

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Is-sinifikat tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri u d-durata tagħhom
Ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri huma setgħat u doveri assenjati lill-ġenituri f’rabta ma’ wliedhom. L-ulied huma soġġetti għar-responsabbiltajiet tal-ġenituri sakemm jilħqu l-età maġġuri jew ta’ emanċipazzjoni. L-età maġġuri hija ta’ 18-il sena. Il-minorenni li jkunu għalqu 16-il sena jistgħu jsiru emanċipati permezz taż-żwieġ.
Drittijiet u obbligi ta’ min ikollu responsabbiltajiet tal-ġenituri
Ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri jinkludu s-setgħat u d-doveri tal-ġenituri b’rabta ma’ wliedhom, li ġejjin (l-Artikoli 1877 sa 1920-C tal-Kodiċi Ċivili):
Min-naħa l-oħra:
Dawn li ġejjin ikunu validi f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni:
(Għal atti li jirrigwardaw il-professjoni, l-arti jew is-sengħa tal-minorenni u għal atti pprattikati fit-twettiq ta’ tali professjoni, arti jew sengħa, ikunu eliġibbli biss l-assi li l-minorenni jkollhom disponiment liberu tagħhom).
L-assi bi sjieda tal-ġenituri:
Introjtu mill-assi tal-ulied:
Limitazzjonijiet fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri
Il-ġenituri ma jamministrawx:
Bħala rappreżentanti tat-tfal, il-ġenituri ma jistgħux, mingħajr awtorizzazzjoni tal-qorti:
Il-ġenituri ma jistgħux, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-qorti:
Tmiem l-amministrazzjoni
Responsabbiltajiet tal-ġenituri fiż-żwieġ
Atti eżegwiti minn wieħed mill-ġenituri
Eżerċitar konġunt tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri mill-ġenitur uniku tal-wild u mill-konjuġi jew mill-partner reġistrat tiegħu
Il-qorti trid, fejn ikun possibbli, tisma’ lill-minorenni.
Iva, kif ġej:
Jekk wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn li huma ma jkunux jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri
Meta wieħed mill-ġenituri ma jkunx jista’ jeżerċita r-responsabbiltajiet tal-ġenituri minħabba assenza, inkapaċità jew impediment ieħor dekretat minn qorti, il-ġenitur l-ieħor irid jeżerċita r-responsabbiltajiet. Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jitħalliex jagħmel dan permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ir-responsabbiltajiet iridu jiġu eżerċitati minn dawn il-persuni li ġejjin f’ordni ta’ preferenza (l-Artikolu 1903 tal-Kodiċi Ċivili):
Dawn ir-regoli huma applikabbli wkoll mutatis mutandis, f’każijiet li fihom il-paternità tiġi stabbilita biss fir-rigward ta’ wieħed mill-ġenituri.
Mewt ta’ ġenitur
Wara l-mewt ta’ wieħed mill-ġenituri, l-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri jkun jispetta lill-ġenitur li jibqa’ ħaj.
Każijiet li fihom il-minorenni jkun soġġett għal tutela obbligatorja: (l-Artikolu 1921 tal-Kodiċi Ċivili):
Nota: il-projbizzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tkun tirrigwarda unikament it-tutela tat-tfal innifishom jew l-amministrazzjoni tal-assi tagħhom, jew tkopri ż-żewġ aspetti.
Każijiet li fihom tiġi stabbilita s-sistema ta’ amministrazzjoni tal-assi tal-ulied (l-Artikolu 1921 tal-Kodiċi Ċivili):
It-tutela u l-amministrazzjoni tal-assi ex officio mill-qorti:
Kull darba li xi sitwazzjoni fost dawk indikati hawn fuq, li jikkostitwixxu ġustifikazzjonijiet għall-istabbiliment tat-tutela jew għall-amministrazzjoni tal-assi, tkun tapplika għall-minorenni, il-qorti trid, ex officio, tistabbilixxi t-tutela jew l-amministrazzjoni tal-assi.
Kwalunkwe awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, jew uffiċjal tar-reġistratur ċivili li jkun infurmat dwar tali sitwazzjonijiet fl-eżerċitar tad-doveri tiegħi jrid jinnotifika lill-qorti kompetenti bihom.
Kif jiġu eżerċitati t-tutela u l-amministrazzjoni tal-assi tal-ulied
It-tutela tiġi eżerċitata minn tutur u mill-kunsill tal-familja. It-tutur għandu l-istess drittijiet u obbligi bħall-ġenituri, anki jekk bl-emendi u r-restrizzjonijiet stipulati mil-liġi (l-Artikoli 1927 u 1950 tal-Kodiċi Ċivili).
L-amministrazzjoni tal-assi hija eżerċitata minn amministratur wieħed jew aktar, u jekk it-tutela tkun stabbilita, mill-kunsill tal-familja.
It-tutela u l-amministrazzjoni tal-assi huma eżerċitati t-tnejn taħt is-superviżjoni tal-qorti.
Hija r-responsabbiltà tal-qorti li tikkonferma jew taħtar tuturi, amministraturi tal-assi u membri tal-kunsill tal-familja.
