

Hae tietoja alueittain
Il-Kodiċi Ċivili Rumen (Codul Civil) juża l-kunċett tal-awtorità tal-ġenituri. L-awtorità tal-ġenituri tfisser id-drittijiet u d-dmirijiet kollha li jikkonċernaw kemm it-tfal u/jew l-assi tiegħu. Id-drittijiet u l-obbligi huma taż-żewġ ġenituri ndaqs u huma eżerċitati fl-aħjar interessi tat-tfal. L-awtorità tal-ġenituri jiġu eżerċitati sakemm it-tfal jilħqu l-età maġġuri.
Id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri (previsti fl-Artikoli 487-499 tal-Kodiċi Ċivili u l-Liġi Nru 272/2004 (Legea nr. 272/2004) dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal) rigward it-tfal jinkludu:
Id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri (previsti fl-Artikolu 500-502 tal-Kodiċi Ċivili) rigward l-assi tat-tfal jinkludu:
Id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri huma ndaqs (l-Artikolu 503(1) tal-Kodiċi Ċivili): jekk il-ġenituri huma miżżewwġin; wara d-divorzju (l-Artikolu 397 tal-Kodiċi Ċivili); ta' ġenitur waħdu li fil-konfront tiegħu ġiet stabbilita l-filjazzjoni jekk it-tfal twieldu barra ż-żwieġ, u taż-żewġ ġenituri flimkien jekk il-ġenituri qiegħdin fi sħubija (l-Artikolu 505(1) tal-Kodiċi Ċivili).
L-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata f'ishma mhux indaqs mill-ġenituri (separati): f'każ ta' ħall taż-żwieġ permezz ta' divorzju jekk il-Qorti tqis illi huwa fl-interess tat-tfal illi l-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata minn ġenitur wieħed biss (l-Artikolu 398 tal-Kodiċi Ċivili). fil-każ ta' ħall taż-żwieġ (l-Artikolu 305(2) tal-Kodiċi Ċivili); jekk it-tfal twieldu barra ż-żwieġ fejn il-ġenituri ma jgħixux fi sħubija domestika (l-Artikolu 505(2) tal-Kodiċi Ċivili).
L-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata minn ġenitur wieħed skont l-Artikolu 507 tal-Kodiċi Ċivili meta l-ġenitur l-ieħor ikun mejjet, jew ikun ġie mċaħħad mid-drittijiet parentali tiegħu, jew ġie interdett eċċ.
L-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata mill-ġenituri parzjalment meta d-drittijiet u d-dmirijiet qiegħdin għand terza parti jew f'idejn istitut tat-tfal (l-Artikolu 399 tal-Kodiċi Ċivili).
Il-ġenituri ta' minuri li għalaq 14-il sena għandhom drittijiet u obbligi biss fuq il-persuna tal-minuri. Id-drittijiet u l-obbligi fuq l-assi tat-tfal huma tat-tutur tat-tfal jew ta' persuna oħra.
It-tutela tal-minuri għandha tiġi stabbilita meta jmutu ż-żewġ ġenituri, meta l-ġenituri mhumiex magħrufa, ġew imċaħħda mill-eżerċizzji tad-drittijiet tal-ġenituri jew instabu ħatja ta' reat kriminali sabiex jiġu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom, jitqiegħdu taħt interdizzjoni, huma assenti jew ġew iddikjarati mejta, u l-Qorti tiddeċiedi li mat-terminazzjoni tal-adozzjoni ikun fl-interess tal-minuri li jinħatar tutur.
It-tutela tiġi stabbilita jekk it-tfal ma għandhomx ġenituri biex jieħdu ħsiebhom, wara li jkunu ġew imċaħħda mill-eżerċizzju tad-drittjiet tagħhom.
B'mod eċċezzjonali, il-Qorti tat-Tutela tista' tiddeċiedi li tqiegħed lit-tfal ma' qraba jew ma' familja jew persuna oħra, bil-kunsens tagħhom, jew f'istitut tat-tfal.
Fil-prinċipju, l-awtorità tal-ġenituri hija taż-żewġ ġenituri flimkien wara d-divorzju, jew ma' wieħed minnhom biss jekk hemm raġunijiet fondati, fl-aħjar interessi tat-tfal. Il-ġenitur iżomm id-dritt li jħares kif qiegħdin jiġu mrobbija u edukati t-tfal, u d-dritt li jagħti l-kunsens tiegħu għall-adozzjoni.
B'mod eċċezzjonali, il-Qorti tat-Tutela tista' tiddeċiedi li tqiegħed lit-tfal ma' qraba jew ma' familja jew persuna oħra, bil-kunsens tagħhom, jew f'istitut tat-tfal. Dawn il-persuni u entitajiet jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri fir-rigward tat-tfal (l-Artikolu 399 tal-Kodiċi Ċivili).
Meta t-tfal jitwieldu barra ż-żwieġ u jipi rikonoxxuti miż-żewġ ġenituri, l-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata in solidum minnhom jekk jgħixu fi sħubija domestika. Jekk il-ġenituri tat-tfal li twieldu barra ż-żwieġ ma jgħixux fi sħubija domestika, l-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata minn wieħed minnhom biss.
