rekwiżiti proċedurali biex tkun eliġibbli għalih? Hemm regoli speċjali applikabbli għal kull settur apparti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali ġenerali?
M’hemmx proviżjoni statutorja jew mekkaniżmi għall-ħruġ ta’Inibizzjoni fl-att Tal-Protezzjoni ta-Ambjent jew fir-Regolamenti dwar il-Parteċipazzjoni Pubblika fi Pjanijiet u Programmi. Hemm biss il-liġi ġenerali għall-ħruġ ta’mandat t’inibizzjoni u skont il-kap 551 wieħed jista’ jitlob is-sospensjoni tad-deċiżjoni quddiem l-EPRT kif ġa diskuss.
6) X'inhuma r-regoli tal-ispejjeż biex titressaq kontestazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja f'dawn l-oqsma? X'inhuma l-konsegwenzi possibbli jekk wieħed jitlef kawża quddiem il-qorti? X'inhuma s-salvagwardji kontra li l-ispejjeż ikunu projbittivi u dawn jinkludu referenza statutorja speċifika għal rekwiżit li l-ispejjeż m'għandhomx ikunu projbittivi?
L-ispejjeż għall-preżentata ta’mandat t’inibizzjoni fil-Qrati Ċivili jitilgħu għal 250-300 ewro fi spejjez tar-reġistru (jiddependi kemm hemm partijiet x’tinnotifika).
L-ispejjeż dovuti lill-avukat u l-prokuratur legali għat-tħejjija tal-mandat iridu jiżdiedu ma’dawn. Anke jekk teżisti tariffa uffiċjali għal dawn il-ħlasijiet din ma tinkludix spejjez extra-ġudizzjarji li jistgħu jitilgħu mhux ftit.
Wara l-mandat t’inibizzjoni trid issir il-kawża għar-reviżjoni ġudizzjarja. L-ispejjeż tar-reġistru għal din il-kawża jitilgħu bejn il-200 sa 500 ewro. Hemm spejjez oħrajn involuti bħal taħrikiet ta’xhieda u ħlas t’esperti. Hemm ukoll spejjez oħra fejn jidħlu notifiki pubblikazzjonijiet għall-fini ta’notifika li kollha iridu jitħallsu mir-rikorrenti.
Il-Qorti tqassam l-ispejjeż skont ir-rebħu t-telf. Min jitlef il-kawża x’aktarx ikollu jħallas l-ispejjeż. Dawn l-ispejjeż jistgħu jitilgħu għal eluf.
M’hemm xejn fil-liġi li ma tħallix l-ispejjeż jitilgħu. Dan huwa t’ostakolu għal individwi u NGO jiffaċċjaw meta jkunu qed ifittxu ġustizzja ambjentali. Barra minn hekk min japplika għall-ħruġ ta’mandat t’inibizzjoni jaf jintalab jagħti garanzija f’każ li jista’ jitlef il-kawża. Għal darb’oħra din tista’ tkun ta’ostakolu għall-individwi u NGO li huma partijiet f’kawżi t’interess pubbliku.
1.4. Id-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet li jikkonċernaw ukoll pjanijiet u programmi li jeħtieġ li jitħejjew skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE[15]
1) X'inhuma r-regoli statutorji nazzjonali applikabbli dwar il-locus standi kemm għall-individwi kif ukoll għall-NGOs li jixtiequ jiksbu a) stħarriġ amministrattiv u b) kontestazzjoni legali quddiem qorti nazzjonali fir-rigward tal-kontenut tal-pjan (b'mod partikolari, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u kwalunkwe skadenzi li japplikaw għas-sottomissjoni ta’ kontestazzjoni)? Kemm huwa effettiv il-livell ta’ aċċess għall-qrati nazzjonali fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QĠUE u ta' kwalunkwe ġurisprudenza nazzjonali relatata?
Dawn li ġejjin huma kollha eżempji ta’leġiżlazzjoni nazzjonali li hemm bzonnha skont id-direttivi tal-EU u li jeħtieġu pjanijiet u programmi;
- Ir-Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta’Ħsejjes fl-Ambjent (S.L. 549.37)- jeħtieġu pjan t’azzjoni.
- Ir-Regolamenti dwar il-Protezzjoni Tal-Flora Fawna u Ambjenti Naturali (S.L.549.77)- jipprovdu għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’mmaniġjar u azzjoni għall-konservazzjoni ta’speċji u abitati protetti.