Min jista’ jkun tutur
Il-ġenituri jistgħu jaħtru tutur għal uliedhom, li jrid jiġi kkonfermat mill-qorti. Meta l-ġenituri ma jkunux ħatru gwardjan, jew il-ħatra ma tkunx ġiet ikkonfermata, ikun jispetta lill-qorti, wara li tisma’ lill-kunsill tal-familja, li taħtar tutur.
Qabel ma taħtar lit-tutur, il-qorti trid tisma’ lill-minorenni.
Il-qorti trid tagħżel lit-tutur minn fost:
Min ma jistax ikun tutur
Il-persuni segwenti ma jistgħux ikunu tuturi (l-Artikolu 1933 tal-Kodiċi Ċivili):
Min jista’ jkun amministratur
Ir-regoli msemmija hawn fuq fir-rigward tal-għażla tat-tutur, u l-projbizzjoni mill-eżerċitar ta’ dan ir-rwol, tapplika wkoll għall-amministratur, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi.
Barra minn hekk, il-persuni segwenti ma jistgħux ikunu amministraturi (l-Artikolu 1970 tal-Kodiċi Ċivili):
L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri minħabba l-inkapaċità de facto tal-ġenituri li jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri
Meta l-ġenituri jkunu de facto inkapaċi li jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri, l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni jrid jieħu l-miżuri neċessarji biex jipproteġi lill-minorenni u, għal dan l-għan, jista’ jaħtar persuna li, f’isem il-minorenni, ikun jista’ jidħol fi tranżazzjonijiet legali li jkunu urġenti jew ta’ benefiċċju evidenti għall-minorenni.
Il-limitazzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’sitwazzjonijiet ta’ periklu għall-minorenni li ma jinkludux l-esklużjoni mill-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri
Meta s-sikurezza, is-saħħa, l-edukazzjoni jew it-tagħlim morali tal-minorenni jkunu f’riskju iżda ma jkunx hemm għalfejn tasal sal-punt li teskludi l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti tista’, fuq talba tal-uffiċċju tal-prosekutur jew ta’ kwalunkwe persuna oħra, tieħu miżuri xierqa biex tipproteġi lill-minorenni (l-Artikolu 1918 tal-Kodiċi Ċivili).
L-Artikolu 35 tal-liġi għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f’riskju, approvata mil-Liġi Nru 147/99 tal-1 ta’ Settembru 1999, jistabbilixxi l-miżuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni ta’ minuri f’sitwazzjonijiet ta’ riskju:
Meta jkun hemm kunsens mill-ġenituri u l-ebda oppożizzjoni mill-minorenni, il-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ (comissões de protecção de crianças e jovens) ikollhom il-kompetenza li japplikaw il-miżuri ta’ protezzjoni u assistenza għat-tfal imsemmija hawn fuq, mingħajr l-intervent tal-qorti, ħlief għall-aħħar miżura msemmija (jiġu fdati bil-ħsieb ta’ adozzjoni), li tista’ tiġi applikata biss mill-qorti.
Il-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ huma istituzzjonijiet uffiċjali finanzjarjament awtonomi u nonġudizzjarji li jfittxu li jippromovu d-drittijiet tat-tfal u taż-żgħażagħ u li jipprevjenu jew itemmu sitwazzjonijiet li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza, is-saħħa, it-tagħlim, l-edukazzjoni jew l-iżvilupp tagħhom kumplessivament.
Meta tiġi promulgata waħda mill-miżuri msemmija hawn fuq – mill-qorti jew mill-kumitat għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ – il-ġenituri jżommu l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’dak kollu li ma jkunx inkompatibbli magħha.
Jekk il-minorenni jkun ġie fdat lil parti terza jew lil stabbiliment edukattiv jew ta’ kura, tiġi stabbilita sistema ta’ aċċess mill-ġenituri, sakemm, f’każijiet ta’ eċċezzjoni, dan ma jkunx imur kontra l-interessi tat-tfal.
Il-verżjoni attwali tal-liġi għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f’riskju tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk http://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?nid=545&tabela=leis
Il-limitazzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’sitwazzjonijiet perikolużi għall-assi tal-minorenni, li ma jinkludux l-esklużjoni mill-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri
Meta amministrazzjoni ħażina mill-ġenituri tipperikola l-assi tat-tfal, iżda dan ma jkunx każ ta’ esklużjoni mill-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti tista’, fuq talba tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni, jew kwalunkwe qarib, tordna tali miżuri li jidhrilha li jkunu xierqa.
Filwaqt li tqis il-valur tal-assi, il-qorti tista’, b’mod partikolari, titlob dan li ġej mingħand il-ġenituri:
u, meta dawn il-miżuri ma jkunux biżżejjed:
L-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’każ ta’ divorzju, separazzjoni legali, dikjarazzjoni ta’ nullità jew annullament taż-żwieġ huwa rregolat skont il-prinċipji li ġejjin (l-Artikolu 1906 tal-Kodiċi Ċivili):
Sabiex il-ftehim dwar ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri jkun legalment vinkolanti, dan irid jiġi approvat mill-qorti jew mir-reġistratur ċivili, f’waħda mill-għamliet indikati fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 6 u 10.
Il-partijiet jistgħu jużaw mezzi alternattivi biex isolvu l-kunflitt, qabel ma jitolbu għall-intervent tal-qorti jew inkella matul l-azzjoni legali.
