Parental responsibility - child custody and contact rights

Parental responsibility means all rights and obligations towards a child and its assets. This concept of parental responsibility varies between the Member States, however it usually covers custody and access rights. If you are an international couple with one or more children and are now separating, you will need to agree on the custody arrangements for them.

Where to start?

What are access rights? What is custody?

As long as the parents live together, they usually hold custody over their children jointly. However, when the parents are divorced or split up, they need to decide how this responsibility will be exercised in the future.

The parents may decide that the child shall live alternately with both parents, or only with one parent. In the latter case, the other parent usually has a right to visit and contact the child at certain established times.

Custody rights also cover other rights and duties linked to the education and care of the child, including the right to look after the child and his/her assets. It is usually the parents which have the parental responsibility for a child, but there are cases where the parental responsibility may be given to an institution to which the child is entrusted.

Who decides on the custody and access rights?

The parents may decide on these matters by mutual agreement. A mediator or lawyer can help if the parents do not manage to reach an agreement. To find a mediator, you can visit the link at the bottom of this page.

If the parents are unable to reach an agreement they may have to go to court. The court may decide that both parents shall have custody over the child or children (joint custody) or that one of the parents shall have custody (sole custody). In the case that only one parent has custody, the court may decide on access rights for the other parent.

In the case of an international couple, EU rules determine which court has the responsibility to deal with the case. To find the responsible court, you can visit the link at the bottom of this page

The main aim for common EU rules is to avoid both parents addressing the court in their own country and two decisions being issued on the same case. The rule is that the responsible court to decide on matters of parental responsibility, custody and visiting rights is the court in the country where the child habitually resides.

Will the decision of the court be enforced in the other EU country?

A mechanism for the recognition and enforcement of decisions ensures that the decision of the court is applied in other EU countries once it has been issued a certificate by the competent EU court. This makes it easier for those persons or institutions with parental responsibility to exercise their rights.

For parental responsibility proceedings initiated on or after 1 August 2022 no special procedures are needed for the resulting decision to become enforceable in other Member States, thus supporting the relationship between the child and both parents. Declaration of enforceability might still be needed for decisions taken in parental responsibility proceedings initiated before 1 August 2022.

Which EU rules apply?

The rules settling cross-border matters between children and their parents are part of the Council Regulation (EU) 2019/1111 - Brussels IIb of 25 June 2019 on jurisdiction, the recognition and enforcement of decisions in matrimonial matters and the matters of parental responsibility, and on international child abduction. The Regulation replaces the Regulation (EU) 2201/2003 - Brussels IIa Regulation, which, however, continues to apply to proceedings instituted before Regulation (EU) 2019/1111 comes into application on 1 August 2022. These rules apply equally to all children, whether they are born in wedlock or not. The Brussels IIb Regulation is the cornerstone of EU judicial cooperation in matrimonial matters and matters of parental responsibility. The Regulation applies in all EU countries except Denmark.

The Practice Guide for the application of the Brussels IIb Regulation can be found on this page: EJN's publications

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Related links

Last update: 24/11/2022

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Belġju

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

L-awtorità tal-ġenituri hija mekkaniżmu legali għall-protezzjoni u r-rappreżentazzjoni tat-tfal sakemm jilħqu età maġġuri jew isiru indipendenti. Din tkopri kemm il-persuna kif ukoll il-proprjetà tat-tifel/tifla. L-awtorità tal-ġenituri hija rregolata mill-Artikoli 371 u 387(b) u 203 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil).

L-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata awtomatikament mill-ġenituri legali tat-tifel/tifla, jiġifieri dawk il-persuni li jitqiesu tali bil-liġi minħabba konnessjoni ta’ paternità, maternità jew komaternità stabbilita permezz tad-demm, l-adozzjoni jew il-liġi. Jekk il-ġenituri bijoloġiċi mhumiex rikonoxxuti mil-liġi bħala l-ġenituri legali, dawn ma jistax ikollhom l-awtorità tal-ġenituri.

It-tfal jibqgħu taħt l-awtorità tal-missier u l-omm tagħhom sakemm jilħqu l-età maġġuri (18-il sena) jew isiru indipendenti. Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-għajxien, il-manteniment, is-saħħa, is-superviżjoni, l-edukazzjoni, it-taħriġ jew l-iżvilupp tat-tifel/tifla huma r-responsabbiltà tal-ġenituri (l-Artikolu 203 tal-Kodiċi Ċivili).

Fost id-diversi setgħat tal-awtorità tal-ġenituri, issir distinzjoni bejn l-awtorità fuq il-persuna tat-tifel/tifla, il-ġestjoni tal-proprjetà tat-tifel/tifla u ċerti prerogattivi tal-awtorità tal-ġenituri. L-awtorità fuq il-persuna tat-tifel/tifla tista’ tiġi subdiviża f’“kustodja”, li tikkonsisti fl-“għajxien” mat-tifel/tifla (jiġifieri li wieħed jieħu ħsieb it-tifel/tifla, is-superviżjoni tat-tifel/tifla, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni marbuta mal-preżenza tat-tifel/tifla mal-ġenitur), u d-dritt għall-edukazzjoni, li jikkonsisti mit-teħid ta’ deċiżjonijiet marbuta mal-manteniment, l-edukazzjoni u t-taħriġ tat-tifel/tifla. Fir-rigward tal-ġestjoni tal-proprjetà tat-tifel/tifla, issir distinzjoni bejn id-dritt ta’ amministrazzjoni tal-proprjetà tat-tifel/tifla u d-dritt ta’ użu legali ta’ dik il-proprjetà. Prerogattivi speċjali huma s-setgħat tal-ġenituri relatati maż-żwieġ, l-adozzjoni u l-indipendenza tat-tifel/tifla.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

L-awtorità tal-ġenituri fuq il-persuna ta’ tifel/tifla ta’ età minuri normalment tiġi eżerċitata b’mod konġunt minn kull wieħed miż-żewġ ġenituri tat-tifel/tifla. Kemm jekk il-ġenituri jgħixux flimkien jew le u jekk humiex miżżewwġin jew le, jekk in-nisel tat-tifel/tifla minn kull ġenitur jiġi stabbilit, dawn jeżerċitaw (kull wieħed minnhom) b’mod konġunt il-prerogattivi differenti tal-awtorità tal-ġenituri (l-Artikoli 373 u 374 tal-Kodiċi Ċivili).

Jekk in-nisel tat-tifel/tifla mill-missier jew l-omm ma jiġix stabbilit jew jekk wieħed minnhom huwa mejjet, nieqes jew ma jistax jesprimi r-rieda proprja, il-ġenitur l-ieħor jeżerċita din l-awtorità waħdu.

Fir-rigward ta’ partijiet terzi (li jaġixxu in bona fide), kull ġenitur huma meqjus li qed jaġixxi bil-qbil tal-ieħor meta jwettaq att ta’ awtorità tal-ġenituri waħdu (l-Artikolu 373 tal-Kodiċi Ċivili).

Jekk il-ġenituri ma jistgħux jaqblu dwar kif jorganizzaw l-arranġamenti tal-għajxien tat-tifel/tifla, dwar deċiżjonijiet importanti li jirrigwardaw is-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħin rikreattiv tat-tifel/tifla, jew dwar kwistjonijiet ta’ reliġjon few filosofiċi, jew jekk kwalunkwe ftehim jidher li huwa għall-kuntrarju tal-interessi tat-tifel/tifla, il-qorti tal-familja (tribunal de la famille) tista’ tafda l-eżerċizzju waħdieni tal-awtorità tal-ġenituri lil wieħed mill-ġenituri.

F’dan il-każ, skont l-arranġamenti stabbiliti, il-ġenitur l-ieħor iżomm (1) dritt ta’ superviżjoni, jiġifieri d-dritt li jinżamm infurmat dwar is-sitwazzjoni tat-tifel/tifla u li jirreferi għall-qorti tal-familja kompetenti jekk jemmen li l-ġenitur l-ieħor mhux qed jaġixxi fl-interessi tat-tifel/tifla, u (2) dritt ta’ kuntatt. Kuntatt bħal dan jista’ jiġi miċħud biss għal raġunijiet serji ħafna (l-Artikolu 374 tal-Kodiċi Ċivili).

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk la l-missier u lanqas l-omm ma jistgħu jeżerċitaw l-awtorità ta’ ġenitur, it-tifel/tifla se titqiegħed taħt tutela (l-Artikolu 375 tal-Kodiċi Ċivili).

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Fil-prinċipju, is-separazzjoni jew id-divorzju tal-ġenituri m’għandu l-ebda effett fuq ir-regoli li jirrigwardaw l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri. Il-prinċipju legali huwa li kull wieħed miż-żewġ ġenituri tat-tifel/tifla jeżerċita b’mod konġunt l-awtorità ta’ ġenitur (ara l-punt 2). Dan ifisser li kull wieħed minn dawn jeżerċita, u jkompli jeżerċita, is-setgħat tal-awtorità ta’ ġenitur u li l-ebda ġenitur ma jista’ jieħu deċiżjoni waħdu li tipprevjeni l-ġenitur l-ieħor milli jeżerċita l-prerogattivi tiegħu jew tagħha. Ġenitur wieħed għalhekk irid jikseb il-qbil tal-ġenitur l-ieħor, inkella ma jkunx jista’ jaġixxi. Madankollu, fir-rigward pereżempju tal-arranġamenti tal-għajxien tat-tifel/tifla, il-ġenitur li miegħu jgħix/tgħix it-tifel/tifla se jieħu d-deċiżjonijiet rigward ir-rutini ta’ kuljum, il-manjieri tajbin, eċċ.

Il-ġenituri jistgħu jaqblu fuq l-arranġamenti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri, sakemm dan ikun fl-interessi tat-tifel/tifla.

Inkella, il-kwistjoni trid tiġi riferuta lill-qorti tal-familja, li tista’ tiddeċiedi li tafda l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri lil ġenitur wieħed biss (ara l-punt 2).

L-arranġamenti tal-għajxien tat-tifel/tifla, il-post fejn it-tifel/tifla tiddaħħal fir-reġistru tal-popolazzjoni, u l-arranġamenti għall-kontribuzzjoni tal-ġenituri għall-manteniment, l-edukazzjoni u t-taħriġ tat-tifel/tifla kollha jridu jiġu deċiżi.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ġenituri ma għandhomx għaliex imorru quddiem il-qorti tal-familja u jistgħu jikkonkludu ftehim privat biex isolvu l-kwistjoni tal-awtorità tal-ġenituri fuq it-tifel/tifla. Sabiex jingħataw l-għajnuna f’din il-kwistjoni, il-ġenituri jistgħu fi kwalunkwe ħin, inkluż matul il-proċedimenti, jirrikorru għand medjatur akkreditat u mħarreġ kif xieraq (avukat, nutar jew medjatur akkreditat ieħor) (l-Artikolu 1730 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire)).

Jekk dawn jixtiequ jeżegwixxu din id-deċiżjoni jekk meħtieġ, il-ġenituri jridu jirreferu dan il-ftehim lill-qorti tal-familja kompetenti, li se teżamina jekk dan huwiex fl-interessi tat-tifel/tifla.

Fil-każ ta’ divorzju minħabba falliment irrekuperabbli taż-żwieġ (ara l-iskeda informattiva “Divorzju - Il-Belġju”), il-ġenituri jistgħu, fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri, jitolbu l-qorti tal-familja tapprova l-ftehim dwar il-miżuri provviżorji li jikkonċernaw it-tifel/tifla. L-imħallef jista’ jirrifjuta li japprova dan il-ftehim jekk ikun kuntrarju għall-interessi tat-tifel/tifla.

Fil-każ ta’ divorzju b’kunsens reċiproku (ara l-iskeda informattiva “Divorzju - Il-Belġju”), il-partijiet iridu jindikaw, fil-ftehimiet tagħhom ta’ qabel id-divorzju, il-miżuri relatati mal-awtorità tal-ġenituri (l-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri, id-dritt ta’ kuntatt, l-amministrazzjoni tal-proprjetà tat-tifel/tifla) u l-arranġamenti għall-kontribuzzjoni ta’ kull ġenitur għall-manteniment, l-edukazzjoni, is-saħħa, it-taħriġ u l-iżvilupp tat-tifel/tifla, kemm matul il-proċeduri tad-divorzji kif ukoll wara dawn. Il-prosekutur pubbliku jagħti opinjoni u l-qorti tal-familja tista’ tneħħi jew temenda kwalunkwe dispożizzjoni li hija kuntrarja għall-interessi ta’ tfal ta’ età minuri. Il-qorti tal-familja tapprova d-divorzju u tapprova l-ftehimiet fir-rigward tat-tfal ta’ età minuri.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Meta jsir rikors, l-iskrivan tal-qorti jinforma lill-partijiet li dawn jistgħu jagħmlu rikors għal medjazzjoni, konċiljazzjoni jew kwalunkwe forma oħra ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim amikevoli (l-Artikolu 1253b/1 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Barra dan, l-imħallef jista’ jipproponi lill-partijiet fi kwalunkwe ħin biex dawn jaraw jekk konċiljazzjoni jew medjazzjoni hijiex possibbli. Jekk il-partijiet jaqblu, l-imħallef jista’ jippostponi l-każ sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jaraw jekk jistgħux jilħqu ftehim jew jekk il-medjazzjoni tistax toffrilhom soluzzjoni, jew il-każ jista’ jiġi riferut lit-taqsima tar-riżoluzzjoni amikevoli (l-Artikolu 1253b/3 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Jekk il-partijiet jilħqu ftehim, il-qorti tapprova dan il-ftehim sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi tat-tifel/tifla (l-Artikolu 1253b/2 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Kull parti tista’ tipproponi wkoll rikors għall-medjazzjoni irrispettivament minn kwalunkwe proċeduri fil-qorti (l-Artikolu 1730 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Kull ftehim li jintlaħaq permezz ta’ medjatur akkreditat jista’ jiġi approvat ukoll taħt il-kundizzjonijiet indikati hawn fuq.

Fl-aħħar nett, il-partijiet dejjem jistgħu jikkonsultaw esperti (ħaddiema soċjali, psikologi, psikjatri tat-tfal) biex jiksbu opinjoni informata jew jitolbu li jiġi maħtur espert fil-proċeduri tal-qorti. F’dawk il-proċeduri, il-prosekutur pubbliku jista’ jistaqsi lis-servizzi soċjali għal informazzjoni dwar it-tfal u l-qorti tal-familja se tikkunsidra l-fehmiet tat-tfal (l-Artikolu 1253b/6 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim jew jintlaħaq biss ftehim parzjali bejn il-ġenituri jew jekk il-ftehim huma kuntrarju għall-interessi tat-tifel/tifla, il-qorti tal-familja tiddeċiedi dwar l-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri, filwaqt li tikkunsidra x-xewqat espressi mill-ġenituri, u mit-tifel/tifla jekk ikun/tkun kbir/a biżżejjed, kif ukoll is-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi tal-każ. Mistoqsijiet li jistgħu jiġu sottomessi lill-qorti jinkludu:

- l-eżerċitar konġunt jew waħdieni tal-awtorità tal-ġenituri (ara l-punt 2);

- il-post fejn it-tifel/tifla se jiddaħħal/tiddaħħal għall-ewwel darba fir-reġistru tal-popolazzjoni (= id-domiċilju);

- l-arranġamenti tal-għajxien tat-tifel/tifla (fin-nuqqas ta’ ftehim u fil-każ ta’ awtorità tal-ġenituri konġunta, huwa preferut li jkun hemm tqassim ugwali fl-arranġamenti tal-għajxien għat-tifel/tifla jekk mill-inqas wieħed mill-ġenituri jitlob dan. Jekk din mhijiex l-aħjar soluzzjoni, jistgħu jkunu previsti ħinijiet itwal ta’ residenza jew arranġamenti oħra. Il-qorti tal-familja se tikkunsidra ċ-ċirkostanzi u l-interessi speċifiki tat-tifel/tifla u tal-ġenituri);

- il-kontribuzzjoni tal-manteniment (sal-livell ta’ kapaċità tagħhom, kull ġenitur irid ikopri l-kostijiet tal-arranġamenti tal-għajxien, il-mantiment, is-saħħa, is-superviżjoni, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-iżvilupp tat-tifel/tifla).

Il-qorti tal-familja jista’ jkollha tiddeċiedi wkoll dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ tat-tifel/tifla. Il-partijiet jistgħu jirreferu wkoll mistoqsijiet speċifiċi lill-qorti, bħal kif se jinqasmu l-perjodi tal-vaganzi bejn il-ġenituri, il-kondiviżjoni ta’ ċertu spejjeż, ir-reġistrazzjoni fi skola, eċċ. Dan jiddependi fuq kull każ partikolari.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Il-fatt li wieħed mill-ġenituri jkollu l-awtorità waħdiena ta’ ġenitur ma jagħtihx id-dritt awtomatiku li jieħu deċiżjonijiet dwar it-tifel/tifla. Il-ftehimiet li jintlaħqu f’kull każ partikolari jridu jingħataw kunsiderazzjoni. Barra dan (ara l-punt 2), il-ġenitur l-ieħor iżomm id-dritt li jissorvelja l-edukazzjoni tat-tifel/tifla.

Il-bidla tar-residenza flimkien mat-tifel/tifla mingħajr ma jiġi infurmat il-ġenitur l-ieħor jista’ jaffettwa l-arranġamenti tal-għajxien tat-tifel/tifla, id-dritt ta’ kuntatt, eċċ. F’każ bħal dan, il-parti li ma tkunx ġiet innotifikata jew li ma taqbilx tista’ tapplika mal-qorti tal-familja (l-Artikoli 374 u 387a tal-Kodiċi Ċivili) jew, f’emerġenza u fejn huwa assolutament neċessarju, mal-imħallef li jisma’ r-rikorsi għal miżuri interim (juge des référés) (l-Artikolu 584, ir-raba’ paragrafu, tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

(Ara l-punt 2). Dan ifisser li kull wieħed jeżerċita, u jkompli jeżerċita, is-setgħat tal-awtorità tal-ġenituri (il-“kustodja” tat-tifel/tifla, l-eżerċitar tad-dritt għall-edukazzjoni tat-tifel/tifla, l-erżeċitar tad-dritt ta’ amministrazzjoni legali u użu tal-proprjetà tat-tifel/tifla) u li l-ebda ġenitur ma jista’ jieħu deċiżjoni waħdu li tipprevjeni lill-ġenitur l-ieħor milli jeżerċita l-prerogattivi tiegħu. Ġenitur wieħed għalhekk irid jikseb il-qbil tal-ġenitur l-ieħor, inkella ma jkunx jista’ jaġixxi. Madankollu, fir-rigward tal-“kustodja” tat-tifel/tifla pereżempju, il-ġenitur li miegħu qed jgħix it-tifel/tifla se jieħu deċiżjonijiet kif dovut dwar ir-rutini ta’ kuljum, il-manjieri tajbin, eċċ. Fir-rigward ta’ partijiet terzi (li jaġixxu in bona fide), kull ġenitur huma meqjus li qed jaġixxi bil-qbil tal-ieħor meta jwettaq att ta’ awtorità ta’ ġenitur waħdu (l-Artikolu 373 tal-Kodiċi Ċivili).

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Skont l-Artikolu 572a(4 ) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-qorti tal-familja tisma’ r-rikorsi dwar l-awtorità tal-ġenituri, l-arranġamenti tal-għajxien jew id-drittijiet ta’ kuntatt fir-rigward ta’ tfal ta’ età minuri. Id-dokumenti li jridu jiġu mehmuża mar-rikors jiddependu fuq l-azzjoni li qed titressaq.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Ċertu każijiet li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-familja, bħall-każijiet li jirrigwardaw l-awtorità tal-ġenituri, l-arranġamenti tal-għajxien jew id-dritt ta’ kuntatt, huma meqjusin urġenti mil-liġi u jistgħu jitressqu permezz ta’ rikors inter partes, ċitazzjoni, jew petizzjoni konġunta. Każijiet bħal dawn jiġu deċiżi permezz ta’ sentenza interim. Jekk il-każ jitressaq permezz ta’ ċitazzjoni, il-limitu ta’ żmien huwa ta’ mill-inqas jumejn (ara l-Artikolu 1035, it-tieni paragrafu, tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Fil-każijiet l-oħra, is-seduta inizjali trid isseħħ fi żmien mhux iktar minn 15-il ġurnata minn meta jitressaq ir-rikors fir-reġistru tal-qorti (l-Artikolu 1253b/4(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Fil-każijiet kollha li jinvolvu tfal ta’ età minuri, il-partijiet iridu jidhru personalment mhux biss fis-seduta inizjali, iżda wkoll fis-seduti li matulhom jiġu diskussi mistoqsijiet dwar it-tfal u f’seduti fejn jitressqu l-argumenti orali (l-Artikolu 1253b(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Barra dan, kull minuri huwa intitolat li jinstema' fuq kwistjonijiet rilevanti li jirrigwardaw l-awtorità tal-ġenituri, l-arranġamenti tal-għajxien u d-dritt ta’ kuntatt (l-Artikolu 1004/1(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Ir-regoli ordinarji japplikaw f’dan ir-rigward (ara l-iskeda informattiva “Għajnuna Legali - il-Belġju”).

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fil-każ ta’ divorzju b’kunsens reċiproku, meta l-partijiet ikunu qablu dwar l-arranġamenti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri, fejn il-prosekutur pubbliku jkun ta opinjoni u fejn il-qorti tal-familja tkun approvat il-ftehimiet u approvat id-divorzju, fil-prinċipju, ma hemm l-ebda raġuni għat-tressiq ta’ appell.

F’każijiet oħra, id-deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri tista’ tiġi appellata fil-limitu ta’ żmien li normalment huwa ta’ xahar. Dan il-limitu ta’ żmien jibda minn meta tingħata s-sentenza jew min-notifika tagħha (appell kontra ordni li ssir fuq rikors unilaterali). L-għoti tas-sentenza kultant jiġi mdewwem (pereżempju, fuq it-talba tal-prosekutur pubbliku) sabiex jiġi estiżi dan il-limitu ta’ żmien.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Il-qorti tal-familja li tkun iddeċidiet l-iskeda ta’ kif it-tifel/tifla se tgħix ma’ kull wieħed mill-ġenituri jew li tkun ikkonfermat id-dritt ta’ kuntatt ta’ ġenitur jew anke ta’ parti terza tista’ żżid sussegwentement miżuri ta’ infurzar għad-deċiżjoni tagħha (l-Artikolu 387b(1), il-ħames subparagrafu, tal-Kodiċi Ċivili). Il-qorti tispeċifika n-natura ta’ dawk il-miżuri u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tagħhom, filwaqt li tikkunsidra l-interessi tat-tifel/tifla, u, jekk tqis neċessarju, taħtar persuni awtorizzati biex jakkumpanjaw l-uffiċjal tal-qorti meta jeżegwixxi d-deċiżjoni. Il-qorti tal-familja tista’ tistabbilixxi pagament ta’ penali perjodiku biex tiżgura li d-deċiżjoni tiġi rispettata.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Sa mill-1 ta’ Marzu 2005, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, magħruf bħala “Brussell IIA”, id-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu fi Stat Membru (ħlief fid-Danimarka) li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri huma, fil-prinċipju, rikonoxxuti awtomatikament. Madankollu, ħlief għad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw id-drittijiet ta’ aċċess u r-ritorn ta’ tifel/tifla maħtufa, l-eżekuzzjoni tippresupponi li jkun sar rikors għall-eżekuzzjoni fil-qorti tal-familja, li se tiddeċiedi permezz ta’ sentenza interim.

Din il-proċedura simplifikata ma tapplikax, madanakollu, għal deċiżjonijiet mogħtija qabel din id-data barra mill-proċeduri tad-divorzju. F’dan il-każ, huwa rakkomandat li tiġi segwita l-proċedura normali għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Kwalunkwe persuna interessata tista’ tippreżenta rikors mal-qorti tal-familja biex tikseb dikjarazzjoni ta' nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjoni li tkun ingħatat f’pajjiż ieħor. Il-qorti tal-familja tista’ tissospendi l-proċeduri jekk id-deċiżjoni inkwistjoni tkun qed tiġi appellata fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-qrati Belġjani fil-prinċipju japplikaw il-liġi tar-residenza abitwali tat-tifel/tifla.

Madanakollu, tapplika l-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità tat-tifel/tifla jekk il-liġi tar-residenza abitwali tipprevjeni l-persuna jew il-proprjetà tat-tifel/tifla milli jiġu protetti kif xieraq. Il-liġi Belġjana tapplika meta jkun materjalment jew legalment impossibbli li jittieħdu l-miżuri stipulati mil-liġi barranija inkwistjoni.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 15/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Bulgarija

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

It-termini ġuridiċi użati fil-liġi Bulgara għar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kustodja huma "drittijiet u dmirijiet tal-ġenituri" u "eżerċitar tad-drittijiet tal-ġenituri". Il-kunċett jinkludi d-drittijiet u d-dmirijiet li jkollu ġenitur fir-rigward ta' tfal taħt l-età.

Il-liġi Bulgara tagħmel distinzjoni bejn minuri taħt l-età ta' 14-il sena u minuri ta' bejn l-14 u t-18-il sena. Id-drittijiet tal-ġenituri jiġu eżerċitati fir-rigward taż-żewġ gruppi ta' età tat-tfal.

Fil-każ ta' adozzjoni, id-drittijiet u d-dmirijiet li japplikaw għall-persuna adottata u d-dixxendenti tagħha, minn naħa, u l-persuna adottiva u l-qraba tagħha min-naħa l-oħra, huma l-istess bħal dawk bejn qraba naturali, filwaqt li d-drittijiet u d-dmirijiet bejn il-persuna adottata u d-dixxendenti tagħha u l-qraba naturali tagħha jintemmu.

Fis-sentenza tad-divorzju, il-qorti hija obbligata wkoll tiddeċiedi dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tal-ġenituri, ir-relazzjonijiet personali u l-manteniment tat-tfal imwielda miż-żwieġ, u dwar l-użu tad-dar matrimonjali, filwaqt li tqis l-aħjar interessi tat-tfal.

Il-qorti tiddeċiedi liema konjuġi jingħata d-drittijiet tal-ġenitur u tordna miżuri dwar l-eżerċitar ta' dawn id-drittijiet, ir-relazzjonijiet personali bejn it-tfal u l-ġenituri tagħhom u l-manteniment tat-tfal. Meta tagħżel liem ġenitur irid jeżerċita d-drittijiet tal-ġenitur, il-qorti tivvaluta ċ-ċirkostanzi kollha, filwaqt li żżomm f'moħħha l-aħjar interessi tat-tfal, u tisma' lill-ġenituri u lit-tfal, sakemm ikollhom 10 snin jew iktar.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Ir-regola ġenerali hija li ż-żewġ ġenituri jeżerċitaw id-drittijiet tal-ġenituri in solidum.

Il-liġa fiha dispożizzjonijiet espliċiti dwar id-drittijiet tan-nanniet li jżommu kuntatt mat-tfal.

Tfal taħt l-età huma obbligati jgħixu mal-ġenituri tagħhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet importanti li jitolbu xorta oħra. F'każ ta' devjazzjoni minn dan l-obbligu, il-qorti tordna r-ritorn tat-tfal lill-ġenituri tagħhom, fuq talba tal-ġenituri u wara li tisma' lit-tfal jekk ikollhom għaxar snin jew iktar.

Kull ġenitur jista' jirrappreżenta waħdu lit-tfal taħt l-età ta' 14-il sena u jagħti l-kunsens għal azzjoni ġudizzjarja għat-tfal ta' età bejn l-14 u t-18-il sena biss jekk ikun fl-aħjar interess tagħhom.

Proprjetà immobbli u mobbli ta' tfal taħt l-età, ħlief oġġetti li jeħżienu, jistgħu jiġu ttrasferiti, gravati jew b'mod ġenerali, imneħħija bil-permess tal-qorti distrettwali fir-residenza abitwali tagħhom biss jekk ikun hemm bżonn jew ovvjament għall-benefiċċju tat-tfal. Għotjiet, rinunzji, self u l-għoti ta' garanzija għad-dejn ta' ħaddieħor b'rahan, ipoteka jew garanzija oħra mogħtija minn tfal taħt l-età huma nulli u bla effett.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk l-imġiba tal-ġenituri tkun ta' theddida għall-integrità, it-trobbija, is-saħħa u l-proprjetà tat-tfal, il-qorti distrettwali tieħu l-miżuri rilevanti fl-aħjar interessi tat-tfal ex officio jew fuq talba tal-ġenitur l-ieħor jew tal-avukat ġenerali, u jqiegħed lit-tfal f'akkomodazzjoni xierqa, jekk ikun hemm bżonn.

Dawn il-miżuri jittieħdu wkoll jekk il-ġenitur ma jkunx jista' jeżerċita d-drittijiet tal-ġenituri minħabba mard fiżiku jew mentali permanenti jew raġuni oġġettiva oħra. Il-ġenitur jista' jitlef id-drittijiet tiegħu ta' ġenitur fil-każijiet partikolarment serji li ġejjin: il-ġenitur ma jiħux ħsieb it-tfal u jonqos milli jħallas il-manteniment fuq bażi fit-tul u mingħajr raġuni valida, jew il-ġenitur iqiegħed lit-tfal f'istitut speċjalizzat u jonqos milli jmur biex joħodhom lura fi żmien sitt xhur minn dakinhar meta kellu jmur.

Il-proċedimenti ġudizzjarji dwar it-terminazzjoni tad-drittijiet tal-ġenitur jinfetħu fil-qorti distrettwali ex officio jew fuq talba tal-ġenitur l-ieħor jew tal-avukat ġenerali. F'kull każ ta' restrizzjoni jew terminazzjoni ta' drittijiet tal-ġenitur, il-qorti tiddeċiedi wkoll dwar il-miżuri li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet personali bejn il-ġenituri u t-tfal.

Il-qorti tista' tirrestitwixxi d-drittijiet tal-ġenitur f'każ ta' ċirkostanzi ġodda jew fuq talba tal-ġenitur.

Il-qorti tgħarraf lill-muniċipalità fil-post tar-residenza tal-ġenitur ex officio bit-terminazzjoni tad-drittijiet tal-ġenitur jew bir-restituzzjoni sussegwenti għall-finijiet tan-nomina ta' kustodju għat-tfal minuri b'età ta' bejn l-14 u t-18-il sena jew tutur għall-minuri ta' taħt l-14-il sena.

Fuq talba tad-Direttorat tas-Servizzi Soċjali, il-qorti tista' tagħti l-ordni li tifel ma jibqax jgħix mal-familja tiegħu jekk il-ġenituri jkunu mietu, ma jkunux magħrufa, ikunu tneħħewlhom id-drittijiet tal-ġenituri, ikunu qed jeżerċitaw drittijiet tal-ġenituri ristretti jew ikunu naqsu milli jieħdu ħsieb it-tifel fuq bażi fit-tul għal raġunijiet oġġettivi jew mingħajr raġuni valida, meta t-tifel ikun vittma ta' vjolenza domestika u jkun hemm theddida għall-iżvilupp fiżiku, mentali, morali, intellettwali u soċjali tiegħu. It-tifel jitqiegħed f'istitut soċjali jew ma' foster family, inkluż fil-każijiet fl-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-protezzjoni tat-tfal.

Il-qorti tista' tordna li tifel jitqiegħed f'foster family jew f'istitut speċjalizzat. Sakemm ikun hemm l-ordni mill-qorti, id-Direttorat tas-Servizzi Soċjali li jkopri l-indirizz attwali tat-tifel iqiegħed lit-tifel fi proċedura amministrattiva ta' akkomodazzjoni termporanja.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Jekk il-ġenituri li jkunu qed jgħixu flimkien ma jaqblux dwar kwistjonijiet ta' drittijiet tal-ġenituri, it-tilwima tiġi rinvijata lill-qorti distrettwali, fejn jinstemgħu l-ġenituri u, jekk ikun hemm bżonn, it-tfal. Is-sentenza tal-qorti tista' tiġi appellata skont ir-regoli ġenerali.

Jekk il-ġenituri ma jkunux jgħixu flimkien u ma jistgħux jaslu għal ftehim dwar min se jkollu l-kustodja tat-tfal, it-tilwima tiġi deċiża mill-qorti distrettwali taż-żona fejn tkun ir-residenza abitwali tat-tfal, wara li jinstemgħu, sakemm ikollhom tal-anqas 10 snin. Is-sentenza tal-qorti tista' tiġi appellata skont ir-regoli ġenerali.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ġenituri jistgħu jikkonkludu ftehimiet ekstraġudizzjarji dwar l-għoti u l-eżerċitar tad-drittijiet tal-ġenituri u l-arranġamenti għall-kuntatti mal-ġenitur li ma jkollux id-drittijiet tal-ġenituri, imma dawn il-ftehimiet mhumiex legalment vinkolanti. Minkejja l-eżistenza ta' ftehim ekstraġudizzjarju, kull wieħed mill-ġenituri jista' jiftaħ kawża għad-drittijiet tal-ġenitur jew għall-kuntatti mat-tfal u l-qorti tiddeċiedi kif id-drittijiet tal-ġenituri jkunu eżerċitati minn dak il-mument 'il quddiem, irrispettivament mill-ftehim ekstraġudizzjarju. Il-qafas ġuridiku huwa wkoll l-istess għall-kuntatti tat-tfal mal-ġenitur li ma jkollux il-kustodja u li ma jgħixx magħhom.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

B'konformità mal-Att dwar il-Medjazzjoni, tilwim familjari jista' jkun is-suġġett ta' medjazzjoni imma l-ftehim milħuq dwar id-drittijiet tal-ġenituri jsir legalment vinkolanti biss wara l-approvazzjoni espliċita mill-qorti skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef jista' jiddeċiedi dwar kwalunkwe kwistjoni li titressaq il-qorti, inkluż il-post fejn it-tfal ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom, liem ġenitur ikun se jeżerċita d-drittijiet tal-ġenituri, x'arranġamenti se jkun hemm għall-kuntatti bejn it-tfal u l-ġenitur l-ieħor, id-drittijiet ta' żjarat jew ta' aċċess tal-ġenitur, l-obbligu għall-ħlas tal-manteniment għat-tfal, l-għażla tal-iskola, isem it-tfal, eċċ. Ara t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 3 u 4.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Ġeneralment, il-ġenitur li jkun qed jeżerċita d-drittijiet tal-ġenituri jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħajja ta' kuljum tat-tfal, inkluż xi skola jattendi. Hemm xi każijiet fejn ikun meħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri, pereżempju, meta jinħarġu dokumenti tal-identità għat-tfal, jew meta jkunu se jitilqu minn dik il-ġuriżdizzjoni, irrispettivament mid-dewmien jew il-fini tal-vjaġġ, inklużi l-vaganzi.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Meta l-ġenituri ma jkunux joqogħdu fl-istess residenza, il-qorti hija obbligata li tiddeċiedi liem ġenitur ikun ħa jkollu d-drittijiet tal-ġenituri u kif ikunu se jinżammu l-kuntatti mal-ġenitur l-ieħor. Mingħajr preġudizzju għal li ntqal fuq, ma hemm l-ebda restrizzonijiet dwar ftehim ġudizzjarju bejn il-ġenituri dwar arranġamenti iktar estensivi għall-kuntatt bejn it-tfal u l-ġenitur l-ieħor u dwar il-prattiki normali. Kif turi l-ġurisprudenza u kif ikun ġeneralment aċċettat mill-partijiet f'kawżi matrimonjali, l-arranġamenti tas-soltu biex it-tfal iqattgħu l-ħin mal-ġenitur l-ieħor ikunu jumejn mhux tax-xogħol jew iktar fix-xahar u għadd fiss ta' ġimgħat waqt il-btajjel skolastiċi.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali taż-żona ta' fejn ikollu r-residenza abitwali l-intimat. Jekk ir-rikors ikun marbut ma' talba għal manteniment tat-tfal, ir-rikorrent jista' jressaq ir-rikors ukoll fil-qorti taż-żona fejn għandu r-residenza abitwali hu stess.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Kawżi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-ġenituri jsegwu r-regoli proċedurali ġenerali.