- Ir-regolamenti dwar il-kwalità’ tal-arja tal-madwar.(S.L.549.59)- jipprovdu għal pjan t’azzjoni għall-kwalita’ tal-arja.
- Ir-Regolamenti dwar l-Iskart (S.L.549.63) -jipprovdu għat-tfassil ta’mmaniġjar tal-iskart.
- Ir-Regolamenti dwar Pjan ta’Azzjoni fil-Qasam tal-Politika tal-Ilma – jipprovdu għat-tfassil ta’pjan għall-ġbir tal-ilma.
Ir-regolamenti fuq imsemmija jipprovdu għat-tixrid ta’informazzjoni mal-pubbliku u l-parteċipazzjoni waqt it-tfassil tal-pjanijiet.
L-unika reviżjoni amministrattiva possibbli f’dawn il-każijiet huwa appell minn deċiżjoni tal-awtorità kompetenti, l-ERA li tkun saret waqt l-eżerċizzju tal-konsultazzjoni pubblika jew l-eżerċizzju preparattiv li jwassal li jwassal għall-pubblikazzjoni tal-pjan u mhux il-kontenut tal-pjan innifsu.
l-Art.63 tal-Kap 549 jiddikjara illi min iħossu aggravat jista’ jappella minn deċiżjoni tal-Awtorita’ quddiem l-EPRT skont i-regoli tal-att tal-EPRT. L-artiklu 47 tal-kap 551 jawtorizza appelli minn min iħossu aggravat, u jispeċifika li kull persuna tista’ tappella kull deċiżjoni tal-Awtorita’ tal-Ambjent u r-Riżorsi fejn jidħlu biss studji ambjentali, aċċess għall-informazzjoni fuq l-ambjent u l-prevenzjoni u t-tiswija tal-ħsara ambjentali.
Appell lill-EPRT jista’ jsir għal kwalunkwe raġuni inkluż;
- meta jsir żball fuq il-fatti;
- meta jsir żball fuq il-proċedura;
- meta jsir żball ta’liġi;
- meta jkun hemm illegalita, nuqqas ta’raġuni, nuqqas ta’konsiderazzjoni ta’fatti kuntrarji, jew nuqqas ta’proporzjonalita.
Skont il-liġi appell għandu jiġi ppreżentat quddiem l-EPRT fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fuq il-website tad-dipartiment tal-informazzjoni. Fil-każ ta’deċiżjonijiet li ma jridux jiġu ppubblikati l-appell jiġi ppreżentat quddiem l-EPRT fi żmien 30 ġurnata mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. Dan it-terminu mhuwiex ċar meta jiskatta peress illi m’hemm xejn ipprovdut dwar il-proċedura tal-pubblikazzjoni u n-notifika tad-deċiżjoni. Kull persuna tista’ tappella inkluż NGO mingħajr il-bżonn ta’interess ġuridiku. Hemm ukoll appell mid-deċiżjoni tal-EPRT lill-Qorti tal-Appell li jrid isir fi żmien 20 ġurnata mid-deċiżjoni tal-EPRT.
M’hemmx l-ebda forma ta’reviżjoni ġudizzjarja mill-kontenut ta’pjan ippublikat li għandu l-istess saħħa ta’att leġislattiv.
2) Il-forma li fiha l-pjan jew il-programm huwa adottat tagħmel differenza f'termini ta’ locus standi (ara wkoll it-Taqsima 2.5 hawn taħt)?
Peress illi l-pjan jew programm għandhom is-saħħa ta’liġi m’hemm l-ebda proċedura ġudizzjarja biex tattakkaha.
3) X'inhu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ amministrattiv (jekk applikabbli) u tal-istħarriġ ġudizzjarju (jekk applikabbli)? Dan ikopri kemm il-legalità proċedurali kif ukoll dik sostantiva?
L-iskop ta’reviżjoni amministrattiva waqt l-eżerċizzju li jwassal għat-twettiq ta’pjanijiet u programmi hu deskritt iżjed il-fuq. M’hemmx reviżjoni ġudizzjarja tal-pjan jew programm ippubblikat.