Id-divorzju kunsenswali tal-konjuġi jista' jsir minn nutar pubbliku anke jekk kien hemm tfal minuri li twieldu fiż-żwieġ, barra ż-żwieġ jew adottati, jekk il-konjuġi jaqblu fuq l-aspetti kollha dwar l-użu tal-kunjom wara d-divorzju, l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri miż-żewġ ġenituri, id-deċiżjoni dwar fejn se jgħixu t-tfal wara d-divorzju, kif se jiġi preservati r-rabtiet personali bejn il-ġenituri separati u t-tfal, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-ġenituri għall-ispejjeż tat-trobbija tat-tfal, l-edukazzjoni, l-istudji u t-taħriġ professjonali tagħhom. Jekk ir-rapport tal-inkjesta soċjali juri illi l-ftehim tal-konjuġi dwar l-eżerċizzju konġunt tal-awtorità tal-ġenituri jew dwar fejn se jgħixu t-tfal mhux fl-interessi tat-tfal, in-nutar pubbliku jiċħad l-applikazzjoni għad-divorzju u jiggwida lill-konjuġi biex imorru l-qorti.
Il-ġenituri jistgħu jifthemu dwar l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri jew rigward il-miżuri li ttieħdu sabiex jiġu mħarsin it-tfal bil-kunsens tal-Qorti tat-Tutela, jekk ikun fl-aħjar interess tat-tfal (l-Artikolu 506 tal-Kodiċi Ċivili).
Il-partijiet jistgħu jidhru f'kull ħin matul l-għoti tas-sentenza, anke mingħajr ma jkunu ġew imsejjħa, sabiex jitolbu sentenza li tirregola legalment il-ftehim tagħhom, billi jingħataw sentenza li tagħti l-approvazzjoni. Din is-sentenza hija finali u tiġi eżegwita.
Il-medjazzjoni mhix obbligatorja qabel ma l-partijiet imorru l-Qorti. Matul ir-riżoluzzjoni tal-proċess, l-awtoritajiet ġudizzjarji huma obbligati jinfurmaw lill-partijiet dwar il-possibiltajiet u l-vantaġġi tal-użu tal-medjazzjoni. Jekk il-medjazzjoni ma tirriżultax fi ftehim, il-kwistjonijiet konċernati jiġu riżolti l-Qorti.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.
Jekk il-Qorti tiddeċiedi illi l-awtorità tal-ġenituri għandha tiġi eżerċitata minn ġenitur minnhom biss, dak il-ġenitur jiddeċiedi waħdu dwar il-kwistjonijiet kollha marbuta mat-tfal. Il-ġenitur iżomm id-dritt li jħares kif qiegħdin jiġu mrobbija u edukati t-tfal, u d-dritt li jagħti l-kunsens tiegħu għall-adozzjoni.
Il-ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri in solidum. Fir-rigward ta' partijiet terzi in bona fide, jekk xi ħadd mill-ġenituri iwettaq att legali ordinarju waħdu fl-eżerċizzju tad-drittijiet parentali u twettiq tad-dmirijiet tal-ġenituri, huwa preżunt illi għandu l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.
Ir-rikorsi għall-protezzjoni tal-individwi fil-kompetenza tal-Qorti tat-Tutela u tal-Familja (il-Qorti Distrettwali jew, fejn xieraq, it-Tribunal speċjalizzat fi kwistjonijiet tal-minuri u tal-familji) jiġu riżolti mill-Qorti b'ġurisdizzjoni territorjali tal-post fejn hija domiċiljata jew għandha r-residenza tagħha l-persuna protetta (l-Artikolu 94 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) (Codul de Procedură Civilă)).
Il-qorti tal-post fejn huwa domiċiljat ir-rikorrent għandha kompetenza għat-talbiet dwar ir-rikonoxximent tal-filjazzjoni, filwaqt li l-Qorti li għandha ġuriżdizzjoni fil-post fejn huwa residenti r-rikorrent/kreditur għandha kompetenza għat-talbiet dwar l-obbligi ta' manteniment (inkluż il-benefiċċji tat-tfal mill-Istat).
Id-dokumenti li jridu jiġu mehmuża mar-rikors għaċ-ċitazzjoni huma l-kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri, il-kopja tal-karta tal-identità, il-kopja tas-sentenza ta' divorzju, il-ftehim ta' medjazzjoni (jekk ikun sar) u dokumenti oħra li jitqiesu utli sabiex jinqata' l-każ. It-talba hija eżenti mit-taxxa tal-boll.
Il-Qorti tista' tieħu miżuri provviżorji permezz ta' ordni mill-president tagħha matul il-proċess kollhu tad-divorzju (proċedura speċjali b'termini aktar qosra għar-riżoluzzjoni), dwar fejn se jgħixu t-tfal, l-obbligu tal-manteniment, dwar min se jiġbor il-benefiċċju għat-tfal (l-Artikolu 919 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).
