

Sib informazzjoni għal kull reġjun
It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jfisser li wieħed ikollu l-awtorità fuq minuri u responsabbiltà għat-trobbija u għall-kura ta’ dan il-minuri.
L-Artikolu 247 tal-Ktieb 1 tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek) jistipula li ġej dwar dan is-suġġett:
1. Awtorità tal-ġenituri għandha tinkludi d-dover u d-dritt tal-ġenituri li jieħdu ħsieb u jrabbu l-wild minuri tagħhom.
2. “Kura u trobbija” għandha tinkludi li jieħdu ħsieb u jieħdu responsabbiltà għall-benesseri mentali u fiżiku u s-sigurtà tal-minuri u li jippromwovu l-iżvilupp tal-personalità tal-minuri. Il-ġenituri ma jistgħux jużaw vjolenza mentali jew fiżika jew xi trattament umiljanti ieħor meta jieħdu ħsieb u jrabbu l-minuri.
3. L-awtorità tal-ġenituri għandha tinkludi l-obbligu tal-ġenitur li jippromwovi l-iżvilupp tar-relazzjoni tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor.
4. Minuri li l-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta tiegħu għandu jibqa’ intitolat li jieħdu ħsiebu u jrabbuh ż-żewġ ġenituri b’mod ekwivalenti wara xoljiment taż-żwieġ minbarra minħabba mewt, wara separazzjoni legali jew wara xoljiment legali ta’ sħubija rreġistrata minbarra minħabba mewt, jew wara terminazzjoni ta’ koabitazzjoni jekk saret annotazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 252(1).
5. Għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 4, fi ftehim jew pjan ġenitorjali, il-ġenituri jistgħu jikkunsidraw ostakoli prattiċi li jistgħu jirriżultaw b’rabta max-xoljiment taż-żwieġ minbarra minħabba mewt, wara separazzjoni legali jew wara xoljiment legali ta’ sħubija rreġistrata minbarra minħabba mewt, jew wara terminazzjoni ta’ koabitazzjoni jekk saret annotazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 252(1), iżda biss u diment li jeżistu l-ostakoli rilevanti.
Il-ġenituri għandhom l-awtorità u r-responsabbiltà biex jieħdu ħsieb u jrabbu l-wild minuri tagħhom. Madankollu, hemm eċċezzjonijiet għal din ir-regola.
Jekk il-ġenituri ma jkunux iridu jew ma jkunux jistgħu jeżerċitaw awtorità jew responsabbiltà tal-ġenituri, l-awtorità tal-ġenituri tista’ tiġi ttrasferita lil persuna oħra mill-qorti.
Wara divorzju, iż-żewġ ġenituri jżommu l-awtorità tal-ġenituri fuq uliedhom. It-tnejn jibqgħu jkunu responsabbli biex irabbu u jieħdu ħsieb lill-ulied. Madankollu, hemm eċċezzjonijiet għal din ir-regola. Huwa possibbli li f’ċerti każijiet, fuq talba, il-qorti tassenja l-kustodja lil ġenitur wieħed. Il-paternità (li skont id-definizzjoni mhijiex ekwivalenti għal awtorità tal-ġenturi) u d-drittijiet u d-doveri assoċjati jistgħu wkoll jiġu rregolati b’mod differenti fil-pjan ġenitorjali, li jitfassal fil-każ ta’ divorzju.
F’każijiet ta’ divorzju, l-arranġamenti li jkun sar qbil dwarhom jiġu stipulati fi pjan ġenitorjali li jiġi revedut mill-qorti. Il-qorti tippronunzja d-divorzju.
Il-medjazzjoni hija possibbiltà biex jissolva tilwim dwar paternità.
Id-deċiżjoni tal-qorti tkopri l-elementi kollha tal-pjan ġenitorjali, inkluż il-kustodja, it-tqassim tal-kompiti fir-rigward tal-kura u t-trobbija tal-minuri, u l-post prinċipali tar-residenza tal-minuri.
Le. Il-ġenitur bil-kustodja tal-minuri huwa obbligat li jżomm lill-ġenitur mingħajr kustodja infurmat dwar kwistjonijiet importanti dwar il-persuna [HM-B1] u l-assi tal-minuri u li jikkonsulta l-ġenitur tal-aħħar dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw lill-minuri. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar, jiddeċiedi l-ġenitur bil-kustodja.
Dan ifisser li ż-żewġ ġenituri għandhom l-istess drittijiet u doveri li jappartjenu lil ġenitur bil-kustodja (ara l-mistoqsija 1), jekk il-ġenituri jkunu qablu dwar tqassim differenti tal-kompiti fir-rigward tal-kura u t-trobbija tal-minuri fil-pjan ġenitorjali.
Sabiex tinkiseb kustodja ta’ minuri, għandha ssir talba lill-qorti bil-ġuriżdizzjoni għall-post ta’ residenza tal-minuri. Id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati jiddependu fuq is-sitwazzjoni tal-ġenitur u l-minuri. Informazzjoni dwar id-dokumenti meħtieġa tinstab fir-Regoli ta’ proċedura (procesreglement) Kustodja u aċċess (Gezag en omgang). Avukat jista’ jgħin b’dan.
M’hemm l-ebda proċedura partikolari għas-sitwazzjonijiet imsemmija. Iva, huma possibbli proċeduri għal miżuri provviżorji.
Iva, l-għajnuna legali hija possibbli, għalkemm din hija soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet. Aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett tinstab fis-sit web tal-Kunsill tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand).
Iva, jistgħu jsiru appelli lill-Qorti tal-Appell (gerechtshof).
F’dan il-każ tapplika l-proċedura tal-qorti ordinarja.
Fil-prinċipju, mhi meħtieġa li tittieħed l-ebda azzjoni. Dan iseħħ awtomatikament jekk l-Istat Membru huwa parti għar-Regolament Brussell IIa. Dan ir-Regolament huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.
L-appelli għandhom jitressqu mal-qorti fil-pajjiż fejn inħarġet id-deċiżjoni,
Appell fi kwistjoni tal-familja fin-Netherlands jeħtieġ l-assistenza ta’ avukat. L-avukat jista’ jressaq l-appell mar-Reġistru tal-Qorti tal-Appell. Wara li l-qorti tkun iddeċidiet f’każ tal-familja, l-avukat ikollu tliet xhur biex jappella. Il-Qorti tal-Appell tapplika dan il-limitu ta’ żmien strettament. Id-data li fiha r-Reġistru jirċievi t-talba biex jitressaq appell hija d-data uffiċjali li fiha tressaq l-appell.
Il-qrati Netherlandiżi japplikaw biss liġi Netherlandiża.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.