

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-kunċett ta’ “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri l-għoti ta’ isem lill-minuri, il-ħarsien tal-minuri, l-amministrazzjoni tal-beni tagħhom u r-rappreżentanza tagħhom fi kwalunkwe kwistjoni jew tranżazzjoni legali li tkun tirrigwarda lilhom jew il-beni tagħhom. Fil-prattika, huwa jkopri l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-minuri (bħala individwi) u l-beni tagħhom.
Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija d-dmir u d-dritt tal-ġenituri li jeżerċitaw din ir-responsabbiltà b’mod konġunt. Responsabbiltà bħal din trid tqis l-interessi tal-minuri (l-Artikolu 6 tal-Liġi 216/1990).
Ir-responsabbiltà tal-ġenituri ta' minuri tiġi eżerċitata miż-żewġ ġenituri flimkien.
Iva, f’każijiet bħal dawn, il-Qorti tista’ taħtar tutur b’responsabbiltà tal-ġenituri (l-Artikolu 18(2) tal-Liġi dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Ġenituri u t-Tfal, il-Liġi 216/1990).
Fil-każ ta’ divorzju jew fejn żwieġ jiġi annullat jew iddikjarat null u bla effett, il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi deċiża mill-Qorti, li tista’ tagħtiha lil wieħed jew waħda miż-żewġ ġenituri, jew lit-tnejn flimkien, jew lil persuna terza (l-Artikoli 14 u 15 tal-Liġi 216/1990). Jekk il-Qorti tagħti r-responsabbiltà tal-ġenituri lil ġenitur wieħed biss, hija tista’ tiddeċiedi wkoll dwar id-drittijiet ta’ aċċess tal-ġenitur l-ieħor għall-minuri, billi tqis l-interess tal-minuri (l-Artikolu 17 tal-Liġi 216/1990).
Il-Qorti trid toħroġ ordni fuq il-ftehim biex dan isir legalment vinkolanti.
Attwalment, ma hemmx mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni ta’ tilwima għajr proċeduri tal-qorti.
L-imħallef jista’ jirregola kwalunkwe kwistjoni relatata mal-minuri, inklużi l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, id-drittijiet ta’ aċċess, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-amministrazzjoni tal-beni, l-isem, il-manteniment, l-ivvjaġġar barra l-pajjiż u s-sekwestru.
Le, minħabba li hemm kwistjonijiet, bħall amministrazzjoni tal-beni tal-minuri, li mhumiex koperti mill-“kustodja” fis-sens dejjaq.
Fil-prattika, kustodja konġunta tfisser li l-ġenituri jridu jiddeċiedu flimkien dwar kwistjonijiet relatati mal-minuri tagħhom. Dan normalment ifisser li l-minuri jgħix b’mod indaqs maż-żewġ ġenituri.
Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni hija l-Qorti tal-Familja fid-distrett fejn il-minuri jkun abitwalment residenti. Il-proċedimenti jibdew billi jiġi ppreżentat rikors ta’ bidu mingħajr affidavit. F’dan l-istadju ma tkun meħtieġa l-ebda dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament.
Ir-rikors jiġi nnotifikat lill-parti l-oħra li tintalab tidher quddiem il-Qorti fid-data speċifikata fir-rikors, sabiex issostni l-veduti tagħha. F’każijiet li jinvolvu minuri, ma hemm l-ebda proċedura ta’ emerġenza apparti mill-każijiet ta’ sekwestru ta’ minuri. Madankollu, minħabba n-natura tagħhom, il-qrati jiżguraw li tingħata prijorità lil dawn il-każijiet. Barra minn hekk, l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 30 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru japplikaw għal dawn il-proċedimenti kollha; id-dispożizzjonijiet imsemmija jsostnu li l-proċedimenti kollha quddiem qorti jridu jitlestew fi żmien raġonevoli.
Iva, bil-kundizzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-liġi u tkun ksibt inġunzjoni dwar dik il-materja skont il-Liġi 165(I)/2002.
Iva. Tista’ tappella quddiem il-Qorti tal-Appell tal-Familja.
Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni li tinforza ordni ta’ responsabbiltà tal-ġenituri hija l-qorti li tkun ħarġet dik l-ordni. Il-proċedimenti jinbdew billi jiġi ppreżentat rikors b’taħrika mingħajr affidavit, billi tintuża l-formola tat-Tip I imsemmija fir-Regolament Proċedurali 2/90.
Inti trid tirreġistra r-rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. Ir-rikors jenħtieġ li jiġi rreġistrat mal-Qorti tal-Familja fid-distrett fejn jgħix il-minuri, jew fejn jgħix il-konvenut jekk il-minuri jkun jgħix f’pajjiż ieħor.
Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni hija l-Qorti tal-Familja fid-distrett fejn jgħix il-minuri, jew fejn jgħix il-konvenut jekk il-minuri jkun jgħix f’pajjiż ieħor.
Meta r-rikors imsemmi hawn fuq jiġi nnotifikat lill-konvenut, dan ikun intitolat li jidher u jirreġistra difiża kif speċifikat fil-Liġi 121(I)/2000. Dawk il-proċedimenti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.
Tapplika l-liġi tar-Repubblika ta’ Ċipru, u, b’mod partikolari, il-Liġi 216/1990. Fejn l-ebda waħda mill-partijiet ma tkun tgħix f’Ċipru, il-Liġi 216/1990 tgħid li l-Qrati tal-Familja tar-Repubblika ma għandhomx ġurisdizzjoni biex jisimgħu l-każ.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.