4) Qabel ma titressaq kawża l-qorti, jenħtieġ li jiġu eżawriti l-proċeduri ta' stħarriġ amministrattiv qabel ma wieħed jirrikorri għall-proċeduri tal-istħarriġ ġudizzjarju?
Ir-reviżjoni ġudizzjarja mhix applikabbli.
5) Sabiex ikollok locus standi quddiem il-qrati nazzjonali huwa meħtieġ li tipparteċipa fil-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika tal-proċedura amministrattiva – li tagħmel kummenti, tipparteċipa fis-seduta, eċċ.?
Ir-reviżjoni ġudizzjarja mhix applikabbli.
6) Hemm xi raġunijiet/argumenti preklużi (mhux aċċettati) fil-fażi tal-istħarriġ ġudizzjarju?
Ir-reviżjoni ġudizzjarja mhix applikabbli.
7) Ġust, ekwu – dan kif jiġi applikat fil-ġuriżdizzjoni nazzjonali?
8) Kif inhu implimentat il-kunċett ta’ “tempestiv” mil-leġiżlazzjoni nazzjonali?
9) Huwa disponibbli rimedju b'mandat ta' inibizzjoni? Jekk iva, x'inhuma r-rekwiżiti proċedurali biex tkun eliġibbli għalih? Hemm regoli speċjali applikabbli għal kull settur apparti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali ġenerali?
10) X'inhuma r-regoli tal-ispejjeż biex titressaq kontestazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja f'dawn l-oqsma? X'inhuma l-konsegwenzi possibbli jekk wieħed jitlef kawża quddiem il-qorti? X'inhuma s-salvagwardji kontra li l-ispejjeż ikunu projbittivi u dawn jinkludu referenza statutorja speċifika għal rekwiżit li l-ispejjeż m'għandhomx ikunu projbittivi?
1.5. Ir-regolamenti eżekuttivi u/jew l-istrumenti normattivi ġeneralment applikabbli u legalment vinkolanti użati biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE u atti regolatorji tal-UE relatati[16]
1) X'inhuma r-regoli statutorji nazzjonali applikabbli dwar il-locus standi kemm għall-individwi kif ukoll għall-NGOs li jixtiequ jiksbu a) stħarriġ amministrattiv u b) kontestazzjoni legali quddiem qorti nazzjonali fir-rigward tal-proċedura għall-adozzjoni jew il-kontenut tad-deċiżjoni, l-att jew l-ommissjoni tal-att regolatorju nazzjonali (partikolarment, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti u kwalunkwe skadenzi li japplikaw għas-sottomissjoni ta' kontestazzjoni)? Kemm huwa effettiv il-livell ta’ aċċess għall-qrati nazzjonali fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QĠUE u ta' kwalunkwe ġurisprudenza nazzjonali relatata?
Jekk ir-regolamenti jew l-istrumenti legali isiru liġi m’hemmx possibilità ta’reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja taħt l-art.469A kap 12 tal-liġijiet ta’Malta, għax dawn huma rimedji riżervati għall-atti amministrattivi kif deskritti.
Dawn ir-regoli jew liġijiet jistgħu jiġu attakkati permezz ta’rikors għall-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, jew taħt l-art.46 tal-Kostituzzjoni. F’dan il-każ kemm l-individwu kif ukoll l-NGO li qed li jiftħu l-kawża iridu jippruvaw illi l-ksur tad-dritt jaffettwa lilhom.
2) X'inhu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ amministrattiv (jekk applikabbli) u tal-istħarriġ ġudizzjarju (jekk applikabbli)? Dan ikopri kemm il-legalità proċedurali kif ukoll dik sostantiva?
Il-Qorti Kostituzzjonali meta tiddeċiedi fuq allegat ksur ta’drittijiet umani tikkunsidra kemm il-legalita proċedurali kif ukoll dik sostanzjali tat-talba.
3) Qabel ma titressaq kawża l-qorti, jenħtieġ li jiġu eżawriti l-proċeduri ta' stħarriġ amministrattiv qabel ma wieħed jirrikorri għall-proċeduri tal-istħarriġ ġudizzjarju?
Meta jippreżenta kawża kostituzzjonali, dak li jkun irid ikun ipprevalixxa ruħu minn kull rimedju ieħor. Il-Qorti Kostituzzjonali però għandha diskrezzjoni fuq dan il-mertu u tista’ tiddeċiedi tkompli tisma’ l-kawża jekk tqis ir-rimedji l-oħra mhux adegwati.