Medjazzjoni qabel l-intervent tal-qrati
Il-prinċipju tal-medjazzjoni volontarja
Qabel ma jressqu każ il-qorti, il-ġenituri jistgħu jużaw il-medjazzjoni tal-familja pubblika jew privata sabiex jilħqu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.
Fil-Portugall, il-medjazzjoni hija volontarja. Il-partijiet f’kunflitt familjali li jirrigwarda lill-uliedhom jistgħu, bi ftehim, jużaw il-medjazzjoni tal-familja pubblika jew privata qabel ma jagħtu bidu għal azzjoni legali. Ladarba titressaq il-kawża, il-qorti tista’ wkoll tirrinvija lill-partijiet għall-medjazzjoni, iżda dan ma tistax timponih jekk il-partijiet ma jaqblux miegħu, jew joġġezzjonaw għalih.
Ratifika obbligatorja tal-ftehim
Ladarba jinkiseb il-ftehim b’riżultat tal-medjazzjoni, sabiex dan ikun vinkolanti u ġuridikament eżegwibbli, il-partijiet iridu japplikaw għar-ratifika tiegħu mill-qorti jew mir-reġistratur tar-reġistru ċivili, skont il-każ.
Azzjonijiet dwar kwistjonijiet familjali li jaqgħu taħt il-kompetenza tar-reġistratur tar-reġistru ċivili jirrikjedu ftehim minn qabel tal-partijiet, inkella jkunu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qrati.
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili għandhom il-kompetenza li jirratifikaw il-ftehim fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri meta dan ikun anness ma’ ftehim dwar id-divorzju jew is-separazzjoni legali kunsenswali biss. Qabel ir-ratifika mir-reġistratur, l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni joħroġ opinjoni dwar il-ftehim sa fejn dan ikun jirrigwarda r-responsabbiltajiet tal-ġenituri fir-rigward tat-tfal minorenni.
Meta l-medjazzjoni tal-familja sseħħ qabel ma tiġi proposta azzjoni u jkollha unikament l-għan li tistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-ġenituri fir-rigward tat-tfal minorenni (mingħajr ma jkun hemm il-ftehim anness mal-ftehim dwar id-divorzju jew is-separazzjoni legali), ir-ratifika ta’ dak il-ftehim trid tintalab mill-partijiet mingħand il-qorti kompetenti.
Medjazzjoni privata
Jekk il-partijiet ikollhom aċċess għall-medjazzjoni privata, ikollhom iħallsu minn buthom it-tariffi tal-medjatur. Dan l-ammont, ir-regoli u l-iskeda tal-medjazzjoni jiġu stabbiliti fil-protokoll tal-medjazzjoni ffirmat mill-partijiet u mill-medjatur fil-bidu tal-medjazzjoni. Il-Ministeru għall-Ġustizzja jorganizza lista ta’ medjaturi li tista’ tiġi kkonsultata mill-partijiet sabiex jagħżlu medjatur privat, hawnhekk https://dgpj.justica.gov.pt/Portals/31/GRAL_Media%E7%E3o/Lista-mediadores-privada_18.09.2020.pdf.
Medjazzjoni pubblika
Biex jagħmlu uża mill-medjazzjoni pubblika, il-partijiet għandhom jikkuntattjaw lill-uffiċċju għas-soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja (Direcção Geral da Política de Justiça) u jitolbu għall-iskedar ta’ sessjoni ta’ premedjazzjoni. Dan jistgħu jagħmluh bit-telefon, bil-posta elettronika jew b’mod elettroniku. Fis-sessjoni ta’ premedjazzjoni pubblika, jiġi ffirmat protokoll tal-medjazzjoni bejn il-partijiet u l-medjatur. Jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien, jiġu skedati s-sessjonijiet u jiġu spjegati r-regoli proċedurali. Il-medjazzjoni pubblika tal-familja tiswa EUR 50 għal kull waħda mill-partijiet, irrispettivament mill-għadd ta’ sessjonijiet skedati. Din it-tariffa ta’ EUR 50 titħallas minn kull parti fil-bidu nett tal-medjazzjoni pubblika. It-tariffi tal-medjaturi li jaħdmu permezz tas-sistema pubblika ma jitħallsux mill-partijiet. Jitħallsu mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja, skont skeda legali.
Is-sessjonijiet ta’ medjazzjoni pubblika jistgħu jsiru fis-sede tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja, jew f’sedi għad-dispożizzjoni fil-muniċipalità fejn il-partijiet ikunu jirrisjedu.
Fil-medjazzjoni pubblika, il-partijiet jistgħu jagħżlu medjatur minn lista ta’ medjaturi pubbliċi magħżula. Il-lista tal-medjaturi pubbliċi tinsab fis-sit web imsemmi aktar ’il fuq. Jekk il-partijiet ma jagħżlux medjatur, l-uffiċċju għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja jindika wieħed mill-medjaturi mil-lista tal-medjaturi pubbliċi, f’ordni sekwenzjali filwaqt li jqis kemm dan ikun qrib l-inħawi ta’ residenza tal-partijiet. Bħala regola, dan l-appuntament isir elettronikament.
Għajnuna legali
Jekk il-partijiet ikunu intitolati għall-għajnuna legali, din tista’ tkopri l-ispejjeż tal-medjazzjoni.
