

Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Ordni (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1995 dwar it-Tfal (Children (Northern Ireland) Order 1995) tiddefinixxi r-responsabbiltà tal-ġenituri bħala d-drittijiet, id-dmirijiet, is-setgħat u r-responsabbiltajiet kollha li ġenitur għandu, bil-liġi, fir-rigward tal-wild minuri tiegħu. L-Ordni ma telenkax x’inhuma dawk id-drittijiet u r-responsabbiltajiet. Madankollu, ġie rikonoxxut li dawk b’responsabbiltà tal-ġenituri għandhom:
Ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tiġi eżerċitata, f’kull ħin, fl-aħjar interess tal-wild minuri u dawk kollha b’responsabbiltà tal-ġenituri għandhom jiġu kkonsultati qabel ma tittieħed deċiżjoni importanti. Madankollu, jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim, il-qorti tista’ tintalab issolvi l-kwistjoni.
Jekk il-ġenituri tal-wild minuri kienu miżżewġin flimkien fil-mument tat-twelid tal-wild minuri, kull wieħed minnhom ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri għalih.
Jekk il-ġenituri tal-wild minuri ma kinux miżżewġin flimkien fil-mument tat-twelid tal-wild minuri, l-omm awtomatikament ikollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għalih u l-missier jista’ jikseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri għalih billi:
Jekk missier mhux miżżewweġ ikun kiseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri permezz ta’ ordni tal-qorti, ftehim jew reġistrazzjoni, dik ir-responsabbiltà tista’ tintemm biss permezz ta’ ordni tal-qorti.
Jekk qorti toħroġ ordni ta’ residenza lil missier mhux miżżewweġ, u jekk dan ma jkollux ir-responsabbiltà tal-ġenituri b’xi mod ieħor, din trid tagħmel ukoll ordni ta’ responsabbiltà tal-ġenituri favurih.
Persuna li mhijiex ġenitur tista’ tikseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri permezz ta’ ordni tal-qorti.
Persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri ma tistax iċċedi jew tittrasferixxi dik ir-responsabbiltà. Madankollu, hija tista’ tirranġa sabiex xi ħadd ieħor jaqdi dik ir-responsabbiltà f’isimha.
Barra minn hekk, persuna li mhijiex ġenitur tista’ tikseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri billi tikseb ordni tal-qorti (pereżempju, ordni ta’ residenza, ordni ta’ protezzjoni ta’ emerġenza jew ordni għall-ħarsien).
Bħala regola ġenerali, ġenitur ma jitlifx ir-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri b’mod awtomatiku sempliċement għaliex jiksibha ħaddieħor. Madankollu, ordni ta’ adozzjoni tittrasferixxi r-responsabbiltà tal-ġenituri mill-ġenituri naturali għall-ġenituri adottivi.
Jekk ġenitur ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri, huwa jista’ jaħtar persuna oħra sabiex tkun it-tutur tal-wild minuri f’każ li jmut.
Ir-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri tkompli wara d-divorzju u hija limitata biss sal-punt li ftehim bonarju jew ordni tal-qorti jsolvu kwistjonijiet bejn il-ġenituri jew bejn il-ġenituri u terzi persuni.
Jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġin, huma jistgħu jidħlu fi ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Dan irid ikun:
Jekk il-ġenituri kienu miżżewġin, iżda jkunu sseparaw jew iddivorzjaw, huma jistgħu jaqblu dwar kif se jaqdu r-responsabbiltajiet tal-ġenituri tagħhom u li dak il-ftehim isir ordni tal-qorti, li jista’ jinbidel fi stadju aktar tard sabiex iqis ċirkostanzi mibdula.
Fl-Irlanda ta’ Fuq hemm għadd ta’ aġenziji li jipprovdu servizzi ta’ medjazzjoni u li jistgħu jgħinu sabiex tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwim. L-informazzjoni tista’ tinkiseb mis-siti web tal-UK College of Family Mediators, tal-Family Mediation Northern Ireland, tal-Barnado’s Northern Ireland, tal-Family Support Northern Ireland, tad-Dispute Resolution Service Northern Ireland u tal-Mediation and Counselling Northern Ireland.
Il-qrati fl-Irlanda ta’ Fuq għandhom firxa wiesgħa ta’ setgħat għad-dispożizzjoni tagħhom u, b’mod partikolari, jistgħu jsolvu kwistjonijiet relatati ma’ –
Il-qrati għarfu l-ħtieġa għal arranġamenti flessibbli u prattiċi kull meta jkunu possibbli. Għalhekk, jekk ġenitur ikun qiegħed jieħu ħsieb wild minuri, dak il-ġenitur irid ikun jista’ jieħu d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu waqt li jkun qiegħed jieħu ħsieb il-wild minuri.
Fl-istess ħin, hemm aspettattiva li d-deċiżjonijiet ewlenin jiġu diskussi mal-ġenitur l-ieħor u jiġu solvuti b’mod amikevoli. Madankollu jekk ma jintlaħaqx ftehim, il-qorti tista’ tagħti ordni speċifika dwar il-kwistjonijiet (li ssolvi kwistjoni partikolari) jew ordni dwar passi pprojbiti (li tispeċifika t-tip ta’ deċiżjoni li ma tistax tittieħed mingħajr il-kunsens tal-qorti).