4) Sabiex ikollok locus standi quddiem il-qrati nazzjonali huwa meħtieġ li tipparteċipa fil-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika tal-proċedura amministrattiva – li tagħmel kummenti, tipparteċipa fis-seduta, eċċ.?
Meta wieħed jippreżenta kawża kostituzzjonali idealment ikun eżawrixxa r-rimedji kollha l-oħra. Pero’ fil-każ ta’ksur ta’drittijiet umani il-Qorti ma tidħolx fil-mertu tal-parteċipazzjoni.
5) Huwa disponibbli rimedju b'mandat ta' inibizzjoni? Jekk iva, x'inhuma r-rekwiżiti proċedurali biex tkun eliġibbli għalih? Hemm regoli speċjali applikabbli għal kull settur apparti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali ġenerali?
Wieħed jista’japplika għall-ħruġ ta’mandat ta’Inibizzjoni. L-ispejjeż għall-preżentata ta’mandat t’inibizzjoni fil-Qrati Ċivili jitilgħu għal 250-300 ewro fi spejjeż tar-reġistru (jiddependi kemm hemm partijiet x’ tinnotifika).
L-ispejjeż dovuti lill-avukat u l-prokuratur legali għat-tħejjija tal-mandat iridu jiżdiedu ma’dawn. Anke jekk teżisti tariffa uffiċjali għal dawn il-ħlasijiet din ma tinkludix spejjeż extra-ġudizzjarji li jistgħu jitilgħu mhux ftit.
Wara l-mandat t’inibizzjoni trid issir il-kawża għar-reviżjoni ġudizzjarja. L-ispejjeż tar-reġistru għal din il-kawża jitilgħu bejn il-200 sa 500 ewro. Hemm spejjeż oħrajn involuti bħal taħrikiet ta’xhieda u ħlas t’esperti. Hemm ukoll spejjeż oħra fejn jidħlu notifiki pubblikazzjonijiet għall-fini ta’notifika li kollha iridu jitħallsu mir-rikorrenti.
6) X'inhuma r-regoli tal-ispejjeż biex titressaq kontestazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja f'dawn l-oqsma? X'inhuma l-konsegwenzi possibbli jekk wieħed jitlef kawża quddiem il-qorti? X'inhuma s-salvagwardji kontra li l-ispejjeż ikunu projbittivi u dawn jinkludu referenza statutorja speċifika għal rekwiżit li l-ispejjeż m'għandhomx ikunu projbittivi?
Il-Qorti tqassam l-ispejjes skont ir-rebħu t-telf. Min jitlef il-kawża x’aktarx ikollu jħallas l-ispejjeż. Dawn l-ispejjeż jistgħu jitilgħu għal eluf.
M’hemm xejn fil-liġi li ma tħallix l-ispejjeż jitilgħu. Dan huwa t’ostakolu għal individwi u NGO jiffaċċjaw meta jkunu qed ifittxu ġustizzja ambjentali. Barra minn hekk min japplika għall-ħruġ ta’mandat t’inibizzjoni jaf jintalab jagħti garanzija f’każ li jista’ jitlef il-kawża. Għal darb’oħra din tista’ tkun ta’ostakolu għall-individwi u NGO li huma partijiet f’kawżi t’interess pubbliku.
7) Huwa possibbli li tressaq kontestazzjoni legali quddiem qorti nazzjonali dwar kwalunkwe att regolatorju tal-UE relatat bil-ħsieb ta’ referenza ta' validità skont l-Artikolu 267 TFUE, u jekk iva kif?[17]
M’hemmx proċedura legali għal talba bħal din. L-individwu jista’ jitlob referenza preliminari lill-CJEU fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri skont l-art 267 tat-TFEU li japplika għal Malta bis-saħħa tal-kap 460. Il-proċedura hija regolata wkoll mir-Regoli dwar il-Prattika u l-Proċedura tal-Qrati u l-Bon Ordni (S.L. 12.09).
[1] Din il-kategorija ta’ kawżi tirrifletti l-ġurisprudenza reċenti tal-QĠUE bħal: Protezzjoni C-664/15 (EU:C:2017:987), il-każ tal-ors kannella Slovakk C-240/09 (EU:C:2011:125), ara kif deskritt fl-Avviż tal-Kummissjoni C/2017/2616 dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, ĠU C 275, 18.8.2017, p. 1.