Medjazzjoni u smigħ tekniku quddiem speċjalista matul il-proċedimenti legali
Jekk il-partijiet jirreferu l-kwistjoni lill-qorti, jinbdew il-proċedimenti ċivili li jirregolaw l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, fejn l-imħallef jibda billi jistabbilixxi laqgħa bejn il-ġenituri.
Meta l-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim fil-laqgħa, l-imħallef jissospendiha għal perjodu massimu ta’ xahrejn jew tliet xhur, skont il-każ, u jirrinvija lill-ġenituri għall-medjazzjoni (jekk dawn jaqblu li jużaw dan il-metodu), jew għal smigħ tekniku speċjalista (li jista’ jiġi impost fuq il-ġenituri bħala obbligatorju).
Fi tmiem dak il-perjodu, l-imħallef jiġi mgħarraf bl-eżitu tal-medjazzjoni jew tas-smigħ tekniku speċjalista u jistabbilixxi data biex il-laqgħa tissokta sabiex il-ftehim jiġi kkonfermat u/jew ratifikat.
Jekk fi tmiem din il-fażi, il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, imbagħad issegwi l-fażi ta’ litigazzjoni tal-proċedimenti – il-ġenituri jiġu nnotifikati biex jippreżentaw l-argumenti tagħhom u biex jipprovdu evidenza, u mbagħad issir l-investigazzjoni u tingħata s-sentenza.
L-informazzjoni disponibbli dwar il-medjazzjoni tinsab hawnhekk https://dgpj.justica.gov.pt/Resolucao-de-Litigios/Mediacao
Bħala punt preliminari, huwa importanti li wieħed jenfasizza li fil-Portugall, f’każ ta’ divorzju, separazzjoni, annullament taż-żwieġ, u f’każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda żwieġ jew koabitazzjoni tal-ġenituri, id-deċiżjoni dwar l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri trid dejjem tittieħed abbażi ta’ tliet aspetti fundamentali: il-kustodja tal-minorenni, ir-reġim ta’ aċċess u l-manteniment dovut lill-minorenni. Fi kliem ieħor, l-obbligu ta’ manteniment lil wild minorenni jitqies bħala waħda mir-responsabbiltajiet tal-ġenituri, u fil-prinċipju huwa rregolat flimkien mar-responsabbiltajiet l-oħra tal-ġenituri, għalkemm f’ċerti każijiet tista’ titressaq kawża biss biex il-manteniment dovut lill-ulied jiġi stabbilit u emendat.
Il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
Bħala regola, le. Anki jekk il-kustodja ta’ wild minorenni tingħata biss lil ġenitur wieħed, ir-responsabbiltà tal-ġenituri dwar kwistjonijiet ta’ importanza partikolari għall-ħajja tal-ulied hija taż-żewġ ġenituri, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx tiddetermina li tali eżerċitar huwa esklużivament ta’ wieħed minnhom (l-Artikolu 1906 tal-Kodiċi Ċivili).
Fir-rigward tal-aspetti l-oħra tal-mistoqsija, it-tweġiba diġà ġiet diskussa fid-dettall fir-risposta għall-mistoqsija 4.
Fil-prattika, kustodja konġunta tfisser li:
Metodi proċedurali biex jitressaq każ li jirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri
Proċeduri ta’ kura u protezzjoni
Jekk il-minorenni jkun f’sitwazzjoni li tista’ tipperikola s-sikurezza, is-saħħa, it-tagħlim morali jew l-edukazzjoni tiegħu, u jekk l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri kienet limitata minħabba l-applikazzjoni ta’ waħda mill-miżuri ta’ kura u protezzjoni indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija 3, jinbdew proċedimenti ta’ kura u ta’ protezzjoni, li jaqgħu fil-kompetenzi tal-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ jew tal-qrati, skont il-każ.
Proċeduri ta’ tutela ċivili
Fil-każijiet l-oħra indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija 7, rigward ir-regolamentazzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, tinbeda proċedura ta’ tutela ċivili, li taqa’ fil-kompetenzi tal-qrati.
Proċeduri ta’ kompetenza tal-uffiċċji tar-reġistraturi ċivili
F’każijiet fejn ikun hemm ftehim li jirrigwarda r-regolamentazzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, kemm jekk dan ikun anness ma’ ftehim dwar is-separazzjoni legali jew dwar id-divorzju kif ukoll jekk le, jitressaq każ quddiem l-uffiċċju tar-reġistru ċivili. Sta għar-Reġistratur li jirratifika l-ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri wara li jkun sema’ l-opinjoni tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni.
Nota: Meta jinbdew proċediment ta’ divorzju mingħajr il-kunsens tal-konjuġi l-ieħor, il-qorti jkollha l-kompetenza u l-proċedura ssir f’għamla ta’ proċedimenti speċjali ta’ divorzju mingħajr il-kunsens tal-konjuġi l-ieħor. Jekk matul il-kawża, il-partijiet jilħqu qbil, il-qorti tikkonverti l-proċedimenti fi proċedimenti ta’ divorzju kunsenswali u tirratifika l-ftehimiet, inklużi dawk relatati mar-responsabbiltajiet tal-ġenituri, jekk ikun hemm tfal minorenni.