Jekk il-kwistjoni tkun eżaminata fil-qafas ta' kawża ta' divorzju pendenti, il-ġenituri jistgħu jitolbu lill-qorti tordna miżuri temporanji għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-ġenituri fuq it-tfal u għall-arranġamenti għall-kuntatti mal-ġenitur l-ieħor.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Il-partijiet fil-kawża jistgħu jiksbu għajnuna legali skont il-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-għoti tal-għajnuna legali skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-qorti distrettwali huma suġġetti għall-appell quddiem il-qorti reġjonali skont ir-regoli ġenerali fi żmien ġimagħtejn minn meta tasal il-kopja tad-deċiżjoni.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Is-sentenzi tal-qorti jiġu eżegwiti skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Huwa fih dispożizzjonijiet espliċiti dwar id-dmir ta' prestazzjoni ta' ċerti azzjonijiet u ta' trażżin minn ċerti azzjonijiet oħrajn u dwar id-dmir tal-konsenja tat-tfal. Is-sentenza tiġi eżegwita minn bailiff pubbliku jew privat magħżul mir-rikorrent.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Il-liġi applikabbli hija r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u l-Artikolu 621 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (fis-seħħ mill-24 ta' Lulju 2007).

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Il-liġi applikabbli hija r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u l-Artikolu 622 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (fis-seħħ mill-24 ta' Lulju 2007).

Il-ġuriżdizzjoni ġenerali hija f'idejn il-qorti distrettwali fiż-żona fejn il-parti l-oħra jkollha r-residenza abitwali tagħha jew, jekk din ma jkollha l-ebda indirizz permanenti fil-Bulgarija, fiż-żona fejn il-parti kkonċernata tkun residenti abitwali jew, jekk il-parti kkonċernata ma tkunx residenti abitwali fil-Bulgarija, il-Qorti tal-Belt ta' Sofija.

Ir-rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenza maqtugħa minn qorti barranija jew deċiżjoni ta' awtorità barranija oħra dwar l-eżerċitar ta' drittijiet tal-ġenturi jew restituzzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-ġenituri fil-każ ta' tneħħija żbaljata ta' tifel skont il-Konvenzjoni Ewropea tal-1980 dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-Kustodja tat-Tfal u r-Restituzzjoni tal-Kustodja tat-Tfal, li kienet konkluża fil-Lussemburgu fl-20 ta' Mejju 1980 (rattifikata bil-liġi, Gazzetta tal-Istat (SG) Nru 21 tal-2003 (SG Nru 104 tal-2003) ("il-Konvenzjoni tal-Lussemburgu"), jitressaq fil-Qorti tal-Belt ta' Sofija. Il-Qorti tagħmel sessjoni pubblika bil-parteċipazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja jew tar-rikorrent, il-partijiet fis-sentenza jew deċiżjoni barranija u avukat ġenerali. Il-Qorti tisma' lit-tfal, jekk tintalab mid-Direttorat tas-Servizzi Soċjali tal-muniċipalità tal-indirizz attwali tat-tfal. Il-proċedura għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenza jew deċiżjoni barranija tiġi sospiża fiċ-ċirkostanzi li ġejjin: ikun hemm kawża ġudizzjarja pendenti dwar il-mertu tat-tilwima u l-kawża tkun tressqet wara l-proċedura fl-Istat fejn inqatgħet is-sentenza jew deċiżjoni rilevanti. L-istess proċedura tapplika meta sentenza jew deċiżjoni oħra dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tal-ġenituri tkun fil-proċess li tkun rikonoxxuta u/jew eżegwita mill-qrati Bulgari. Il-qorti rilevanti tkun innotifikata minnufih u l-imħallef irid jiddeċiedi fi żmien xahar min-notifika.

Is-sentenza tal-qorti trid tinqata' fi żmien xahar mid-data tar-rikors. Hija tkun suġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Appell ta' Sofija li s-sentenza tagħha tkun finali.

Il-proċedura tapplika wkoll għal rikorsi għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet maqtugħa wara t-tneħħija ta' tifel jekk id-deċiżjoni ssib li t-tneħħija kienet illegali. Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni maqtugħa minn Stat ieħor li jkun parti mill-Konvenzjoni tal-Lussemburgu tiġi miċħuda skont l-Artikoli 8 u 9 jekk ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni jkunu ssodisfati u aċċettati biss sa fejn tkun eżeġwibbli fl-Istat fejn ġiet approvata. L-istess proċedura tapplika għall-kawżi skont il-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal huma rregolati mil-liġijiet tal-Istat tar-residenza abitwali tagħhom. Jekk il-ġenituri u t-tfal ma jgħixux fl-istess residenza abitwali, ir-relazzjonijiet ta' bejniethom ikunu rregolati mil-liġijiet tal-Istat tar-residenza abitwali jew tan-nazzjonalità tat-tfal, skont liem minnhom ikun jaqblilhom l-iktar it-tfal. Kwistjonijiet ta' tutela u kurazija huma rregolati mil-liġijiet tal-Istat fejn il-persuna taħt tutela jew kurazija jkollha r-residenza abitwali tagħha. Ir-relazzjonijiet bejn il-persuna taħt tutela jew kurazija u t-tutur jew il-kuratur huma rregolati mil-liġijiet li jkunu applikaw meta l-persuna tkun tqiegħdet taħt tutela jew kurazija.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 15/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna iċ-Ċek ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Repubblika Ċeka

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

It-terminu "responsabbiltà tal-ġenituri" huwa minqux fil-Kodiċi Ċivili (Att Nru 89/2012). Dan it-terminu jinkludi sett ta' drittijiet u obbligi tal-ġenituri, li jinkludu:

  • il-kura tat-tfal, inkluż b'mod partikolari l-kura ta' saħħithom u tal-iżvilupp fiżiku, emozzjonali, intellettwali u morali,
  • il-protezzjoni tat-tfal,
  • iż-żamma ta' kuntatt personali mat-tfal,
  • l-iżgurar tal-formazzjoni u l-edukazzjoni tat-tfal,
  • id-determinazzjoni tal-post tar-residenza tiegħu,
  • ir-rappreżentazzjoni tat-tfal u l-ġestjoni tal-beni tiegħu.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tibda mit-twelid tal-wild u tispiċċa meta jikseb kapaċità ġuridika sħiħa. Id-dewmien u l-ambitu tar-responsabbiltà tal-ġenituri jistgħu jinbidlu biss minn qorti. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata mill-ġenituri skont l-interessi tat-tfal. Qabel ma jieħdu deċiżjoni li tolqot l-interessi tat-tfal, il-ġenituri jinfurmaw lit-tfal b'dak kollu meħtieġ biex ikunu jistgħu jaslu għal opinjoni huma stess dwar il-kwistjoni kkonċernata u biex jinfurmaw lill-ġenituri b'dik l-opinjoni; dan ma japplikax jekk it-tfal ma jkunux kapaċi jilqgħu l-informazzjoni sew jew ma jkunu kapaċi jiffurmaw l-opinjoni tagħhom jew ma jkunux jistgħu jinfurmaw lill-ġenituri bl-opinjoni tagħhom. Il-ġenituri jagħtu kas partikolari tal-opinjoni tat-tfal u jqisu l-opinjoni tat-tfal meta jieħdu d-deċiżjoni. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri relatata mal-persuna tat-tfal hija tal-ġenituri b'mod u f'ambitu li jikkorrispondu għal-livell ta' żvilupp tat-tfal. Jekk il-ġenituri jkunu qed jieħdu deċiżjoni dwar l-edukazzjoni jew l-impjieg tat-tfal, iridu jqisu l-opinjoni, il-kapaċitajiet u t-talenti tagħhom.

Sakemm it-tfal jiksbu l-kapaċità ġuridika, il-ġenituri tagħhom ikollhom id-dritt li jiggwidaw lit-tfal bl-użu ta' miżuri edukattivi xierqa lejn il-kapaċitajiet li jkunu qed jevolvu, inklużi restrizzjonijiet diretti lejn il-protezzjoni tal-morali, tas-saħħa u tad-drittijiet tat-tfal, kif ukoll id-drittijiet ta' persuni oħrajn u tal-ordni pubbliku. It-tfal iridu jissottomettu ruħhom għal dawn il-miżuri. Ir-riżorsi edukattivi jistgħu jintużaw biss f'forma u ambitu li jkun xieraq għaċ-ċirkostanzi, ma jipperikolax is-saħħa tat-tfal u l-iżvilupp tagħhom u ma jippreġudikax id-dinjità tal-bniedem tat-tifel.

Huwa mifhum li l-minuri kollha li ma jkollhomx kapaċità ġuridika sħiħa jkunu kompetenti li jwettqu atti ġuridiċi xierqa għall-maturità intellettwali u ta' rieda tal-minuri ta' dik l-età. Il-ġenituri għandhom l-obbligu u d-dritt li jirrappreżentaw lit-tfal fi proċedimenti ġudizzjarji li t-tfal ma jkunux ġuridikament kompetenti għalihom. Il-ġenituri jirrappreżentaw konġuntament lil uliedhom, madankollu kull wieħed minnhom jista' jaġixxi b'mod separat; jekk wieħed mill-ġenituri jaġixxi waħdu fi kwistjoni li tikkonċerna lit-tfal fir-rigward ta' parti terza, li tkun qed taġixxi in bona fide, ikun mifhum li huwa jkun aġixxa bi qbil mal-ġenitur l-ieħor. Ġenitur ma jistax jirrappreżenta lit-tfal jekk dan ikun jista' jwassal għal kunflitt ta’ interess bejnu u wliedu, jew bejn it-tfal tal-istess ġenituri. F'każ bħal dan il-qorti tinnomina tutur għat-tfal. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaqbli dwar min minnhom għandu jirrapreżenta lit-tfal fi proċedimenti ġudizzjarji, tiddeċiedi l-qorti – wara talba minn wieħed mill-ġenituri – liem ġenitur jaġixxi ġuridikament f'isem it-tfal u b'liema mod.

Il-ġenituri għandhom l-obbligu u d-dritt li jamministraw il-proprjetà tat-tfal, b'mod partikolari li jamministrawha bid-diliġenza dovuta. Huma jridu jimmaniġġaw b'mod sikur il-fondi li jitqiesu li mhumiex neċċessarji biex ikopru l-ispejjeż konnessi mal-proprjetà tal-minuri. Matul il-proċedimenti ġudizzjarji li jkollhom x'jaqsmu ma' partijiet individwali tal-proprjetà tat-tfal, il-ġenituri jaġixxu bħala r-rappreżentanti tagħhom; ġenitur ma jistax jirrappreżenta lit-tfal jekk dan ikun jista' jwassal għal kunflitt ta’ interess bejnu u wliedu, jew bejn it-tfal tal-istess ġenituri. F'każ bħal dan il-qorti tinnomina tutur għat-tfal. Jekk ġenitur jikser l-obbligu għall-kura tal-proprjetà tat-tfal bid-diliġenza dovuta, huwa jkollu jikkumpensa lit-tfal għad-danni li jsofru in solidum. Jekk il-ġenituri ma jaqblux dwar kwistjonijiet essenzjali relatati mal-amministrazzjoni tal-proprjetà tat-tfal, il-qorti tiddeċiedi wara talba minn wieħed mill-ġenituri. Il-ġenituri jeħtieġu l-qbil ta' qorti għal atti ġuridiċi li jkunu relatati ma' proprjetà eżistenti jew futura tat-tfal jew ta' partijiet separati ta' dik il-proprjetà, sakemm ma jkunux kwistjonijiet komuni, jew nake jekk ikunu eċċezzjonali jkunu relatati ma' valuri tal-proprjetà negliġibbli.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija obbligu għaż-żewġ ġenituri. Kull ġenitur ikollu sakemm ma jkunx imċaħħad minnha. Huwa irrilevanti jekk il-ġenituri humiex miżżewġin, u jekk it-tifel twilidx minn żwieġ jew le.

Il-ġenituri jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri bi qbil reċiproku. Jekk dewmien biex tittieħed deċiżjoni rigward kwistjoni li tikkonċerna t-tfal ikun perikoluż, wieħed mill-ġenituri jista' jieħu d-deċiżjoni hu jew jagħti l-kunsens tiegħu waħdu; huwa jrid madankollu jinforma lill-ġenitur l-ieħor dwar l-istat tal-affarijiet mingħajr dewmien. Jekk wieħed mill-ġenituri jaġixxi waħdu fi kwistjoni tat-tfal fir-rigward ta' parti terza, li tkun qed taġixxi in bona fide, ikun mifhum li huwa jkun aġixxa bi qbil mal-ġenitur l-ieħor. Jekk il-ġenituri ma jaqblux dwar kwistjoni li tkun importanti għat-tfal, b'mod partikolari fir-rigward tal-interessi tagħhom, il-qorti tiddeċiedi wara talba minn wieħed mill-ġenituri; dan japplika wkoll jekk ġenitur ikun eskluż mit-teħid ta' deċiżjoni dwar kwistjoni importanti għat-tfal mill-ġenitur l-ieħor. Eżempji ta' kwistjonijiet importanti huma d-determinazzjoni tal-post tar-residenza u l-għażla tal-edukazzjoni jew l-impjieg tat-tifel, imma mhux proċeduri mediċi normali jew proċeduri simili.

Qorti tista' tiddeċiedi li tissospendi r-responsabbiltà tal-ġenituri jekk il-ġenituri ma jitħallewx jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri tagħhom minħabba ċirkostanza serja u jekk jitqies li dan ikun meħtieġ fl-interess tat-tfal. Jekk ġenitur ma jeżerċitax ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiegħu sew u jkun hemm bżonn fl-interess tat-tifel li dan jagħmlu, il-qorti tista' tillimita r-responsabbiltà tal-ġenituri, jew tillimita l-prestazzjoni tagħha, u fl-istess ħin tiddetermina l-ambitu għal dik il-limitazzjoni. Jekk ġenitur jabbuża mir-responsabbiltà tal-ġenituri tiegħu jew l-eżerċizzju tiegħu, u/jew jonqos b'mod serju mir-responsabbiltà tal-ġenituri tiegħu jew l-eżerċizzju tagħha, il-qorti tista' ċċaħħadlu r-responsabbiltà tal-ġenituri tiegħu. Jekk ġenitur jikkommetti delitt intenzjonali kontra t-tifel tiegħu, jew jekk ġenitur juża lit-tifel tiegħu – li ma jkunx kriminalment responsabbli – biex jagħmel delitt, il-qorti teżamina b'mod partikolari jkunx hemm il-bażi biex il-ġenitur jiċċaħħad mir-responsabbiltà tal-ġenituri tiegħu.

Jekk wieħed mill-ġenituri jmut jew ma jkunx magħruf, jew jekk wieħed mill-ġenituri ma jkollux ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri tiegħu jkun sospiż, il-ġenitur l-ieħor jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri hu; dan japplika wkoll jekk ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew l-eżerċizzju tagħha minn wieħed mill-ġenituri tkun limitata. Jekk l-ebda wieħed mill-ġenituri ma jkollu r-responsabbiltà tal-ġenituri sħiħa, jekk l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri taż-żewġ ġenituri tkun sospiża, u/jew jekk ir-responsabbiltà tal-ġenituri tkun affettwata f'wieħed mill-modi indikati, imma kull wieħed minnhom b'mod differenti, il-qorti taħtar tutur għat-tifel, li jkollu l-obbligi u d-drittijiet tal-ġenituri jew jeżerċita dawn l-obbligi jew drittijiet minflok il-ġenituri. Jekk ir-responsabbiltà tal-ġenituri tkun limitata jew l-eżerċizzju tagħha jkun limitat, il-qorti tinnomina tutur għat-tfal.

Jekk tifel ikun adottat, id-drittijiet u l-obbligi li jiġu mir-responsabbiltà tal-ġenituri jkunu ttrasferiti lill-adottatur mill-mument li d-deċiżjoni legali dwar l-adozzjoni tidħol fis-seħħ.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk qorti tiddeċiedi li tillimita l-kapaċità ġuridika ta' ġenitur, hija tiddeċiedi wkoll dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiegħu. L-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri minn minuri ġenitur li jkun għadu ma kisibx il-kapaċità ġuridika sħiħa permezz ta' dikjarazzjoni jew żwieġ, tiġi sospiża sakemm jikseb kapaċità ġuridika sħiħa; dan ma japplikax fir-rigward tal-eżerċizzju tal-obbligi u d-drittijiet tal-kura għat-tifel, sakemm il-qorti ma tiddeċidix li, fir-rigward tal-persuna tal-ġenitur, l-eżerċizzju ta' dan l-obbligu u dan id-dritt ikun sospiż sakemm il-ġenitur jikseb kapaċità ġuridika sħiħa. L-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri ta' ġenitur li l-kapaċità ġuridika tiegħu f'dan il-qasam tkun ġiet limitata, jiġi sospiż għal kemm iddum il-limitazzjoni tal-kapaċità ġuridika tiegħu, sakemm il-qorti ma tiddeċidix li l-ġenitur, minħabba l-persuna tiegħu, se jkompli jżomm l-eżerċizzu tal-obbligu u d-dritt tal-kura għat-tfal u l-kuntatt personali mat-tfal.

Fin-nuqqas taż-żewġ ġenituri illi kieku kien ikollhom r-responsabbiltà tal-ġenituri sħiħa fir-rigward ta' wliedhom, il-qorti tinnomina tutur għat-tfal. Tutur ikollu fundamentalment l-obbligi u d-drittijiet kollha tal-ġenituri fir-rigward tat-tfal, imma ma jkollux l-obbligu ta' sostenn u ta' manteniment fir-rigward tat-tfal. F'każijiet eċċezzjonali, il-firxa tal-obbligi u d-drittijiet jistgħu jkunu definiti b'mod differenti wara li titqies il-persuna tat-tutur jew is-sitwazzjoni tat-tfal, kif ukoll ir-raġuni għala l-ġenituri ma għandhomx l-obbligi u d-drittijiet kollha. Tutur irid ikollu kapaċità ġuridika sħiħa u l-mod tal-għajxien tiegħu jrid jiggarantixxi li jkun kapaċi jaqdi dan ir-rwol sew. Il-qorti tista' taħtar żewġ persuni – li bħala regola jkunu miżżewġin – fir-rwol ta' tuturi. Jekk dan ma jkunx kontra l-interessi tat-tfal, il-qorti tista' taħtar persuna magħżula minn wieħed mill-ġenituri bħala tutur. Inkella l-qorti tista' taħtar qarib jew persuna qrib it-tfal jew il-familja tagħhom bħala tutur, sakemm ma jkunux espressament esklużi minn wieħed mill-ġenituri. Jekk ma jkun hemm ħadd hekk, il-qorti taħtar persuna adatta oħra bħala tutur. Jekk l-ebda persuna fiżika ma tkun tista' tinħatar tutur għat-tfal, il-qorti taħtar awtorità għall-protezzjoni soċjali u ġuridika tat-tfal sakemm il-qorti taħtar tutur differenti għat-tfal jew sakemm tutur jaċċetta r-rwol. Tutur huwa suġġett għas-sorveljanza mill-qorti. Huwa jħejji lista tal-proprjetà kemm fil-bidu u kemm fi tmiem ir-rwol. Huwa jibgħat regorlament rapporti lill-qorti dwar it-tfal, l-iżvilupp tagħhom, u l-kontijiet mill-amministrazzjoni tal-proprjetà. Kull deċiżjoni minn tutur fi kwistjonijiet li mhumiex regolari jridu jkunu approvati mill-qorti.

Possibbiltà oħra hija li t-tfal jingħataw fostering. Il-fostering huwa kura personali għal ulied ħaddieħor; madankollu, dan ma jinvolvix l-aċċettazzjoni ta' wild ħaddieħor bħala tiegħek bħal fil-każ tal-adozzjoni. Fit-trobbija tat-tfal, ġenitur foster jeżerċita l-obbligi u d-drittijiet tal-ġenituri sa ċertu punt. Huwa obbligat u intitolat jiddeċiedi biss dwar kwistjonijiet ta' kuljum li jikkonċernaw lit-tfal, jirrappreżenta lit-tfal f'dawn il-kwistjonijiet u jamministra l-proprjetà tagħhom. Huwa jrid jinforma lill-ġenituri tat-tfal bil-kwistjonijiet importanti. Skont iċ-ċirkostanzi, il-qorti tista' tiddetermina obbligi u drittijiet addizzjonali tal-ġenitur foster. Il-ġenituri tat-tfal iżommu l-obbligi u d-drittijiet tagħhom li jkunu ġejjin mir-responsabbiltà tal-ġenituri, inkluż id-dritt ta' kuntatt personali u regolari, u d-dritt għall-informazzjoni dwar it-tfal, bl-eċċezzjoni tal-obbligi u d-drittijiet li l-liġi tiddetermina għall-ġenitur foster, sakemm il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor minħabba raġunijiet li jkun ħaqqhom kunsiderazzjoni speċjali. Ġenitur foster ma jkollux u l-obbligu ta' sostenn u ta' manteniment lejn it-tfal.

Ġenitur foster irid jiggarantixxi kura xierqa, ikun residenti r-Repubblika Ċeka, u jrid jaqbel li t-tfal ikunu fdati f'idejh għall-fostering. Bħala regola, dan ikun jiġi mit-tfal, imma jista' jkun persuna oħra li l-awtorità għall-protezzjoni soċjali u ġuridika tat-tfal tkun irranġatilha l-fostering (għal din il-fini l-qorti reġjonali żżomm evidenza tal-applikanti adatti li jsiru ġenituri foster). Qorti tista' tagħti tifel għall-fostering għal perjodu temporanju (pereżempju għal kemm ġenitur idum f'faċilità tat-trattament) kif ukoll għal perjodu ta' żmien mhux speċifikat. Il-fostering jista' b'hekk jindirizza kriżi fil-familja jew jiżgura l-kura f'ambjent familjari alternattiv. Biex jitnaqqas l-għadd ta' tfal f'istituti jew faċilitajiet li qishom istitut, il-fostering jieħu preċedenza fuq il-kura istituzzjonali. Ġenitur foster jirċievi benefiċċji għall-fostering mill-istat (pereżempju kontribut lejn il-ħlas tal-bżonnijiet tat-tfal, kontribut fi tmiem il-fostering, rimunerazzjoni tal-ġenitur foster eċċ.)

Barra minn hekk, il-Kodiċi Ċivili jirregola l-istituzzjoni tal-kustodja tat-tfal lil persuna fil-każ li l-ebda ġenitur jew tutur ma jkun jista' jieħu ħsieb it-tfal. Din il-kustodja hija alternattiva għall-fostering, jew il-kura li tippreċedi l-adozzjoni. Hija tieħu preċedenza fuq il-kura istituzzjonali għat-tfal. Il-persuna inkarigata trid tiggarantixxi kura xierqa, tkun residenti r-Repubblika Ċeka, u trid taqbel li t-tfal ikunu fdati f'idejha għall-kura personali. L-obbligi u d-drittijiet tal-persuna inkarigata huma definit mill-qorti; inkella tintuża l-leġiżlazzjoni dwar il-fostering kif xieraq.

Il-ġenituri, bħala r-rappreżentanti legali, jistgħu – għall-immaniġġar tal-affarijiet tat-tfal, sakemm ma jkunux kwistjonijiet ta' status personali – jiffirmaw ftehim għar-rappreżentanza minn persuna b'għarfien espert, jew pereżempju minn persuna adatta oħra. Jekk it-tifel jiffirma ftehim għar-rappreżentanza, dan ma jkollu l-ebda influwenza fuq ir-rappreżentanza legali tat-tifel mill-ġenituri. Jekk ir-rappreżentanti ġuridiċi u kuntrattwali ma jkunux jistgħu jaqblu, il-qorti tiddeċiedi skont l-interessi tat-tfal.

Jekk it-trobbija tat-tfal jew l-istat fiżiku, intellettwali jew mentali tagħhom, u l-iżvilupp xieraq tagħhom ikun mhedded jew iddisturbat sa tali punt li jkun kontra l-interessi tat-tfal, u/jew fil-każ ta' raġunijiet serji li minħabba fihom il-ġenituri ma jkunux jistgħu jiżguraw it-trobbija ta' wliedhom, il-qorti tista' tordna l-kura istituzzjonali bħala miżura neċessarja. Dan tagħmlu b'mod partikolari f'każijiet fejn miżuri preċedenti ma kinux wasslu għal rimedju. Waqt li jsir dan, il-qorti dejjem tqis jekk hux xieraq li tingħata preferenza li t-tfal jingħataw għall-kura minn persuna fiżika. Il-kura istituzzjonali tista' tiġi ordnata għal perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin, filwaqt li dan jista' jiġi estiż (ripetutament) jekk ir-raġunijiet għall-ordni tal-kura istituzzjonali jippersistu (dejjem għal massimu ta' tliet snin). Jekk ir-raġunijiet li l-kura istituzzjonali ġiet ordnata minħabba fihom ma għadhomx jeżistu, jew jekk ikun possibbli li tkun ipprovduta kura mhux istituzzjonali għat-tfal, il-qorti tħassar il-kura istituzzjonali mingħajr dewmien u fl-istess ħin tiddeċiedi lil min jingħataw it-tfal skont iċ-ċirkostanzi.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Deċiżjoni dwar il-kura tat-tfal hija kundizzjoni essenzjali għad-divorzju tal-ġenituri tagħhom. Biex tieħu d-deċiżjoni l-qorti tqis l-interess tat-tfal; il-qorti tiddevja biss mill-qbil reċiproku tal-ġenituri jekk ikun hemm bżonn fl-interess tat-tfal. Il-qorti tista' tagħti l-kura tat-tfal lil wieħed mill-ġenituri jew b'kustodja maqsuma jew kustodja konġunta; il-qorti tista' wkoll tagħti l-kura tat-tfal lil persuna oħra li mhix wieħed mill-ġenituri tagħhom jekk ikun meħtieġ fl-interess tat-tfal. Il-qorti tqis il-personalità tat-tfal, b'mod partikolari t-talenti u l-kapaċitajiet tagħhom fir-rigward tal-possibilitajiet ta' żvilupp, u l-istili tal-ħajja tal-ġenituri tagħhom, kif ukoll l-orjentazzjoni emozzjonali u l-isfond tat-tfal, il-kapaċità ta' kull wieħed mill-ġenituri li jipprovdi t-trobbija, l-istabilità kurrenti u antiċipata tal-ambjent edukattiv fejn għandhom jitrabbew it-tfal, u r-rabtiet emozzjonali tat-tfal ma' xulxin, man-nanniet jew ma' qraba u persuni mhux relatati oħrajn. Il-qorti dejjem se tqis liem ġenitur ikun ħa ħsieb sew tat-tfal sa dak il-punt u min ikun ħa ħsieb l-edukazzjoni emozzjonali, intellettwali u morali tagħhom kif ukoll liem ġenitur joffri l-aħjar opportunitajiet lit-tfal għal żvilupp b'saħħtu u b'suċċess. Il-qorti se tiffoka wkoll fuq id-dritt tat-tfal għall-kura miż-żewġ ġenituri u għaż-żamma ta' kuntatt personali regolari magħhom, fuq id-dritt tal-ġenitur l-ieħor li mhux se jkollu l-kustodja għal informazzjoni regolari dwar it-tfal, u l-qorti tqis ukoll il-kapaċità tal-ġenitur li jaqbel dwar it-trobbija tat-tfal mal-ġenitur l-ieħor. Il-qorti tista' tiddeċiedi wkoll li tapprova ftehim bejn il-ġenituri sakemm ikun ċar li l-metodu maqbul għall-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri jkun skont l-interess tat-tfal.

Jekk il-ġenituri ta' minuri li ma jkollux kapaċità ġuridika sħiħa ma jkunux jgħixu flimkien, u jekk ma jkunux jistgħu jaqblu dwar ir-regolamentazzjoni tal-kura għal dak it-tifel, il-qorti tiddeċiedi dwarhom ex officio. Hija ssegwi regoli simili għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-kura għat-tfal bħal fil-każ ta' divorzju tal-ġenituri tagħhom.

Il-ġenitur li jkollu t-tifel fil-kura tiegħu, u l-ġenitur l-ieħor, jiddeċiedu flimkien kif il-ġenitur li ma jkollux it-tifel fil-kura tiegħu ikun jista' jżomm kuntatt miegħu. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaqblu, jew ikun meħtieġ skont l-interess tat-trobbija tal-ġenituri u r-relazzjonijiet fil-familja, il-qorti tirregola l-kuntatt bejn il-ġenitur u t-tifel. F'każijiet iġġustifikati, il-qorti tista' tiddetermina fejn jista' jsir il-kuntatt bejn il-ġenitur u t-tifel. Jekk ikun hemm bżonn fl-interess tat-tifel, il-qorti tillimita d-dritt ta' ġenitur għall-kuntatt mat-tifel, u/jew ma tippermettix dak il-kuntatt.

Jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu, il-qorti tibdel id-deċiżjoni relatata mal-prestazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet li jiġu mir-responsabbiltà tal-ġenituri anke ex officio.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Fil-każ ta' divorzju bejn il-ġenituri, il-ftehim bejn il-ġenituri dwar il-metodu tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri jrid jirregola kif kull wieħed mill-ġenituri ikun se jieħu ħsieb it-tfal wara d-divorzju. F'dan il-ftehim, il-ġenituri jistgħu jirregolaw il-kuntatt bejn il-ġenituri u t-tfal. Ftehim ta' din ix-xorta huwa suġġett għall-qbil tal-qorti, li tapprova ftehim bejn il-ġenituri sakemm ikun ċar li l-metodu maqbul għall-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri jkun skont l-interess tat-tfal. L-istess japplika għal ftehim bejn il-ġenituri jekk il-ġenituri ma jkunux jgħixu flimkien.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Biex jitħarsu l-interessi tat-tfal, il-qorti, waqt il-proċedimenti dwar il-kura għall-minuri, tiggwida lill-ġenituri biex isibu soluzzjoni konċiljatorja. Il-qorti tista' timponi l-parteċipazzjoni f'konċiljazzjoni ekstraġudizzjarja jew f'laqgħat tal-medjazzjoni jew f'terapija familjari fuq il-ġenituri għal perjodu ta' mhux iktar minn 3 xhur, jew tista' timponi fuqhom laqgħat ma' espert fil-pedopsikoloġija.

Barra minn hekk, huwa possibbli li jintużaw is-servizzi ta' l-hekk imsejħa ċentri ta' konsulenza dwar iż-żwieġ u l-familja li jipprovdu għajnuna permezz ta' psikologi u ħaddiema soċjali.

Hekk ukoll, awtorità għall-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal tista' tipperswadi jew teduka ġenitur li ma jkunx jirrispetta d-drittijiet tat-tfal jew lill-ġenitur l-ieħor (eż. għall-kura, il-kuntatt regolari) dwar il-leġiżlazzjoni u l-konsegwenzi tal-imġiba tiegħu. Awtorità għall-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal tista' wkoll timponi fuq il-ġenituri l-obbligu li jużaw konsulenza esperta jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jsolvu l-problemi marbuta mat-trobbija tat-tfal mingħajr konsulenza esperta, b'mod partikolari waqt it-tilwim dwar il-modifikazzjoni tat-trobbija tat-tfal jew id-drittijiet ta' viżitazzjoni.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Bil-kundizzjoni ta' konformità mal-kundizzjonijiet magħżula u wara talba mill-ġenituri, il-qorti tista' tiddeċiedi, b'mod partikolari, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u wliedhom:

  1. id-drittijiet ta' natura personali (eż. id-dritt li tiddetermina l-isem u l-kunjom tat-tfal jew id-dritt li jingħata kunsens għall-adozzjoni tat-tfal)
  1. il-kura tat-tfal u r-regolamentazzjoni tal-kuntatt mat-tfal,
  1. forom alternattivi ta' kura tat-tfal (eż. tutela, kustodja minn persuna oħra, fostering, kura istituzzjonali),
  1. il-manteniment u l-obbligi ta' sostenn,
  1. ir-rappreżentanza u l-amministrazzjoni tal-proprjetà tat-tfal, il-kunsens għal kawżi legali mit-tfal,
  1. dwar kwistjonijiet importanti għat-tfal, fejn il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaqblu (eżempji ta' kwistjonijiet importanti huma, b'mod partikolari, id-determinazzjoni tal-post tar-residenza u l-għażla tal-edukazzjoni jew l-impjieg tat-tifel, imma mhux proċeduri mediċi normali jew proċeduri simili).

Normalment, il-qorti tiddeċiedi lil min tkun se tagħti l-kustodja tat-tfal, u potenzjalment dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatt mat-tfal, u dwar il-manteniment u s-sostenn.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Il-kura għat-tfal hija biss parti mill-obbligi u d-drittijiet inklużi fir-responsabbiltà tal-ġenituri. Jekk ġenitur li ma kellux il-kura tat-tfal ma kienx imċaħħad mir-responsabbiltà tal-ġenituri, u lanqas ma kellu r-responsabbiltà tal-ġenituri limitata jew sospiża, huwa xorta jkun jista' jeżerċitaha fir-rigward tal-komponenti l-oħra tar-responsabbiltà tal-ġenituri u ma jitlifx id-dritt li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet importanti li jikkonċernaw it-tfal. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata mill-ġenituri bi qbil reċiproku u skont l-interessi tat-tfal. Jekk ikun hemm il-periklu ta' inadempjenza waqt li tkun qed tittieħed id-deċiżjoni rigward kwistjoni li tikkonċerna t-tfal, wieħed mill-ġenituri jista' jieħu d-deċiżjoni hu jew jagħti l-kunsens tiegħu waħdu; huwa jrid madankollu jinforma lill-ġenitur l-ieħor dwar l-istat tal-affarijiet mingħajr dewmien.

Jekk il-ġenituri ma jaqblux dwar kwistjoni li tkun importanti għat-tfal, b'mod partikolari fir-rigward tal-interessi tagħhom, il-qorti tiddeċiedi wara talba minn wieħed mill-ġenituri; dan japplika wkoll jekk ġenitur ikun eskluż mit-teħid ta' deċiżjoni dwar kwistjoni importanti għat-tfal mill-ġenitur l-ieħor. Il-qorti tiddeċiedi wkoll wara talba minn ġenitur f'każ fejn il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaqblu dwar min minnhom se jirrappreżenta lit-tfal fi proċedimenti ġudizzjarji jew fi kwistjonijiet importanti relatati mal-amministrazzjoni tal-proprjetà tat-tfal.

Il-ġenituri jridu jinfurmaw lil xulxin b'kull ħaġa importanti fir-rigward tat-tfal u l-interessi tagħhom.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Il-Kodiċi Ċivili jagħmel differenza bejn li tingħata l-kustodja lil wieħed mill-ġenituri tiegħu, jew kustodja maqsuma jew kustodja konġunta, jew fil-kustodja ta' xi ħadd li mhux wieħed mill-ġenituri tiegħu. Meta tieħu deċiżjoni dwar il-kura tat-tfal, il-qorti tiddeċiedi b'tali mod li tissodisfa l-interessi tat-tfal. Qorti tista' tikkonċedi kustodja maqsuma jew kustodja konġunta jekk il-ġenituri jkunu kapaċi jikkomunikaw u jikkooperaw flimkien.

Kustodja konġunta (trobbija konġunta)

Din il-forma ta' regolamentazzjoni tal-kura għat-tfal tfisser li ma jkun hemm l-ebda deċiżjoni speċifika dwar il-kustodja tat-tfal lil ġenitur jew ieħor. Fil-prattika dan ifisser li f'każ ta' kustodja konġunta wieħed mill-ġenituri jista' pereżempju jiżgura l-bżonnijiet tat-tfal u l-attivitajiet sportivi l-oħra tiegħu u/jew ġenitur jiffoka fuq l-istudji lingwistiċi tat-tfal filwaqt li l-ġenitur l-ieħor jiffoka fuq attivitajiet ekstrakurrikolari oħrajn tat-tfal. Iż-żewġ ġenituri jaqsmu flimkien l-għoti tal-kura tas-saħħa u l-bżonnijiet materjali tat-tfal, (eż. it-tisjir, it-tindif, il-ħwejjeġ, eċċ.). Biex tingħata kustodja konġunta huwa meħtieġ li l-ġenituri jaqblu magħha.