[2] (Flimkien Għal Ambjent Aħjar vs Dr.Christopher Ciantar pro et noe 75/07).
[3] (f’Cecil Herbert Jones vs Avukat Ġenerali rikors 95/2018 deċiża fil-15 ta’Frar 2019 il-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali saħqet illi d-Dikjarazzjoni Tad-Drittijiet Umani Fundamentali hija bbazata fuq il-prinċipju tal-effett dirett u l-Qrati nazzjonali huma obbligati jinterpretaw miżuri nazzjonali in konformi mad-dikjarazzjoni kull meta jidħlu fl-ambitu tal-liġi Ewropea. Din is-sentenza ma ġietx appellata).
[4] L-Artikolu 46(1) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
[5] Dawn il-prinċipji ġew iddikjarati f’Ryan Briffa –v- Avukat Ġenerali deċiża fl-14 ta’ Marzu 2014.
[6] Id-Direttiva SAS tirrigwarda pjanijiet u programmi. Dawn huma koperti wkoll mill-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.
[7] (f’Cecil Herbert Jones vs Avukat Ġenerali rikors 95/2018 deċiża fil-15 ta’Frar 2019 il-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali saħqet illi d-Dikjarazzjoni Tad-Drittijiet Umani Fundamentali hija bbazata fuq il-prinċipju tal-effett dirett u l-Qrati nazzjonali huma obbligati jinterpretaw miżuri nazzjonali in konformi mad-dikjarazzjoni kull meta jidħlu fl-ambitu tal-liġi Ewropea. Din is-sentenza ma ġietx appellata).
[8] L-Artikolu 46(1) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
[9] Dawn il-prinċipji ġew iddikjarati f’Ryan Briffa –v- Avukat Ġenerali deċiża fl-14 ta’ Marzu 2014.
[10] Ara l-konstatazzjonijiet taħt ACCC/C/2010/54 għal eżempju ta’ pjan mhux sottomess għal SAS iżda suġġett għar-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni pubblika tal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.
[11] 228/2010, Is-Socjeta “The Ramblers Association of Malta vs. L-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent-u-Ippjanar [Prim’ Awla, Qorti Ċivili] 6 ta’ Marzu 2012 (kawża Ramblers, Qorti tal-Prim’ Istanza). Il-każ ġie appellat f’Is-Socjeta ‘The Rambers’ Association of Malta vs L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjenent u l-Ippjanar et [Qorti tal-Appell Ċivili, Superjuri] 27 ta’ Mejju 2016. (Kawża Ramblers, Qorti tal-Appell)
[12] (f’Cecil Herbert Jones vs Avukat Ġenerali rikors 95/2018 deċiża fil-15 ta’Frar 2019 il-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali saħqet illi d-Dikjarazzjoni Tad-Drittijiet Umani Fundamentali hija bbazata fuq il-prinċipju tal-effett dirett u l-Qrati nazzjonali huma obbligati jinterpretaw miżuri nazzjonali in konformi mad-dikjarazzjoni kull meta jidħlu fl-ambitu tal-liġi Ewropea. Din is-sentenza ma ġietx appellata).
[13] L-Artikolu 46(1) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
[14] Dawn il-prinċipji ġew iddikjarati f’Ryan Briffa –v- Avukat Ġenerali deċiża fl-14 ta’ Marzu 2014.
[15] Dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni kemm tal-Artikolu 7 kif ukoll tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Ara wkoll il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħall-Kawża C-237/97, Janecek u kawżi bħal Boxus u Solvay C-128/09-C-131/09 u C-182/10, kif imsemmi fl-Avviż tal-Kummissjoni C/2017/2616 dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.
[16] Atti bħal dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni kemm tal-Artikolu 8 kif ukoll tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Eżempju ta’ att bħal dan jikkonċerna d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni nazzjonali li dehret fil-Kawża C-281/16, Vereniging Hoekschewaards Landschap, ECLI:EU:C:2017:774
[17] Għal eżempju ta’ tali referenza preliminari ara l-Kawża C-281/16, Vereniging Hoekschewaards Landschap, ECLI:EU:C:2017:774
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.