Formalitajiet u dokumenti li jridu jiġu mehmużin (dawn ivarjaw skont l-għamla tal-każ u l-awtorità kompetenti):
Proċedura ta’ kura u ta’ protezzjoni li tinbeda fil-kumitat għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ
Il-proċedura ta’ kura u ta’ protezzjoni fil-qorti
Il-proċedura ta’ tutela ċivili
Il-proċeduri ta’ kompetenza tal-uffiċċji tar-reġistraturi ċivili
F’każijiet li fihom il-ftehim dwar ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri jkun anness ma’ ftehim dwar id-divorzju jew is-separazzjoni legali, iridu jiġu ppreżentati d-dokumenti li ġejjin:
F’każijiet li fihom il-ġenituri, kemm jekk miżżewġin kif ukoll jekk le, ikunu jixtiequ jirregolaw l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal minorenni tagħhom it-tnejn, jew li jemendaw ftehim diġà ratifikat, dan iridu jitolbuh fi kwalunkwe mument minn kwalunkwe uffiċċju tar-reġistru ċivili. Għal dan l-għan, għandhom jinkludu d-dokumenti li ġejjin:
L-informazzjoni dwar il-kompetenza tal-uffiċċji tar-reġistru ċivili tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk http://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?nid=581&tabela=leis
L-entitajiet ta’ referenza għall-partijiet interessati (skont il-każ, il-qrati, il-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ u l-uffiċċji tar-reġistru ċivili):
Il-ġurisdizzjoni u l-kompetenza tal-qrati
Dwar il-kwistjoni tar-regolamentazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti distrettwali tal-familja u tal-minorenni (tribunal de comarca) tkun il-qorti kompetenti. F’oqsma mhux koperti mill-qorti tal-familja u tal-minorenni, il-qorti ċivili lokali fil-qorti distrettwali jew il-qorti b’kompetenza ġenerika jkollha l-ġurisdizzjoni.
Japplikaw ir-regoli segwenti dwar il-ġurisdizzjoni:
Ġurisdizzjoni u kompetenza tal-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ
Il-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ huma kompetenti fi kwistjonijiet relatati ma’ proċeduri li jirrigwardaw il-kura u l-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f’riskju, meta jkun hemm ftehim tal-ġenituri u ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-minorenni. Il-kumitat għall-protezzjoni tal-post tar-residenza tal-minorenni fil-mument meta tiġi riċevuta n-notifika tas-sitwazzjoni jkun kompetenti għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ kura u protezzjoni.
Japplikaw ir-regoli segwenti dwar il-ġurisdizzjoni:
Kompetenza u ġurisdizzjoni tal-uffiċċji tar-reġistru ċivili
Skont il-materja inkwistjoni, l-uffiċċji tar-reġistru ċivili għandhom il-kompetenza li jirratifikaw il-ftehim fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri, kemm jekk ikun ġie preżentat separatament kif ukoll jekk ikun ġie anness mar-rikorsi għad-divorzju jew separazzjoni legali kunsenswali.
Skont is-suġġett inkwistjoni, l-uffiċċji tar-reġistru ċivili huma kompetenti li jipproċessaw u jiddeċiedu dwar il-proċedimenti ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni legali kunsenswali, inkluża r-ratifika tal-ftehimiet fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri annessi magħhom.
Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni ratione loci ma japplikawx għall-uffiċċji tar-reġistru ċivili. Fi kliem ieħor, il-partijiet jistgħu jirrikorru għand kwalunkwe uffiċċju tar-reġistru ċivili.
Kompetenza f’azzjonijiet relatati
Meta l-proċedura ta’ tutela ċivili tkun tirrigwarda aktar minn wild wieħed, tista’ tinbeda proċedura unika u, meta jinbdew proċeduri differenti, dawn kollha jistgħu jiġu annessi ma’ dik il-proċedura li tkun inbdiet l-ewwel, jekk dan ikun iġġustifikat mir-relazzjonijiet familjali.
Diġà saret referenza għal din il-proċedura fit-tweġiba għall-mistoqsija 10.
Il-każijiet ta’ kura u ta’ protezzjoni u l-każijiet ta’ tutela ċivili jistgħu jiġu trattati bħala proċeduri ta’ emerġenza meta xi dewmien jista’ jaffettwa negattivament l-interessi tat-tfal. F’dan il-każ, dawn jitkomplew matul il-btajjel ġudizzjarji.
Fi kwalunkwe każ, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jistgħu jiġu applikati miżuri proviżorji.
B’mod partikolari, huma previsti l-proċedimenti legali urġenti li ġejjin:
Barra minn hekk, huma previsti l-proċedimenti nonġudizzjarji ta’ emerġenza li ġejjin:
Iva, l-għajnuna legali hija disponibbli għall-proċedimenti quddiem il-qorti u l-uffiċċju tar-reġistru ċivili.
Iva, bil-mod diġà indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija 10.