Kustodja maqsuma (trobbija alternata)

Kustodja maqsuma tfisser li l-kura tat-tfal talterna bejn il-ġenituri għal perjodu ta' żmien determinat b'mod preċiż. Il-qorti tiddefinixxi wkoll id-drittijiet u l-obblgi eżerċitati matul dawn il-perjodi.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Talba relatata mal-obbligi u d-drittijiet tal-ġenituri trid issir fil-qorti distrettwali (fi Praga f'qorti distrettwali, f'Brno fil-Qorti Muniċipali) li l-minuri jkun residenti fil-ġuriżdizzjoni tagħha u, jekk ma jkollux indirizz permanenti, fil-qorti distrettwali li jkun qed jgħix fil-ġuriżdizzjoni tagħha. Il-qorti tista', fi kwistjonijiet relatati mal-minuri, tieħu deċiżjonijiet ex officio.

Ir-rekwiżiti ta' talba jiddependu mit-tip ta' talba. Madankollu, dejjem ikun neċessarju li jiġi indikat l-isem, il-kunjom, u l-indirizz tal-parteċipanti, jew in-numri tal-identità tat-twelid tal-parteċipanti u r-rappreżentanti tagħhom, deskrizzjoni tal-fatti deċiżivi, indikazzjoni tal-provi li l-attur ikun qed iserraħ fuqhom, u jrid ikun ċar minnha xi jrid l-attur u lil liema qorti hija indirizzata.

Talba jrid ikun fiha d-dokumenti importanti kollha relatati mal-kwistjoni ikkonċernata – eż. iċ-ċertifikat tat-twelid, iċ-ċertifikat taż-żwieġ, kull deċiżjoni preċedenti tal-qorti li għandha x'taqsam mat-tifel, eċċ. Il-proposta trid tiġi ppreżentata fuq karta fl-ammont ta' kopji meħtieġa biex kopja tibqa' l-qorti u kull parteċipant jirċievi kopja jekk ikun hemm bżonn.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-qorti tista' tiftaħ il-proċedimenti f'materji ta' kura tal-qorti għal minuri anke jekk ma tkunx tressqitilha talba.

Bl-użu ta' deċiżjoni preliminari anke qabel ma tieħu deċiżjoni dwar il-merti tal-kawża u jekk ikun hemm bżonn tar-regolamentazzjoni provviżorja tar-relazzjonijiet tal-parteċipanti, jew jekk ikun hemm tħassib li l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni tal-qorti tkun mhedda, il-qorti tista' timponi fuq parteċipant fil-proċedimenti l-ħlas ta' manteniment essenzjali u/jew tagħti l-kustodja lil wieħed mill-ġenituri, jew lil persuna magħżula mill-qorti. Deċiżjoni preliminari normalment tittieħed wara talba, madankollu, huwa possibbli li l-proċedimenti dwar il-merti tal-kawża (għalhekk inklużi wkoll proċedimenti relatati mal-kura għal minuri mill-qorti) jinfetħu ex officio, deċiżjoni preliminari tista' wkoll tittieħed ex officio. Il-qorti kompetenti mill-proċedimenti dwar il-kwistjoni hija responsabbli biex tordna deċiżjoni preliminari, sakemm il-liġi ma tistipulax mod ieħor. Talba għal ordni ta'deċiżjoni preliminari jrid ikun fih ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 42(4) u skont l-Artikolu 75 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963, kif emendat), jiġifieri b'mod partikolari: l-informazzjoni li tirrigwarda l-qorti fejn tapplika t-talba; min qed iressaq it-talba u x'tikkonċerna, jiġifieri ġabra tal-fatti li jiġġustifikaw id-deċiżjoni preliminari kif proposta; x'għandha tikseb it-talba, jiġifieri x'deċiżjoni preliminari qed jitlob l-attur; deskrizzjoni tal-fatt li huwa neċessarju għar-regolamentazzjoni provviżorja tar-relazzjonijiet tal-parteċipanti jew li hemm tħassib li l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni tal-qorti tista' tkun mhedda, kif ukoll indikazzjoni tad-data ta' meta tħejjiet it-talba u l-firma tal-attur jew ir-rappreżentant tiegħu. Id-dokumenti li l-attur jirreferi għalihom iridu jkunu mehmuża mat-talba. B'mod ġenerali, għad-deċiżjonijiet preliminari, is-sitwazzjoni hija li biex ikun żgurat kumpens għad-danni jew telf ieħor li jiġri minħabba deċiżjoni preliminari, l-attur irid jiddepożita, mhux aktar tard minn dakinhar stess li jkun ressaq it-talba l-qorti għal deċiżjoni preliminari, garanzija għal ammont iddeterminat. Madankollu, f'każ ta' deċiżjoni preliminari dwar il-manteniment u s-sostenn jew deċiżjoni preliminari li qorti tista' timponi anke ex officio, id-depożitu tal-garanzija mhux meħtieġ. Il-qorti tiddeċiedi dwar deċiżjoni preliminari mingħajr dewmien. Jekk ma jkun hemm l-ebda periklu ta' inadempjenza, il-qorti tista' tiddeċiedi dwar talba għal deċiżjoni preliminari fi żmien 7 ijiem wara li tkun tressqet. Il-qorti tiddeċiedi mingħajr ma tisma' lill-parteċipanti. Meta tordna deċiżjoni preliminari, il-qorti timponi fuq l-attur li jkun irid jippreżenta talba l-qorti għall-ftuħ tal-proċedimenti b'data ta' skadenza imposta fuqu. Hija tista' tiddetermina wkoll li deċiżjoni preliminari ddum biss għal perjodu ta' żmien speċifiku.

L-Att dwar il-Proċedimenti Speċjali tal-Qorti (l-Att Nru 292/2013, kif emendat) jirregola deċiżjoni preliminari speċjali f'każ li minuri jkun f'sitwazzjoni ta' nuqqas ta' kura xierqa irrispettivament minn ikunx hemm jew le persuna li jkollha d-dritt tal-kura tat-tifel, jew jekk ħajjet it-tifel, l-iżvilupp normali tiegħu jew interess importanti ieħor ikunu mhedda serjament jew ġew imxekkla. F'każ hekk, il-qorti, permezz ta' deċiżjoni preliminari li l-qorti tista' timponi biss wara talba minn awtorità għall-protezzjoni soċjali u ġuridika tat-tfal, tirregola r-relazzjonijiet tat-tifel għal żmien essenzjali billi tordna li t-tifel jitqiegħed f'ambjent adatt indikat fid-deċiżjoni. Permezz ta' deċiżjoni preliminari huwa possibbli li tifel jingħata fostering għal ammont ta' żmien provviżorju li matulu l-ġenitur ma jkunx jista' jieħu ħsieb it-tifel għal raġunijiet serji, jew, wara li jiskadi dak iż-żmien, it-tifel jista' jingħata l-kura ta' qabel l-adozzjoni jekk il-ġenituri jkunu taw il-kunsens għall-adozzjoni jew ikun hemm deċiżjoni li l-kunsens tal-ġenituri mhux meħtieġ. Il-qorti tiddeċiedi wara talba għal deċiżjoni preliminari mingħajr dewmien, imma mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-preżentata. Id-deċiżjoni tkun eżegwita minnufih wara li tiġi ordnata, filwaqt li l-qorti tikkoopera għall-eżekuzzjoni tagħha mal-awtoritajiet pubbliċi applikabbli.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Skont l-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (l-Att Nru 549/1991, kif emendat) il-proċedimenti relatati mat-tutela u mal-kustodja tal-minuri mill-qorti huma eżenti minn kull tariffa. Dan ifisser li l-attur li jippreżenta talba relatata mal-obbligi u d-drittijiet tal-ġenituri ma jkunx obbligat iħallas tariffi tal-qorti.

Skont ċerti ċirkostanzi jista' jkun possibbli li tqabbad rappreżentant legali bla ħlas jew għal ammont imnaqqas. Il-qorti tqabbad rappreżentant, wara talba mill-parteċipant, li wara hija tneħħi, kompletament jew parzjalment, it-tariffi tal-qorti tiegħu, jekk dan ikun neċessarju pereżempju għall-protezzjoni tal-interessi tiegħu. Jekk ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi tal-parteċipant, jitqabbad avukat għalih. Il-ħatra ta' rappreżentant trid tkun iġġustifikata mis-sitwazzjoni tal-parteċipant (fil-prattika dawn jistgħu jkunu ċirkostanzi finanzjarji avversi jew sitwazzjoni soċjali avversa, filwaqt li dejjem ikun neċessarju li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ) u ma jridx ikun hemm eżekuzzjoni jew protezzjoni tad-drittijiet arbitrarji jew li manifestament ma jirnexxux.

L-Att dwar l-Għoti tal-Għajnuna Legali f'Tilwim Transfruntier fl-Unjoni Ewropea (l-Att Nru 692/2004, kif emendat) jirregola l-aċċess għall-għajnuna legali fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fejn persuna fiżika, li tkun residenti fi Stat Membru ieħor, tkun qed tieħu sehem f'kawża. L-għajnuna hija relatata mal-proċedimenti legali fil-fażijiet tas-seduti u tal-eżekuzzjoni.

L-Att dwar il-Professjoni Legali (l-Att Nru 85/1996, kif emendat) jiddetermina l-kundizzjonijiet biex ikun possibbli li jintalab appuntament b'xejn ma' konsulent legali direttament mill-Kamra tal-Avukati Ċeka.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva, huwa possibbli li tappella kontra deċiżjoni relatata mar-responsabbiltà tal-ġenituri. Il-Qrati Distrettwali huma qrati tal-ewwel istanza għall-ġestjoni tad-drittijiet u l-obbligi li jiġu mir-responsabbiltà tal-ġenituri. Il-Qrati Reġjonali (jew il-Qorti Muniċipali fi Praga) jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjonijiet tal-ewwel istanza. Appell kontra deċiżjoni tal-qorti tista' tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-wasla tad-deċiżjoni bil-miktub mill-qorti li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata u, sakemm ma jkunx ipprojbit mil-liġi (eż. mhux possibbli li tressaq appell kontra deċiżjoni tal-qorti li tapprova l-ftehim bejn il-ġenituri dwar il-kura tat-tifel). Appell jitqies ukoll li ġie ppreżentat fil-ħin anke wara l-iskadenza tal-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata jew l-appellant kien qed jimxi ma' informazzjoni żbaljata mingħand il-Qorti tal-Appell.

Ta' min jenfasizza li xi deċiżjonijiet jistgħu jkun eżegwibbli provviżorjament – u għalhekk jistgħu jkunu eżegwiti anke jekk ikun ġie ppreżentat appell kontrihom. Deċiżjonijiet li jimponu l-ħlas ta' manteniment u deċiżjonijiet għall-estensjoni tat-tul ta' miżura edukattiva li permezz tagħha tifel ikun tneħħa mill-kustodja tal-ġenituri tiegħu jew ta' persuna oħra huma eżegwibbli b'mod provviżorju.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Fir-Repubblika Ċeka trid tiġi ppreżentata talba għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni relatata mal-kura għal minuri mill-qorti. Il-proċedura applikata għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni hija suġġetta għall-Att dwar il-Proċedimenti Speċjali tal-Qorti (l-Att Nru 292/2013, kif emendat).

Il-qorti ġenerali tal-minuri hija kompetenti għal dawn il-proċedimenti, jiġifieri il-Qorti Distrettwali (il-Qorti Distrettwali fi Praga, il-Qorti Muniċipali f'Brno) li l-minuri jkun residenti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom abbażi tal-ftehim bejn il-ġenituri jew id-deċiżjoni tal-qorti, jew fatti deċiżivi oħrajn. It-talba trid tinkludi l-informazzjoni neċessarja kollha (il-partijiet intitolati u dawk obbligati, l-ambitu u l-kontenut tal-obbligu tal-parti obbligata u d-data ta' skadenza għall-konformità mal-obbligu applikabbli u speċifikazzjoni tal-hekk imsejjaħ titolu eżekutorju – id-deċiżjoni li trid tiġi eżegwita).

Qabel ma tiġi ordnata l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni, il-qorti tista', jekk tara li jkun hemm raġunijiet speċjali għal dan, u/jew jekk il-parti obbligata ma tkunx ġiet infurmata dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità ma' obbligu, tordna lill-parti obbligata biex tikkonforma mad-deċiżjoni jew ftehim u tinformaha bil-possibilitajiet ta' eżekuzzjoni tad-deċiżjoni permezz tal-impożizzjoni ta' multi jew it-tneħħija tat-tfal. Il-qorti tista' titlob ukoll lill-awtorità rilevanti għall-protezzjoni soċjali u ġuridika tat-tfal biex iwasslu lill-parti obbligata biex tikkonforma mal-obbligi tagħha mingħajr il-bżonn ta' ordni għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.

Jekk il-persuna ma tikkonformax mal-obbligu tagħha anke wara li tkun ordnata mill-qorti, il-qorti tordna l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni permezz tal-impożizzjoni ta' multa, u dan jista' jsir ripetutament. L-ammonti tal-multi individwali ma jistgħux jaqbżu l-CZK 50 000. Miżuri oħrajn li tista' tordna l-qorti jinkludu laqgħa ma' medjatur, laqgħa ma' espert fil-pedopsikoloġija jew id-determinazzjoni ta' pjan għal skema ta' akklimatizzazzjoni biex jiġi ffaċilitat il-kuntatt gradwali bejn it-tfal u persuna intitolata għall-kuntatt magħhom.

Jekk minkejja l-implimentazzjoni tal-miżuri indikati, l-obbligi ma jkunux osservati jew ikun ċar miċ-ċirkostanzi li dan l-approċċ ma wassalx għal konformità mal-obbligi, il-qorti tordna f'każijiet eċċezzjonali l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni għat-tneħħija tat-tifel minn mal-persuna li mhux suppost qiegħda magħha skont il-ftehim jew id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni li tkun ordnat it-tneħħija tat-tifel tiġi nnotifikata lill-parti obbligata waqt l-eżekuzzjoni biss.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Deċiżjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa mill-qrati fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma rikonoxxuti mir-Repubblika Ċeka b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 ("Ir-Regolament Nru 2201/2003"), mingħajr il-bżonn għal proċedimenti speċjali. Madankollu, kull persuna b'interess ġuridiku jista' jippreżenta talba l-qorti għall-ħruġ ta' deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent jew nonrikonoxximent tad-deċiżjoni. Fir-Repubblika Ċeka, il-qrati distrettwali (il-qrati distrettwali fi Praga, il-Qorti Muniċipali f'Brno) huma kompetenti għal proċedimenti bħal dawn fl-ewwel istanza. Il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali li tkun il-qorti ġenerali tal-attur, inkella l-qorti distrettwali li s-sitwazzjoni li r-rikonoxximent huwa importanti għaliha tkun ġrat jew tista' tiġri fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

Qabel ma deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa fi Stat Membru ieħor tkun tista' tiġi eżegwita fir-Repubblika Ċeka, trid tiġi ddikjarata bħala eżegwibbli b'konformità ma' proċedura speċjali skont ir-Regolament Nru 2201/2003 indikat fuq. Talba għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà fir-Repubblika Ċeka tiġi ppreżentata fil-qorti distrettwali lokalment kompetenti (il-qrati distrettwali fi Praga, il-Qorti Muniċipali f'Brno). Il-kompetenza lokali tiġi ddeterminata skont ir-Regolament Nru 2201/2003 skont il-post tar-residenza abitwali tal-persuna li qed tintalab l-eżekuzzjoni kontriha, jew skont il-post tar-residenza abitwali tat-tfal; jekk l-ebda wieħed minn dawn il-postijiet ma jkun fl-Istat Membru fejn tkun se ssir l-eżekuzzjoni, il-kompetenza lokali tiġi ddeterminata skont il-post tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.

Deċiżjoni dwar id-dritt ta' kuntatt mat-tfal u deċiżjoni li tordna r-ritorn ta' tifel maħruġa abbażi tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 2201/2003 huma eżegwibbli, skont l-Artikolu 41 u 42 tar-Regolament Nru 2201/2003, fi Stat Membru differenti mingħajr il-bżonn għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u mingħajr il-possibbiltà ta' oġġezzjoni kontra r-rikonoxximent tad-deċiżjoni, jekk id-deċiżjoni tkun attestata fl-Istat Membru tal-oriġini bl-użu ta' formola standardizzata li tinsab f'anness mar-Regolament Nru 2201/2003.

Huwa neċessarju li mat-talba għar-rikonoxximent jew nonrikonoxximent ta' deċiżjoni u dikjarazzjoni ta' deċiżjoni bħala eżekutorja tinhemeż kopja tad-deċiżjoni li tikkonforma mal-kundizzjonijiet neċessarji għar-rikonoxximent tal-awtentiċità tagħha (eż. kopja dupplikata jew kopja attestata tad-deċiżjoni), u attestazzjoni skont l-Artikolu 39, maħruġa mill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru fejn tkun inħarġet id-deċiżjoni, fuq formola standardizzata li tinsab f'anness mar-Regolament Nru 2201/2003. F'każ ta' sentenza b'kontumaċja, huwa importanti li jintbagħtu wkoll l-oriġinal jew kopja attestata tad-dokument li jikkonferma li l-parti li ma tkun ġiet għall-proċedimenti, it-talba għall-ftuġ tal-proċedimenti jew dokument simili ieħor ġew innotifikati jew kwalunkwe dokument li jindika li l-konvenut aċċetta s-sentenza b'mod inekwivoku. Jekk l-attestazzjoni jew dokument meħtieġ fil-każ ta' sentenza ta' kontumaċja ma jiġux ippreżentati, il-proċedura adottata tkun skont l-Artikolu 38(1) tar-Regolament Nru 2201/2003.

Bil-konformità mal-kundizzjonijiet indikati fir-regolament imsemmi, il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri minn Stat Membru tal-UE differenti hija l-istess bħall-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet nazzjonali. Għal aktar informazzjoni, ara l-mistoqsija preċedenti.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Miżura rimedjali (appell) kontra deċiżjoni ta' qorti tiġi ppreżentata lill-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni. Qorti superjuri tiddeċiedi dwar il-miżura rimedjali.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Fi proċedimenti li jirrigwardaw kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, il-liġi applikabbli tkun iddeterminata skont il-Konvenzjoni tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri għall-Protezzjoni tat-Tfal. Kwalunkwe ftehim internazzjonali bilaterali li r-Repubblika Ċeka tkun marbuta bih fir-rigward ta' stati oħrajn jieħu preċedenza fuq il-Konvenzjoni tal-1996, sakemm ma tkunx saret dikjarazzjoni skont l-Artikolu 52(1) tal-Konvenzjoni tal-1996 (dikjarazzjoni ta' dan it-tip saret fir-rigward tal-ftehim bilaterali reċiproku bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja, li żgura l-preċedenza tal-Konvenzjoni tal-1996).

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 08/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Ġermanja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jirreferi għad-drittijiet u għall-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri (kustodja). Il-ġenituri għandhom id-dover u d-dritt li jieħdu ħsieb il-minuri tagħhom. Il-kura tal-ġenituri tinvolvi ġenitur li jieħu ħsieb il-minuri u l-proprjetà tiegħu, u li jirrappreżenta lill-minuri; id-dritt li jittieħdu deċiżjonijiet għall-minuri huwa għalhekk fil-prinċipju assoċjat mal-kura tal-ġenituri. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jipprovdu manteniment għall-minuri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Kif diġà ssemma fil-mistoqsija 1, it-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri.

Fil-prinċipju, il-kustodja konġunta tal-ġenituri hija possibbli jekk:

  1. il-minuri jitwieled lil ġenituri miżżewġin,
  2. il-ġenituri jiżżewġu wara t-twelid tal-minuri,
  3. il-ġenituri jiddikjaraw li jixtiequ jieħdu ħsieb lill-minuri b’mod konġunt (dikjarazzjonijiet tal-kustodja),
  4. jekk il-Qorti tal-Familja (Familiengericht) tagħtihom kustodja konġunta tal-minuri.

Id-dikjarazzjonijiet tal-kustodja jridu jiġu ċċertifikati fil-forma ġuridika dovuta. Dan jista’ jsir mill-Uffiċċju għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt), nutar jew, f’ċerti ċirkostanzi, minn missjonijiet diplomatiċi barra mill-pajjiż. Jekk il-ġenituri ma joħorġux dikjarazzjoni tal-kustodja u ma jkunux miżżewġin lil xulxin, l-omm ser ikollha l-kustodja waħedha tal-minuri. Madankollu, il-Qorti tal-Familja tista’, fuq talba ta’ wieħed mill-ġenituri, tagħti kustodja konġunta liż-żewġ ġenituri, sakemm dan ikun fl-aħjar interess tal-minuri. Huwa preżunt li l-kustodja konġunta hija fl-aħjar interess tal-minuri jekk il-ġenitur l-ieħor ma jipprovdi l-ebda raġuni għaliex ma jkunx ikkonċeda l-kustodja konġunta u ma jkun hemm l-ebda raġuni simili ovvja oħra.

Il-liġi Ġermaniża tassumi li ġeneralment ikun fl-aħjar interess tal-minuri li jkollu kuntatt maż-żewġ ġenituri u għalhekk tiggarantixxi d-dritt tal-minuri għal kuntatt mal-ġenituri tiegħu. Barra minn hekk, iż-żewġ ġenituri huma intitolati u obbligati li jżommu kuntatt mal-minuri tagħhom.

L-ewwel u qabel kollox, id-dritt għall-aċċess jagħti lill-ġenituri d-dritt li jaraw u jitkellmu mal-minuri tagħhom f’intervalli regolari. L-aċċess jinkludi kuntatt bil-posta jew bit-telefon, minbarra kuntatt wiċċ imb wiċċ.

Ġeneralment ikun id-dover taż-żewġ ġenituri li jiggarantixxu li jiġi provdut il-manteniment. Il-ġenituri jistgħu jagħżlu huma nfushom il-mod li bih jipprovdu manteniment għall-minuri tagħhom. Pereżempju, dawn jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu manteniment in natura, b’mod predominanti fid-dar tal-ġenituri (akkomodazzjoni, ikel, ħwejjeġ, eċċ.).

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja).

Jekk il-minuri ma jirċevix kura mill-ġenituri tiegħu minħabba, pereżempju, li l-ġenituri jkunu mejtin jew ma jkunux intitolati li jirrappreżentaw lill-minuri fi kwistjonijiet relatati mal-minuri jew il-proprjetà tiegħu, għaliex, pereżempju, tkun inċaħdet il-kustodja lill-ġenituri, il-minuri jiġi assenjat gwardjan legali mill-Qorti tal-Familja.

Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jipprovdu ċerti aspetti tal-kura tal-ġenituri, il-Qorti tal-Familja taħtar carer għal dawk l-aspetti (l-Artikolu 1909 tal-Kodiċi Ċivili (Bürgerliches Gesetzbuch - BGB)).

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja).

Jekk il-ġenituri jkollhom kustodja konġunta tal-ġenituri mbagħad jisseparaw, dawn ser ikomplu jkollhom kustodja konġunta tal-minuri, irrispettivament minn jekk ikunux miżżewġin jew le. Madankollu, il-Qorti tal-Familja tista’ tagħti kustodja lil ġenitur wieħed fuq talba ta’ wieħed mill-ġenituri. Tali talba ser tingħata jekk il-ġenitur l-ieħor jaqbel, sakemm il-minuri ma jkunx tal-inqas ta’ 14-il sena u joġġezzjona, jew jekk ir-revoka tal-kustodja konġunta u l-għoti tal-kustodja lil ġenitur wieħed jitqiesu li jkunu fl-aħjar interess tal-minuri. Anki f’każ li l-ġenituri jiddivorzjaw, deċiżjoni ta’ dan it-tip issir biss fuq talba ta’ wieħed mill-ġenituri, sakemm il-benesseri tal-minuri ma jkunx f’riskju.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja) u għall-aċċess.

Ġeneralment il-ġenituri jiddeċiedu kif jimmaniġġjaw il-kustodja konġunta tal-minuri tagħhom u m’hemm l-ebda rekwiżit legali dwar x’forma jrid ikollha. Madankollu, bidla legali vinkolanti fl-arranġamenti tal-kustodja mhijiex possibbli bi ftehim biss, iżda teħtieġ deċiżjoni mill-Qorti tal-Familja. Jekk il-ġenituri ma jgħixux flimkien, l-Uffiċċju għall-Benesseri taż-Żgħażagħ jista’ jgħinhom ifasslu pjan ta’ kura tal-ġenituri aċċettabbli b’mod reċiproku. Dan il-pjan jista’ jintuża bħala l-bażi għad-deċiżjonijiet tal-qorti dwar il-kustodja tal-ġenituri. Jekk il-ġenituri jaqblu li ġenitur wieħed għandu jingħata kustodja unika, dawn jistgħu jitolbu lill-Qorti tal-Familja biex titrasferixxi l-kustodja tal-ġenituri.

Il-ġenituri jistgħu wkoll jaqblu dwar kif jimmaniġġjaw id-drittijiet għal aċċess, peress li m’hemm l-ebda rekwiżit. Jekk l-arranġament jiġi rreġistrat f’soluzzjoni quddiem qorti u jiġi approvat mill-qorti, din is-soluzzjoni tkun ekwivalenti għal sentenza tal-qorti vinkolanti u, fejn meħtieġ, tista’ tkun eżegwibbli.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jsolvu l-kunflitti tagħhom waħidhom, dawn jistgħu jikkuntattjaw lill-Uffiċċju għall-Benesseri taż-Żgħażagħ jew organizzazzjoni volontarja ta’ servizz ta’ appoġġ għall-benesseri taż-żgħażagħ (Freie Jugendhilfe). Dawn jipprovdu pariri lill-ġenituri u jgħinuhom jegħlbu l-problemi tagħhom. Bażi tad-data b’dawn it-tip ta’ servizzi kollha ta’ appoġġ tinsab hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dajeb.de. Il-medjazzjoni tista’ wkoll tgħin lill-ġenituri jilħqu soluzzjoni amikevoli. Aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja tinsab hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bafm-mediation.de/.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef jista’, skont ir-rikjesta jew il-proposta, jiddeċiedi, bħala parti mill-proċedimenti, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kustodja tal-ġenituri (inkluż il-konsenja tal-minuri), mal-aċċess u mal-manteniment tal-minuri. L-imħallef għandu jimmira li jsolvi l-kunflitti b’mod li jkun aċċettabbli għaż-żewġ partijiet fl-istadji kollha tal-proċedimenti. Jekk il-ġenituri ma jaqblux fuq kwistjoni relatata mal-kustodja li tkun importanti għall-minuri, il-Qorti tista’ wkoll tagħti s-setgħa lil ġenitur wieħed li jieħu d-deċiżjonijiet waħdu f’dan ir-rigward (Alleinentscheidungsbefugnis).

Jekk il-benesseri tal-minuri jkun f’riskju, il-Qorti tista’ wkoll, fi kwalunkwe ħin u ex officio, tordna kwalunkwe miżura meħtieġa biex tevita kwalunkwe riskju simili.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja) u għall-aċċess.

Fir-rigward tal-kura tal-ġenituri, il-kwistjoni trid, b’mod ġenerali, titwieġeb fl-affermattiv. Il-ġenitur mingħajr kustodja m’għandu l-ebda dritt li jiġi involut fid-deċiżjonijiet. Madankollu, huwa, għandu drittijiet ta’ aċċess u jista’ jitlob informazzjoni dwar is-sitwazzjoni personali tal-minuri mill-ġenitur l-ieħor diment li t-talba tkun leġittima. Madankollu, filwaqt li l-minuri li jkun qed jgħix mal-ġenitur mingħajr kustodja, abbażi tal-kunsens ta’ ġenitur mingħajr kustodja jew inkella ta’ sentenza tal-qorti (pereż. fil-kuntest tal-eżerċitar tad-drittijiet ta’ aċċess), il-ġenitur mingħajr kustodja jista’ jieħu deċiżjonijiet minn rajh dwar kwistjonijiet relatati mal-kura tal-minuri (pereż. l-ikel).

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja).

Jekk il-ġenituri jkollhom kustodja konġunta tal-minuri tagħhom u jgħixu flimkien, dawn iridu jsibu soluzzjonijiet aċċettabbli b’mod reċiproku dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kura tal-ġenituri. Jekk, min-naħa l-oħra, il-ġenituri ma jgħixux flimkien, dawn għandhom jagħmlu dan biss fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ importanza konsiderevoli għall-minuri. Dwar kwistjonijiet ta’ kuljum, il-ġenitur li jgħix il-minuri miegħu għandu d-dritt li jieħu d-deċiżjonijiet waħdu.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja) u għall-aċċess.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-Qrati tal-Familja (diviżjonijiet tal-Qrati Lokali (Amtsgerichte)) għandhom il-ġurisdizzjoni għall-proċedimenti relatati mal-kustodja tal-ġenituri u l-aċċess. Jekk tkun meħtieġa talba għat-tnedija tal-proċedimenti, pereżempju fi proċedimenti għall-għoti tal-kustodja esklużiva meta l-ġenituri ma jkunux jgħixu flimkien, iridu jingħataw ġustifikazzjonijiet għal din it-talba. Il-fatti u l-evidenza tal-każ għandhom jiġu provduti kif ukoll jiġu annessi d-dokumenti msemmija. It-talba għandha tindika wkoll jekk il-partijiet diġà ppruvawx medjazzjoni jew proċedura oħra straġudizzjarja ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti. Ir-rappreżentanza legali hija neċessarja biss f’każijiet eċċezzjonali, pereż. għal talbiet li jsiru fil-kuntest ta’ proċedimenti tad-divorzju. Jekk ir-rappreżentanza legali ma tkunx obbligatorja, tista’ ssir talba direttament lill-qorti kompetenti. Jeżistu uffiċċji tal-qorti (Rechtsantragstellen) fil-Qrati Lokali għal dan l-iskop, fejn it-talbiet u dikjarazzjonijiet oħra jistgħu jiġu rreġistrati.

Jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġin lil xulxin meta jitwieled il-minuri, id-dikjarazzjoni tal-kustodja (fil-każ ta’ kustodja konġunta) tista’ tiġi ċċertifikata mill-uffiċjal responsabbli għad-dokumentazzjoni tal-Uffiċċju għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt), minn nutar jew, f’ċerti ċirkostanzi, missjonijiet diplomatiċi barra mill-pajjiż.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-prinċipju ta’ “investigazzjoni ex officio” (Amtsermittlungsgrundsatz) japplika fi proċeduri relatati mal-kustodja tal-ġenituri u mad-drittijiet ta’ aċċess. Skont dan il-prinċipju, il-qorti għandha tinvestiga ex officio l-fatti rilevanti kollha u mhijiex marbuta mill-argumenti tal-partijiet.

F’każijiet ta’ emerġenza, il-qorti tista’ toħroġ inibizzjoni temporanja, diment li din tiġi ġġustifikata u tkun meħtieġa b’mod urġenti. Jekk il-benesseri tal-minuri jkun f’riskju, il-qorti trid tivverifika jekk għandhiex tinħareġ inibizzjoni temporanja, anki mingħajr talba minn waħda mill-partijiet. Jekk ma jkunx possibbli li tinstab soluzzjoni aċċettata b’mod reċiproku fiż-żmien stabbilit fil-proċedimenti għall-aċċess, il-qorti trid tiddiskuti l-kwistjoni ta’ inibizzjoni temporanja mal-ġenituri u mal-Uffiċċju għall-Benesseri taż-Żgħażagħ.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iċ-ċittadini li, minħabba s-sitwazzjoni personali u finanzjarja tagħhom, ma jkunux jistgħu jkopru l-ispejjeż tal-proċedimenti, jistgħu jkopru biss porzjon tal-ispejjeż, jew jistgħu jħallsu biss bi ħlasijiet parzjali, jistgħu jiksbu għajnuna legali għall-proċedimenti, inkluż dawk li jinstemgħu mill-Qorti tal-Familja. Prerekwiżit għal din l-għajnuna legali huwa li l-azzjoni legali jew id-difiża maħsuba għandha jkollha biżżejjed prospetti ta’ suċċess u m’għandhiex tidher frivola. Dan jagħti wkoll lill-persuni b’inqas riżorsi finanzjarji aċċess għall-qrati. Fl-ambitu tal-proċess tal-għajnuna legali, skont l-introjtu disponibbli tal-persuna intitolata għall-għajnuna, l-Istat ikopri s-sehem tagħha tal-ispejjeż tal-qorti, u t-tariffi tal-avukat, kollha jew parzjalment, f’każ li jkun inħatrilha avukat.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja) u għall-aċċess.

Huwa possibbli li jsir appell minn deċiżjonijiet dwar il-kustodja tal-ġenituri/l-aċċess. Ma tagħmilx differenza jekk deċiżjoni ntlaħqitx bħala parti minn proċedura awtonoma jew jekk ittiħditx bħala parti minn proċedimenti anċillari għal divorzju. L-appelli huma ammissibbli fiż-żewġ każijiet.

L-appell irid jitressaq fi żmien xahar minn meta d-deċiżjoni tiġi ppubblikata bil-miktub. Jista’ jitressaq appell kontra inibizzjonijiet temporanji dwar il-kustodja tal-ġenituri biss jekk dawn ikunu nħarġu abbażi ta’ skambju orali. Appelli bħal dawn iridu jiġu ppreżentati fi żmien ġimagħtejn. L-inibizzjonijiet li jinħarġu mingħajr skambju orali huma finali. Irrispettivament mill-kwistjoni tal-iskambju orali, l-inibizzjonijiet temporanji dwar id-dritt għall-aċċess ukoll ma jistgħux jiġu appellati. Madankollu, f’dawn il-każijiet, huwa possibbli li jinbdew proċedimenti fuq il-merti. Ta’ min jinnota li l-inibizzjonijiet temporanji jsiru invalidi meta jidħlu fis-seħħ sentenzi oħrajn li jikkonċernaw l-istess kwistjoni.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja) u għall-aċċess.

Jekk tinkiser ordni ta’ eżekuzzjoni dwar il-konsenja ta’ persuni u r-regolament ta’ aċċess, il-qorti tista’ tagħti multa lill-parti obbligata u, jekk din ma tistax tiġi rkuprata, tista’ tordna priġunerija. F’ċerti kundizzjonijiet, tista’ tiġi ordnata l-priġunerija direttament. Id-deċiżjoni li tordna l-konsenja ta' persuna jew ir-regolament ta’ aċċess ser tenfasizza l-konsegwenzi tal-ksur tal-ordni ta’ eżekuzzjoni. Il-multa massima għal persuna waħda hija ta’ EUR 25 000 u t-terminu massimu ta’ priġunerija huwa ta’ sitt xhur. Mezz potenzjali ieħor ta’ eżekuzzjoni huwa li tintuża miżura koersiva immedjata kontra l-parti obbligata. Mhuwiex permissibbli li tintuża forza fuq minuri jekk ikun jeħtieġ li jiġi ċedut biex ikun jista’ jiġi eżerċitat id-dritt għall-aċċess. L-użu ta’ forza fuq minuri huwa permess biss jekk dan ikun fl-aħjar interess tal-minuri u ma jkunx possibbli li l-obbligu jiġi infurzat b’mezzi inqas severi.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja) u għall-aċċess.

Id-deċiżjonijiet dwar il-kustodja tal-ġenituri u l-aċċess maħruġa fi Stati Membri oħra tal-UE (ħlief id-Danimarka) huma rikonoxxuti fil-Ġermanja abbażi tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (ir-Regolament Brussell IIa) u għalhekk mhi meħtieġa l-ebda proċedura speċjali għal dan l-iskop. Madankollu, fil-Ġermanja huwa wkoll possibbli li wieħed japplika għal rikonoxximent ta’ tali deċiżjonijiet fil-Qorti tal-Familja kompetenti. Dan ir-rikonoxximent japplika fir-rigward tal-partijiet kollha.