L-għajnuna legali tista' tinkiseb taħt l-Ordni ta' Emerġenza Nru 51/2008 (Ordonanța de Urgență nr. 51/2008) dwar l-għajnuna legali pubblikua fi kwistjonijiet ċivili, approvat bl-emendi mil-Liġi Nru 193/2008 (Legea nr. 193/2008), kif sussegwentement emendat.
L-għajnuna legali tista' tingħata separatament jew f'daqqa fil-forma ta' assistenza minn avukat; bil-ħlas għal espert, traduttur jew interpretu; bil-ħlas tat-tariffa tal-bailiff; għall-eżenzjonijiet, riduzzjonijiet, skedar mill-ġdid jew dewmien fil-ħlas tat-tariffi tal-Qorti.
Il-persuni li jibbenefikaw bis-sħiħ mill-għajnuna legali huma dawk li għandhom introjtu nett fix-xahar għal kull membru tal-familja inqas minn RON 300 fl-aħħar xahrejn qabel it-talba. Jekk l-introjtu huwa inqas minn RON 300, l-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż b'50%. Madankollu, il-kundizzjonijiet stabbiliti ma jwaqqfux lill-applikanti b'riżorsi li jaqbżu l-kwota milli jibbenefikaw mill-għajnuna legali jekk jistgħu juru illi ma jistgħux iħallsu l-ispejjeż legali minħabba d-differenza fl-istandards ta' għajxien tal-istat ta' domiċilju jew tar-residenza abitwali u tal-istat fejn qiegħda l-qorti.
Is-sentenza f'każijiet relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenuturi (kwistjonijiet anċillari għad-divorzju jew permezz ta' rotta diretta) hija suġġetta għal appell biss, fi żmien 30 jum mis-sentenza, jew għal stħarriġ ġudizzjarju biss, f'każ ta' sentenza għall-approvazzjoni li tikkonferma l-ftehim tal-Partijiet.
Jekk id-debitur ma jwettaqx dmiru volontarjament, il-kreditur irid jinnotifika lill-bailiff. Il-bailiff jitlob lill-qorti ta' eżekuzzjoni għall-approvazzjoni tagħha għall-eżekuzzjoni. Dan isir matul seduta bil-magħluq mingħajr ma jiġu msejjħa l-Partijiet.
Jekk it-talba għall-eżekuzzjoni tiġi awtorizzata, il-bailiff joħroġ mandat u jibgħat għall-ġenitur jew għal persuna li magħha qiegħdin it-tfal, biex jinnotifikaha bid-data li fiha għandha tidher mal-minuri sabiex il-minuri jmur mal-kreditur, jew biex tiġi ordnata tħalli lill-ġenitur l-ieħor jeżerċità d-dritt tiegħu għal relazzjonijiet personali mal-minuri.
Jekk id-debitur ma jwettaqx dmiru, il-bailiff jipproċedi b'eżekuzzjoni obbligatorja fil-preżenza ta' rappreżentant mid-Direttorat Ġenerali tal-Assistenza Soċjali u Protezzjoni tat-Tfal u, jekk ikun meħtieġ, fil-preżenza ta' psikologu u uffiċċjali tal-pulizija. Ħadd ma jista' jwettaq att ta' bullying fuq il-minuri jew jagħmillu pressjoni żejda biex iwettaq l-eżekuzzjoni.
Jekk id-debitur ma jwettaqx dmiru, il-piena deċiża mill-Qorti tibqa' fis-seħħ sakemm issir l-eżekuzzjoni, u l-bailiff jinnotifika lill-prosekutur biex jibda l-prosekuzzjoni.
Jekk il-minuri jirrifjuta, l-eżekutur jikkomunika r-rapport uffiċjali lir-rappreżentant mid-Direttorat Ġenerali tal-Assistenza Soċjali u Protezzjoni tat-Tfal, u l-qorti kompetenti tordna lill-minuri biex jattendi għal programm ta' terapija, li jintemm bir-rapport tal-psikologu. Jekk il-minuri jirrifjuta dan wara li jerġa jibda l-eżekuzzjoni obbligatorja, il-kreditur jista' jmur il-qorti biex jitlob li tingħata piena.
Għar-rikonoxximent ta' deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri, japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. It-talba trid tiġi indirizzata lit-Tribunal fid-domiċilju tal-intimat jew tar-residenza tiegħu fir-Rumanija. Jista' jsir appell mir-rikonoxximent quddiem il-Qorti tal-Appell b'ġuriżdizzjoni territorjali (Curtea de Apel), jew permezz ta' oppożizzjoni b'talba għal stħarriġ ġudizzjarju quddiem il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casație și Justiție).
Sabiex jopponi r-rikonoxximent ta' deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri, il-persuna interessata tista' tmur quddiem it-Tribunal tad-domiċilju tal-intimat jew tar-residenza tiegħu fir-Rumanija.
L-Artikolu 2611 tal-Kodiċi Ċivili jgħid illi l-liġi applikabbli dwar l-awtorità tal-ġenituri u l-protezzjoni tat-tfal tiġi determinata skont il-Konvenzjoni dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-rigward tal-awtorità tal-ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, adottata fl-Aja fid-19 ta' Ottubru 1996, u rratifikata mil-Liġi Nru, 361/2007.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.