Ksur ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri
Jekk, fir-rigward tas-sitwazzjoni tat-tfal, wieħed mill-ġenituri jew parti terza li jkunu ġew fdati f’idejha ma tikkonformax ma’ dak li jkun ġie deċiż jew maqbul, il-qorti tista’, ex officio, f’każ ta’ talba mill-uffiċċju tal-prosekutur jew mill-ġenitur l-ieħor:
Jekk il-ftehim ikun ġie rratifikat mill-qorti jew il-qorti tkun ħarġet is-sentenza tagħha, ir-rikors jingħaqad mal-proċediment li fih ikun sar il-ftehim jew tkun ħarġet sentenza, u ssir talba lill-qorti rispettiva jekk, skont ir-regoli dwar il-kompetenza u l-ġurisdizzjoni, hijiex il-qorti kompetenti biex tisma’ l-kawża ta’ ksur.
Ladarba r-rikors jiddaħħal jew jingħaqad mal-proċediment, l-imħallef jikkonvoka lill-ġenituri għal laqgħa jew, f’każijiet ta’ eċċezzjoni, jinnotifika lill-intimat biex jittratta kif jidhirlu li huwa xieraq fi żmien ħamest ijiem.
Fil-laqgħa, il-ġenituri jistgħu jaqblu li jemendaw dak li jkun stabbilit fir-rigward tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, filwaqt li jitqiesu l-interessi tat-tfal.
F’każ ta’ nonkonformità mar-reġim ta’ aċċess, jekk l-intimat ma jattendix il-laqgħa, ma jressaqx argumenti, jew jekk l-argumenti tiegħu jkunu manifestament infondati, il-qorti tista’ tordna li jittieħdulu t-tfal sabiex ikun hemm konformità mar-reġim ta’ aċċess, u tispeċifika meta għandhom jkun hemm aċċess u tipprovdi għall-preżenza ta’ konsulenti tekniċi tal-qorti.
L-intimat jiġi nnotifikat biex iħalli lit-tfal bil-mod stabbilit, inkella jingħata multa.
Jekk ma ssirx laqgħa jew jekk il-ġenituri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, l-imħallef jirrinvija lill-partijiet għall-medjazzjoni (jekk il-ġenituri jaqblu li jużawha) jew għal smigħ tekniku quddiem speċjalista, u mbagħad jasal għal deċiżjoni.
Jekk tkun ġiet imposta multa u ma titħallasx fi żmien 10 ijiem, isseħħ l-eżekuzzjoni flimkien mal-proċedura rispettiva.
Dawn il-proċedimenti huma rregolati mill-qafas legali tal-proċedura ta’ tutela ċivili, approvat mil-Liġi Nru 141/2015 tat-8 ta’ Settembru 2015, li tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk http://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?artigo_id=2428A0048&nid=2428&tabela=leis&pagina=1&ficha=1&so_miolo=&nversao=#artigo
L-eżekuzzjoni tal-manteniment
Sabiex l-għoti tal-manteniment ikun eżegwit, jistgħu jintużaw tliet mezzi alternattivi: is-smigħ għal ksur tar-responsabbiltà tal-ġenituri, kif imsemmi aktar ’il fuq; is-smigħ li jippreċedi l-eżekuzzjoni għall-għoti tal-manteniment, kif imsemmi aktar ’l isfel; jew l-eżekuzzjoni speċjali fir-rigward tal-manteniment, imsemmija aktar ’l isfel.
Is-smigħ li jippreċedi l-eżekuzzjoni għall-irkupru tal-manteniment dovut (l-Artikolu 48 tal-qafas legali tal-proċedura ta’ tutela ċivili)
Meta l-persuna b’obbligu legali li tħallas il-manteniment tonqos milli tħallas l-ammonti dovuti fi żmien 10 ijiem mid-data meta kellu jibda jitħallas, għandu jiġi osservat dan li ġej:
L-ammonti li jitnaqqsu jkopru wkoll il-manteniment akkumulat preċedentement, u jitħallsu direttament lil dawk li suppost jirċevuhom.
Eżekuzzjoni speċjali fir-rigward tal-manteniment
F’każ li l-manteniment ikun dovut lill-minorenni, il-persuna intitolata għall-manteniment tista’, altrimenti, tressaq azzjoni speċjali għall-eżekuzzjoni tal-manteniment, kif previst fl-Artikolu 933 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil). Għaldaqstant, f’azzjoni waħda, jistgħu jirkupraw għalkollox l-ammonti dovuti, tardivi jew li se jkunu dovuti. F’azzjoni ta’ eżekuzzjoni, il-persuna intitolata għall-manteniment tista’ tuża mezzi usa’ ta’ eżekuzzjoni bħall-qbid u ċ-ċessjoni tal-introjtu.
F’eżekuzzjoni speċjali fir-rigward tal-manteniment, ir-rikorrent jista’ jitlob: l-aġġudikazzjoni ta’ proporzjon tal-ammonti, salarji jew pensjonijiet li tirċievi l-parti l-oħra; jew l-introjtu assenjat tal-persuna bi dmir ta’ manteniment. L-aġġudikazzjoni jew iċ-ċessjoni ssir indipendentement mill-qbid u hija intiża li tkopri l-ħlas ta’ ammonti tardivi jew ammonti li se jkunu dovuti
Meta r-rikorrent jitlob l-aġġudikazzjoni tal-ammonti, salarji jew pensjonijiet, l-entità inkarigata mill-ħlas tagħhom jew mill-ipproċessar tal-ħlasijiet rispettivi tiġi nnotifikata li għandha tħallas il-parti aġġudikata direttament lir-rikorrent. L-ammont aġġudikat irid jiġi depożitat kull xahar fil-kont bankarju tar-rikorrent, li jrid jagħti n-numru tal-kont fir-rikors inizjali.