Qabel ma tkun tista’ tiġi eżegwita deċiżjoni dwar il-kustodja tal-ġenituri minn Stat Membru ieħor fil-Ġermanja, trid issir talba għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità, kif stabbilit fir-Regolament Brussell IIa, jiġifieri d-deċiżjoni trid tiġi approvata għall-eżekuzzjoni fil-Ġermanja. It-talba trid issir lill-Qorti tal-Familja lokali fejn għandha s-sede tagħha l-Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht). It-talba għall-eżekuzzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn kopja tad-deċiżjoni u ċertifikat mill-qorti fl-Istat Membru oriġinali billi tintuża l-formola standard provduta fl-Anness II tar-Regolament. L-applikanti m’hemmx għalfejn jiġu rrappreżentati minn avukat. Madankollu, applikanti li jgħixu fi Stat Membru ieħor iridu jaħtru rappreżentant awtorizzat biex jaċċetta n-notifika fil-Ġermanja. Il-Qorti tal-Familja tasal għal deċiżjoni mingħajr seduta orali minn qabel. Ir-Reġistratur tal-qorti ser toħroġ l-ordni ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ din id-deċiżjoni. Appelli kontra d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Familja jistgħu jitressqu mal-Qorti Reġjonali Superjuri. Appelli kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Reġjonali Superjuri jistgħu jitressqu mal-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof) jekk il-Qorti Reġjonali Superjuri tippermetti dan. Fil-Ġermanja, 22 biss minn aktar minn 650 Qorti tal-Familja huma responsabbli għal talbiet għal dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent u eżegwibilità. L-indirizzi tagħhom jinsabu hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bundesjustizamt.de/sorgerecht - “Zuständige Gerichte (bil-Ġermaniż) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bundesjustizamt.de/custody-conflicts - “Competent German courts” (bl-Ingliż).

Għandu jiġi nnutat li ċerti deċiżjonijiet ta’ Stati Membri dwar drittijiet ta’ aċċess u r-ritorn tal-ulied li tneħħew jew li nżammu illegalment jistgħu jiġu rikonoxxuti u eżegwiti fil-Ġermanja mingħajr il-bżonn ta’ dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità u mingħajr l-għażla li dan ir-rikonoxximent jiġi kkontestat. Madankollu, f’każijiet bħal dawn, id-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri huma wkoll liberi li jitolbu formalment id-dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità għal tali deċiżjonijiet mill-qrati Ġermaniżi.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja) u għall-aċċess.

It-22 qorti msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija 15 għandhom ukoll kompetenza speċjali f’dan il-każ. It-talbiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar il-kustodja tal-ġenituri jridu jsiru lill-Qorti tal-Familja fis-sede tal-Qorti Reġjonali Superjuri li fil-ġurisdizzjoni tagħha jgħix abitwalment ir-rispondent jew il-minuri affettwat mid-deċiżjoni. Fin-nuqqas ta’ dan, tkun kompetenti l-Qorti tal-Familja li fil-ġurisdizzjoni tagħha jeżisti l-interess fin-nuqqas ta’ rikonoxximent jew il-ħtieġa għal kura; inkella tkun il-Qorti tal-Familja Pankow/Weißensee. Il-bidu ta’ din il-proċedura ġeneralment iwassal għall-kompetenza għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-minuri inkwistjoni kkonċentrati f’post wieħed, jiġifieri, qorti waħda tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-minuri. Madankollu, id-deċiżjonijiet (dwar ir-rikonoxximent jew in-nuqqas ta’ rikonoxximent) japplikaw biss fl-Istat Membru fejn ikunu nħarġu. Madankollu, xorta tista’ ssir proċedura fil-Ġermanja biex jiġi stabbilit in-nuqqas ta’ rikonoxximent, anki bħala miżura ta’ prekawzjoni.

Fir-rigward ta’ din il-proċedura, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni tal-eżekuzzjoni għandhom japplikaw kif xieraq fl-ewwel istanza u f’kull proċediment tal-appell.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri d-drittijiet u l-obbligi kollha li għandhom il-ġenituri fir-rigward ta’ minuri. Parti importanti tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija l-kura tal-ġenituri; ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi wkoll kuntatt mal-minuri u d-dover li jiġi provdut manteniment lill-minuri (ara l-kummenti fil-mistoqsija 1). Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kura tal-ġenituri (kustodja) u għall-aċċess.

Trid issir distinzjoni bejn kwistjonijiet tad-dritt applikabbli u kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni. L-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi tar-residenza abitwali tal-minuri, normalment ikollhom ġurisdizzjoni f’materji ta’ kustodja tal-ġenituri u ta’ aċċess (l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 u l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Protezzjoni tat-Tfal). Madankollu, in-nazzjonalità hija irrilevanti. Id-dritt applikabbli huwa wkoll ibbażat fuq il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Protezzjoni tat-Tfal. F’konformità wkoll ma’ din il-Konvenzjoni, bil-liġi, fil-prinċipju, huma l-liġijiet tal-Istat li fih jgħix abitwalment il-minuri li japplikaw għall-assenjament, it-tneħħija u l-eżerċitar tal-kustodja tal-ġenituri u tad-dritt ta’ aċċess. Fil-prinċipju, il-kustodja tal-ġenituri li tirriżulta mil-liġijiet tal-Istat tar-residenza abitwali tal-minuri tkompli anki jekk jinbidel il-post ta’ residenza tal-minuri. Jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi Ġermaniżi li jkollhom ġurisdizzjoni b’virtù tal-post tar-residenza tal-minuri joħorġu dispożizzjonijiet dwar il-kustodja tal-ġenituri u l-aċċess, dawn ikunu rregolati mid-dritt Ġermaniż.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 15/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Estonja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tfisser il-kustodja ta’ wild minorenni, li tinvolvi l-obbligu tal-ġenitur u d-dritt li jieħu ħsieb il-wild. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi d-dritt li ġenitur jieħu ħsieb il-persuna tal-wild (kustodja tal-persuna), id-dritt li jamministra l-proprjetà tal-wild (kustodja tal-proprjetà) u d-dritt li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet relatati mal-wild. Il-kustodja tal-proprjetà tinkludi d-dritt u l-obbligu li jiġġestixxi l-proprjetà tal-wild, kif ukoll li jirrappreżenta lill-wild. Dan ma jipprekludix id-dritt tal-wild li jimmaniġġja l-proprjetà tiegħu b’mod indipendenti fil-każijiet previsti mil-liġi.

Il-ġenitur għandu setgħa li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tal-wild minuri tiegħu, li jikkonsisti fid-dritt li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet ta’ kuljum (ġeneralment relatati mal-kura) li jikkonċernaw lill-wild. Bħala regola, id-deċiżjoni dwar kwistjonijiet ta’ kuljum tfisser li jittieħdu deċiżjonijiet ordinarji li jseħħu spiss u li ma jkollhomx effett permanenti fuq l-iżvilupp tal-wild. Minbarra s-setgħa ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, ġenitur bid-dritt ta’ kustodja għandu wkoll dritt ta’ rappreżentanza fir-rigward tal-wild minuri tiegħu jew tagħha. Il-ġenituri li għandhom kustodja konġunta għandhom dritt konġunt ta’ rappreżentanza.

Iż-żewġ ġenituri għandhom id-dritt ta’ kuntatt tal-ġenituri mat-tfal tagħhom, li jfisser l-obbligu u d-dritt taż-żewġ ġenituri li jżommu kuntatt dirett mat-tfal tagħhom. Id-dritt tal-kuntatt tal-ġenituri mat-tfal tagħhom ma jiddependix mill-eżistenza ta’ kustodja. Il-ġenituri għandhom ukoll obbligu ta’ manteniment fir-rigward tat-tfal minorenni tagħhom.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Id-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-ġenituri u t-tfal jirriżultaw mill-filjazzjoni, li hija aċċertata skont il-proċedura pprovduta mil-liġi. Il-mara li twelled it-tarbija hija l-omm ta’ dak il-wild. Ir-raġel li minnu jiġi kkonċepit il-wild huwa missier dak il-wild. Il-wild jitqies li ġie kkonċepit mir-raġel miżżewweġ mal-omm tal-wild fil-ħin tat-twelid tat-tarbija, li rrikonoxxa l-paternità tiegħu, jew li l-paternità tiegħu ġiet stabbilità minn qorti.

Ġenituri li huma miżżewġin ma’ xulxin għandhom responsabbiltà tal-ġenituri konġunta, jiġifieri l-kustodja tat-tfal tagħhom. Jekk il-ġenituri ta’ minuri ma jkunux miżżewġin ma’ xulxin fil-ħin tat-twelid tat-tarbija, għandhom responsabbiltà konġunta tal-ġenituri sakemm ma jkunux esprimew ix-xewqa tagħhom li jħallu r-responsabbiltà tal-ġenituri lil wieħed mill-ġenituri meta jissottomettu d-dikjarazzjonijiet ta’ intenzjoni li jikkonċernaw ir-rikonoxximent tal-paternità jew tal-maternità.

Jekk l-ebda wieħed mill-ġenituri ta’ minuri ma jkollu d-dritt ta’ rappreżentanza jew jekk ma jkunx possibbli li jiġi aċċertat min hu l-ġenitur tal-wild, jinħatar tutur legali għal-wild. F’dan il-każ, it-tutur legali jkollu l-kustodja. Id-dmir tat-tutur legali huwa li jiżgura t-trobbija u l-iżvilupp tal-wild u l-protezzjoni tal-interessi personali u proprjetarji tal-wild.

Persuna fiżika adulta b’kapaċità legali attiva sħiħa (pereżempju, qarib tal-wild jew parti terza) jew persuna ġuridika (kumpanija jew gvern lokali) tista’ tkun it-tutur legali. Persuna ġuridika hija maħtura bħala t-tutur legali, jekk persuna fiżika xierqa ma tinstabx jew jekk ġenitur ikun speċifika fit-testment tiegħu jew f’kuntratt ta’ suċċessjoni li għandha tinħatar persuna ġuridika bħala t-tutur legali. Il-persuna ġuridika hija meħtieġa tfittex tuturi b’mod sistematiku li huma persuni fiżiċi għall-persuni taħt il-kustodja tal-persuna ġuridika, u li tipprovdi pariri u taħriġ lil dawn it-tuturi.

Sal-ħatra ta’ tutur legali, id-dmirijiet tat-tutur jitwettqu temporanjament mill-muniċipalità rurali jew mill-gvern tal-belt tal-post ta’ residenza tal-wild imdaħħal fir-reġistru tal-popolazzjoni, sakemm jiġu sodisfatti l-prerekwiżiti għall-istabbiliment ta’ tutela. Fil-qadi tad-dmirijiet tat-tutur, muniċipalità rurali jew gvern tal-belt għandu d-drittijiet u l-obbligi ta’ tutur legali.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk il-ġenituri ma jistgħux jew ma jixtiqux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq minuri, jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom biex jagħtu lill-wild għall-adozzjoni. Il-kunsens ta’ ġenitur għall-adozzjoni ma jidħolx fis-seħħ qabel ma jgħaddu tmien ġimgħat mit-twelid tat-tarbija, u talba għall-adozzjoni ma tistax tiġi ppreżentata quddiem qorti qabel id-dħul fis-seħħ tal-kunsens ta’ ġenitur. Bil-kunsens ta’ ġenitur, minuri jista’ jingħata lill-persuna li tixtieq tadotta lil-wild sabiex jingħata kura qabel id-dħul fis-seħħ tal-kunsens mogħti għall-adozzjoni.

Jekk l-ebda wieħed mill-ġenituri ta’ minuri ma jkollu d-dritt ta’ rappreżentanza jew jekk ma jkunx possibbli li jiġi aċċertat in-nisel ta’ minuri, qorti tiddeċiedi dwar il-ħatra ta’ tutur legali fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ rikors ta’ muniċipalità rurali jew gvern tal-belt jew persuna interessata.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Jekk il-ġenituri huma ddivorzjati jew separati, huma għandhom jiddeċiedu kif isolvu kwistjonijiet ta’ kustodja ulterjuri. Il-ġenituri li għandhom kustodja jistgħu jaqblu dwar l-arranġamenti għall-eżerċizzju tad-dritt konġunt ta’ rappreżentanza tagħhom. Madankollu, tibdil fl-arranġamenti tal-kustodja, inkluż it-terminazzjoni tal-kustodja konġunta, jista’ jsir biss permezz ta’ qorti.

Kull ġenitur għandu d-dritt li jitlob minn qorti fi proċedimenti mibdija b’rikors li l-kustodja tal-wild tiġi ttrasferita lilu/lilha parzjalment jew kompletament. Qorti tista’ tiddeċiedi tilwima ta’ kustodja f’kawża, jekk din tintalab flimkien mad-divorzju jew il-ħlas ta’ allowance ta’ manteniment.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ġenituri li għandhom il-kustodja jistgħu jirranġaw liberament l-eżerċizzju tal-kustodja konġunta. Madankollu, tibdil fl-arranġamenti tal-kustodja, inkluż it-terminazzjoni tal-kustodja konġunta, huwa possibbli biss permezz ta’ qorti. Kwistjonijiet relatati mal-kustodja huma deċiżi u ddeterminati b’mod legalment vinkolanti minn qorti. Meta jisimgħu kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna minuri, il-qrati huma fuq kollox iggwidati mill-aħjar interessi tal-wild, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha u l-interess leġittimu tal-persuni rilevanti. It-tilwim dwar il-kustodja jikkostitwixxi kwistjonijiet tal-liġi tal-familja, li jinstemgħu mill-qrati fuq rikors u jiġu aġġudikati b’inġunzjoni. Sabiex jiġu stabbiliti d-drittijiet tiegħu fir-rigward ta’ minuri, ġenitur għandu jippreżenta rikors quddiem qorti.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Il-ġenituri li għandhom il-kustodja jistgħu jirranġaw liberament l-eżerċizzju tal-kustodja konġunta. Madankollu, tibdil fl-arranġamenti tal-kustodja, inkluż it-terminazzjoni tal-kustodja konġunta, huwa possibbli biss permezz ta’ qorti. Biex jilħqu ftehim, il-ġenituri jistgħu jużaw is-servizz ta’ medjazzjoni tal-familja. Il-gvern lokali jista’ jirreferihom lill-fornitur tas-servizz rilevanti. Pereżempju, il-ġenituri jistgħu jaqblu dwar il-proċedura għall-aċċess għall-wild waħedhom jew bl-għajnuna ta’ medjatur tal-familja, iżda jekk il-ftehim jinkiser, għandhom imorru quddiem qorti biex jiksbu ordni ta’ eżegwibilità (jiġifieri inġunzjoni).

Fid-determinazzjoni tal-proċedura għall-aċċess għal wild, il-qrati jaġixxu wkoll bħala korpi ta’ konċiljazzjoni fi proċedimenti ġudizzjarji, li jfittxu li jintlaħaq ftehim bejn il-ġenituri dwar l-aċċess għall-wild. Il-qrati jisimgħu lill-partijiet kemm jista’ jkun malajr u jiġbdu l-attenzjoni tagħhom għall-possibbiltà li jużaw l-assistenza ta’ konsulent tal-familja, b’mod partikolari biex jilħqu pożizzjoni komuni dwar il-kura u r-responsabbiltà tal-wild. Il-qorti tista’ tissospendi proċedimenti rigward minuri, sakemm is-sospensjoni ma twassalx għal dewmien li jagħmel ħsara lill-aħjar interessi tal-wild u jekk il-partijiet ikkonċernati jkunu ppreparati li jingħataw konsulenza barra mill-qorti jew jekk, fl-opinjoni tal-qorti, it-tilwima tista’, għal raġunijiet oħra, tiġi solvuta permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Il-ġurisdizzjoni tal-qrati tinkludi kwistjonijiet relatati mad-dritt ta’ kuntatt tal-ġenituri mat-tfal, bidliet fil-kustodja, restituzzjoni ta’ kustodja, l-obbligu li titħallas allowance ta’ manteniment u bidliet fl-ammont tal-allowance tal-manteniment fuq talba ta’ ġenitur.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Id-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-ġenituri u t-tfal joħorġu min-nisel tat-tfal, u dan ifisser li l-ġenitur li minuri jiġi mnissel minnu għandu dmir li jieħu ħsieb il-wild. Id-drittijiet u l-obbligi reċiproċi ta’ ġenitur u minuri jiddependu fuq min għandu kustodja tal-wild, jiġifieri jekk wieħed mill-ġenituri biss ikollu l-kustodja tal-wild, dak il-ġenitur jista’ jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-wild mingħajr ma jikkonsulta l-ġenitur l-ieħor.

Ġenitur jista’ jkollu kustodja unika ta’ minuri mit-twelid tal-wild, pereżempju, f’każijiet fejn il-ġenituri esprimew ix-xewqa tagħhom li jħallu r-responsabbiltà tal-ġenituri lil wieħed mill-ġenituri meta jissottomettu d-dikjarazzjonijiet ta’ intenzjoni li jikkonċernaw ir-rikonoxximent tal-paternità. Ġenitur wieħed jista’ wkoll jikseb kustodja unika, pereżempju, fit-tliet każijiet li ġejjin.

Ġenitur jikseb kustodja unika jekk il-ġenitur ikun talab minn qorti, fi proċedimenti li jinbdew b’rikors, li l-kustodja tal-wild tiġi ttrasferita lilu parzjalment jew kompletament. Ġenitur normalment jitlob kustodja unika jekk il-ġenituri li għandhom kustodja konġunta jgħixu b’mod permanenti separati jew għal xi raġuni oħra ma għadux jixtieq jeżerċita kustodja konġunta.

Ġenitur jista’ wkoll jeżerċita l-kustodja waħdu f’każijiet fejn il-ġenituri għandhom kustodja konġunta, iżda l-kustodja ta’ ġenitur wieħed ġiet sospiża. Jekk il-kustodja unika ta’ minuri mogħtija lil ġenitur fuq il-bażi tal-liġi jew deċiżjoni tal-qorti tkun sospiża u ma jkun hemm l-ebda raġuni sabiex wieħed jistenna li l-bażi għas-sospensjoni ma tibqax teżisti, qorti tagħti l-kustodja lill-ġenitur l-ieħor jekk dan ikun konsistenti mal-aħjar interessi tal-wild.

Qorti tagħti wkoll kustodja lill-ġenitur l-ieħor jekk il-ġenitur b’kustodja unika jkun miet jew ġie mċaħħad mill-kustodja, sakemm dan ma jmurx kontra l-aħjar interessi tal-wild.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Jekk il-ġenituri jkollhom kustodja konġunta, huma jeżerċitaw il-kustodja konġunta fir-rigward tal-wild tagħhom u jwettqu l-obbligu ta’ kustodja b’responsabbiltà tagħhom u unanimament, b’kunsiderazzjoni għall-benessri ġenerali tal-wild. Il-ġenituri li għandhom kustodja konġunta għandhom ukoll dritt konġunt ta’ rappreżentanza.

Jekk il-ġenituri li jeżerċitaw kustodja konġunta ma jilħqux ftehim rigward kwistjoni sinifikanti għall-wild, qorti tista’, fuq talba ta’ ġenitur, tagħti setgħat ta’ teħid tad-deċiżjoni dwar din il-kwistjoni lil ġenitur wieħed. Fil-każ ta’ trasferiment tas-setgħat ta’ teħid tad-deċiżjoni, qorti tista’ tirrestrinġi l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ teħid tad-deċiżjoni jew timponi obbligi supplimentari fuq il-ġenitur li jeżerċita d-dritt.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

It-tilwim relatat mal-kustodja jiġi aġġudikat mill-qrati tal-kontea. Fil-każ ta’ tilwima relatata mal-kustodja, ir-rikorrent għandu jippreżenta rikors f’qorti tal-kontea għal aġġudikazzjoni tal-kwistjoni fi proċedimenti li jinbdew b’rikors. Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat fil-qorti tal-kontea tal-post tar-residenza tal-wild.

Ir-rikors għandu jiddikjara l-isem tal-qorti, id-data personali tar-rikorrent, il-persuna kkonċernata u uliedhom, kif ukoll it-talba espliċita tar-rikorrent. Barra minn hekk, ir-rikors għandu jindika l-fatti, u r-rikorrent għandu jelenka u jippreżenta l-evidenza għad-dispożizzjoni tiegħu. Ir-rikors għandu jkun iffirmat mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tar-rikorrent. Fil-każ ta’ rappreżentant, prokura jew dokument ieħor li jiċċertifika s-setgħa ta’ rappreżentanza għandhom jiġu mehmuża mar-rikors.

Ir-rikors u l-evidenza dokumentarja għandhom jiġu sottomessi lill-qorti bil-miktub bl-Estonjan. Jekk rikors, talba, ilment jew dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni ppreżentata lill-qorti minn parteċipant fil-proċedimenti ma tkunx bl-Estonjan, il-qorti teħtieġ li l-persuna li tissottometti dawn id-dokumenti tipprovdi traduzzjoni sad-data stabbilità mill-qorti.

Kwistjonijiet li jinvolvu d-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ ġenitur fir-rigward ta’ minuri u l-arranġament ta’ aċċess għall-wild, jiġifieri kwistjonijiet relatati mal-kustodja, jistgħu wkoll jiġu aġġudikati f’kawża, jekk dan jintalab f’kawża flimkien mad-divorzju jew il-ħlas ta’ allowance ta’ manteniment.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-qrati jisimgħu kwistjonijiet relatati mal-kustodja permezz ta’ rikors skont id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw kawżi, b’kunsiderazzjoni tad-differenzi stabbiliti fir-rigward ta’ proċedimenti li jinbdew b’rikors (ara l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili [1]).

Fi proċedura ta’ urġenza, qorti tista’ tiddeċiedi biss it-talba għall-pensjoni tal-manteniment minn ġenitur li jgħix separatament minn minuri. Kwistjonijiet relatati mal-kustodja ma jistgħux jinstemgħu fi proċedura simplifikata. Madankollu, kwistjonijiet relatati mal-kustodja huma kwistjonijiet mismugħa permezz ta’ rikors u għalhekk ivarjaw minn kawża ordinarja. Fi kawża mibdija permezz ta’ rikors, il-qorti tivverifika l-fatti u tiġbor l-evidenza meħtieġa nnifisha, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor bil-liġi. Il-qorti mhix marbuta mit-talbiet jew il-fatti ppreżentati mill-partijiet fil-proċedimenti jew mill-valutazzjoni tagħhom tal-fatti, sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mil-liġi. Ir-rekwiżiti għat-teħid tal-minuti tas-seduti u għan-notifika tad-dokumenti huma wkoll inqas stretti. Fi kwistjonijiet relatati ma’ kustodja, il-qrati jistgħu japplikaw ukoll miżuri biex jirregolaw l-eżerċizzju tal-kustodja jew l-aċċess għall-wild matul il-proċedimenti jew sabiex jiżguraw konformità fil-futur mal-ftehimiet.

Il-qorti tista’ tapplika miżuri kawtelatorji jew provviżorji jekk ikun hemm raġuni biex temmen li n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-miżuri jista’ jagħmel l-eżegwibilità ta’ sentenza diffiċli jew impossibbli. Fi kwistjoni tal-liġi tal-familja ġudikata permezz ta’ rikors, jistgħu jiġu applikati miżuri provviżorji minn kull qorti li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha għandhom jittieħdu l-miżuri . Dawn il-miżuri jinkludu, pereżempju, ir-ritorn tal-wild lill-ġenitur l-ieħor jew il-konformità mal-obbligu ta’ manteniment legali; fost affarijiet oħra, il-qrati jistgħu jordnaw lill-konvenut iħallas l-allowance tal-manteniment matul il-perjodu tal-proċedimenti jew jipprovdi garanzija għall-konformità mal-obbligu tal-ħlas.

[1] Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (RT I 2005, 26, 197; RT I, 21.06.2014, 58). Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.riigiteataja.ee/en/eli/513122013001/consolide.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Jekk il-qorti tikkonkludi li persuna fiżika ma tistax tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti minħabba l-pożizzjoni finanzjarja tagħha, il-qorti tista’ teħles lill-persuna kompletament jew parzjalment mill-ispejjeż ta’ assistenza legali u l-ħlas tat-tariffa statali.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Deċiżjoni meħuda fi proċedimenti mibdija permezz ta’ rikors hija inġunzjoni li għaliha japplikaw id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw inġunzjonijiet magħmulin f’kawżi, sakemm ma jiġix preskritt mod ieħor bil-liġi. Appell jista’ jiġi ppreżentat kontra inġunzjoni fuq il-kustodja skont id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-proċeduri tal-appell, jekk l-appellant isib li d-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza hija bbażata fuq ksur ta’ dispożizzjoni legali (pereżempju, jekk il-qorti tal-ewwel istanza applikat dispożizzjoni legali ta’ liġi sostantiva jew liġi proċedurali b’mod żbaljat). Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, appell fil-kassazzjoni jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-Qorti Suprema.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Kwistjonijiet relatati mal-kustodja jinstemgħu fi proċedimenti mibdija permezz ta’ rikors. Fi kwistjoni tal-liġi tal-familja ġudikata permezz ta’ rikors, il-qorti toħroġ mandat li jista’ jiġi infurzat mill-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu, sakemm ma jiġix preskritt mod ieħor mil-liġi. Mandat maħruġ fi kwistjoni abbażi ta’ rikors huwa l-ordni ta’ eżegwibilità. F’każ li d-debitur ma jikkonformax volontarjament mal-mandat fuq kustodja, il-mandat se jiġi infurzat fi proċedimenti ta’ infurzar fuq il-bażi tar-rikors mressaq mir-rikorrent. Għal dan il-għan, ir-rikorrent għandu jissottometti rikors lil marixxal li fil-ġurisdizzjoni territorjali tiegħu d-debitur għandu r-residenza jew is-sede tiegħu jew tagħha jew fejn jinsabu l-assi tad-debitur. Fi kwistjoni li tikkonċerna aċċess għal wild, il-marixxall, fi proċedimenti ta’ infurzar, jaħdem flimkien ma’ rappreżentant tal-gvern lokali tal-post tar-residenza tal-wild jew, eċċezzjonalment, tal-post tar-residenza tal-persuna obbligata, li għandha kompetenza fl-interazzjoni mat-tfal. Jekk meħtieġ, il-marixxall jista’ jissuġġerixxi lill-gvern lokali li l-wild jiġi temporanjament imqiegħed f’faċilità tas-sigurtà soċjali. Jekk il-persuna obbligata tfixkel l-eżegwibilità obbligatorja, hija tista’ tkun suġġetta għal pagament ta’ penali.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżegwibilità ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, sentenza mogħtija fi Stat Membru hija rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħrajn mingħajr ma tkun meħtieġa proċedura speċjali. Ir-Regolament japplika fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, minbarra d-Danimarka.

Sentenza dwar l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri dwar wild mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli f’dak l-Istat Membru u li ġiet notifikata għandha tigi eżegwita fi Stat Membru ieħor meta, wara rikors ta’ kwalunkwe parti interessata, tkun ġiet iddikjarata eżegwibbli hemmhekk. Għal dan il-għan, rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità għandu jiġi sottomess lil qorti.

Il-qorti fejn għandu jiġi ppreżentat ir-rikors tista’ tinstab hawnhekk.

Il-parti li titlob jew tikkontesta r-rikonoxximent jew titlob għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità għandha tissottometti:

(a) kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilità l-awtentiċità tagħha; u

(b) iċ-ċertifikat dwar sentenzi fuq ir-responsabbiltà tal-ġenituri.

Il-formola hija disponibbli hawnhekk.

Sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri mhix rikonoxxuta:

(a) jekk dan ir-rikonoxximent jidher ċar li jmur kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent wara li jitqiesu l-aħjar interessi tal-wild;

(b) jekk ingħata, ħlief f’każ ta’ emerġenza, mingħajr ma l-minuri ingħata l-opportunità biex jinstema’, bi ksur tal-prinċipji fundamentali tal-proċedura tal-Istat Membru fejn huwa mitlub ir-rikonoxximent;

(c) meta jkun ingħata fin-nuqqas ta’ dehra jekk il-persuna kontumaċi ma tkunx ġiet notifikata bid-dokument li fetaħ il-proċedimenti jew b’dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b’tali mod li jiffaċilita lil dik il-persuna li tirranġa għad-difiża tagħha sakemm ma jkunx iddeterminat li dik il-persuna tkun aċċettat is-sentenza mingħajr ekwivoku;

(d) fuq talba ta’ kwalunkwe persuna li tallega li s-sentenza tikser ir-responsabbiltà tal-ġenituri tagħha, jekk tkun ingħatat mingħajr ma dik il-persuna tkun ingħatat l-opportunità li tinstema’;

(e) jekk tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza mogħtija iktar tard li għandha x’taqsam ma’ responsabbiltà tal-ġenituri mogħtija fi Stat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent;

(f) jekk tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza mogħtija iktar tard li għandha x’taqsam ma’ responsabbiltà tal-ġenituri mogħtija fi Stat Membru ieħor jew fi Stat li mhux Membru tar-residenza abitwali tal-wild sakemm dik is-sentenza mogħtija iktar tard tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent;

jew

(g) jekk il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 ma ġietx imħarsa.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Il-qorti fejn għandu jiġi ppreżentat ir-rikors tista’ tinstab hawnhekk.

Il-parti li titlob jew tikkontesta r-rikonoxximent jew tapplika għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità għandha tissottometti:

(a) kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilità l-awtentiċità tagħha; u

(b) iċ-ċertifikat dwar sentenzi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003.

Il-formola hija disponibbli hawnhekk.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Skont l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat tal-Estonja [1], ir-relazzjonijiet bejn wild u l-ġenituri tiegħu huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż tar-residenza tal-wild.

Barra minn hekk, il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-eżegwibilità u l-Koperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tal-Minuri tapplika bejn l-Istati firmatarji tal-Konvenzjoni.

Id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli tista’ tkun suġġetta wkoll għal ftehimiet dwar l-assistenza legali. Ir-Repubblika tal-Estonja għamlet ftehimiet dwar l-assistenza legali mal-pajjiżi li ġejjin:

  • Ftehim dwar l-assistenza legali u relazzjonijiet legali bejn ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tal-Latvja (1993);
  • Ftehim dwar l-assistenza legali u relazzjonijiet legali fi kwistjonijiet ċivili, tal-familja u kriminali bejn ir-Repubblika tal-Estonja u l-Federazzjoni Russa (1993);
  • Ftehim dwar l-assistenza legali u relazzjonijiet legali fi kwistjonijiet ċivili u kriminali bejn ir-Repubblika tal-Estonja u l-Ukraina (1995);
  • Ftehim dwar l-assistenza legali u relazzjonijiet legali fi kwistjonijiet ċivili, tal-liġi tax-xogħol u kriminali bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Polonja (1999).

Peress li l-partijiet kollha fil-ftehimiet dwar assistenza legali konklużi mal-Litwanja, il-Latvja u l-Polonja huma wkoll partijiet għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996, il-partijiet iddeċidew li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni sabiex jiddeterminaw il-liġi applikabbli.

[1] Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (RT I 2002, 35, 217). Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.riigiteataja.ee/en/eli/513112013009/consolide.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 04/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Irlanda

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

It-terminu legali “responsabbiltà tal-ġenituri” – magħruf fl-Irlanda bħala “tutela” – jirreferi għall-pussess tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet kollha relatati mat-tfal li jkunu ngħataw bil-liġi jew bil-qorti, jew bis-saħħa ta’ ftehim legali. Id-detentur ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jippossjedi fost oħrajn id-drittijiet ta’ kustodja u ta’ aċċess relatati mal-benesseri tat-tfal.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Ġeneralment, il-ġenituri miżżewġin tat-tfal għandhom responsabbiltà tal-ġenituri konġunta fuq uliedhom. Fejn il-ġenituri ma jkunux miżżewġin, ġeneralment l-omm tkun id-detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri iżda l-missier naturali jista’ jinħatar bħala tutur bi qbil bejn il-ġenituri jew bil-qorti.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Iva. Il-Health Service Executive, permezz tad-diviżjoni tagħha TUSLA taċ-Child and Family Service, tista’ tagħmel rikors quddiem il-Qorti Distrettwali għal tali ordnijiet għall-ħarsien meħtieġa għal tfal taħt it-tmintax-il sena. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-qorti tista’ taħtar tutur biex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fejn ġenitur ma jkunx jixtieq jew ma jkunx jista’ jagħmel dan. F’każ ta’ mewt ta’ ġenitur jista’ jinħatar Tutur b’Testment fejn dan ikun inħatar permezz ta’ testment jew kodiċill jew jista’ jinħatar mill-qorti. Fin-nuqqas ta’ tali ħatra, il-Health Service Executive, permezz tad-diviżjoni tagħha TUSLA taċ-Child and Family Service, tista’ tagħmel rikors quddiem il-Qorti Distrettwali għal tali ordnijiet għall-ħarsien għal tfal taħt it-tmintax-il sena f’każ li l-ġenituri tat-tfal ikunu mejtin jew jekk ma jkunux kapaċi jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Fil-każ ta’ tfal li l-ġenituri tagħhom jiddivorzjaw jew “jinfirdu”, il-kustodja u l-arranġamenti ta’ aċċess jistgħu jiġu deċiżi bi qbil bejn il-ġenituri. Fejn ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim, il-ġenituri jistgħu jippreżentaw rikors quddiem il-qorti fejn imħallef jista’ joħroġ ordnijiet ta’ kustodja jew ta’ aċċess.  Fejn iż-żewġ ġenituri jkunu t-tuturi tat-tfal, din it-tutela ma tiġix affettwata minn divorzju jew minn separazzjoni, għalkemm it-tutela ta’ missier barra mir-rabta ta’ żwieġ tista’ – f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna u unikament fejn il-benesseri tat-tfal tkun teħtieġ dan – tiġi tterminata bil-qorti.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Ġenituri li jikkonkludu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri huma meħtieġa jippreżentaw rikors quddiem il-qorti u jiksbu digriet li jirrifletti dan li jagħmel il-ftehim legalment vinkolanti. Il-qorti trid tkun sodisfatta li kull ftehim iħares b’mod xieraq id-drittijiet tat-tfal u tista’ tirrifjuta li toħroġ digriet fejn ma tkunx sodisfatta li wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn li huma jkunu qed jonoraw l-obbligi tagħhom lejn il-minuri. Tali ftehim ma jistax itemm l-istatus ta’ tutela ta’ xi wieħed mill-ġenituri.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Individwi jistgħu jirrikorru għal metodi mhux legali ta’ riżoluzzjoni tal-konflitti bħal medjazzjoni jew permezz ta’ konsulenza.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef jista’ jiddeċiedi dwar kull kwistjoni li għandha x’taqsam mal-benesseri tat-tfal inkluż iżda mhux limitat għal kwistjonijiet dwar tutela, kustodja u aċċess. Ara wkoll il-Mistoqsija Nru 4 u Nru 5 hawn fuq – it-tutela ta’ ġenituri miżżewġin jew ta’ omm naturali ma tistax tiġi tterminata mill-qorti għalkemm il-qorti tista’ tistabbilixxi kundizzjonijiet fuq l-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri ta’ persuna.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Le. Filwaqt li l-ġenitur li jkollu l-kustodja unika tat-tfal għandu l-kapaċità li jiddeċiedi dwar il-kura u l-kontroll ta’ kuljum tat-tfal, ġenitur li m’għandux il-kustodja tat-tfal li huwa t-tutur tat-tfal għandu d-dritt li jiġi kkonsultat dwar kull kwistjoni li taffettwa l-benesseri tat-tfal inkluż, iżda mhux limitat għall-post fejn it-tfal għandhom jingħataw l-edukazzjoni tagħhom u fejn għandhom jgħixu.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Kustodja konġunta tingħata lill-ġenituri fin-nuqqas ta’ ostilità profonda bejn il-partijiet u tippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet reċiproċi li jirrigwardaw il-benesseri sostanzjali tat-tfal u dwar il-kura ta’ kuljum tagħhom. Dan ma jfissirx li kull ġenitur għandu d-dritt għal ħin ugwali mat-tfal; pjuttost, tiżgura li ż-żewġ ġenituri għandhom doveri u obbligi korrispondenti lejn l-ulied.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Normalment partijiet li jixtiequ jippreżentaw applikazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jagħmlu dan quddiem il-Qorti Distrettwali; madankollu, f’każ ta’ ċerti applikazzjonijiet anċillari għal proċedimenti matrimonjali jista’ jkun meħtieġ li japplikaw quddiem is-Circuit jew il-High Court. Il-High Court għandha ġurisdizzjoni esklussiva fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-Sekwestru tat-Tfal.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Iva. Huwa possibbli li jiġi ppreżentat rikors ex parte quddiem il-qorti, li jfisser mingħajr notifika lill-parti l-oħra, f’ċirkostanzi fejn it-tfal jistgħu jitpoġġew f’riskju f’każ li l-applikant jinnotifika lill-konvenut bil-mod użwali.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva. L-Għajnuna Legali tinkiseb permezz tal-Iskema ta’ Għajnuna Legali Ċivili (Civil Legal Aid Scheme). Din l-iskema hija soġġetta għal test tal-mezzi.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva. Huwa possibbli li jiġi ppreżentat appell kontra deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza, jiġifieri l-qorti fejn ikunu nbdew il-proċedimenti; madankollu, ġeneralment mhuwiex possibbli li wieħed jappella kontra s-sentenza tal-qorti tal-appell.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Individwi li jippruvaw jinfurzaw deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandhom jikkonsultaw ir-regoli tal-qrati jew tal-istituzzjoni rispettiva. Minbarra applikazzjonijiet ex parte, hemm bżonn li tgħarraf lill-konvenut bl-intenzjoni tiegħek li tibda xi proċedura bil-għan li teżegwixxi sentenza.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-Mistoqsija Nru 14.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Il-High Court, li għandha ġurisdizzjoni sħiħa u oriġinali.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

L-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal (Konvenzjoni tal-Aja) tal-2000 jagħti saħħa legali lill-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal li tapplika f’dan il-qasam; barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri (Brussell II bis) huwa applikabbli wkoll f’dan il-qasam.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 08/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Greċja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija dritt u obbligu tal-ġenituri. Hija tkopri t-trobbija ta' tfal minuri, il-ġestjoni tal-proprjetà tat-tfal u r-rappreżentanza tat-tfal fi kwalunkwe kwistjoni, tranżazzjoni jew litiġju li jikkonċernaw lit-tfal jew lill-proprjetà tat-tfal. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri għalhekk tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet personali u tal-proprjetà tal-minuri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata miż-żewġ ġenituri flimkien. Kull deċiżjoni tal-ġenituri rigward l-eżerċizzju tar-responsabbilità tal-ġenituri trid issir fl-aħjar interessi tat-tfal.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk ebda wieħed mill-ġenituri ma jkun jista' jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri, għal raġunijiet prattiċi (eż. ospitalizzazzjoni jew priġunerija) jew għal raġunijiet ġuridiċi (inkapaċità ġuridika), dak il-ġenitur jibqa' detentur sempliċi tad-dritt filwaqt li r-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata unikament mill-ġenitur l-ieħor.