Jekk fir-rigward tal-wild minuri ikun hemm ordni ta’ residenza fis-seħħ, l-ebda persuna ma tista’ ġġiegħel li l-wild minuri jkun magħruf b’kunjom ieħor jew li jitneħħa mir-Renju Unit għal xahar jew aktar mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ kull persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri jew mingħajr il-kunsens tal-qorti.
Meta l-wild minuri jkun ma’ ġenitur wieħed, dak il-ġenitur jieħu d-deċiżjonijiet ta’ rutina meħtieġa. Madankollu, huwa mistenni li l-ġenitur l-ieħor jiġi kkonsultat dwar id-deċiżjonijiet ewlenin.
Normalment, rikors għal ordni li tagħti r-responsabbiltà tal-ġenituri għandu jiġi ppreżentat quddiem Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja (Family Proceedings Court). Madankollu, jekk ikun hemm proċedimenti oħra tal-familja relatati mal-wild minuri li jkunu pendenti f’qorti oħra, ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat f’dik il-qorti.
Il-proċedimenti miftuħa f’Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja (Family Proceedings Court) jistgħu jiġu ttrasferiti lil Ċentru tal-Ħarsien tal-Familja (Family Care Centre) jew lill-Qorti Superjuri (High Court) għal numru ta’ raġunijiet (pereżempju, jekk ikunu kumplessi jew jinvolvu kwistjoni ta’ interess pubbliku ġenerali).
L-indirizzi u n-numri tat-telefown tal-qrati jinsabu fis-sit web tal-qrati tas-Servizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunal Service).
Hemm numru ta’ formoli li jridu jimtlew u jiġu ppreżentati fl-uffiċċju tal-qorti rilevanti. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn jużaw formola standard. L-uffiċċju tal-qorti jkun jista’ jipprovdi kopji tal-formoli u jispjega kif għandhom jimtlew. Madankollu, il-persunal tal-qorti ma jistax jagħti parir legali jew jgħidlek x’għandek tgħid. Trid titħallas tariffa tal-qorti wkoll.
Meta jiġi ppreżentat ir-rikors, l-uffiċċju tal-qorti jistabbilixxi data għas-seduta u l-parti l-oħra tiġi nnotifikata b’dik id-data. Jekk il-kwistjoni ma tiġix solvuta qabel id-data stabbilita għas-seduta, maġistrat jew imħallef jisma’ x-xhieda u jieħu deċiżjoni. Ma hemm l-ebda proċedura ta’ emerġenza sabiex tinkiseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri.
Int intitolat(a) tapplika għal għajnuna legali. Madankollu, il-livell tal-assistenza finanzjarja pprovduta (jekk tikkwalifika) huwa soġġett għal valutazzjoni tal-mezzi finanzjarji. Anki jekk tiġi vvalutat(a) bħala finanzjarjament eliġibbli, jista’ jkollok bżonn tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż. Bi ftehim, din il-kontribuzzjoni tista’ titħallas lura lill-Aġenzija tas-Servizzi Legali (Legal Services Agency) fuq perjodu ta’ żmien. Minbarra l-kriterji ta’ eliġibbiltà finanzjarja, trid tissodisfa wkoll test tal-mertu, jiġifieri li jrid ikun hemm bażi raġonevoli sabiex tiftaħ jew tiddefendi l-proċedimenti u jrid ikun raġonevoli fiċ-ċirkostanzi kollha li tagħmel hekk.
Jista’ jsir appell:
kontra deċiżjoni li tilqa’ jew tiċħad il-ħruġ ta’ ordni.
Fl-appell, il-Qorti Superjuri tista’, fuq talba ta’ parti, tirreferi kwistjoni dwar punt ta’ dritt għall-opinjoni tal-Qorti tal-Appell (Court of Appeal). Inkella, id-deċiżjoni tal-Qorti Superjuri tkun finali.
Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell dwar il-kawża ddikjarata mill-Qorti Superjuri hija finali.
F’Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja (Family Proceedings Court) (fejn tinstema’ l-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet relatati mal-wild minuri) jista’ jsir rikors sabiex tiġi indirizzata kwistjoni speċifika relatata mal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Id-dettalji ta’ kuntatt huma elenkati aktar ’il fuq.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2001/2003 (“Brussell IIa”) jipprevedi li ċerti deċiżjonijiet dwar l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri mogħtija fi Stat Membru wieħed jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor.
Id-deċiżjoni trid tkun ġiet iddikjarata eżegwibbli f’dak l-Istat l-ieħor. Fl-Irlanda ta’ Fuq trid tressaq rikors sabiex id-deċiżjoni tiġi rreġistrata fil-Qorti Superjuri.
Ikollok tikkontesta r-rikonoxximent fil-qorti fl-Istat Membru l-ieħor skont il-proċedura applikabbli f’dik il-qorti.
Il-proċedimenti jridu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti fil-ġuriżdizzjoni fejn il-wild minuri ikun abitwalment residenti.
Jekk il-qorti fl-Irlanda ta’ Fuq tiddeċiedi li għandha ġuriżdizzjoni sabiex tittratta l-proċedimenti, hija tapplika l-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.