Jekk ir-rikors jitlob għal ċessjoni tal-introjtu, trid tiġi speċifikata liema proprjetà tirrigwarda, u l-aġent tal-eżekuzzjoni jordna li l-proprjetà inkwistjoni tkun biżżejjed biex tkopri l-manteniment li jkun diġà jew li se jsir dovut tardivament.
Il-persuna intitolata għall-manteniment tista’ xorta titlob il-qbid tal-proprjetà tal-persuna bi dmir ta’ manteniment. Il-qbid jista’ jinvolvi l-proprjetà mobbli jew immobbli, id-depożiti bankarji, id-drittijiet ta’ kreditu, l-istabbiliment kummerċjali jew l-ishma ta’ kumpaniji.
Jekk il-proprjetà maqbuda tinbiegħ biex jitħallas dejn ta’ manteniment, ir-restituzzjoni ta’ dal-ammont eċċedenti lill-persuna bi dmir ta’ manteniment ma għandhiex tiġi ordnata sakemm ma jkunx aċċertat il-ħlas tal-manteniment li se jkun dovut sa fejn l-imħallef iqis li huwa xieraq , sakemm ma jiġix provdut titolu ta’ sigurtà jew xi garanzija xierqa oħra.
Il-persuna bi dmir ta’ manteniment għandha titressaq il-qorti biss wara li jkun seħħ il-qbid/l-aġġudikazzjoni/iċ-ċessjoni tal-introjtu. L-oppożizzjoni tal-persuna bi dmir ta’ manteniment għall-eżekuzzjoni jew għall-qbid ma tissospendix l-eżekuzzjoni.
F’każ ta’ talba biex il-ħlasijiet tal-manteniment ikunu emendati jew itterminati waqt li tkun għadha pendenti eżekuzzjoni speċjali fir-rigward tal-manteniment, it-talba għal emenda jew terminazzjoni tingħaqad mal-eżekuzzjoni.
Il-verżjoni attwali tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk http://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?nid=1959&tabela=leis
Ir-rikonoxximent
Ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa fi Stat Membru ieħor marbut bir-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 (minn hawn ’il quddiem, ir-Regolament Brussell IIa) huwa awtomatiku. Fi kliem ieħor, ma hemmx bżonn ta’ xi proċedura speċjali sabiex id-deċiżjoni tiġi rikonoxxuta.
Fil-Portugall, sabiex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa fi Stat Membru ieħor tiġi eżegwita fis-sens tar-Regolament Brussell IIa, il-parti kkonċernata trid tressaq każ għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità ta’ dik id-deċiżjoni quddiem il-qorti.
Madankollu, hemm żewġ każijiet previsti fl-Artikolu 40 tar-Regolament Brussell IIa fejn ma hemmx bżonn ta’ rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità, u ċ-ċertifikat maħruġ mill-qorti ta’ oriġini skont ir-Regolament Brussell IIa jkun biżżejjed biex tiġi eżegwita fil-Portugall sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan iseħħ fid-deċiżjonijiet segwenti: deċiżjonijiet li jikkonċernaw drittijiet għall-aċċess; u deċiżjonijiet li jagħtu ordni ta’ ritorn tat-tfal mogħtija mill-qorti b’ġurisdizzjoni b’segwitu għal deċiżjoni ta’ nonritorn maħruġa skont l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri tal-1980.
Il-ġurisdizzjoni ratione loci għar-rikors għall-eżegwibilità
Il-ġurisdizzjoni ratione loci għal rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità hija stipulata fir-Regolament Brussell IIa kif ġej: ir-rikors irid jiġi ppreżentat lill-qorti taż-żona ta’ residenza tal-persuna bi dmir ta’ manteniment; jew fiż-żona ta’ residenza tal-ulied li jkunu dovuti l-manteniment; jew, fin-nuqqas ta’ xi wieħed minn dawn il-fatturi ta’ konnessjoni, il-post tal-eżekuzzjoni.
Ir-rekwiżiti u d-dokument li jridu jakkumpanjaw ir-rikors għall-eżegwibilità
Ir-rekwiżiti u d-dokumenti li jridu jakkumpanjaw ir-rikors għall-eżegwibilità huma stipulati fir-Regolament Brussell IIa. Fil-qosor, ir-rikorrent irid jehmeż is-segwenti mar-rikors għall-eżegwibilità: kopja attestata tas-sentenza; iċ-ċertifikat tad-deċiżjoni maħruġa permezz tal-Anness II tar-Regolament Brussell IIa; fil-każ ta’ deċiżjoni li tinħareġ in absentia tal-intimat jew mingħajr ma l-intimat jikkontestaha, evidenza li hu jkun ġie kkonvokat jew li jkun aċċetta d-deċiżjoni b’mod inekwivoku.
Il-proċedura applikabbli għar-rikors għall-eżegwibilità prevista fir-Regolament Brussell IIa
Il-proċedura applikabbli hija rregolata mir-regoli stipulati fir-Regolament Brussell IIa, u għal kwalunkwe aspett mhux previst f’dak ir-Regolament, mir-regoli interni tal-proċedura ċivili Portugiża.