Jekk l-ebda ġenitur ma jkun kapaċi jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri, it-tfal minuri jitqiegħdu taħt tutela; il-ġenituri jżommu r-responsabbiltà tal-ġenituri, bħala detenturi sempliċi tad-dritt, filwaqt li ma jkunux jistgħu jeżerċitawh.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

F'każ ta' divorzju jew separazzjoni, u sakemm iż-żewġ ġenituri jkunu ħajjin, il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi solvuta mill-qorti. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tista' tingħata lil wieħed mill-ġenituri jew, jekk ikunu jaqblu t-tnejn li huma u jagħżlu simultanjament il-post tar-residenza tat-tfal, liż-żewġ ġenituri flimkien. Il-qorti tista' tiddeċiedi mod ieħor, u tista' b'mod partikolari taqsam l-eżerċizzju tar-responsabbilità tal-ġenituri bejn il-ġenituri jew tagħtiha lil persuna terza.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Meta qorti jkollha tiddetermina l-eżerċizzju tar-responsabbilità tal-ġenituri, bħal fil-każ ta' divorzju jew separazzjoni, hija tqis kull ftehim bejn il-ġenituri, imma dawn il-ftehimiet mhumiex vinkolanti għall-qorti. Ftehimiet ta' dan it-tip mhumiex suġġetti għal formalitajiet speċifiċi, sakemm il-qorti tiġi legalment mgħarrfa bihom. Normalment jiġi ppreżentat dokument imfassal mill-partijiet interessati li jistabbilixxi l-ftehim bejniethom. Dan huwa stipulat espliċitament mil-liġi għal każijiet ta' divorzju kunsenswali ta' ġenituri ta' tfal minuri, f'liema każ irid jiġi ppreżentat lill-qorti ftehim bil-miktub bejn il-ġenituri li jaqblu dwar il-kustodja ta' wliedhom u l-kuntatt magħhom.

F'kull każ ieħor, il-ġenituri jistgħu jaqblu informalment dwar l-eżerċizzju tar-responsabbilità tal-ġenituri, mingħajr ma jikkonformaw ma' ebda formalità u mingħajr ma jsegwu ebda proċedura formali, biex jaqsmu r-responsabbiltà bejniethom fil-prattika, b'aspett partikolari jkun eżerċitat minn ġenitur wieħed u aspett ieħor mill-ġenitur l-ieħor: pereżempju, ġenitur wieħed jista' jkollu l-kustodja tat-tifel u l-ieħor jamministra l-proprjetà tal-minuri u jirrappreżenta l-interessi tiegħu.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jiftiehmu dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, u t-teħid ta' deċiżjoni jkun fl-aħjar interess tat-tfal, il-kwistjoni tiġi deċiża mill-qorti. Il-medjazzjoni hija mezz alternattiv ta' soluzzjoni għat-tilwim.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Meta l-ġenituri ma jaqblux dwar kwistjoni speċifika fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tagħhom ta' ġenituri, u jressqu l-kwistjoni quddiem il-qorti, il-qorti tkun tista' tiddeċiedi biss dwar dik il-kwistjoni. Din tista' tkun kwalunkwe kwistjoni matul l-eżerċizzju tar-responsabbilità tal-ġenituri li twassal għal nuqqas ta' qbil bejn il-ġenituri, b'kull wieħed minnhom jibqa' jinsisti fuq l-opinjoni tiegħu, u għalhekk is-soluzzjoni tagħha tkun fl-aħjar interessi tat-tfal. Tista' tkun oġġettivament serja, pereż. l-għażla tal-isem, qbil dwar operazzjoni kirurġika eċċ., jew tista' tkun xi ħaġa ta' importanza oġġettivament baxxa li, madankollu, il-ġenituri jqisuha importanti biżżejjed biex iressquha quddiem il-qorti.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Iva, fil-prinċipju, sakemm il-kwistjoni taqa' fl-ambitu tal-kustodja tat-tfal mogħtija lil ġenitur wieħed. Il-ġenituri dejjem jistgħu jagħżlu li ma jadottawx is-soluzzjoni tal-qorti li tagħti l-kustodja unika lil ġenitur wieħed: anke wara li l-qorti taqta' s-sentenza, jistgħu jaqblu li japplikaw arranġament differenti fejn il-ġenitur l-ieħor jingħata rwol fit-trobbija tat-tfal, sakemm, ovvjament, dak l-arranġament ikun fl-aħjar interessi tat-tfal.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Dan ifisser li deċiżjonijiet relatati mat-trobbija tat-tfal iridu jsiru mill-ġenituri flimkien.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Il-qorti kompetenti tkun dejjem il-qorti tal-ewwel istanza b'membru wieħed (μονομελές πρωτοδικείο). Ir-rikorsi jridu jiġu ppreżentati fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni għall-post, u trid tiġi nnotifikata lill-intimat; id-dokumenti li jservu ta' bażi għar-rikors iridu jiġu ppreżentati l-qorti wkoll.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-qorti tal-ewwel istanza b'membru wieħed tiddeċiedi b'konformità ma' proċedura speċjali stipulata fl-Artikoli 681(B) u (C) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Din hija msawra fuq il-proċedura għat-tilwim industrijali, sabiex jitħaffef is-smigħ tal-kawżi. Minħabba l-karattru primarjament personali tat-tilwim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, hija tapplika wkoll ċerti dispożizzjonijiet mill-proċedura dwar il-kawżi matrimonjali, u mir-regoli tal-proċeduri ta' ġuriżdizzjoni volontarja rigward l-awtorità investigattiva u l-ġbir tal-provi fuq mozzjoni tal-qorti stess. Madankollu, meta tilwim relatat mal-eżerċizzju tar-responsabbilità tal-ġenituri jkun marbut ma' kwalunkwe tilwim matrimonjali msemmi fl-Artikolu 592(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (pereż. divorzju u annullament taż-żwieġ) jew tilwim imsemmi fl-Artikolu 614(1) tal-Kodiċi (pereż. id-determinazzjoni tal-paternità), il-qorti trid tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 98‑612 u 616‑622 tal-Kodiċi. Kwistjonijiet urġenti jistgħu jiġu ttrattati permezz ta' miżuri interim (ασφαλιστικά μέτρα) u emerġenzi permezz ta' inibizzjoni temporanja (προσωρινή διαταγή).

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva, skont il-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-għajnuna legali.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Sentenza ġudizzjarja dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tista' tiġi revokata jew emendata jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu lill-qorti biex tiddeċiedi kif għamlet. Madankollu, sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tista' tiġi kkontestata minn kwalunkwe waħda mir-rimedji ġudizzjarji ordinarji (appell dwar punti ta' fatt u tad-dritt (έφεση), appell dwar punti tad-dritt biss (kassazzjoni, αναίρεση), rikors ta' kontestazzjoni (ανακοπή ερημοδικίας), rieżami (αναψηλάφηση)), b'konformità mar-rekwiżiti normali.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Sentenza relatata mar-responsabbiltà tal-ġenituri hija eżekutorja skont l-Artikolu 950 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jekk timponi wkoll obbligi, jiġifieri ma ssolvix biss il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri jew tal-kustodja tal-minorenni, jew tal-kuntatt mal-minorenni, imma tordna wkoll il-konsenja jew ir-ritorn tat-tfal, jew tiddetermina l-arranġament għall-kuntatt jew tipprojbixxi lill-partijiet milli jagħmlu kwalunkwe azzjoni kuntrarja. B'mod partikolari, (a) sentenza li tordna l-konsenja ta' tfal teħtieġ li l-ġenitur li jkollu t-tfal jaġixxi kif deċiż mill-qorti, u f'każ ta' nuqqas ta' konformità mas-sentenza tal-qorti l-istess sentenza tista' tipprovdi l-impożizzjoni awtomatika ta' penali finanzjarji ta' sa €50 000 li trid titħallas lir-rikorrent li jkun qed jitlob il-konsenja jew ir-ritorn tat-tfal, jew detenzjoni temporanja ta' massimu ta' sena, jew it-tnejn li huma (eżekuzzjoni indiretta (έμμεση εκτέλεση)); u (b) fil-każ li d-dritt ta' kuntatt personali ta' ġenitur mat-tfal ikun imblukkat, is-sentenza dwar il-kuntatt tista' thedded lill-persuna li tkun qed timblokka dak il-kuntatt b'piena finanzjarja u detenzjoni (eżekuzzjoni komplementari (αναπληρωματική εκτέλεση)).

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Sentenzi ġudizzjarji dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maqtugħa fi Stati Membri oħrajn jiġu rikonoxxuti awtomatikament mingħajr ebda formalità mill-awtoritajiet amministrattivi Griegi. Il-qrati Griegi għandhom il-ġuriżdizzjoni li jiddeċiedu dwar il-validità ta' sentenza barranija, jew dwar talba għar-rikonoxximent ta' sentenza barranija, mingħajr ma l-ewwel jeżaminaw il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru ta' oriġini. Meta jintalab r-rikonoxximent mill-Greċja, il-qrati Griegi jistgħu jiċħdu r-rikonoxximent ta' sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jekk: (a) tkun kontra l-politika pubblika domestika, dejjem wara li jitqies x'inhu l-aħjar interess tat-tfal; jew (b) tkun irrikonċiljabbli ma' sentenza li ġiet wara relatata mar-responsabbiltà tal-ġenituri maqtugħa mill-qrati Griegi. Barra minn hekk, meta jkollhom ġuriżdizzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fuq il-bażi tal-post tar-residenza tat-tfal, il-qrati Griegi, bħala l-qrati tal-Istat Membru fejn ikun qed jintalab ir-rikonoxximent, jistgħu jiddeċiedu l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal b'mod differenti, mingħajr ma l-ewwel jeżaminaw il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tal-oriġini u n-natura vinkolanti tas-sentenza tiegħu (pereżempju tistax tiġi appellata).

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Fil-każijiet deskritti, il-qorti kompetenti hija l-qorti tal-ewwel istanza b'membru wieħed, li tisma' l-kawża fuq il-bażi tal-proċedura rilevanti għat-tip ta' tilwima.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal huma rregolati mil-liġijiet li ġejjin, f'ordni ta' preċedenza: (1) il-liġi tal-aħħar nazzjonalità komuni tagħhom; (2) il-liġi tal-aħħar residenza abitwali komuni; (3) il-liġi tan-nazzjonalità tat-tifel.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 15/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Spanja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fil-liġi Spanjola, ir-responsabbiltà tal-ġenituri tissejjaħ “patria potestad” (awtorità tal-ġenituri). Hija tinkludi d-drittijiet u d-dmirijiet tal-persuni fiżiċi, normalment il-ġenituri, jew persuni ġuridiċi li jkunu fdati bil-protezzjoni tal-persuna u l-proprjetà tal-minuri bil-liġi jew b’deċiżjoni tal-qorti.

L-awtorità tal-ġenituri trid dejjem tiġi eżerċitata għall-benefiċċju tat-tfal, skont il-personalità tagħhom u b’rispett għall-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom. Hija tinkludi d-dmirijiet u s-setgħat li ġejjin:

  1. Li tieħu ħsiebhom, toqgħod magħhom, titmagħhom, tedukahom u tiżgura li jkollhom edukazzjoni integrali.
  2. Li tirrappreżentahom u tamministra l-beni tagħhom.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Huma l-ġenituri li għandhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-minuri.

F’każ li l-ġenituri jisseparaw, jiddivorzjaw, iħassru jew ma jkunux jgħixu flimkien, id-drittijiet u d-dmirijiet dwar il-minuri, il-persuna u l-beni tagħhom huma taż-żewġ ġenituri, ħlief għal xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

Jekk il-ġenituri jgħixu separati, l-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata mill-ġenitur li t-tifel jgħix miegħu. Madankollu, il-Qorti tista’, wara talba motivata mill-ġenitur l-ieħor, fl-interess tat-tifel, tattribbwixxi lil dak il-ġenitur l-awtorità tal-ġenituri li jeżerċita konġuntament mal-ġenitur l-ieħor jew tqassam bejn il-missier u l-omm, il-funzjonijiet inerenti fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Fil-liġi Spanjola, jistgħu jiġu nominati qraba, persuni jew istituzzjonijiet oħrajn, dejjem taħt sorveljanza ġudizzjarja, biex jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-minuri, f’każ li l-ġenituri jonqsu milli jaqdu d-dmirijiet tagħhom ta’ protezzjoni stipulati mil-liġi dwar it-trobbija tal-minuri jew ma jaqduhomx b’mod sodisfaċenti.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, ir-responsabbiltà tal-ġenituri tista’ tiġi ddeterminata:

  • B’talba taż-żewġ ġenituri fi Ftehim Regolatur (convenio regulado), li jrid ikun approvat mill-Qorti.
  • B’deċiżjoni ġudizzjarja fi proċedimenti kontenzjużi.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri bħala istituzzjoni protettriċi tal-minuri hija r-responsabbiltà taż-żewġ ġenituri.

L-arranġamenti għall-kura u l-kustodja tal-minuri jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

  • L-għoti lil wieħed mill-ġenituri biss; Normalment il-ġenitur li ma jkollux il-kustodja jkollu arranġamenti biex iżur it-tfal.
  • Għoti konġunt, fejn jiġu alternati l-perjodi li matulhom il-minuri jkunu mal-ġenitur l-ieħor.
  • Fuq bażi eċċezzjonali, meta ċ-ċirkostanzi jkunu jitolbu hekk u fl-interess tal-minuri, tista’ tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja li tagħti l-kura u l-kustodja lil persuna oħra, jew bi proposta tal-ġenituri stess, jew b’deċiżjoni diretta tal-Qorti.

F’każijiet fejn tkun l-Amministrazzjoni li tkun responsabbli għat-tutela tal-minuri, dik is-sitwazzjoni tibqa’, u l-kustodja ma tingħata lil ebda ġenitur.

Is-sistema speċifika tal-kustodja hija deċiża każ b’każ, skont l-interessi tal-minorenni.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ġenituri li jiftiehmu dwar il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri jridu jippreżentaw Ftehim Regolatur iffirmat bil-punti kollha ta’ qbil, li jkun fih espressament, flimkien ma’ miżuri oħrajn:

  • il-kura u l-kustodja tal-minuri;
  • l-arranġamenti għaż-żjarat mal-ġenituri;
  • l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri;
  • l-użu tad-dar matrimonjali;
  • il-manteniment għall-minuri.

Il-Ftehim ta’ Regolamentazzjoni huwa ppreżentat flimkien mal-applikazzjoni lill-Qorti tal-Ewwel Istanza xierqa. Dan irid jiġi rratifikat mill-ġenituri fil-qorti. Il-minuri jinstemgħu meta dan jitqies neċessarju fuq bażi ex officio jew fuq talba tal-prosekutur, il-partijiet, membri tat-tim tekniku tal-qorti jew tal-minorenni. Wara li jitlob l-opinjoni tal-prosekutur pubbliku, l-imħallef jivvaluta l-ftehimiet.

Il-ftehimiet ta’ bejn il-miżżewġin, adottati biex jirregolaw il-konsegwenzi ta’ annullament, separazzjoni jew divorzju jkunu approvati mill-imħallef, sakemm ma jkunux ta’ dannu għall-ulied. Jekk il-partijiet jipproponu arranġamenti ta’ żjarat u komunikazzjoni bejn in-neputijiet u nannithom, l-imħallef jista’ japprovahom wara li jisma’ lin-nanniet li jagħtu l-kunsens tagħhom.

Jekk il-ftehimiet jiġu rrifjutati, dan irid isir permezz ta’ deċiżjoni akkumpanjata mir-raġunijiet. F’dan il-każ, il-konjuġi jridu jippreżentaw proposta ġdida għall-approvazzjoni tal-imħallef, jekk applikabbli.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

L-aqwa mezz alternattiv għal deċiżjoni ġudizzjarja, biex il-partijiet jaslu għal ftehim, hija l-Medjazzjoni Familjari.

Biex ikollhom setgħa eżekuttiva, il-Ftehimiet adottati dejjem iridu jkunu approvati minn deċiżjoni ġudizzjarja.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Fid-deċiżjoni ġudizzjarja l-Imħallef irid dejjem jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet li ġejjin fl-interess tal-ulied minuri, u jara li jevita milli jifred l-aħwa, u wara li jismagħhom jekk ikollhom il-kapaċitajiet fakultattivi:

  • il-miżuri ġudizzjarji dwar il-kustodja u l-kura, u li jingħata lil ġenitur wieħed jew lill-ieħor jew lit-tnejn li huma, u l-edukazzjoni;
  • l-arranġamenti għaż-żjarat, bejn il-ġenituri fejn ikunu indikati l-ħin, il-metodu u l-post fejn il-ġenituri jistgħu jikkomunikaw ma’ wliedhom u jkunu fil-kumpanija tagħhom.
  • b’mod eċċezzjonali dan id-dritt għaż-żjarat jista’ jkun limitat jew sospiż jekk ikun hemm ċirkostanzi serji jew jekk wieħed mill-ġenituri jonqos b’mod gravi u ripetutament mid-dmirijiet tiegħu;
  • L-għoti tal-awtorità tal-ġenituri, u jekk ikun hemm bżonn u jkun jaqbel għall-ulied, l-eżerċizzju totali jew parzjali ta’ dik l-awtorità minn wieħed mill-ġenituri, inkluża d-deprivazzjoni ta’ dik l-awtorità jekk ikun hemm raġuni valida;
  • il-manteniment li jrid jitħallas minn kull ġenitur biex ikunu ssodisfati l-bżonnijiet tal-ulied, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi, u l-adozzjoni tal-miżuri neċessarji biex tiġi żgurata l-effettività tal-manteniment;
  • L-allokazzjoni tal-użu tad-dar matrimonjali u tal-oġġetti li jintużaw komunement, fil-każijiet fejn ma jkunx hemm qbil bejn il-ġenituri, bi preferenza favur il-konjuġi li jkollu l-kustodja tal-ulied minuri.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

L-awtorità tal-ġenituri, bħala regola ġenerali, tappartjenti għaż-żewġ ġenituri. Għalhekk, is-setgħa li jiddeċiedu u jsolvu kull kwistjoni li tolqot lil minuri hija taż-żewġ ġenituri, anki jekk wieħed minnhom biss ikollu l-kustodja.

F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri dwar x’deċiżjonijiet jistgħu jew jinħtieġ li jieħdu għall-wild minuri, pereżempju dwar l-iskola jew l-edukazzjoni, xi skola ħa jibagħtuh jew x’attivitajiet ekstrakurrikulari se jagħmel, dwar il-kura tas-saħħa u l-għażla ta’ tabib, dwar kwistjonijiet personali, bħall-għażla tal-isem jew x’reliġjon se jħaddan, jew dwar l-għażla tal-lokalità jew pajjiż fejn se jgħix il-minuri, eċċ. u meta jidher li ma jkunx possibbli li l-ġenituri jaslu għal ftehim bejniethom, kwalunkwe wieħed mill-ġenituri jista’ jirrikorri l-Qorti biex taqta’ l-kwistjoni hi.

L-imħallef, wara li jisma’ liż-żewġ ġenituri u lill-wild (jekk ikollu biżżejjed kapaċitajiet fakultattivi), jagħti s-setgħa tad-deċiżjoni lill-missier jew lill-omm. Jekk jerġa’ jkun hemm nuqqasijiet ta’ qbil jew tinqala’ xi raġuni oħra li timpedixxi serjament l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, l-imħallef jista’ jassenja s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet kompletament jew parzjalment lil wieħed mill-ġenituri, jew jista’ jqassam dawk il-funzjonijiet bejniethom. Dawn il-miżuri kollha jistgħu jiġu adottati għal perjodu massimu ta’ sentejn.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

F’każijiet fejn il-kustodja ta’ minorenni tingħata b’mod konġunt liż-żewġ ġenituri, fil-prattika l-kura ta’ kuljum tal-minorenni u l-attenzjoni diretta lilu talterna għal perjodi predeterminati. L-arranġament tal-kustodja konġunta jista’ jvarja; il-prattika normali hija l-alternar tal-ġimgħat jew li jinqasmu l-ġranet tal-ġimgħa, bil-ġenituri jalternaw il-weekends.

Il-perjodi kollha tal-btajjel jinqasmu bejn iż-żewġ ġenituri.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Fil-proċedimenti matrimonjali tas-separazzjoni jew tad-divorzju bonarji, il-qorti kompetenti hija l-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-aħħar domiċilju komuni taż-żwieġ, jew dak ta’ xi wieħed mir-rikorrenti.

Fil-proċessi matrimonjali kontenzjużi, il-qorti kompetenti hija l-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-post tad-domiċilju matrimonjali, u f’każ li l-miżżewġin ikunu jirrisjedu f’distretti ġudizzjarji differenti, ir-rikorrent jista’ jagħżel bejn l-aħħar domiċilju taż-żwieġ u r-residenza tal-intimat.

Dawk li ma għandhomx indirizz jew residenza fissi jistgħu jiġu mħarrka fil-post fejn ikunu attwalment ibbażati jew dak tal-aħħar residenza tagħhom, skont l-għażla tar-rikorrent; jekk il-ġuriżdizzjoni tkun għadha ma tistax tiġi ddeterminata, din tingħata lill-qorti tal-post tal-indirizz tar-rikorrent.

Fi proċedimenti li jikkonċernaw biss il-kura, il-kustodja u l-manteniment ta’ tfal minuri, li fihom il-ġenituri ma jkunux miżżewġin ma xulxin, il-Qorti tal-Ewwel Istanza li għandha l-ġuriżdizzjoni hi dik fil-post tal-aħħar residenza kondiviża tal-ġenituri. Jekk ikunu jgħixu f’distretti ġudizzjarji differenti, ir-rikorrent jista’ jagħżel bejn il-qorti fiż-żona ta’ residenza tal-konvenut jew dik fiż-żona ta’ residenza tal-minuri.

Ċertifikazzjoni tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ fir-Reġistru Ċivili u, kif xieraq, iċ-ċertifikati tat-twelid ta’ kwalunkwe wild għandhom ikunu mehmuża mal-applikazzjoni, flimkien mad-dokument jew dokumenti li fuqhom il-konjugi jista’ jibbaża d-drittijiet tiegħu jew tagħha. Jekk jintalbu miżuri dwar id-diviżjoni tal-proprjetà, ir-rikorrent irid jipprovdi d-dokumenti fil-pussess tiegħu li jippermettu li jiġu vvalutati ċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-konjuġi u, kif xieraq, dawk tat-tfal, bħal dikjarazzjonijiet tat-taxxa, payslips, dikjarazzjonijiet bankarji, atti tal-proprjetà jew ċertifikati ta’ reġistrazzjoni.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-proċedimenti applikabbli f’dawn il-każijiet huma dawn li ġejjin:

F’każijiet fejn ikun hemm ftehim bejn il-partijiet fil-proċediment dwar ftehim reċiproku previst fl-Artikolu 777 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, għas-separazzjoni, id-divorzju, u l-adozzjoni ta’ miżuri definittivi dwar il-kura u l-kustodja u l-manteniment ta’ tfal minuri, meta ma jkunx hemm żwieġ.

Meta ma jkunx hemm ftehim bejn il-partijiet fil-proċediment kontenzjuż, previst fl-Artikoli 770 u 774 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili applikabbli wkoll għall-proċessi familjari u tal-minuri, meta ma jkunx hemm żwieġ bejn il-ġenituri.

F’każijiet urġenti tista’ tintalab l-adozzjoni ta’ miżuri għall-proċedimenti li ġejjin:

Miżuri proviżorji qabel il-preżentata tat-talba għal annullament, separazzjoni, divorzju jew fil-proċessi li jikkonċernaw il-kura u l-kustodja tat-tfal minuri u l-manteniment. Dan huwa rregolat mill-Artikoli 771 u 772 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Huwa previst espressament li jekk ikun hemm raġunijiet ta’ urġenza jistgħu jiġu adottati miżuri fl-ewwel deċiżjoni li tittieħed, b’effett immedjat.

Miżuri proviżorji li jkunu ġejjin mill-ammissjoni tat-talba għall-proċediment matrimonjali jew tal-minuri, bħal fil-każijiet preċedenti. Dan huwa previst fl-Artikolu 773 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Jistgħu jinkisbu benefiċċji tal-għajnuna legali totali jew parzjali, sakemm ikun hemm provi li r-rekwiżiti għad-dritt għall-għajnuna legali jkunu ssodisfati, b’konfomità mal-Liġi dwar l-Għajnuna Legali b’Xejn. (Ara “L-Għajnuna Legali - Spanja”).

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Biex tkun taf x’deċiżjonijiet jistgħu jiġu appellati trid issir distinzjoni bejn id-deċiżjonijiet kollha possibbli, f’dan il-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, pereżempju:

  • Id-deċiżjonijiet kollha tal-proċedimenti kontenzjużi jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti Provinċjali.
  • Id-deċiżjonijiet tal-proċedimenti ta’ ftehim reċiproku jistgħu jiġu appellati biss, u quddiem il-Qorti Provinċjali, meta jkun hemm qbil dwar miżura li ma tkunx taqbel mal-Ftehim Regolatur.

Il-liġi ma tipprevedi l-ebda appell kontra deċiżjonijiet dwar Miżuri Proviżorji Kawtelatorji, jew Miżuri Proviżorji, jew deċiżjonijiet dwar l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

F’każijiet fejn deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri ma jiġux volontarjament osservati, tista’ tiġi ppreżentata talba eżekuttiva quddiem l-istess Qorti tal-Ewwel Istanza li tkun ħadet id-deċiżjonijiet, fejn tintalab l-eżekuzzjoni bil-forza tal-miżura jew miżuri li ma ġewx osservati.

Iridu jiġu identifikati s-sentenza jew id-deċiżjoni li qed tiġi pretiża l-osservanza tagħha u l-persuna li l-eżekuzzjoni qed tiġi pretiża kontriha.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Deċiżjonijiet meħuda fi Stat Membru dwar l-eżerċizzju tar-responsabilità tal-ġenituri fi proċedimenti matrimonjali li jikkonċernaw wild komuni, li kienu eżekuttivi f’dak l-Istat Membru u li kienu nnotifikati, ikunu rikonoxxuti fi Spanja fuq talba ta’ kwalunkwe parti interessata mingħajr il-bżonn ta’ proċediment, b’konformità għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. Dan ir-Regolament japplika għal deċiżjonijiet mogħtija fi proċedimenti legali istitwiti, għal strumenti awtentiċi formalment imfassla jew irreġistrati u għal ftehimiet li saru inforzabbli fl-Istat Membru fejn ikunu ġew konklużi qabel l-1 ta’ Awwissu 2022. Minn hawn ’il quddiem se japplika r-Regolament 2019/1111 tal-25 ta’ Ġunju 2019.

Sabiex jintalab l-infurzar, talba għall-infurzar trid tiġi ppreżentata lill-qorti tal-post fejn ikun jinsab il-minuri u fejn ikun intalab l-infurzar. Kopja tad-deċiżjoni li l-infurzar tagħha jkun qed jiġi mfittex trid tiġi mehmuża mat-talba u trid tissodisfa r-rekwiżiti kollha biex tiġi ddeterminata l-awtentiċità tagħha, f’konformità mal-forma standardizzata stabbilita fl-Anness V. Avukat u rappreżentant legali huma neċessarji.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Fi Spanja, biex topponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri adottata minn Stat Membru ieħor, il-parti interessata trid tirrikorri għall-Qorti tal-Ewwel Istanza fejn ikun pretiż ir-rikonoxximent u tallega li teżisti waħda mir-raġunijiet kontra r-rikonoxximent previsti fir-Regolament 2201/2003 u, eventwalment, dawk rikonoxxuti mir-Regolament 2019/1111.

Ir-raġunijiet li jistgħu jiġu allegati fil-preżent huma:

  • li d-deċiżjoni hija b’mod ċar kontra l-ordni pubbliku, meta jitqies l-aħjar interessati tal-wild;
  • li l-wild ma ngħatax opportunità biex jinstema’ (raġunijiet mhux ammissibbli f’każijiet ta’ urġenza);
  • jekk id-deċiżjoni tkun inħarġet in absentia, li d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti ma jkunx ġie ppreżentat jew notifikat, sakemm ma jkunx ippruvat li d-deċiżjoni tkun ġiet aċċettata.
  • jekk il-parti li topponi r-rikonoxximent u li tallega li d-deċiżjoni timpedixxi l-eżerċizzju tar-responsabbiltà parentali ma kellhiex l-opportunità li tinstema’.
  • jew jekk tkun inkompatibbli ma’ deċiżjoni oħra maħruġa wara.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-liġi applikabbli hija dik tar-residenza abitwali tal-minorenni, skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 30/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Franza

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fi Franza, l-awtorità tal-ġenituri hija ddefinita bħala ġabra ta’ drittijiet u dmirijiet li jservu l-aħjar interessi tal-minuri.

Din ir-responsabbiltà tibqa’ fuq il-ġenituri sakemm il-minuri jilħaq l-età maġġuri jew isir emanċipat.

Il-ġenituri għandhom id-dmir li jipproteġu s-sigurtà, is-saħħa u l-valuri morali tat-tfal, li jedukawhom u jippermettu l-iżvilupp tagħhom, bir-rispett dovut lejhom bħala individwi.

Huma għandhom ir-responsabbiltà li jistabbilixxu r-residenza abitwali tal-minuri, speċjalment jekk il-ġenituri jkunu separati. Huma jridu jipprovdu lill-minuri post fejn jgħix jew, jekk ma jkunux jistgħu jagħmlu dan, iridu jagħmlu arranġamenti biex dan imur jgħix ma’ terza persuna.

L-ommijiet u l-missirijiet għandhom id-dritt u d-dmir ta’ superviżjoni u jridu jieħdu ħsieb it-tfal u jipprovdu għall-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum. Jistgħu jissorveljaw jew saħansitra jipprojbixxu r-relazzjonijiet tat-tfal ma’ partijiet terzi minħabba l-età tagħhom. Huma jridu jirrispettaw id-drittijiet tat-tfal li jkollhom relazzjoni personali man-nanniet tagħhom.

Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li t-tfal tagħhom jingħataw edukazzjoni. Din tinkludi l-edukazzjoni skolastika, it-taħriġ vokazzjonali, il-moralità u l-ħajja ċivika. Huma responsabbli biex jiddeċiedu l-orjentazzjoni reliġjuża tal-minuri, bir-rispett dovut lejh bħala individwu. Huma jiddeċiedu dwar kwalunkwe kura medika li għandu jingħata l-minuri.

Peress li jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri, l-ommijiet u l-missirijiet huma wkoll rappreżentanti statutorji tat-tfal tagħhom u, f’dik il-kapaċità, jirrappreżentawhom f’kull materja ċivili u jiġġestixxu l-proprjetà tagħhom.

Irrispettivament minn jekk jeżerċitax awtorità tal-ġenituri jew le, kull ġenitur irid jikkontribwixxi għall-manteniment u għall-edukazzjoni tat-tfal b’mod proporzjonat għall-mezzi tagħhom u l-ħtiġijiet tal-minuri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

L-awtorità tal-ġenituri hija r-responsabbilità taż-żewġ ġenituri. Fi Franza l-kunċett ta’ setgħa tal-ġenituri tneħħa fl-1970.

Il-kunċett ta’ awtorità tal-ġenituri huwa distint mill-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri. Ġenitur jista’ jkollu awtorità tal-ġenituri mingħajr ma jeżerċitaha.

Fil-prinċipju, iż-żewġ ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri konġuntament ħlief f’każijiet fejn ir-rikonoxximent tal-paternità jdum aktar minn sena wara t-twelid tat-tarbija (f’dak il-każ dikjarazzjoni konġunta quddiem qorti jew deċiżjoni mill-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) biss tippermetti l-eżerċitar konġunt tal-awtorità tal-ġenituri). L-omm tista’ għalhekk teżerċita l-awtorità tal-ġenituri waħedha, iżda l-prinċipju huwa eżerċizzju konġunt miż-żewġ ġenituri.

Il-missirijiet u l-ommijiet li jeżerċitaw konġuntament l-awtorità tal-ġenituri fuq minuri jridu jieħdu deċiżjonijiet konġunti dwar kull kwistjoni importanti li taffettwah (tibdil ta’ residenza, tibdil ta’ skola, interventi kirurġiċi, eċċ.).

Ġenituri li għandhom awtorità tal-ġenituri iżda ma jeżerċitawhiex xorta jridu jiġu infurmati bid-deċiżjonijiet importanti meħuda mill-ġenitur l-ieħor sabiex jeżerċitaw id-dritt u d-dmir tagħhom ta’ “superviżjoni”. Huma jridu jiġu infurmati sabiex ikunu jistgħu jgħarrfu lis-servizzi soċjali jew lill-qorti jekk ikun meħtieġ fil-każ ta’ problemi kbar. Huma xorta għandhom id-dmir li jikkontribwixxu għall-manteniment u għall-edukazzjoni tat-tfal u għalhekk jista’ jkollhom iħallsu l-manteniment. Il-qorti tista’ tiddeċiedi jekk l-awtorità tal-ġenituri għandhiex tiġi eżerċitata konġuntament jew b’mod esklużiv.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk il-ġenituri ma jkunx jistgħu jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom temporanjament, huma jistgħu jafdawhom lil terzi persuni. Huma jistgħu anke jippreżentaw rikors quddiem qorti sabiex l-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri jiġi ddelegat lil dawk it-terzi persuni. Id-delega mbagħad tkun volontarja.

Jekk il-ġenituri jkunu qed iqiegħdu lill-minuri tagħhom f’riskju, il-qorti tat-tfal li lilha l-każ ikun ġie rrinvijat miż-żewġ ġenituri jew minn wieħed mill-ġenituri, mill-persuna li tkun ġiet fdata bil-kura tal-minuri, mit-tutur tal-minuri jew mill-minuri nnifsu, jew mill-Prosekutur Pubbliku, tista’ tordna t-tqegħid tal-minuri u tgħaddih lil terza persuna jew lis-Servizz għall-Benesseri tat-Tfal (Aide Sociale à l’Enfance) taħt l-awtorità tal-President tal-Kunsill Reġjonali (Conseil départemental).

Bħala regola ġenerali, jekk ikun ċar li l-ġenituri mhumiex interessati jew mhumiex kapaċi jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri kollha jew parti minnha, l-individwu, l-istituzzjoni jew is-Servizz għall-Benesseri tat-Tfal li fih tqiegħed il-minuri jistgħu jippreżentaw rikors quddiem il-qorti biex l-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri jiġi ddelegat lilhom bis-sħiħ jew parzjalment. Xi drabi din tissejjaħ delega eżekuttiva tal-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri.

Meta miżura protettiva tiġi imposta fuq il-ġenituri (eż. tutela jew kurazija), dawn mhux neċessarjament jiġu mċaħħda mill-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri. F’ċerti ċirkostanzi, jekk il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, l-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri jew tat-tutela xorta jista’ jiġi ddelegat għall-benefiċċju tal-minuri.

Jekk il-ġenituri jkunu mietu jew ġew imċaħħda mill-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri (b’mod partikolari ġenitur li huwa assenti jew li ma jistax jesprimi x-xewqat tiegħu), tiġi stabbilita t-tutela. F’dan il-każ jinħatar kunsill tal-familja, magħmul minn tal-anqas erba’ persuni magħżula b’kunsiderazzjoni tal-interessi tal-minuri, u mill-membri tiegħu jintgħażel tutur u tutur awżiljarju. It-tutela tiġi mmonitorjata mill-Imħallef tal-Qorti tal-Familja (juge aux affaires familiales), li jaġixxi bħala l-imħallef għat-tuturi tal-minuri.

L-awtorità tal-ġenituri hija funzjoni tal-ordni pubbliku. Hija dritt inaljenabbli. Il-ġenituri ma jistgħux jirrinunzjaw għal dan id-dritt.

Fir-rigward tal-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri, jistgħu jagħmlu ċerti arranġamenti jew jiddeċiedu li wieħed miż-żewġ ġenituri biss għandu jeżerċita l-awtorità tal-ġenituri, iżda dan irid ikun kompatibbli mal-interessi tal-minuri.

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, hija meħtieġa deċiżjoni tal-qorti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri. Id-delega tal-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri lil terza persuna hija dejjem soġġetta għas-superviżjoni mill-qorti.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Is-separazzjoni tal-ġenituri ma taffettwax ir-regoli dwar it-trasferiment tal-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri. It-tnejn iridu jkomplu jieħdu ħsieb it-tfal u jieħdu deċiżjonijiet konġunti fl-interess tat-tfal.

Jekk ma jkunux jistgħu jaqblu, l-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) jiddeċiedi dwar l-arranġamenti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri fil-proċedimenti tad-divorzju jew fil-proċedimenti dwar l-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri, filwaqt li jqis:

1. il-prattika li l-ġenituri kienu jsegwu qabel jew kwalunkwe ftehim li setgħu għamlu qabel;

2. l-opinjonijiet espressi mill-minuri meta nstema’ mill-imħallef;

3. il-kapaċità ta’ kull ġenitur li jaqdi d-dmirijiet tiegħu u jirrispetta d-drittijiet tal-parti l-oħra;

4. ir-riżultat ta’ kwalunkwe perizja, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-età tal-minuri;

5. l-informazzjoni miksuba minn kwalunkwe inkjesta jew kontroinkjesta mis-servizzi soċjali;

6. pressjoni jew vjolenza fiżika jew psikoloġika minn ġenitur kontra l-ieħor.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ġenituri jistgħu jaqblu dwar l-azzjonijiet kollha li għandhom jiġu deċiżi fl-interess tal-wild minuri tagħhom u jfasslu ftehim tal-ġenituri, waħedhom jew bl-għajnuna ta’ medjatur u/jew tal-avukati tagħhom.

Imbagħad jistgħu jitolbu lill-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) japprova l-ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri u jistabbilixxi l-kontribuzzjoni għall-manteniment u għall-edukazzjoni tal-minuri sabiex dan isir eżegwibbli.

L-imħallef ma jistax jemenda l-ftehim u japprovah dment li ma jsibx li ma jissalvagwardjax b’mod adegwat l-interessi tal-minuri jew li l-ġenituri ma jkunux taw il-kunsens tagħhom liberament. L-imħallef jista’ jagħti deċiżjoni mingħajr smigħ.

F’divorzju kunsenswali, iż-żewġ ġenituri u l-avukati tagħhom jistgħu jiddeterminaw ukoll l-arranġamenti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri fil-ftehim tad-divorzju tagħhom. Il-ftehim jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi u mill-avukati tagħhom wara perjodu ta’ riflessjoni ta’ mill-inqas 15-il jum u l-oriġinal jiġi rreġistrat għand nutar, u b’hekk isir eżegwibbli.

Għalhekk, ħlief fil-każ ta’ divorzju kunsenswali f’att minn avukat bl-att oriġinali rreġistrat ma’ nutar, hemm bżonn ta’ azzjoni min-naħa ta’ mħallef sabiex il-ftehim bejn il-ġenituri dwar l-arranġamenti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri jsir eżegwibbli.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim u ma jkunux jixtiequ jidħlu l-qorti, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, jistgħu jirrikorru għall-medjazzjoni tal-familja.

L-għan tal-medjazzjoni tal-familja huwa li l-ġenituri jerġgħu jibdew jikkomunikaw bejniethom u tgħinhom jaslu għal ftehim, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-ħtiġijiet ta’ kull ġenitur u aktar u aktar dawk tat-tfal. Din tipprovdi forum għal diskussjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni għall-kunflitt, tippromwovi fehim u fiduċja reċiproċi u b’hekk jinstabu soluzzjonijiet prattiċi kemm għall-arranġamenti familjari kif ukoll dwar l-aspetti finanzjarji. Jekk ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, il-ġenituri jistgħu jirreferu l-każ lil imħallef u, jekk jintlaħaq ftehim, jistgħu jitolbu li l-ftehim tagħhom jiġi kkonfermat minn imħallef jew jiġi inkorporat fil-ftehim tad-divorzju kunsenswali.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-Imħallfin għall-Affarijiet tal-Familja (juges aux affaires familiales) huma kompetenti biex jiddeċiedu dwar l-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri.

Huma jistgħu jassenjaw dak l-eżerċizzju esklussivament lil wieħed miż-żewġ ġenituri jew jiddeċiedu li ż-żewġ ġenituri għandhom jeżerċitaw l-awtorità flimkien.

Jekk il-ġenituri ma jaqblux, l-imħallfin jistgħu jawtorizzaw lil wieħed minnhom jieħu deċiżjoni ta’ darba li fil-prinċipju tkun teħtieġ il-qbil tat-tnejn, pereżempju dwar it-tibdil tar-residenza, it-tibdil tal-iskola jew xi intervent kirurġiku.

L-Imħallfin għall-Affarijiet tal-Familja (juges aux affaires familiales) jistgħu anke jipprojbixxu lil minuri milli jitlaq mill-pajjiż mingħajr il-kunsens taż-żewġ ġenituri, partikolarment jekk ikun hemm riskju li ġenitur isiefer bil-minuri bl-intenzjoni li ma jerġax jirritorna, bi ksur tad-drittijiet tal-ġenitur l-ieħor.

L-istabbiliment tar-residenza abitwali tal-minuri, jew fl-indirizz ta’ wieħed mill-ġenituri jew b’alternanza bejn l-indirizzi tagħhom, ġeneralment jiġi deċiż minn imħallef. Jekk ir-residenza abitwali tal-minuri tiġi stabbilita fl-indirizz ta’ wieħed mill-ġenituri, l-imħallef jistabbilixxi wkoll dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni, jew dritt ta’ aċċess għal matul il-jum biss, għall-ġenitur l-ieħor.

Jekk il-minuri jkun f’riskju, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li l-ġenitur bi dritt ta’ aċċess jara lit-tfal f’post partikolari, jiġifieri post newtrali li jista’ jiġi ssorveljat minn professjonisti. Normalment dan ikun post apposta b’servizzi ta’ assistenti soċjali u ta’ psikologi.

L-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) huwa wkoll kompetenti biex jistabbilixxi kontribuzzjoni għall-manteniment u għall-edukazzjoni tal-minuri li għandha titħallas mill-parti li m’għandhiex l-inkarigu ta’ kuljum tal-minuri. Normalment dan ikun manteniment li jitħallas fix-xahar minn ġenitur lill-ieħor.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Jekk l-imħallef jistabbilixxi r-residenza abitwali tal-minuri ma’ wieħed mill-ġenituri, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-ġenitur l-ieħor ikompli jeżerċita awtorità tal-ġenituri konġunta mal-ġenitur li jkollu l-kustodja, anke jekk it-tfal ma jmorrux għandu. Iż-żewġ ġenituri jridu jkomplu jieħdu d-deċiżjonijiet importanti kollha flimkien. Jekk ma jkunux jistgħu jaqblu, iridu jirreferu l-kwistjoni lil imħallef. Jekk ikun fl-interess tat-tfal, l-imħallef jista’ jassenja l-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri lil wieħed miż-żewġ ġenituri. Dik id-deċiżjoni tista’ tittieħed jekk wieħed mill-ġenituri ma jkunx idoneu, ma jkunx interessat, ma jkunx jista’ jiġi kkuntattjat jew konsistentement joħloq l-ostakli jew meta jkun fl-interess tal-minuri li d-deċiżjonijiet jittieħdu mingħajr dewmien.

Il-ġenitur imċaħħad mill-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri jibqa’ jkollu d-dritt li jissorvelja l-edukazzjoni tal-minuri u għandu jiġi infurmat dwar l-għażliet ewlenin li jaffettwaw lill-minuri.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Il-kunċett ta’ “kustodja tat-tfal” tneħħa fid-dritt Franċiż dwar il-familja fl-1987.

Il-kunċett ta’ “kustodja konġunta” (garde conjointe) fid-dritt Franċiż jista’ jiġi interpretat fis-sens wiesa’, bħala l-eżerċizzju konġunt tal-awtorità tal-ġenituri, jew fis-sens aktar restrittiv, bħala l-istabbiliment li r-residenza tal-minuri se talterna bejn id-dar ta' kull ġenitur (xi drabi tissejjaħ kustodja alternata, għalkemm dan it-terminu huwa legalment żbaljat: għandu jissejjaħ “residenza fissa alternata”)

Fil-prinċipju, il-ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri konġuntament mingħajr il-ħtieġa ta’ xi deċiżjoni minn imħallef. Il-prinċipju tat-trobbija konġunta tat-tfal huwa minqux fid-dritt Franċiż. Dan ifisser li kull ġenitur għandu rwol ugwali fil-ħajja u fl-edukazzjoni tal-minuri u biex jipprovdi għall-ħtiġijiet ta’ kuljum tiegħu.

L-eżerċitar konġunt tal-awtorità tal-ġenituri jfisser li l-ġenituri jieħdu kull deċiżjoni importanti li taffettwa lill-minuri flimkien.

Il-minuri jista’ anke joqgħod mal-ġenituri fl-indirizzi rispettivi tagħhom f’ġimgħat alternati. Dan jirrikjedi li l-ġenituri jgħixu qrib xulxin u jikkomunikaw tajjeb bejniethom. Residenza alternata mhux neċessarjament tfisser li t-tfal iridu jqattgħu ħin indaqs għand kull ġenitur.

Ħafna drabi l-ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri konġuntament iżda r-residenza abitwali tal-minuri tkun stabbilita ma’ wieħed mill-ġenituri bi dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni għall-ieħor.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

L-Imħallfin għall-Affarijiet tal-Familja (juges aux affaires familiales) huma l-imħallfin li għandhom il-kompetenza jiddeċiedu dwar materji ta’ awtorità tal-ġenituri, li jistgħu jitressqu quddiemhom sempliċiment permezz ta’ rikors għand ir-reġistratur, konġuntament jew minn ġenitur wieħed biss, jew b’ċitazzjoni minn uffiċjal ġudizzjarju (huissier de justice).

Il-proċedimenti huma orali u mhuwiex obbligatorju li l-ġenituri jkunu rrappreżentati minn avukat. Il-partijiet għandhom l-għażla li jkunu assistiti jew irrappreżentati minn avukat.

Ir-rikors irid jiddikjara l-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-partijiet jew, jekk applikabbli, l-aħħar indirizz magħruf tal-konvenut. Jindika s-suġġett tar-rikors u jiddeskrivi fil-qosor ir-raġunijiet. Għandu jkun datat u ffirmat mill-persuna li tippreżentah jew mill-avukat tagħha.

Il-ġenitur li jressaq il-kawża quddiem l-imħallef għandu jipproduċi:

- kopja sħiħa taċ-ċertifikat tat-twelid ta’ kull minuri li għalih jirreferi r-rikors,

- deċiżjonijiet preċedenti tal-qorti jekk ikun hemm,

- kopja tad-dokument tal-identità tal-ġenitur,

- prova tal-indirizz (eż. irċevuta tal-kera, kont tal-elettriku),

u, skont in-natura tar-rikors, kopja tal-aħħar avviż tat-taxxa tiegħu, l-aħħar dikjarazzjoni tat-taxxa, l-aħħar tliet riċevuti tal-paga, evidenza ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali rċevuti, eċċ.

Il-kwistjoni tal-arranġamenti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri tista’ tiġi ttrattata wkoll f’divorzju. Għal divorzju kunsenswali , il-ġenituri jeħtieġu li jaqblu fuq kollox. Kull ġenitur irid ikollu l-avukat tiegħu. Wara perjodu ta’ riflessjoni, il-ftehim oriġinali tad-divorzju jiġi rreġistrat għand nutar, li jagħmlu eżegwibbli. Jekk minuri jitlob li jinstema’, id-divorzju jgħaddi mill-qorti u jinstema’ mill-imħallef jew minn persuna nnominata mill-imħallef.

Divorzji oħra jingħataw mill-qorti. Avukat huwa obbligatorju.

Fil-każijiet kollha, il-minuri jridu jinstemgħu jekk ikunu kapaċi jifhmu.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Jekk il-kawża tintbagħat permezz ta’ rikors (requête), fi żmien 15-il jum mill-wasla tar-rikors, ir-reġistratur iħarrek lill-konvenut għal seduta permezz ta’ ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni ta' rċevuta.

Madankollu, meta r-rikors jiddikjara li l-indirizz tal-konvenut huwa l-aħħar indirizz magħruf, ir-reġistratur jistieden lir-rikorrent sabiex juża notifika personali.

Ir-reġistratur jinnotifika lir-rikorrent bi kwalunkwe mezz dwar il-post, id-data u l-ħin tas-seduta.

L-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) jista’ wkoll jiddeċiedi dwar kwistjonijiet ta’ awtorità tal-ġenituri fi proċedimenti ta’ divorzju (ara “Divorzju”).

F’kawżi urġenti l-Imħallfin għall-Affarijiet tal-Familja (juges aux affaires familiales) jaġixxu bħala mħallfin għal miżuri provviżorji. Fi proċeduri għal miżuri provviżorji jista’ jsir rinviju permezz ta’ taħrika (assignation). L-imħallef jinvestiga l-kawża bil-parteċipazzjoni taż-żewġ partijiet waqt seduta u jagħti d-deċiżjoni tiegħu fil-forma ta’ digriet li ma jikkostitwixxix res judicata fuq il-merti. Proċeduri għal miżuri provviżorji jippermettu lill-imħallfin jadottaw miżuri provviżorji mingħajr dewmien sakemm tittieħed deċiżjoni fuq il-merti. B’hekk, rikors għal proċeduri għal miżuri provviżorji jippermettilhom jippreżervaw id-drittijiet tagħhom.

Waqt proċeduri għal miżuri provviżorji, l-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) jista’ jordna kwalunkwe miżura li ma jkollha ebda kontestazzjoni serja jew li tkun iġġustifikata mill-eżistenza ta’ tilwima. Peress li dawn huma miżuri purament provviżorji, il-proċedura rari tintuża.

F’kawżi fejn l-urġenza tkun debitament iġġustifikata, l-Imħallfin għall-Affarijiet tal-Familja (juges aux affaires familiales) li quddiemhom tkun tressqet kawża permezz ta’ rikors jistgħu jippermettu l-ħruġ ta’ taħrik għal data tas-smigħ fil-futur qrib. F’dak il-każ l-imħallef jiddeċiedi dwar il-merti imma l-perjodi ta’ żmien huma iqsar. Dan it-tip ta’ azzjoni huwa komuni ħafna.

Il-kawżi jistgħu anke jiġu rrinvijati lill-Imħallfin għall-Affarijiet tal-Familja (juges aux affaires familiales) fi proċeduri mħaffa fuq il-mertu (procédure accélérée au fond) f’ċerti każijiet previsti mil-liġi (fi kwistjonijiet tal-familja dan jirrigwarda t-tneħħija inġusta ta’ minuri). Il-kawża titressaq permezz ta’ taħrika u l-imħallef imbagħad jagħti deċiżjoni immedjata fuq il-merti. F’każijiet bħal dawn ma hemmx bżonn li tiġi pprovduta evidenza ta’ sostenn għall-urġenza. In-natura stess tal-proċedura tiddetta li trid tiġi ffissata data mingħajr dewmien.

F’kawżi ta’ vjolenza domestika, l-Imħallfin għall-Affarijiet tal-Familja (juges aux affaires familiales) jistgħu jintalbu wkoll b’urġenza biex joħorġu ordni ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 515-9 et seq tal-Kodiċi Ċivili (Code civil). F’dan il-każ ikollhom jiddeċiedu fi żmien sitt ijiem mid-data tas-smigħ iffissata (il-Liġi tat-28 ta’ Diċembru 2019). Din il-miżura ta’ protezzjoni għandha l-għan li tipproteġi lill-konjuġi jew lill-ex konjuġi li huma vittmi ta’ abbuż fiżiku jew mentali billi tipprojbixxi kwalunkwe kuntatt bejniethom u jekk ikun meħtieġ bejn il-konjuġi vjolenti jew l-ex konjuġi u t-tfal. Fl-ordni ta’ protezzjoni l-imħallfin jistabbilixxu wkoll il-miżuri li jikkonċernaw l-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri fuq it-tfal. B’mod partikolari, jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu lill-ġenitur li qed ibati l-abbuż unikament responsabbli għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri, iċaħħdu lill-ġenitur abbużiv mid-dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni tiegħu jew jippermettu d-dritt ta’ aċċess limitat f’post għal-laqgħat.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

L-ispejjeż tal-qorti (l-onorarji tal-avukat, l-onorarji tal-uffiċjal ġudizzjarju (huissier de justice), riċerki min-naħa tas-servizzi soċjali, eċċ.) jistgħu jitħallsu mill-Istat Franċiż. L-individwi jingħataw għajnuna legali skont l-assi tagħhom. L-għajnuna tista’ tkopri l-ispejjeż kollha tal-qorti jew parti minnhom biss, skont id-dħul tar-rikorrent u n-numru ta’ dipendenti. Ir-rikors għandu jsir fl-uffiċċju tal-għajnuna legali fil-qorti li tkun qed tittratta l-kawża.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Id-deċiżjonijiet tal-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) jistgħu jiġu appellati fi żmien xahar, apparti d-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 481-1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Code de procédure civile) (proċedura mħaffa fuq il-merti għat-tneħħija inġusta), li jistgħu jiġu appellati fi żmien 15-il jum.

Id-digrieti tal-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) jistgħu jiġu appellati fi żmien 15-il jum (proċeduri għal miżuri provviżorji, ordni ta’ protezzjoni).

L-appell għandu jiġi ppreżentat bil-miktub u l-appellant irid ikun irrappreżentat minn avukat. L-appell jinstema’ fil-Qorti tal-Appell (Cour d’appel).

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Id-deċiżjonijiet tal-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) dwar l-awtorità tal-ġenituri huma awtomatikament eżegwibbli.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ deċiżjoni ta’ Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) dwar l-awtorità tal-ġenituri, pereżempju jekk wieħed mill-ġenituri jkollu d-dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni u l-ġenitur l-ieħor ma jħallihx jeżerċita dak id-dritt, tista’ tiġi ppreżentata kwerela quddiem il-Prosekutur Ġenerali (procureur de la République) fil-qorti tad-distrett fejn il-minuri huwa residenti. Meta ġenitur iċaħħad lill-ġenitur l-ieħor milli jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni dan jikkostitwixxi reat kriminali ta’ żamma ta’ minuri, li jġorr piena ta’ sena ħabs u multa ta’ EUR 15 000.

Minbarra l-miżuri li jordnaw, l-Imħallfin għall-Affarijiet tal-Familja (juges aux affaires familiales) jistgħu jimponu l-pagament ta’ penali. Jistgħu wkoll, anke ex officio, jordnaw pagament ta’ penali biex jiżguraw li d-deċiżjoni tagħhom tiġi eżegwita. Jistgħu anke jżidu l-pagament ta’ penali perjodiku ma’ deċiżjoni li tkun ittieħdet minn imħallef ieħor u mal-ftehim tal-ġenituri rreġistrat fil-ftehim tad-divorzju kunsenswali, jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu dan.

Meta ġenitur, volontarjament jostakola serjament jew ripetutament, l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni, ta’ ftehim ta’ divorzju kunsenswali fil-forma ta’ dokument privat kontrofirmat mill-avukati u l-oriġinal irreġistrat ma’ nutar, jew ftehim approvat li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri, l-Imħallfin għall-Affarijiet tal-Familja (juges aux affaires familiales) jistgħu jordnawlu jħallas multa ċivili sa massimu ta’ EUR 10 000.

Fl-aħħar nett, fuq rikors mill-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) jew mill-ġenitur ikkonċernat, il-Prosekutur Ġenerali (procureur de la République) jista’, f’każijiet eċċezzjonali, jitlob l-assistenza tal-pulizija biex jiżgura l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ mħallef, ta’ ftehim ta’ divorzju kunsenswali jew ta’ ftehim approvat li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri, pereżempju l-eżekuzzjoni tad-dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni.

Għalhekk, skont iċ-ċirkostanzi, ir-rikors għandu jiġi ppreżentat lill-Prosekutur Ġenerali (procureur de la République) jew lill-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales) li jkun ħa d-deċiżjoni.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Id-deċiżjonijiet dwar l-awtorità tal-ġenituri minn qorti fi Stat Membru huma rikonoxxuti u eżegwibbli fi Franza mingħajr il-ħtieġa ta’ proċedura ta’ exequatur.

Madankollu, mhux id-deċiżjonijiet kollha dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri huma immedjatament eżegwibbli, iżda dawk biss li jittrattaw id-dritt dwar l-aċċess u r-ritorn tal-minuri. Iridu jiġu ppreżentati ċ-ċertifikati previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (“Brussell IIa”). Għal deċiżjonijiet oħra dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, hemm bżonn ta’ dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni maħruġa abbażi taċ-ċertifikat rilevanti.

Fi Franza, rikorsi għar-rikonoxximent jew għall-istabbiliment tal-eżegwibbiltà ta’ mandati ta’ eżekuzzjoni barranin skont Brussell IIa fit-territorju ta’ Franza għandhom jiġu ppreżentati lill-President tal-Qorti Ordinarja (tribunal judiciaire) jew lid-delegat tiegħu (l-Artikolu 509-2 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Code de procédure civile)). Rikorsi li jiġu ppreżentati quddiem l-imħallef ma jeħtiġux rappreżentanza legali.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament, “kwalsijasi parti interessata tista’ ... tapplika għal deċiżjoni li s-sentenza tiġi jew ma tiġix rikonoxxuta.”

Fi Franza, rikorsi għal deċiżjoni sabiex deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri minn qorti fi Stat Membru ieħor tal-UE ma tiġix rikonoxxuta għandhom jiġu ppreżentati lill-President tal-Qorti Ordinarja (tribunal judiciaire) jew lid-delegat tiegħu.

Ir-rikorsi jistgħu jiġu aċċettati biss għar-raġunijiet li ġejjin:

• nuqqas ta’ konformità mal-ordni pubbliku tal-Istat Membru li fih qed jintalab ir-rikonoxximent, fid-dawl tal-aħjar interessi tal-minuri;

• assenza ta’ smigħ tal-minuri, f’każ li s-smigħ huwa prinċipju fundamentali tal-proċedura tal-Istat Membru li fih qed jintalab ir-rikonoxximent; nuqqas ta’ osservanza tad-drittijiet tad-difiża;

• ostakolu għall-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri;

• inkompatibbiltà ma’ sentenza mogħtija sussegwentement jew fl-Istat li fih qed jintalab ir-rikonoxximent jew fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz meta dik id-deċiżjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent fl-Istat Membru li fih qed jintalab ir-rikonoxximent;

• nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura ta’ tqegħid.

Id-deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ordinarja (tribunal judiciaire) tista’ tiġi appellata.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Meta jkun hemm element internazzjonali involut (waħda mill-partijiet jew il-minuri jkunu residenti barra mill-pajjiż, ta’ nazzjonalità barranija), l-ewwel irid jiġi determinat jekk il-qorti Franċiża għandhiex ġurisdizzjoni.

Ġurisdizzjoni tal-qrati Franċiżi

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003, jekk il-minuri huma abitwalment residenti fi Franza, il-qrati Franċiżi għandhom il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar rikorsi li jittrattaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri.

Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament, jekk il-qrati Franċiżi jkollhom il-ġurisdizzjoni li jiddeċiedu dwar applikazzjoni għad-divorzju għandhom ukoll il-ġurisdizzjoni li jiddeċiedu dwar rikorsi relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri jekk il-konjuġi jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri konġuntament u jkunu espressament aċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati Franċiżi u dan ikun fl-aħjar interess tal-minuri.

Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament, il-qrati ta’ Stat Membru għandhom ukoll ġurisdizzjoni b’rabta mar-responsabbiltà tal-ġenituri fi proċedimenti minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) fejn il-minuri jkollhom konnessjoni sostanzjali ma’ dak l-Istat Membru, b’mod partikolari minħabba l-fatt li wieħed mid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri huwa abitwalment residenti hemmhekk jew il-minuri huwa ċittadin ta’ dak l-Istat Membru u l-ġurisdizzjoni tiegħu ġiet espressament jew b’mod ieħor aċċettata b’mod inekwivoku mill-partijiet kollha fil-proċedimenti fiż-żmien li l-kwistjoni tkun tressqet quddiem il-qorti u dan ikun fl-aħjar interess tal-minuri.

Il-ġurisdizzjoni tal-qrati tar-residenza abitwali preċedenti tal-minuri tista’ tiġi estiża wkoll jekk il-minuri jkunu ilhom inqas minn tliet xhur li marru jgħixu fi Stat Membru ieħor u t-tilwima tirrigwarda tibdil fid-drittijiet tal-aċċess.

Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament, fejn ir-residenza abitwali tal-minuri ma tistax tiġi stabbilita u l-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi determinata abbażi tal-Artikolu 12, il-qrati Franċiżi jkollhom ġurisdizzjoni jekk il-minuri jkun preżenti fit-territorju Franċiż u r-residenza abitwali tiegħu ma tkunx tista’ tiġi stabbilita (refuġjati tfal jew tfal spostati).

F’ċerti ċirkostanzi ftehim internazzjonali differenti jew id-dritt internazzjonali privat Franċiż jista’ jkun applikabbli wkoll u jwassal lill-qrati Franċiżi biex jaċċettaw il-ġurisdizzjoni.

Il-liġi applikabbli

F’dan il-qasam, Franza tapplika l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta’ Ottubru 1996 fuq il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal. Għalhekk, il-qrati kompetenti biex jiddeċiedu dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri japplikaw il-liġi tagħhom ħlief fejn il-Konvenzjoni tispeċifika mod ieħor.

Għaldaqstant, jekk il-qrati Franċiżi jkollhom ġurisdizzjoni fuq kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, huma japplikaw il-liġi Franċiża (lex fori).

Bħala eċċezzjoni, f’każ li dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-minuri, tiġi applikata l-liġi li hija l-aktar relatata mas-sitwazzjoni.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 10/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - il-Kroazja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Responsabbiltà tal-ġenituri tfisser ir-responsabbiltajiet, id-doveri u d-drittijiet tal-ġenituri mfassla biex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet personali u tal-proprjetà tal-minuri, kif ukoll l-aħjar interessi tal-minuri. Il-ġenituri huma meħtieġa jipprovdu kura skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp u l-kapaċitajiet tal-minuri. L-ebda ġenitur mhu permess jirrinunzja d-dritt tiegħu għall-kura tal-ġenituri. Il-ġenituri huma meħtieġa jiddiskutu u jaqblu dwar l-aspetti individwali tal-kura tal-ġenituri mal-minuri skont l-età u l-maturità tagħhom.

Il-kura tal-ġenituri tinkludi d-dritt u d-dover li jiġu protetti d-drittijiet personali tal-minuri għas-saħħa, għall-iżvilupp, għall-kura u l-protezzjoni, għat-trobbija u għall-edukazzjoni, għall-kuntatt, biex jintgħażel post ta’ residenza, kif ukoll id-dritt u d-dover li jiġu mmaniġġjati l-assi tal-minuri. Il-kura tal-ġenituri tinkludi wkoll id-dritt u d-dover li jiġu rrappreżentati d-drittijiet personali u tal-proprjetà u l-interessi tal-minuri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Il-ġenituri għandhom id-dritt u d-dover li jipprovdu kura b’mod indaqs, b’mod konġunt u bi ftehim. Meta l-ġenituri ma jgħixux flimkien fuq bażi permanenti, dawn ikunu meħtieġa li jaqblu dwar arranġamenti tal-kura tal-ġenituri billi jfasslu Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri. Kura kondiviża mill-ġenituri tista’ tiġi regolata wkoll minn qorti, billi s-sentenza tal-qorti tkun ibbażata fuq l-arranġamenti tal-ġenituri fir-rigward tal-kwistjonijiet rilevanti kollha fil-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri. Meta jipprovdu kura kondiviża, il-ġenituri jridu jippruvaw isolvu kwalunkwe kwistjoni bi ftehim.

Wieħed mill-ġenituri jista’ jipprovdi kura waħdu sħiħa, parti minnha jew sal-limitu meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni dwar kwistjoni importanti partikolari li tikkonċerna lill-minuri. Fis-sitwazzjonijiet ta’ hawn fuq, id-dritt tal-ġenitur l-ieħor li jipprovdi kura jista’ jiġi ristrett biss minn sentenza tal-qorti, billi jiġu kkunsidrati l-aħjar interessi tal-minuri. Meta l-ġenituri jkunu pprovdew kura qabel il-mewt ta’ wieħed mill-ġenituri, il-ġenitur superstiti jrid jipprovdi kura waħdu mingħajr sentenza tal-qorti jekk il-ġenitur l-ieħor ikun miet jew ġie ddikjarat mejjet. Wieħed mill-ġenituri jista’ jipprovdi kustodja waħdu, soġġetta għal sentenza tal-qorti għal dan il-għan, jekk il-ġenituri jkunu naqsu milli jaqblu dwar Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri jew ftehim alternattiv waqt proċedimenti tal-qorti. F’każ bħal dan, il-qorti tkun meħtieġa tagħti preferenza lill-ġenitur li wera r-rieda li jikkoopera u jilħaq ftehim dwar il-kura kondiviża mill-ġenituri.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Meta ġenitur ikun minorenni jew persuna nieqsa mill-kapaċità legali f’qasam partikolari tal-kura tal-ġenituri, il-kura tiegħu tiġi sospiża minħabba ostakoli legali. Waqt li s-sospensjoni tkun fis-seħħ, il-ġenitur ta’ hawn fuq jista’ jieħu ħsieb il-minuri fuq bażi ta’ kuljum waħdu, flimkien mal-ġenitur l-ieħor tal-minuri, jew flimkien ma’ tutur maħtur skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Familja (Obiteljski zakon) dwar il-ħatra ta’ tutur. Il-ġenitur ta’ hawn fuq mhuwiex permess jirrappreżenta lill-minuri u, meta tkun tneħħietlu l-kapaċità legali, mhuwiex permess jirrappreżenta lill-minuri fil-qasam li għalih tneħħietlu l-kapaċità legali. Il-minuri jiġi rrappreżentat mill-ġenitur jew mit-tutur l-ieħor, billi t-tutur ikun meħtieġ jikkonforma max-xewqat tal-ġenitur l-ieħor.

Meta l-ġenituri tal-minuri, jew wieħed mill-ġenituri jew it-tutur, ma jaqblux dwar rappreżentazzjoni fir-rigward ta’ deċiżjonijiet importanti relatati mal-minuri, bi tweġiba għal proposta li tkun saret mill-minuri, wieħed mill-ġenituri, jew it-tutur, il-qorti tagħti sentenza ex parte dwar min għandu jirrappreżenta lill-minuri fil-kwistjoni rilevanti.

Bi tweġiba għal proposta li tkun saret mill-minuri, wieħed mill-ġenituri, jew minn ċentru tal-benessri soċjali, il-qorti tagħti sentenza ex parte biex tissospendi l-kura mill-ġenituri (sospensjoni tal-kura tal-ġenituri minħabba ostakoli reali) jekk wieħed mill-ġenituri jkun assenti jew joqgħod f’indirizz mhux magħruf, jew jekk wieħed mill-ġenituri jiġi pprevenut, għal raġunijiet oġġettivi, milli jipprovdi kura għal perjodu ta’ żmien twil. Il-ġenitur rilevanti mhuwiex permess jipprovdi kura għad-durata tal-perjodu li matulu l-kura tiġi sospiża għar-raġunijiet ta’ hawn fuq. Matul perjodu ta’ sospensjoni bħal dan, il-kura tiġi pprovduta mill-ġenitur l-ieħor waħdu, jew il-minuri ser jitqiegħed fil-kustodja skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Familja. Bi tweġiba għal proposta li tkun saret mill-minuri, mill-ġenitur li l-kura tiegħu tkun ġiet sospiża, jew minn ċentru tal-benessri tat-tfal, il-qorti tagħti sentenza ex parte biex ittemm is-sospensjoni tal-kura mill-ġenituri minħabba ostakoli reali meta ma jibqax ikun hemm raġunijiet li minħabba fihom is-sospensjoni tkun ġiet imposta fuqhom.

Meta l-ġenituri jikkondividu l-kura u wieħed minnhom imut, il-ġenitur superstiti jibqa’ jipprovdi l-kura waħdu. Jekk il-ġenitur li jkun qed jipprovdi kura waħdu jmut, bi tweġiba għal proposta li tkun saret mill-minuri, mill-ġenitur superstiti, jew minn ċentru tal-benessri tat-tfal, il-qorti tagħti sentenza ex parte biex tafda l-kura lill-ġenitur superstiti, jekk din tqis li dan ikun fl-aħjar interessi tal-minuri. Meta ż-żewġ ġenituri jmutu, ċentru tal-benessri tat-tfal iqiegħed lill-minuri taħt kustodja. Waqt li dan ikun għadu ħaj, il-ġenitur li jkun qiegħed jipprovdi l-kustodja jista’, permezz ta’ testment jew att notarili (li ssir referenza għalih bħala “anticipirana naredba” (“deċiżjoni/direttiva bil-quddiem”) bil-Kroat), jinnomina persuna li jqis bħala li tipprovdi l-aħjar kura lill-minuri f’każ tal-mewt tiegħu. Meta jinħatar tutur għall-minuri f’każ ta’ mewt ta’ ġenitur, tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-minuri u x-xewqat tal-ġenitur superstiti, sakemm ma jkunx mifhum li l-kunsiderazzjoni tal-opinjoni/tax-xewqat tagħhom ma tkunx fl-aħjar interessi tal-minuri.