Għaldaqstant, mir-Regolament Brussell IIa jirriżulta li d-deċiżjoni ta’ eżegwibilità ma tiġix proċedura minn proċedura kontradittorja, u li r-rikors jista’ jiġi miċħud biss abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet stipulati fir-Regolament. Appell mid-deċiżjoni ta’ eżegwibilità jista’ jitressaq minn kull waħda mill-partijiet fl-iskadenzi stipulati fir-Regolament Brussell IIa. Il-qorti Portugiża tista’ tiddeċiedi li s-sentenza ta’ qorti barranija hija parzjalment eżegwibbli ġuridikament, iżda ma tkunx tista’ tagħmel reviżjoni tagħha fir-rigward tas-sustanza.
Ir-regoli tal-proċedura ċivili Portugiża applikabbli
Ir-rikors għall-eżegwibilità jrid jiġi ppreżentat lid-diviżjoni tal-familja u tal-minorenni fil-qorti distrettwali. Meta ma jkun hemm l-ebda qorti tal-familja u tal-minorenni, ir-rikors irid jiġi ppreżentat lill-qorti ċivili lokali fil-qorti distrettwali jew lill-qorti b’kompetenza ġenerika.
L-azzjoni ssir fl-għamla dikjarattiva komuni, kif previst fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tal-Portugall (Código de Processo Civil), bl-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Brussell IIa.
Ladarba appell huwa dejjem ammissibbli, irrispettivament mill-valur, irid bilfors jinħatar avukat.
L-uffiċċju tal-prosekuzzjoni jista’ jieħu azzjoni biex jiddefendi l-interessi tal-minorenni.
Fir-rikors inizjali, ir-rikorrent irid:
Ir-rikors inizjali u d-dokumenti jiġu ppreżentati minn rappreżentanti legali elettronikament bl-użu tas-sistema kompjuterizzata li fuqha sserraħ l-attività tal-qrati, permezz tal-indirizz https://citius.tribunaisnet.mj.pt/.
L-istess proċedura tapplika meta l-azzjoni titressaq mill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni għad-difiża tal-interessi tal-minorenni. L-uffiċċju tal-prosekuzzjoni huwa eżenti mill-ispejjeż meta jaġixxi biex jiddefendi l-interessi tal-minorenni.
Sabiex ikollhom aċċess għas-sistema kompjuterizzata, l-avukati, l-avukati apprendisti u s-solicitors iridu jkunu rreġistrati mal-entità inkarigata mill-ġestjoni tal-aċċess għas-sistema kompjuterizzata.
Fil-każijiet li fihom, pretensjoni ma tkunx tinvolvi l-ħatra ta’ rappreżentant, u l-parti ma tkunx assistita jew meta l-parti tkun assistita minn rappreżentant iżda jkun hemm raġuni ġustifikabbli li timpedixxi lil dan tal-aħħar milli jwettaq l-atti proċedurali b’mod elettroniku, ir-rikors inizjali u d-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati b’wieħed mill-modi li ġejjin:
Ir-rikors inizjali u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, ladarba jaslu fil-qorti, jiġu uffiċjalment irreġistrati u distribwiti. L-imħallef jivverifika li jkun hemm l-informazzjoni neċessarja kollha u li ma jkun hemm l-ebda raġuni għal rifjut kif previst fir-Regolament Brussell IIa, u jiddikjara l-eżegwibilità tad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni dwar l-eżegwibilità mbagħad tiġi nnotifikata lill-partijiet.
L-Artikolu 21 tar-Regolament Brussell IIa jipprevedi l-possibbiltà li parti interessata tapplika fi Stat Membru għal dikjarazzjoni biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa fi Stat Membru ieħor ma tiġix rikonoxxuta.
F’dan il-każ, il-qorti fil-Portugall fejn għandha tirrikorri l-parti u r-regoli applikabbli tal-proċedura jkunu dawk indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija 15, bil-kjarifika segwenti: dan ikun każ ta’ azzjoni komuni għall-ħelsien mid-dejn. Dan għandu konsegwenzi fir-rigward tar-regoli tal-piż tal-provi, billi skont il-liġi Portugiża, f’azzjonijiet għall-ħelsien mid-dejn, huwa l-intimat li jrid jipprova l-fatti li jikkostitwixxu d-dritt invokat.
Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-ulied huma rregolati:
jew fin-nuqqas ta’ dan,
jew, jekk il-ġenituri jkollhom residenza abitwali fi Stati differenti,
Il-liġi personali hija dik tan-nazzjonalità tal-individwu. Fil-każ ta’ persuni mingħajr Stat, il-liġi personali tal-persuni mingħajr Stat hija dik tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, jekk il-persuna mingħajr Stat tkun minorenni jew persuna skwalifikata, il-liġi personali tagħhom tkun dik tad-domiċilju legali tagħhom.
Nota:
Il-Punt ta’ Kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (NĠE-ċivili), il-qrati jew entitajiet u awtoritajiet oħra mhumiex marbuta bl-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva. Huwa xorta waħda meħtieġ li jinqraw it-testi ġuridiċi fis-seħħ. Dawn huma soġġetti għal aġġornamenti regolari u għal evolviment tal-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.