Skont l-Artikolu 224 tal-Att tal-Familja, minuri għandu jitqiegħed f’kustodja jekk il-ġenituri tiegħu jkunu mietu, għebu, mhumiex magħrufa, jew ikunu għexu f’indirizz mhux magħruf għal tal-inqas xahar; jekk il-ġenituri tiegħu ġew deprivati mid-dritt għall-kura mill-ġenituri; jekk il-ġenituri tiegħu, deprivati mill-kapaċità legali f’qasam li jipprevjenihom milli jipprovdu kura mill-ġenituri, ikunu naqsu milli jafdaw lill-minuri għand persuna li tissodisfa l-kriterji tat-tutela, jew jekk il-ġenituri tiegħu jkunu taw il-kunsens li l-minuri jiġi adottat. Skont l-Artikolu 225 tal-Att tal-Familja, ċentru tal-benessri tat-tfal għandu jieħu deċiżjoni biex iqiegħed lill-minuri f’kustodja u jaħtar tutur. Ċentru tal-benessri tat-tfal jista’ jqiegħed lill-minuri f’kura ta’ kuljum ta’ tutur, persuna oħra, familja foster, dar għal tfal abbandunati, jew fil-kura ta’ entità legali involuta f’attivitajiet tal-benessri soċjali, sakemm ma jiġix preskritt mod ieħor mill-Att tal-Familja.

Jittieħdu miżuri biex jipproteġu d-drittijiet personali u l-aħjar interessi tal-minuri abbażi ta’ valutazzjoni esperta jekk jinstab li d-drittijiet u l-aħjar interessi tal-minuri inkisru, jew li d-drittijiet, l-aħjar interessi u l-iżvilupp tal-minuri tpoġġew f’periklu. Id-drittijiet tal-minuri jitqiesu li tpoġġew f’periklu jekk il-kura tkun inadegwata, jekk il-minuri jesperjenza diffikultajiet psikoloġiċi (kif jidhru mill-imġiba tiegħu, problemi emozzjonali, problemi l-iskola jew problemi oħra fir-rigward tat-trobbija tiegħu), jew jekk huwa probabbli li jinħolqu ċ-ċirkostanzi ta’ hawn fuq.

Sabiex jipproteġi d-drittijiet u l-aħjar interessi tal-minuri, ċentru tal-benessri soċjali jista’:

1. jieħu miżura ta’ emerġenza biex jissepara l-minuri u jipprovdilu akkomodazzjoni barra mid-dar tal-familja;

2. joħroġ twissija wara żball jew nuqqas fl-għoti tal-kura mill-ġenituri;

3. jagħmel arranġamenti biex il-ġenituri jirċievu għajnuna professjonali u appoġġ fir-rigward tal-kura mill-ġenituri; u

4. jagħmel arranġamenti biex il-ġenituri jirċievu appoġġ professjonali intensiv u biex il-kura li jipprovdu tiġi sorveljata.

Sabiex tipproteġi d-drittijiet personali u l-aħjar interessi tal-minuri, qorti tista’:

1. temporanjament tqiegħed il-minuri fil-kura ta’ persuna oħra, familja foster jew istituzzjoni ta’ benessri soċjali;

2. toħroġ digriet ta’ trażżin;

3. tneħħi d-dritt mill-ġenituri li jgħixu f’dar kondiviża mal-minuri u tqiegħed lill-minuri fil-kura ta’ kuljum ta’ persuna oħra, familja foster jew istituzzjoni tal-protezzjoni speċjali;

4. tipprovdi appoġġ għat-trobbija tal-minuri, jekk ikollu problemi tal-imġiba, billi tqiegħdu ma’ familja foster jew istituzzjoni ta’ benessri soċjali; jew

5. tneħħi d-dritt mill-ġenituri li jipprovdu kura. Bħala miżuri mfassla biex jipproteġu d-drittijiet u l-aħjar interessi tal-minuri, l-Att tal-Familja fih dispożizzjonijiet biex jirregolaw l-għoti ta’ akkomodazzjoni temporanja għall-minuri jew it-tqegħid temporanju tal-minuri fil-kura ta’ persuna oħra, biex il-ġenituri jitneħħilhom id-dritt li jgħixu f’dar kondiviża mal-minuri, eċċ.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri jistgħu jiġu riżolti billi jitfassal Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri jew permezz ta’ sentenza tal-qorti.

Il-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri huwa ftehim bil-miktub bejn il-ġenituri li jistabbilixxi l-modi ta’ kif tiġi pprovduta l-kura kondiviża meta l-ġenituri tal-minuri ma jgħixux bħala familja fuq bażi permanenti. Il-Pjan ta’ Kustodja Kondiviża jrid jispeċifika li ġej:

1. il-post u l-indirizz fejn joqgħod il-minuri,

2. il-ħin li għandu jqatta’ l-minuri ma’ kull ġenitur,

3. il-modi ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-kunsens meħtieġ meta jsiru deċiżjonijiet importanti għall-minuri u ta’ skambju ta’ informazzjoni importanti fir-rigward tal-minuri,

4. il-livell ta’ obbligu ta’ manteniment għall-ġenitur li ma joqgħodx miegħu l-minuri; u

5. il-modi ta’ kif ser jiġu riżolti kwistjonijiet futuri. Il-ġenituri jistgħu jfasslu l-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri waħidhom jew bħala parti mill-proċess ta’ konsulenza obbligatorju jew mill-proċess ta’ medjazzjoni tal-familja.

Jekk il-ġenituri ma jirnexxilhomx jaqblu fuq il-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri jew jekk jiġi rrifjutat mill-qorti, wieħed mill-ġenituri jew il-minuri jista’ jagħmel rikors sabiex isolvi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-ġenitur li jgħix miegħu l-minuri, il-modi ta’ kif tiġi pprovduta l-kura mill-ġenituri, il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, jew il-manteniment tal-minuri. Fil-proċedimenti maħsubin biex jiddeterminaw liema ġenitur se joqgħod miegħu l-minuri, l-għoti tal-kura mill-ġenituri jew il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, il-qorti ma tkunx marbuta b’xi talba mill-partijiet. Il-qorti tista’ tagħti sentenza fuq il-ġenitur li se jgħix il-minuri miegħu, dwar il-modi ta’ kif il-minuri se jżomm kuntatt mal-ġenitur l-ieħor, u dwar l-għoti tal-kura mill-ġenituri abbażi ta’ ftehim bejn il-ġenituri, jekk tqis li l-ftehim ikun fl-aħjar interessi tal-minuri.

Il-qorti tiddeċiedi ex officio biex tiddetermina liema ġenitur se joqgħod miegħu l-minuri, il-modi ta’ kif tiġi pprovduta l-kura mill-ġenituri, il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, u l-manteniment tal-minuri, permezz ta’ deċiżjoni li tistabbilixxi t-tkissir definittiv taż-żwieġ jew l-annullament tiegħu jew l-għoti ta’ divorzju u f’każijiet oħra meta l-ġenituri ma jgħixux flimkien, jew permezz ta’ deċiżjoni f’każ li tkun ġiet ikkontestata l-maternità jew parternità, jekk l-għoti ta’ sentenza bħal din ikun possibbli u meħtieġ fir-rigward tal-eżitu tal-proċedimenti legali u l-fatti tal-każ.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Sabiex jiġi eżegwit, il-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri jista’ jiġi ppreżentat lill-qorti bħala parti minn proċedimenti ex parte, u dan għandu jippermetti lill-qorti tivverifika l-kontenut tiegħu u tapprova jew tirrifjuta l-Pjan skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Familja. Il-Pjan ta’ Kura Kondiviża jista’ jiġi emendat skont l-età u l-maturità tal-minuri jew meta l-emendi jiġu approvati minn tibdil sinifikanti fiċ-ċirkostanzi. Jekk jiġi emendat, il-Pjan għandu jiġi ppreżentat lill-qorti bħala parti minn proċedimenti ex parte, sabiex jippermettu lill-qorti tivverifika l-kontenut tiegħu, u tapprova jew tirrifjuta l-emendi.

Il-qorti tista’ tagħti sentenza dwar liema ġenitur se joqgħod miegħu l-minuri, dwar il-modi ta’ kif il-minuri se jżomm kuntatt mal-ġenitur l-ieħor, u dwar l-għoti ta’ kura mill-ġenituri abbażi ta’ ftehim bejn il-ġenituri, jekk tqis li l-ftehim ikun fl-aħjar interessi tal-minuri. Jekk il-ġenituri jiddeċiedu li jipprovdu kura kondiviża, il-ftehim għandu jirregola l-kwistjonijiet importanti kollha li joħorġu fil-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri. Fir-rigward tar-rimedji legali jew tal-emendar tas-sentenza tal-qorti, is-sentenza tal-qorti bbażata fuq il-ftehim tal-ġenitur dwar l-għoti ta’ kura kondiviża mill-ġenituri se jkollha l-istess effett legali bħall-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri, kif emendat mill-qorti. Mhi meħtieġa li tiġi inkluża l-ebda nota spjegatorja fis-sentenza fir-rigward tal-kura mill-ġenituri jew il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor jekk is-sentenza tiġi bbażata fuq il-ftehim ta’ hawn fuq tal-ġenituri dwar l-għoti ta’ kura kondiviża mill-ġenituri.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Jekk il-ġenituri ma jirnexxilhomx jaqblu fuq il-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri, ċentru tal-benessri soċjali jħeġġiġhom biex jippruvaw jilħqu ftehim bħala parti mill-proċess ta’ medjazzjoni tal-familja, sakemm il-każ inkwistjoni ma jiġix soġġett għal rekwiżiti tal-medjazzjoni statutorji. Jekk ġenituri li beħsiebhom iġibu divorzju ma jirnexxilhomx jaqblu dwar il-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri, ċentru tal-benessri soċjali jinfurmahom li, bħala parti mill-proċedimenti tad-divorzju li jinbdew minn azzjoni minn wieħed mill-konjuġi, il-qorti, ex officio, se:

1. tagħti sentenza li tiddetermina liema ġenitur se jgħix miegħu l-minuri, arranġamenti tal-kura mill-ġenituri, il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, u l-manteniment tal-minuri;

2. tippermetti lill-minuri jesprimi l-opinjoni tiegħu taħt l-Att tal-Familja; u

3. taħtar tutur speċjali għall-minuri skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Familja.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Skont l-Artikolu 413 tal-Att tal-Familja, il-qorti tiddeċiedi ex officio biex tiddetermina liema ġenitur se jgħix miegħu l-minuri, il-modi ta’ kif tiġi pprovduta l-kura mill-ġenituri, il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, u l-manteniment tal-minuri, permezz ta’ deċiżjoni li tistabbilixxi t-tkissir definittiv taż-żwieġ jew l-annullament tiegħu jew l-għoti ta’ divorzju u f’każijiet oħra meta l-ġenituri ma jgħixux flimkien, jew permezz ta’ deċiżjoni f’każ li tkun ġiet ikkontestata l-maternità jew paternità, jekk l-għoti ta’ sentenza bħal din ikun possibbli u meħtieġ fir-rigward tal-eżitu tal-proċedimenti legali u l-fatti tal-każ. Il-qorti tista’

1. tillimita jew tipprojbixxi l-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor;

2. tiddeċiedi li l-kuntatt jiġi ssorveljat minn espert;

3. tiddetermina miżura biex tipproteġi d-drittijiet u l-aħjar interessi tal-minuri kif meħtieġa miċ-ċirkostanzi tal-każ; jew

4. tiddeċiedi dwar arranġamenti tal-kuntatt mal-mara ta’ missieru jew raġel ta’ ommu jekk kienu jgħixu jew jieħdu ħsieb il-minuri meta xxolja ż-żwieġ tagħhom.

Skont l-Artikolu 417 tal-Att tal-Familja, fil-proċedimenti biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, il-qorti hija meħtieġa li tinforma lill-ġenituri li kuntatt bħal dan huwa ta’ importanza speċjali għall-benessri tat-tfal, biex tħeġġeġ lill-ġenituri jilħqu ftehim u jipparteċipaw fil-proċess ta’ medjazzjoni tal-familja f’każijiet minbarra dawk relatati ma’ vjolenza domestika, u, jekk il-ġenituri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, biex tiżgura li l-post fejn il-minuri għandu jżomm kuntatt mal-ġenitur l-ieħor ikun xieraq għall-minuri, billi jiġu kkunsidrati l-limiti ġeografiċi u taż-żmien tal-ġenitur l-ieħor. Is-sentenza tal-qorti għandha tinkludi dettalji relatati mal-modi li bihom, iż-żmien meta, u l-lokalità fejn il-ġenitur l-ieħor jista’ jiġbor u jirritorna l-minuri, u, jekk meħtieġ, dettalji dwar l-ispejjeż tal-kuntatt. Fin-noti spjegatorji tas-sentenza, il-qorti tinkludi twissija bil-miktub b’dettalji tal-konsegwenzi legali ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mad-dover li jiġi ffaċilitat il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor (inkluż multa, priġunerija jew deċiżjoni li tiġi mmodifikata s-sentenza li tiddetermina liema ġenitur se joqgħod miegħu l-minuri).

Skont l-Artikolu 418 tal-Att tal-Familja, fil-proċedimenti biex jiġi ddeterminat il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, il-qorti tista’ tistipula miżura waħda jew aktar biex tiżgura l-eżekuzzjoni jekk tissuspetta li l-ġenitur li jgħix miegħu l-minuri aktarx ma jikkonformax mas-sentenza tal-kuntatt, speċifikament: 1. taħtar persuna biex tgħin bl-infurzar tas-sentenza jew l-arranġamenti li jippermettu lill-minuri biex jikkuntattja lill-ġenitur l-ieħor; u 2. tordna li l-ġenitur li jgħix miegħu l-minuri jiddepożita garanzija ta’ ħlas. Meta jiġu stipulati miżuri bħal dawn, b’mod partikolari, il-qorti tikkunsidra kif il-ġenitur li jgħix miegħu l-minuri ġab ruħu fil-passat.

Skont l-Artikolu 419 tal-Att tal-Familja, fil-proċedimenti biex jiġi ddeterminat il-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, il-qorti tista’ tistipula miżura waħda jew aktar biex tiżgura r-ritorn tal-minuri jew biex tipprevjeni milli l-ġenitur tal-kuntatt jaħtaf lill-minuri (pereżempju, billi tordna li l-ġenitur tal-kuntatt iħalli l-passaport tiegħu waqt ħin ta’ kuntatt għand il-qorti li tkun stipulat il-miżura, billi tordna li l-ġenitur tal-kuntatt jiddepożita garanzija ta’ ħlas, billi tipprojbixxi kwalunkwe aljenazzjoni ta’ jew gravami fuq id-drittijiet tal-proprjetà tal-ġenitur tal-kuntatt – li d-dettalji ta’ projbizzjoni bħal din jiddaħħlu f’reġistri pubbliċi, billi teħtieġ li l-ġenitur tal-kuntatt jattendi regolarment korp awtorizzat, bħal ċentru tal-benessri soċjali, flimkien mal-minuri u fil-lokalità fejn isir il-kuntatt, billi tiddetermina l-lokalità fejn għandu jsir il-kuntatt, billi tipprojbixxi milli l-minuri jħalli l-pajjiż fejn għandu jsir il-kuntatt, u billi ddaħħal id-dettalji ta’ projbizzjoni bħal din f’sistema ta’ informazzjoni nazzjonali jew transnazzjonali). Meta tistipula l-miżuri ta’ hawn fuq, il-qorti trid, b’mod partikolari, tikkunsidra kif il-ġenitur tal-kuntatt ġab ruħu fil-passat.

Skont l-Artikolu 421 tal-Att tal-Familja, mhi meħtieġa li tiġi inkluża l-ebda nota ta’ spjegazzjoni fis-sentenza li tiddetermina l-kura mill-ġenituri jew l-arranġamenti tal-kuntatt tal-minuri jekk is-sentenza tiġi bbażata fuq ftehim bejn il-ġenituri, li jintlaħaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Familja, jew jekk is-sentenza ngħatat oralment fil-preżenza tal-partijiet kollha u l-partijiet kollha aċċettaw li ma jirrikorrux għal rimedji legali.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Skont l-Artikolu 99 tal-Att tal-Familja, wieħed mill-ġenituri għandu jirrappreżenta lill-minuri waħdu fl-oqsma tal-kura mill-ġenituri li l-ġenitur l-ieħor ġie limitat fihom taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Familja jew b’sentenza tal-qorti.

L-Artikolu 105 tal-Att tal-Familja jiddikjara li wieħed mill-ġenituri jista’ jipprovdi kura mill-ġenituri waħdu sħiħa, parti minnha jew sal-limitu meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni dwar kwistjoni importanti partikolari li tikkonċerna lill-minuri. Fis-sitwazzjonijiet ta’ hawn fuq, id-dritt tal-ġenitur l-ieħor li jipprovdi kura jista’ jiġi ristrett biss minn sentenza tal-qorti, billi jiġu kkunsidrati l-aħjar interessi tal-minuri. Meta l-ġenituri jkunu pprovdew kura kondiviża qabel il-mewt ta’ wieħed mill-ġenituri, il-ġenitur superstiti jrid jipprovdi kura waħdu mingħajr sentenza tal-qorti jekk il-ġenitur l-ieħor ikun miet jew ġie ddikjarat mejjet. Meta tiddeċiedi dwar kura unika mill-ġenituri, il-qorti tiddeċiedi jekk il-ġenitur li jingħata l-kustodja għandux jirrappreżenta lill-minuri fi kwistjonijiet relatati mad-drittijiet personali essenzjali tal-minuri waħdu jew għandux jagħmel dan suġġett għall-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, kif speċifikat mill-Artikolu 100 tal-Att tal-Familja (ir-rappreżentazzjoni tal-minuri fi kwistjonijiet relatati mad-drittijiet personali tiegħu tfisser rappreżentazzjoni f’każ ta’ xi bidla fl-isem jew fl-indirizz tad-dar permanenti jew temporanju tal-minuri, jew il-libertà tiegħu li jagħżel jew jibdel l-affiljazzjoni reliġjuża tiegħu).

Skont l-Artikolu 110 tal-Att tal-Familja, irrispettivament minn jekk il-kura tkunx unika jew kondiviża, il-ġenituri huma intitolati li jagħmlu deċiżjonijiet ta’ kuljum li jikkonċernaw lill-minuri waħidhom meta l-minuri jkun qiegħed joqgħod ma’ wieħed minnhom. F’emerġenzi, jiġifieri meta jkun hemm theddida immedjata għall-minuri, wieħed mill-ġenituri huwa intitolat li jiddeċiedi li jieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa fid-dawl tal-aħjar interessi tal-minuri mingħajr ma jfittex il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. Huwa għandu jinforma lill-ġenitur l-ieħor dwar dan malajr kemm jista’ jkun.

Irrispettivament minn jekk il-kura mill-ġenituri tkunx unika jew kondiviża, il-ġenituri huma meħtieġa li jiskambjaw informazzjoni dwar is-saħħa tal-minuri, il-konsistenza tat-trobbija tiegħu, kif ukoll informazzjoni dwar l-attivitajiet kurrikulari u extrakurrikulari tal-minuri. Kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni bħal dan irid ikun malajr, trasparenti u jiffoka biss fuq il-minuri.

L-ebda ġenitur ma jista’ juża d-dover tiegħu li jikkoopera b’mod ħażin biex jikkontrolla lill-ġenitur l-ieħor.

Minbarra dan ta’ hawn fuq, skont l-Artikolu 112 tal-Att tal-Familja, il-ġenitur li ġie limitat f’qasam partikolari tal-kura mill-ġenituri huwa intitolat li jżomm kuntatt mal-minuri, jagħmel deċiżjonijiet ta’ kuljum relatati mal-minuri, jieħu azzjoni urġenti f’każ ta’ theddida immedjata għall-minuri, u li jirċievi informazzjoni dwar ċirkostanzi importanti fir-rigward tad-drittijiet personali tal-minuri. Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti jew irtirati biss minn sentenza tal-qorti jekk ir-restrizzjoni jew l-irtirar ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-aħjar interessi tal-minuri. Il-ġenitur li ma jipprovdix kura mill-ġenituri lill-minuri huwa intitolat li jitlob informazzjoni dwar ċirkostanzi importanti relatati mad-drittijiet personali tal-minuri mill-ġenitur l-ieħor jekk huwa jkollu interess leġittimu li jagħmel dan u sal-limitu li bih tali azzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-aħjar interessi tal-minuri. F’każ ta’ tilwima, fi proċedimenti ex parte u bi tweġiba għal proposta li tkun saret mill-minuri jew minn wieħed mill-ġenituri, il-qorti tagħti sentenza li tiżgura l-protezzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Skont l-Artikolu 108 tal-Att tal-Familja, meta l-ġenituri jkollhom kustodja konġunta, dawn huma meħtieġa jagħmlu kwalunkwe deċiżjoni importanti relatata mal-minuri u jipprovdu kwalunkwe kunsens bi ftehim. Deċiżjonijiet importanti għall-minuri jirrelataw mar-rappreżentazzjoni tal-minuri fi kwistjonijiet rigward id-drittijiet personali essenzjali tiegħu u r-rappreżentazzjoni fi kwistjonijiet fir-rigward tal-assi ta’ valur u d-drittijiet tal-proprjetà tal-minuri. Deċiżjonijiet importanti għall-minuri jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta’ deċiżjonijiet oħra li jistgħu jaffettwaw il-ħajja tal-minuri konsiderevolment, bħal dawk li jikkonċernaw il-kuntatt tal-minuri ma’ persuni qrib tiegħu, proċeduri jew kura medika straordinarja, u l-libertà tal-minuri li jagħżel skola. Id-deċiżjonijiet kollha bħal dawn jibqgħu validi diment li l-ġenitur l-ieħor jagħti kunsens għalihom. F’każijiet eċċezzjonali, pereż. proċedura medika urġenti, japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti speċjali li jirregolaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti. L-Artikolu 100 tal-Att tal-Familja fih dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentazzjoni tal-minuri fi kwistjonijiet relatati mad-drittijiet personali essenzjali tiegħu (f’każ ta’ xi bidla fl-isem jew l-indirizz tad-dar permanenti jew temporanju tal-minuri, jew il-libertà tiegħu li jagħżel jew jibdel l-affiljazzjoni reliġjuża tiegħu). Ir-rappreżentazzjoni fi kwistjonijiet relatati mad-drittijiet personali essenzjali tal-minuri titqies bħala valida jekk il-ġenitur li jirrappreżenta lill-minuri jkun kiseb kunsens bil-miktub mill-ġenitur l-ieħor intitolat li jirrappreżenta lill-minuri. F’każijiet preskritti mil-liġi mhu meħtieġ l-ebda kunsens bħal dan jekk il-ġenitur li jgħix miegħu l-minuri jkun kiseb il-kunsens ta’ ċentru tal-benessri soċjali. Jekk il-ġenitur li jirrappreżenta lill-minuri ma jistax jikseb kunsens bil-miktub, fi proċedimenti ex parte u bi tweġiba għal proposta li tkun saret mill-minuri jew wieħed mill-ġenituri, il-qorti tiddeċiedi liema ġenitur jirrappreżenta lill-minuri fil-kwistjoni msemmija biex jiġu protetti l-aħjar interessi tiegħu.

L-Artikolu 101 tal-Att tal-Familja fih dispożizzjonijiet dwar rappreżentazzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-assi ta’ valur tal-minuri jew id-drittijiet tal-proprjetà tiegħu.

Skont l-Artikolu 109 tal-Att tal-Familja, meta l-ġenituri intitolati li jirrappreżentaw lill-minuri ma jirnexxilhomx jaqblu fuq deċiżjonijiet importanti għall-minuri, fi proċedimenti ex parte u bi tweġiba għal proposta li tkun saret mill-minuri jew minn wieħed mill-ġenituri, il-qorti tiddeċiedi liema ġenitur jirrappreżenta lill-minuri fil-kwistjoni msemmija. Jekk id-deċiżjonijiet importanti jkunu relatati mad-drittijiet personali tal-minuri, il-ġenituri huma meħtieġa li jipparteċipaw fil-proċess ta’ konsulenza obbligatorju qabel ma titressaq azzjoni ex parte.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti muniċipali li teżerċita ġurisdizzjoni lokali u għandhom jitressqu azzjonijiet quddiemha.

Skont l-Artikolu 34 tal-Att tal-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku), il-qrati muniċipali dejjem jiddeċiedu fil-prim istanza fit-tilwim li ġej: dwar jekk iż-żwieġ spiċċax b’mod definittiv, jew jekk iż-żwieġ għandux jiġi annullat u l-konjuġi jingħataw id-divorzju; tilwim relatat mad-determinazzjoni jew tilwim ta’ paternità jew maternità; dawk li għandhom jiddeterminaw il-ġenitur li se jgħix miegħu l-minuri; u dawk relatati mal-kura mill-ġenituri, meta tkun għaddejja azzjoni konkurrenti biex tistabbilixxi jekk iż-żwieġ spiċċax b’mod definittiv, biex jiġi annullat iż-żwieġ, jew biex jingħata d-divorzju.

Skont l-Att tal-Familja, trid issir konsulenza obbligatorja qabel ma titressaq petizzjoni għal divorzju bejn il-konjuġi li jipprovdu l-kura kondiviża lill-minuri tagħhom jew qabel jinbdew proċedimenti legali oħra relatati mal-kura mill-ġenituri u l-kuntatt. Id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Familja dwar konsulenza obbligatorja qabel titressaq petizzjoni għal divorzju bejn il-konjuġi li jipprovdu kura kondiviża lill-minuri tagħhom japplikaw mutatis mutandis għal konsulenza obbligatorja li titwettaq qabel titressaq azzjoni biex tiddetermina l-kura mill-ġenituri u l-kuntatt tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, meta ż-żwieġ/is-sħubija tal-ġenituri tiegħu tkun spiċċat b’mod definittiv. Il-liġi tistipula każijiet fejn ma jsir l-ebda rikors għal konsulenza obbligatorja. Il-proċess ta’ konsulenza obbligatorja jibda meta parti tagħmel talba għal dan il-għan. It-talba tiġi indirizzata lil ċentru tal-benessri soċjali, bil-miktub jew verbalment (billi ssir dikjarazzjoni li għandha tiddaħħal f’reġistru). Is-servizz ta’ konsulenza obbligatorja jiġi pprovdut minn tim espert taċ-ċentru tal-benessri soċjali kompetenti għall-post fejn il-minuri jkollu indirizz tad-dar permanenti jew temporanju, jew għal-lokalità fejn il-konjuġi jew is-sħab fil-liġi komuni kellhom l-aħħar indirizz tad-dar kondiviża, sew jekk huwiex permanenti kif ukoll temporanju. Il-konsulenza obbligatorja hija proċess li jinvolvi l-parteċipazzjoni personali tal-membri tal-familja (mhu permess l-ebda rappreżentant). Ladarba jintemm il-proċess tal-konsulenza obbligatorja, iċ-ċentru tal-benessri soċjali jħejji rapport, li se jibqa’ validu għal sitt xhur mid-data tat-tmiem tal-konsulenza.

L-attendenza fl-ewwel laqgħa tal-medjazzjoni tal-familja hija meħtieġa qabel ma min iressaq it-talba jkun jista’ jippreżenta talba għal divorzju.

Skont it-tip ta’ azzjoni li tkun qiegħda titressaq (tilwima taż-żwieġ; tilwima biex tiġi stabbilita jew kkontestata maternità jew paternità; tilwima dwar il-kura mill-ġenituri, tilwima li tikkonċerna kuntatt, azzjoni għal divorzju permezz ta’ kunsens reċiproku, jew biex tintalab approvazzjoni għal Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri), min iressaq it-talba jeħtieġ li, fost dokumenti oħra, jippreżenta r-rapport/l-evidenza ta’ parteċipazzjoni fil-konsulenza obbligatorja fl-ewwel laqgħa tal-medjazzjoni tal-familja/il-Pjan ta’ Kura Kondiviża mill-Ġenituri. Id-dokumenti meħtieġa jiddependu fuq l-azzjoni li tkun qiegħda titressaq.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Fl-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw kwistjonijiet relatati mal-minuri tal-liġi tal-familja, il-korpi kompetenti jridu jieħdu azzjoni urġenti filwaqt li fl-istess ħin jipproteġu l-aħjar interessi tal-minuri.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva. Għajnuna legali bla ħlas hija regolata mill-Att tal-Għajnuna Legali Bla Ħlas (Zakon o besplatnoj pravnoj pomoći) (Narodne novine (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 143/2013).

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva. Il-partijiet jistgħu jressqu appell kontra sentenza tal-prim istanza fi żmien ħmistax-il jum mid-data tal-għoti ta’ kopja tas-sentenza, sakemm ma jkunx ġie pprovdut limitu ta’ żmien differenti mill-Att tal-Proċedura Ċivili. Sakemm ma jiġix preskritt mod ieħor mil-liġi, l-appelli jistgħu jitressqu kontra sentenza tal-prim istanza li tirriżulta minn azzjonijiet ex parte speċjali regolati mill-Att tal-Familja. L-appelli għandhom jitressqu fi żmien ħmistax-il jum mid-data tal-għoti tas-sentenza.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Il-qorti li għandha tiġi kkuntattjata hija l-qorti muniċipali li teżerċita ġurisdizzjoni lokali. Kwalunkwe proċedura ta’ infurzar titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Eżekuzzjoni (Ovršni zakon), iżda l-Att tal-Familja fih dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ eżekuzzjoni maħsuba biex tiżgura li jingħata l-minuri u fir-rigward ta’ eżekuzzjoni maħsuba biex tiżgura li jkun jista’ jinżamm kuntatt mal-minuri (l-Artikoli 509-525 tal-Att tal-Familja).

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Jeħtieġ li tressaq azzjoni għal sentenza mogħtija minn qorti barranija biex tiġi rikonoxxuta skont l-Att dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Kunflitti bejn il-Liġijiet Kroati u r-Regolamenti ta’ Pajjiżi Oħra relatati ma’ Ċerti Relazzjonijiet (Zakon o rješavanju sukoba zakona s propisima drugih zemalja u određenim odnosima) (NN Nru 53/91, 8/01).

Mill-1 ta’ Lulju 2013, il-Kroazja ilha timplimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000. Il-Kapitolu III tar-Regolament imsemmi japplika mutatis mutandis għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-eżegwibilità tas-sentenza fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri.

Talba għal rikonoxximent jew nuqqas ta’ rikonoxximent, talba għall-validazzjoni tal-eżegwibilità, u proposta għal eżekuzzjoni għandhom jitressqu quddiem il-qorti muniċipali li teżerċita ġurisdizzjoni lokali.

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti muniċipali li teżerċita ġurisdizzjoni lokali u għandhom jitressqu azzjonijiet quddiemha.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, japplikaw għal proċeduri għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija minn qrati barranin.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

L-appelli għandhom jitressqu quddiem qorti muniċipali. Qorti tal-kontea tiddeċiedi l-appell.

Il-proċedimenti tal-appell huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, u għad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Proċedura Ċivili.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Skont l-Artikolu 40 tal-Att dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Kunflitti bejn il-Liġijiet Kroati u r-Regolamenti ta’ Pajjiżi Oħra relatati ma’ Ċerti Relazzjonijiet, il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-ġenitur u l-minuri hija l-liġi tal-pajjiż li l-ġenituri u l-minuri huma ċittadini tiegħu. Jekk il-ġenituri u l-minuri jkunu ċittadini ta’ pajjiżi differenti, il-liġi li tapplika hija dik tal-pajjiż li kollha għandhom indirizz tad-dar permanenti fih. Jekk il-ġenituri u l-minuri jkunu ċittadini ta’ pajjiżi differenti, u jekk m’għandhomx indirizz tad-dar permanenti fl-istess pajjiż, tapplika l-liġi Kroata jekk il-minuri jew wieħed mill-ġenituri jkun ċittadin Kroat. Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenitur u l-minuri li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq huma soġġetti għal-liġi tal-pajjiż li l-minuri huwa ċittadin tiegħu.

Mill-1 ta’ Jannar 2010, il-Kroazja ilha timplimenta l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, rikonoxximent, eżekuzzjoni u kooperazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u miżuri għall-protezzjoni tat-tfal.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal:

L-Att tal-Familja (NN Nru 103/15 u 98/19)

L-Att tal-Eżekuzzjoni (NN Nri 112/12, 25/13, 93/14)

L-Att dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Kunflitti bejn il-Liġijiet Kroati u r-Regolamenti ta’ Pajjiżi Oħra relatati ma’ Ċerti Relazzjonijiet (NN Nri 53/91, 88/01)

L-Att dwar Għajnuna Legali Bla Ħlas (NN Nru 143/2013)

L-Att dwar l-Implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (NN Nru 127/2013)

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 15/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Italja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fil-liġi Taljana, il-kunċett ta’ “awtorità tal-ġenituri” (potestà genitoriale) ġie sostitwit bil-kunċett ta’ “responsabbiltà tal-ġenituri” (responsabilità genitoriale) mil-liġi li tirriforma l-paternità (Liġi Nru 219/2012) u d-Digriet Leġiżlattiv Nru 154/2013, li d-dispożizzjonijiet tiegħu daħlu fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2014.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija d-dmir li jipprovdu manteniment, irabbu, jedukaw u jipprovdu sostenn morali lit-tfal, b’attenzjoni xierqa lill-kapaċitajiet, l-inklinazzjonijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom.

It-tfal għandhom ukoll id-dritt li jżommu relazzjoni bbilanċjata u kontinwa maż-żewġ ġenituri, li jingħataw kura, jitrabbew, jiġu edukati u jingħataw sostenn morali mit-tnejn li huma, u li jkollhom relazzjonijiet sinifikanti mal-axxendenti u l-qraba ta’ kull ġenitur.

It-tfal infushom ukoll għandhom dmirijiet: li jirrispettaw il-ġenituri tagħhom u li jipparteċipaw fil-manteniment tal-familja sakemm jibqgħu jgħixu fiha.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tirriżulta mill-operat tal-liġi meta l-ġenituri jkunu miżżewġin lil xulxin. F’dan il-każ, iż-żewġ ġenituri għandhom responsabbiltà tal-ġenituri rigward it-tfal tagħhom.

Jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġin ma’ xulxin, il-ġenitur li jirrikonoxxi lill-wild ikun il-ġenitur li jkollu r-responsabbiltà tal-ġenituri. Jekk iż-żewġ ġenituri jirrikonoxxu lill-wild, it-tnejn li huma jkollhom u jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild, bħallikieku kienu miżżewġin. Jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġin ma’ xulxin u ma jirrikonoxxux lill-wild fl-istess ħin, it-tieni rikonoxximent ma jistax iseħħ mingħajr il-kunsens tal-ġenitur li diġà għamel ir-rikonoxximent.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tkun eżerċitata mill-ġenituri bi ftehim komuni, wara li jitqiesu l-kapaċitajiet, l-inklinazzjonijiet naturali u l-aspirazzjonijiet tal-wild. B’mod partikolari, il-ġenituri għandhom jistabbilixxu r-residenza abitwali tal-wild bi ftehim komuni.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk il-wild temporanjament ma jkollux ambjent familjari xieraq, isiru arranġamenti biex il-wild jitqiegħed ma’ familja tar-rispett.

Barra minn hekk, meta l-ġenituri ma jurux kapaċità suffiċjenti biex jieħdu ħsieb it-trobbija tat-tfal tagħhom, pereżempju meta jkun hemm konfrontazzjonijiet estremi, il-qrati spiss jagħtu kustodja lis-servizzi soċjali tal-post tar-residenza tal-familja. Dan ġeneralment jinvolvi limitazzjoni fuq l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri: normalment, id-deċiżjonijiet dwar is-saħħa, l-edukazzjoni u t-trobbija tal-wild jittieħdu mis-servizzi soċjali tal-post tar-residenza tal-familja. F’każijiet bħal dawn, ħafna drabi l-wild ikompli jgħix mal-ġenituri tiegħu, jew ma’ wieħed minnhom. Fl-iktar każijiet serji, il-qorti tordna li l-wild jitneħħħa mid-dar tal-familja.

Jekk wieħed mill-ġenituri jikser jew jittraskura d-dmirijiet tiegħu jew jabbuża s-setgħat assoċjati, li jirriżulta fi ħsara serja lill-wild, il-qorti tista’ tordna li titneħħa r-responsabbiltà tal-ġenituri ta’ dak il-ġenitur.

Jekk iż-żewġ ġenituri jkunu mejtin, ikunu tneħħewlhom ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri jew ma jkunux jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri għal kwalunkwe raġuni oħra, jinħatar tutur. It-tutur jieħu ħsieb il-wild, jirrappreżentah fil-proċedimenti ċivili kollha, u jamministra l-assi tal-wild.

Il-Kodiċi Ċivili jipprovdi wkoll għall-possibbiltà li l-qorti taħtar tutur speċjali meta l-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jixtiqux b’mod konġunt – jew meta l-ġenitur li jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri waħdu ma jkunx kapaċi jew ma jkunx irid – iwettqu att wieħed jew iktar fl-interessi tal-wild, barra mill-ambitu tal-amministrazzjoni regolari. F’każijiet bħal dawn, it-tutur speċjali huwa awtorizzat sabiex iwettaq dawk l-atti speċifiċi.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri taż-żewġ ġenituri ma tintemmx wara s-separazzjoni, ix-xoljiment, il-waqfien tal-effetti ċivili, l-annullament u n-nullità taż-żwieġ.

Il-forma tas-soltu ta’ kustodja, li hija kapaċi tiżgura paternità konġunta, hija kustodja konġunta fejn iż-żewġ ġenituri jeżerċitaw responsabbiltà tal-ġenituri.

Deċiżjonijiet importanti għat-tfal li jikkonċernaw l-edukazzjoni, it-trobbija, is-saħħa u l-għażla tar-residenza abitwali tal-wild jsiru bi ftehim reċiproku bejn il-ġenituri u fl-aħjar interessi tal-wild, billi jitqiesu l-kapaċitajiet, l-inklinazzjonijiet naturali u l-aspirazzjonijiet tiegħu; għall-kuntrarju, għal kwalunkwe kwistjonijiet amministrattivi normali, il-ġenituri jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenitur tagħhom separatament (Artikolu 337b tal-Kodiċi Ċivili).

Il-kustodja konġunta ma timplikax neċessarjament li l-wild jaqsam il-ħin tiegħu b’mod ugwali bejn kull ġenitur. Normalment, l-ordni tas-separazzjoni jew tad-divorzju tiddetermina min hu l-ġenitur koabitant – jiġifieri l-ġenitur li l-wild jgħix miegħu b’mod permanenti – u huma mbagħad stabbiliti l-kundizzjonijiet li fihom il-ġenitur li ma jikkoabitax jista’ jqatta’ ħin mal-wild. Huwa possibbli wkoll li ż-żmien li t-tfal jgħixu ma’ kull ġenitur jinqasam b’mod ugwali, jekk il-ġenituri jgħixu qrib xulxin u jkollhom stili ta’ ħajja simili, sakemm tali arranġament ma jkollux effett negattiv fuq il-ħajja soċjali jew skolastika tat-tfal.

Madankollu, jekk il-kustodja konġunta ma tilħaqx l-aħjar interessi tal-wild, l-imħallef jista’ jagħti kustodja unika lil ġenitur wieħed, permezz ta’ deċiżjoni motivata (l-Artikolu 337c tal-Kodiċi Ċivili).

L-iktar każijiet komuni li fihom tingħata kustodja unika huma: 1. jekk wieħed mill-ġenituri joħloq riskju għall-benesseri fiżiku u psikoloġiku tal-wild (ġenitur vjolenti, ġenitur b’rekord kriminali sinifikanti, ġenitur li huwa vvizzjat bid-droga jew alkoħoliku); 2. jekk ġenitur ma jkunx kapaċi jipprovdi sostenn morali u materjali lill-wild, jew ma jkun wera ebda interess fil-wild; 3. jekk ġenitur imaqdar lill-ġenitur l-ieħor quddiem il-wild; 4. jekk l-ostilità bejn il-ġenituri tkun tant ħażina li tista’ ttellef l-ekwilibriju u l-iżvilupp psikofiżiku tal-wild.

Fil-każ ta’ kustodja unika, ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija eżerċitata biss mill-ġenitur b’kustodja, iżda kull deċiżjoni importanti għall-wild għandha ssir miż-żewġ ġenituri, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor minħabba ċirkostanzi partikolarment serji, pereżempju imġiba vjolenti jew abbużiva (Artikolu 337c tal-Kodiċi Ċivili).

Ġenitur li ma jeżerċitax ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandu d-dritt u d-dmir li jissorvelja l-edukazzjoni, it-trobbija u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-wild (l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 316).

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ftehim bejn il-ġenituri dwar kif se jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri wara s-separazzjoni tagħhom għandu jiġi sottomess lill-qorti b’ġurisdizzjoni lokali, li mbagħad taċċerta jekk il-ftehim jiggarantixxix id-drittijiet u l-benesseri tat-tfal; jekk dan ikun il-każ, il-qorti tapprovah.

Jekk koppja miżżewġa bi tfal li huma minorenni jixtiequ jisseparaw jew jiddivorzjaw u jkunu laħqu ftehim dwar il-kustodja tat-tfal u l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, jistgħu jagħżlu bejn żewġ soluzzjonijiet:

a) jistgħu jissottomettu applikazzjoni konġunta lill-qorti u jiksbu approvazzjoni tal-ftehim tagħhom;

b) jistgħu jużaw “negozjati assistiti minn avukat” (l-Artikolu 6 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida132/2014): dawn jikkostitwixxu ftehim li permezz tiegħu l-partijiet jaqblu li jikkooperaw bil-bona fide u b’mod ġust biex isolvu bonarjament il-kwistjoni relatata mas-separazzjoni u l-kustodja tat-tfal.

Jekk hemm tfal li huma minuri (imma wkoll tfal adulti inkapaċi jew li għandhom diżabilità serja jew ekonomikament mhumiex awto-suffiċjenti), il-ftehim milħuq bħala riżultat ta’ negozjati assistiti għandu jintbagħat, fi żmien għaxart ijiem, lill-Prosekutur Pubbliku fil-qorti li għandha ġurisdizzjoni, li tawtorizza l-ftehim jekk iqis li l-ftehim ikun fl-interess tat-tfal. Jekk, madankollu, il-Prosekutur Pubbliku jqis li l-ftehim ma jkunx fl-aħjar interess tat-tfal, huwa għandu jibagħtu, fi żmien ħamest ijiem, lill-President tal-qorti, li jiffissa data, fi żmien tletin jum, għall-attendenza tal-partijiet u jaġixxi mingħajr dewmien.

Ladarba l-ftehim ikun ġie awtorizzat, huwa ekwivalenti għall-ordnijiet tal-qorti magħmulin fir-rigward tas-separazzjoni jew id-divorzju.

Jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġin, l-ewwel soluzzjoni biss hija possibbli (jiġifieri ftehim approvat mill-qorti).

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Biex isolvu kwalunkwe kwistjonijiet marbutin mal-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-ġenituri jistgħu jirrikorru għal medjatur tal-familja. L-għan tal-medjazzjoni mhuwiex li tinkiseb rikonċiljazzjoni bejn il-koppja, iżda li jkun jista’ jintlaħaq ftehim reċiproku dwar il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, u b’hekk tiġi evitata u titnaqqas kwalunkwe forma ta’ kunflitt. Madankollu, kwalunkwe soluzzjoni kondiviża għandha tintbagħat lill-qorti, li tivvaluta jekk l-interessi tal-wild ġewx irrispettati.

Jekk it-tilwima tippersisti, titressaq quddiem il-qorti kompetenti għall-proċeduri ta’ separazzjoni, divorzju u kustodja tat-tfal.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Għandha ssir distinzjoni bejn żewġ xenarji.

a) Jekk il-ġenituri ma jaqblux dwar kwistjonijiet partikolarment importanti, jistgħu jressqu t-tilwima quddiem qorti. F’każijiet bħal dawn, il-qorti l-ewwel nett tipproponi s-soluzzjonijiet li jissodisfaw l-aħjar l-interessi tal-wild u l-unità tal-familja. Jekk it-tilwima tippersisti, il-qorti tagħti s-setgħa li jiddeċiedi dwar id-domanda speċifika lill-ġenitur li tqis l-iktar probabbli li jieħu ħsieb l-interessi tal-wild.

b) Il-ġenituri jistgħu jressqu każ quddiem il-qrati sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-kustodja tat-tfal u t-tqegħid tagħhom (normalment meta l-ġenituri jkunu qegħdin jisseparaw). F’dan il-każ, il-qorti tiddeċiedi dwar:

  • il-kustodja tat-tfal, billi primarjament tagħżel is-soluzzjoni tal-kustodja konġunta (jiġifieri ż-żewġ ġenituri),
  • il-ħinijiet u l-kundizzjonijiet ta’ residenza ma’ kull ġenitur, l-ammont ta’ manteniment għat-tfal u, b’mod ġenerali, il-kontribuzzjoni ta’ kull ġenitur għall-ispejjeż imġarrba għall-kura, l-edukazzjoni u t-trobbija tat-tfal.

Peress li l-iktar deċiżjonijiet importanti għandhom jittieħdu bi ftehim komuni anki meta l-ġenituri jisseparaw jew jiddivorzjaw, jekk il-ġenituri ma jaqblux dwar xi kwistjonijiet individwali, jistgħu jressqu t-tilwima quddiem qorti kif spjegat fil-punt a).

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur li ngħata kustodja unika tat-tfal għandu eżerċizzju esklussiv tar-responsabbiltà tal-ġenituri, sakemm il-qorti ma tordnax mod ieħor. Il-ġenitur in kwistjoni jista’, b’mod partikolari, jieħu wkoll deċiżjonijiet ta’ amministrazzjoni mhux normali b’mod indipendenti.

Madankollu, anki meta wieħed mill-ġenituri jkun ingħata kustodja unika, id-deċiżjonijiet li jaqdu l-aħjar interessi tat-tfal (dawk relatati mal-edukazzjoni, it-trobbija u s-saħħa tagħhom) għandhom jittieħdu miż-żewġ ġenituri, sakemm id-deċiżjoni dwar il-kustodja ma tipprovdix mod ieħor.

B’mod ġenerali, l-imħallfin jiddeċiedu li l-qbil tal-ġenitur li m’għandux il-kustodja mhuwiex meħtieġ meta dak il-ġenitur ikun assenti, indifferenti, ma jistax jiġi kkuntattjat jew ikun aġixxa b’mod vjolenti jew abbużiv fil-passat.

Il-ġenitur li m’għandux kustodja tat-tfal għandu d-dritt u d-dmir li jissorvelja l-edukazzjoni, it-trobbija u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom, u jista’ jmur quddiem il-qorti meta jemmen li ttieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra l-interessi tat-tfal.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Jekk tingħata kustodja konġunta, ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija eżerċitata miż-żewġ ġenituri, li għandhom jaqblu dwar id-direzzjoni tal-ħajja tat-tfal u jieħdu deċiżjonijiet flimkien dwar l-edukazzjoni, it-trobbija, is-saħħa u l-għażla tal-post normali tar-residenza tat-tfal, filwaqt li jiżguraw li dawk id-deċiżjonijiet ikunu fl-aħjar interessi tat-tfal. Fir-rigward biss ta’ kwalunkwe deċiżjoni dwar kwistjonijiet amministrattivi normali, bħala regola, il-ġenituri jeżerċitaw responsabbiltà tal-ġenituri separatament, matul il-perjodi rispettivi meta t-tfal ikunu qiegħdin jgħixu magħhom.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Il-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Ġenerali (Tribunale ordinario) għandha l-ġurisdizzjoni għall-proċedimenti kollha li jikkonċernaw il-kustodja tat-tfal u kwalunkwe kwistjoni assoċjata li għandha x’taqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri.

Jekk tilwima tirrigwarda l-irtirar jew ir-restrizzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri jew ir-reintegrazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, mingħajr ma tinvolvi xi fatturi relatati mal-kustodja tat-tfal, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni hija l-Qorti tal-Minorenni (Tribunale per i minorenni).

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Jekk il-kwistjoni dwar il-kustodja u l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri fuq tfal imwielda matul iż-żwieġ tifforma parti mit-tilwima ta’ separazzjoni jew divorzju, il-proċedura hija dik stabbilita fit-taqsima dwar id-Divorzju.

Il-miżuri dwar il-kustodja u l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri għal tfal imwielda barra miż-żwieġ huma adottati mill-qorti f’sessjoni magħluqa, wara li tkun intalbet informazzjoni sommarja u wara li tkun semgħet lill-prosekutur pubbliku u lill-ġenituri; f’każ ta’ emerġenza, il-qorti tista’ tordna miżuri temporanji fl-interessi tal-wild.

Fiż-żewġ każijiet, l-imħallef jista’ jordna miżuri temporanji urġenti biex jipproteġi lit-tfal. Il-proċeduri jvarjaw skont jekk jirrelatawx mat-tfal ta’ koppji mhux miżżewġin jew koppji miżżewġin, iżda l-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Ġenerali għandha ġurisdizzjoni fiż-żewġ każijiet.

Bħal fil-proċeduri kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal, il-wild jinstema’ mill-imħallef jekk ikollu mill-inqas tnax-il sena jew, fi kwalunkwe każ, jekk ikun kapaċi jieħu deċiżjoni.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Tista’ tinkiseb għajnuna legali biex tkopri l-ispejjeż ta’ proċeduri ta’ separazzjoni, divorzju u kustodja tat-tfal, jew proċeduri li jirrestrinġu jew ineħħu r-responsabbiltà tal-ġenituri.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

L-appelli kontra deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jistgħu jiġu ppreżentati fil-Qorti tal-Appell (Corte d’Appello - qorti tat-tieni istanza).

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Id-deċiżjonijiet tal-qorti dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri huma eżegwibbli.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor tal-UE huwa awtomatiku. Madankollu, skont ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003, kwalunkwe parti interessata tista’ tapplika għal sentenza dwar jekk dik id-deċiżjoni tiġix rikonoxxuta jew le.

Sabiex id-deċiżjoni tiġi eżegwita, il-parti interessata għandha tissottometti applikazzjoni ta’ eżegwibilità lill-Qorti tal-Appell b’ġurisdizzjoni lokali. Ladarba d-deċiżjoni tkun ġiet iddikjarata eżegwibbli, tiġi eżegwita taħt l-istess kundizzjonijiet li kienu japplikaw kieku d-deċiżjoni saret f’dak l-Istat Membru.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

L-awtorità ġudizzjarja kompetenti hija l-Qorti tal-Appell b’ġurisdizzjoni lokali (b’referenza għall-post fejn tiġi eżegwita d-deċiżjoni, skont ir-regoli nazzjonali). L-azzjoni legali titmexxa f’forma ta’ proċeduri kontenzjużi u tikkonkludi b’sentenza dikjaratorja, li jista’ jitressaq appell kontra tagħha fuq punt ta’ liġi (ricorso per cassazione).

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Peress li l-Italja rratifikat il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni. Għalhekk, l-attribuzzjoni u l-estinzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri u t-tneħħija jew ir-restrizzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri huma rregolati mil-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tal-wild.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 21/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Ċipru

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Il-kunċett ta’ “responsabbiltà tal-ġenituri” jkopri l-għoti ta’ isem lill-minuri, il-ħarsien tal-minuri, l-amministrazzjoni tal-beni tagħhom u r-rappreżentanza tagħhom fi kwalunkwe kwistjoni jew tranżazzjoni legali li tkun tirrigwarda lilhom jew il-beni tagħhom. Fil-prattika, huwa jkopri l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-minuri (bħala individwi) u l-beni tagħhom.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija d-dmir u d-dritt tal-ġenituri li jeżerċitaw din ir-responsabbiltà b’mod konġunt. Responsabbiltà bħal din trid tqis l-interessi tal-minuri (l-Artikolu 6 tal-Liġi 216/1990).

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri ta' minuri tiġi eżerċitata miż-żewġ ġenituri flimkien.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Iva, f’każijiet bħal dawn, il-Qorti tista’ taħtar tutur b’responsabbiltà tal-ġenituri (l-Artikolu 18(2) tal-Liġi dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Ġenituri u t-Tfal, il-Liġi 216/1990).

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Fil-każ ta’ divorzju jew fejn żwieġ jiġi annullat jew iddikjarat null u bla effett, il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi deċiża mill-Qorti, li tista’ tagħtiha lil wieħed jew waħda miż-żewġ ġenituri, jew lit-tnejn flimkien, jew lil persuna terza (l-Artikoli 14 u 15 tal-Liġi 216/1990). Jekk il-Qorti tagħti r-responsabbiltà tal-ġenituri lil ġenitur wieħed biss, hija tista’ tiddeċiedi wkoll dwar id-drittijiet ta’ aċċess tal-ġenitur l-ieħor għall-minuri, billi tqis l-interess tal-minuri (l-Artikolu 17 tal-Liġi 216/1990).

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-Qorti trid toħroġ ordni fuq il-ftehim biex dan isir legalment vinkolanti.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Attwalment, ma hemmx mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni ta’ tilwima għajr proċeduri tal-qorti.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef jista’ jirregola kwalunkwe kwistjoni relatata mal-minuri, inklużi l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, id-drittijiet ta’ aċċess, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-amministrazzjoni tal-beni, l-isem, il-manteniment, l-ivvjaġġar barra l-pajjiż u s-sekwestru.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Le, minħabba li hemm kwistjonijiet, bħall amministrazzjoni tal-beni tal-minuri, li mhumiex koperti mill-“kustodja” fis-sens dejjaq.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Fil-prattika, kustodja konġunta tfisser li l-ġenituri jridu jiddeċiedu flimkien dwar kwistjonijiet relatati mal-minuri tagħhom. Dan normalment ifisser li l-minuri jgħix b’mod indaqs maż-żewġ ġenituri.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni hija l-Qorti tal-Familja fid-distrett fejn il-minuri jkun abitwalment residenti. Il-proċedimenti jibdew billi jiġi ppreżentat rikors ta’ bidu mingħajr affidavit. F’dan l-istadju ma tkun meħtieġa l-ebda dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Ir-rikors jiġi nnotifikat lill-parti l-oħra li tintalab tidher quddiem il-Qorti fid-data speċifikata fir-rikors, sabiex issostni l-veduti tagħha. F’każijiet li jinvolvu minuri, ma hemm l-ebda proċedura ta’ emerġenza apparti mill-każijiet ta’ sekwestru ta’ minuri. Madankollu, minħabba n-natura tagħhom, il-qrati jiżguraw li tingħata prijorità lil dawn il-każijiet. Barra minn hekk, l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 30 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru japplikaw għal dawn il-proċedimenti kollha; id-dispożizzjonijiet imsemmija jsostnu li l-proċedimenti kollha quddiem qorti jridu jitlestew fi żmien raġonevoli.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva, bil-kundizzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-liġi u tkun ksibt inġunzjoni dwar dik il-materja skont il-Liġi 165(I)/2002.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva. Tista’ tappella quddiem il-Qorti tal-Appell tal-Familja.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni li tinforza ordni ta’ responsabbiltà tal-ġenituri hija l-qorti li tkun ħarġet dik l-ordni. Il-proċedimenti jinbdew billi jiġi ppreżentat rikors b’taħrika mingħajr affidavit, billi tintuża l-formola tat-Tip I imsemmija fir-Regolament Proċedurali 2/90.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Inti trid tirreġistra r-rikors għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. Ir-rikors jenħtieġ li jiġi rreġistrat mal-Qorti tal-Familja fid-distrett fejn jgħix il-minuri, jew fejn jgħix il-konvenut jekk il-minuri jkun jgħix f’pajjiż ieħor.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni hija l-Qorti tal-Familja fid-distrett fejn jgħix il-minuri, jew fejn jgħix il-konvenut jekk il-minuri jkun jgħix f’pajjiż ieħor.

Meta r-rikors imsemmi hawn fuq jiġi nnotifikat lill-konvenut, dan ikun intitolat li jidher u jirreġistra difiża kif speċifikat fil-Liġi 121(I)/2000. Dawk il-proċedimenti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Tapplika l-liġi tar-Repubblika ta’ Ċipru, u, b’mod partikolari, il-Liġi 216/1990. Fejn l-ebda waħda mill-partijiet ma tkun tgħix f’Ċipru, il-Liġi 216/1990 tgħid li l-Qrati tal-Familja tar-Repubblika ma għandhomx ġurisdizzjoni biex jisimgħu l-każ.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 17/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Latvja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Il-minuri jibqa’ taħt il-kustodja tal-ġenituri sakemm jilħaq l-età maġġuri.

Kustodja tfisser id-dritt u l-obbligu tal-ġenituri li jieħdu ħsieb il-minuri u l-beni tiegħu u jirrappreżentaw lill-minuri fir-relazzjonijiet personali u tal-beni tiegħu/tagħha.

Li tieħu ħsieb minuri tfisser il-kura u s-sorveljanza tiegħu/tagħha, u d-dritt li tiddeċiedi l-post tar-residenza tiegħu/tagħha.

Indukrar tat-tfal tfisser il-manteniment tagħhom, jiġifieri li jiġu pprovduti l-ikel, l-ilbies, l-akkomodazzjoni u l-kura tas-saħħa, l-indukrar u l-edukazzjoni u t-trobbija tagħhom (li jiġi żgurat l-iżvilupp mentali u fiżiku, b’kont meħud tal-personalità, l-abbiltajiet u l-interessi tagħhom sa fejn possibbli, u t-tħejjija tal-minuri għal ħidma soċjalment utli).

Is-sorveljanza tal-minuri tfisser li tieħu ħsieb is-sikurezza tal-minuri u tipprevjeni kwalunkwe periklu minn partijiet terzi. Id-dritt li tiddeċiedi l-post tar-residenza tal-minuri jfisser l-għażla ġeografika tal-post tar-residenza u l-għażla tal-akkomodazzjoni.

Li tieħu ħsieb il-beni tal-minuri tfisser li żżomm u tuża l-beni tal-minuri għall-preservazzjoni u t-titjib tal-valur tiegħu.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Il-ġenituri li jgħixu flimkien jeżerċitaw kustodja konġunta tal-ġenituri. Jekk il-ġenituri jkunu separati, il-kustodja konġunta tal-ġenituri tissokta. L-indukrar tat-tfal u s-sorveljanza jiġu eżerċitati mill-ġenitur li miegħu jkun qiegħed jgħix il-minuri. Il-ġenituri jieħdu deċiżjonijiet flimkien fi kwistjonijiet li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp tal-minuri.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk is-saħħa jew il-ħajja tal-minuri jkunu pperikolati tort tal-ġenitur (minħabba l-imġiba intenzjonali jew in-negliġenza ta’ ġenitur) jew il-ġenitur jabbuża mid-drittijiet tiegħu jew jonqos milli jipprovdi indukrar u sorveljanza u b’hekk jipperikola l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minuri, il-qorti tista’ ċċaħħad lill-ġenitur mid-dritt tal-kustodja.

Meta tiċħad il-kustodja lil wieħed mill-ġenituri, il-qorti tittrasferixxi lill-minuri għall-kustodja separata tal-ġenitur l-ieħor. Jekk il-kustodja eżerċitata mill-ġenitur l-ieħor ma tkunx tista’ tipproteġi adegwatament lill-minuri mill-periklu jew jekk iż-żewġ ġenituri jiġu miċħuda l-kustodja, il-qorti tinkariga lill-qorti tal-familja sabiex tiżgura l-indukrar barra mid-dar għall-minuri.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Jekk il-ġenituri jkunu separati, il-kustodja konġunta tal-ġenituri tissokta. L-indukrar tat-tfal u s-sorveljanza jiġu eżerċitati mill-ġenitur li miegħu jkun qiegħed jgħix il-minuri. Il-ġenituri jieħdu deċiżjonijiet flimkien fi kwistjonijiet li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp tal-minuri. In-nuqqasijiet ta’ qbil tal-ġenituri jiġu solvuti mill-qorti tal-familja, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi. Il-kustodja konġunta tal-ġenituri tintemm meta tiġi stabbilita kustodja separata ta’ ġenitur wieħed skont ftehim bejn il-ġenituri jew deċiżjoni tal-qorti.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Jekk il-ġenituri jaqblu dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri u jeżegwuha b’mod volontarju, ma jkunx meħtieġ li tinkiseb approvazzjoni minn xi awtorità jew qorti.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

F’każ ta’ tilwima, in-nuqqasijiet ta’ qbil jiġu solvuti mill-qorti tal-familja. Jekk il-qorti tal-familja ma tkunx tista’ ssolvi n-nuqqasijiet ta’ qbil bejn il-ġenituri, jew jekk id-deċiżjoni tal-qorti tal-familja ma tiġix eżegwita, il-ġenituri jirrikorru quddiem il-qorti distrettwali (jew muniċipali).

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Jekk il-ġenituri jirrikorru quddiem il-qorti, huma jitolbu kustodja konġunta jew kustodja separata. Barra minn hekk, jekk ikun meħtieġ, l-imħallef jiddeċiedi dwar kwistjonijiet ta’ manteniment, il-post tar-residenza, eċċ. Ġenitur bi dritt ta’ kustodja separata jeżerċita l-kustodja tal-minuri, li tinkludi d-dritt li jaġixxi f’isem il-minuri fir-relazzjonijiet personali u tal-beni tagħhom u d-dritt li jistabbilixxi l-post tar-residenza tal-minuri. Kull ġenitur għandu l-obbligu u d-dritt li jżomm relazzjoni personali u kuntatt dirett mal-minuri. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll jekk il-minuri jkun separat mill-familja jew ma jkunx jgħix ma’ wieħed jew maż-żewġ ġenituri. Il-ġenitur li ma jkunx jgħix mal-minuri għandu d-dritt li jirċievi informazzjoni dwaru/dwarha, speċjalment informazzjoni dwar l-iżvilupp, is-saħħa, il-kisbiet akkademiċi, l-interessi u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tiegħu/tagħha. Tilwima bejn il-ġenituri dwar il-kustodja jenħtieġ li tiġi deċiża billi jitqiesu l-interessi tal-minuri u titfittex l-opinjoni tal-minuri, jekk dawn ikunu kapaċi jesprimuha.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur li jkollu kustodja separata tal-minuri jkollu d-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw mill-kustodja. Il-ġenituri għandhom l-obbligu li jsostnu l-minuri tagħhom skont l-abbiltajiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Dan l-obbligu jibqa' fuq il-missier u l-omm sakemm il-minuri ma jkunx kapaċi jipprovdi għalih innifsu.

L-obbligu ta' sostenn tal-minuri ma jintemmx jekk il-minuri jkun separat mill-familja jew ma jkunx jgħix ma’ xi wieħed mill-ġenituri.

Il-qrati, meta jkunu qed jiddeċiedu dwar l-istabbiliment ta’ kustodja separata, iqisu ċ-ċirkustanzi tal-każ, jiġifieri, ma’ liema ġenitur ikun qiegħed jgħix il-minuri meta jitressaq ir-rikors u liema ġenitur jeżerċita l-kustodja ta’ kuljum tal-minuri. Il-minuri għandu d-dritt li jżomm relazzjonijiet personali u kuntatti diretti ma’ kwalunkwe ġenitur (drittijiet ta’ aċċess). Kull ġenitur għandu l-obbligu u d-dritt li jżomm relazzjonijiet personali u kuntatti diretti mal-minuri. Il-ġenitur li ma jkunx jgħix mal-minuri għandu d-dritt li jirċievi informazzjoni dwaru, speċjalment informazzjoni dwar l-iżvilupp, is-saħħa, il-kisbiet akkademiċi, l-interessi u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tiegħu. L-għoti ta’ kustodja separata tal-minuri lil ġenitur wieħed ma jfissirx li l-ġenitur l-ieħor huwa miċħud mid-dritt ta’ kustodja.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Jekk il-minuri jkunu taħt il-kustodja konġunta taż-żewġ ġenituri, iż-żewġ ġenituri jistgħu jaġixxu f’isem il-minuri tagħhom fir-relazzjonijiet personali u dwar il-beni tagħhom. Il-ġenituri jieħdu deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw l-iżvilupp tal-minuri.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

It-talbiet li jirriżultaw mid-drittijiet ta’ kustodja u aċċess jitressqu quddiem il-qorti fil-post tar-residenza tal-minuri. Il-post tar-residenza rreġistrat tal-ġenituri tiegħu/tagħha jitqies li jkun il-post tar-residenza tal-minuri fit-talbiet li jirriżultaw mid-drittijiet ta’ kustodja u aċċess. Jekk il-postijiet tar-residenza rreġistrati tal-ġenituri tal-minuri jkunu jinsabu f’territorji amministrattivi differenti, il-post tar-residenza tal-minuri jitqies li jkun il-post tar-residenza rreġistrat tal-ġenitur li jkun qiegħed jgħix miegħu. Jekk il-ġenituri tal-minuri jew il-minuri ma jkollhomx post tar-residenza rreġistrat, il-post tar-residenza tal-minuri jitqies li jkun il-post tar-residenza tal-ġenituri.

Id-dikjarazzjoni tat-talba għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 128 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. L-Artikolu 129 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili japplika f’termini tad-dokumenti li għandhom jiġu mehmuża mad-dikjarazzjoni tat-talba.

Mad-dikjarazzjoni tat-talba tista’ tiġi mehmuża wkoll opinjoni tal-qorti tal-familja dwar il-kwistjoni.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-proċeduri ġudizzjarji fil-kawżi ċivili huma regolati mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Latvjana dwar il-Proċedura Ċivili. Il-kawżi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi tal-minuri jiġu kkunsidrati mill-qorti. Il-qorti titlob l-opinjoni tal-qorti tal-familja fi kwistjonijiet relatati mal-għoti tal-kustodja, l-indukrar tat-tfal u l-proċedura għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, u tistieden rappreżentant sabiex jattendi għas-seduta tal-qorti u jara x’inhi l-opinjoni tal-minuri jekk il-minuri jkun kapaċi jesprimiha, b’kont meħud tal-età u l-grad ta’ maturità tiegħu/tagħha.

Il-qorti tikkunsidra l-kawżi ċivili f’seduti pubbliċi, ħlief, pereżempju, kawżi dwar il-kustodja u d-drittijiet ta’ aċċess. Bl-istess mod, il-qorti tista’ tiddikjara s-seduta, jew parti minnha, bħala magħluqa fl-interessi tal-minuri fuq talba ssostanzjata tal-parteċipanti fil-kawża jew fid-diskrezzjoni tal-qorti.

Il-partijiet għandhom id-dritt li jagħmlu talba ssostanzjata lill-qorti sabiex tiddetermina konsiderazzjoni aktar mgħaġġla tal-kawża. Il-qorti mbagħad teżamina din it-talba ssostanzjata.

Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, sentenza tal-qorti tista’ tiddikjara li s-sentenzi jew partijiet tagħhom dwar il-manteniment ta’ minuri u f’kawżi relatati mal-kustodja u d-dritt ta’ aċċess, huma eżegwibbli mingħajr dewmien.

Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, il-qorti tagħti deċiżjoni li tistabbilixxi temporanjament il-manteniment tal-minuri sakemm tingħata s-sentenza.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Persuni bi dħul baxx jew fil-bżonn, li jkunu ġew assenjati dan l-istatus skont il-proċedura stipulata fil-leġiżlazzjoni, u persuni li f’daqqa waħda jiġu f’pożizzjoni u sitwazzjoni finanzjarja tali li timpedihom milli jipproteġu d-drittijiet tagħhom (minħabba diżastri naturali, ċirkustanzi ta’ force majeur jew ċirkustanzi oħra li ma jkunux fil-kontroll tal-persuna), jew li jkunu kompletament fil-kura tal-istat jew tal-muniċipalità (minn hawnhekk ’il quddiem imsejħa “sitwazzjoni speċjali”) għandhom id-dritt li jitolbu appoġġ finanzjarju għall-assistenza legali.

Fuq talba ssostanzjata ta’ persuna, il-qorti jew l-imħallef jikkunsidra s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ individwu u jeħilsu kompletament jew parzjalment mill-ħlas tal-ispejjeż legali fil-baġit tal-Istat u jissospendi l-ħlas impost tal-ispejjeż tal-qorti fil-baġit tal-Istat jew jaqsamhom fi ħlasijiet parzjali.

Skont il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ir-rikorrenti huma eżentati mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti fil-baġit tal-Istat għat-talbiet relatati mal-irkupru tal-manteniment għal minuri.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Sentenza tista' tiġi appellata bil-proċedura ġenerali, jiġifieri, billi jiġi ppreżentat appell (fil-Qorti Reġjonali) jew appell tal-kassazzjoni (fil-Qorti Suprema).

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Id-deċiżjonijiet tal-qorti jiġu eżegwiti ladarba jidħlu fis-seħħ, jew immedjatament jekk jiġu ddikjarati bħala eżegwibbli immedjatament.

Id-deċiżjonijiet tal-qorti jiġu eżegwiti minn uffiċjal ġudizzjarju ġuramentat.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Id-deċiżjonijiet ta’ qrati barranin huma rikonoxxuti u eżegwiti mill-qrati Latvjani.

Id-deċiżjonijiet ta’ qrati barranin huma rikonoxxuti u eżegwiti skont il-proċedura stabbilità bil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili u skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

Rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà jiġi ppreżentat għall-konsiderazzjoni lill-qorti distrettwali (jew muniċipali) fil-post tar-residenza permanenti tal-persuna li kontriha titfittex l-eżekuzzjoni jew fil-post tar-residenza permanenti tal-minuri li għalih tirreferi l-eżekuzzjoni. Deċiżjoni dwar dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà jew deċiżjoni li tiċħad id-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà tittieħed mill-imħallef fid-diskrezzjoni biss tiegħu abbażi tar-rikors ippreżentat u d-dokumenti mehmuża miegħu, fi żmien 10 ijiem mill-jum li fih jiġi ppreżentat ir-rikors, mingħajr ma jiġu mistiedna l-partijiet.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

F’kawża għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni ta’ qorti barranija, ilment individwali dwar id-deċiżjoni ta’ qorti tal-prim istanza jista’ jiġi ppreżentat lill-qorti distrettwali, u d-deċiżjoni tal-qorti distrettwali dwar l-ilment individwali tista’ tiġi appellata quddiem is-Senat billi jiġi ppreżentat ilment individwali.

Parteċipant f’kawża li l-post tar-residenza rreġistrat jew il-post tar-residenza abitwali tiegħu jkun fil-Latvja, jista’ jissottometti lment individwali fi żmien 30 jum mid-data li fiha tkun inħarġet kopja tad-deċiżjoni, filwaqt li parteċipant f’kawża li l-post tar-residenza rreġistrat jew il-post tar-residenza abitwali tiegħu ma jkunx fil-Latvja, jista’ jissottometti tali lment fi żmien 60 jum mid-data li fiha tkun inħarġet kopja tad-deċiżjoni.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-Latvja hija marbuta bil-Konvenzjoni ta’ The Hague tad-19 ta’ Ottubru 1996 fuq il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, u l-ftehimiet bilaterali dwar l-assistenza legali konklużi bejn ir-Repubblika tal-Latvja u l-Federazzjoni Russa, l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Belarussja, ir-Repubblika tal-Użbekistan, ir-Repubblika Kirgiża u r-Repubblika tal-Moldova.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 07/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Litwanja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Id-drittijiet u d-dmirijiet bejn it-tfal u l-ġenituri huma regolati bid-dispożizzjonijiet tal-Parti IV tal-Ktieb III tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos civilinis kodeksas, minn hawnhekk ’il quddiem “il-Kodiċi Ċivili”). L-Artikolu 3.155 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li t-tfal għandhom jieħdu ħsiebhom il-ġenituri tagħhom sakemm jilħqu l-età maġġuri jew l-emanċipazzjoni. Il-ġenituri għandu jkollhom id-dritt u d-dmir li jrabbu u jedukaw lil uliedhom sabiex ikunu onesti, jieħdu ħsieb saħħithom u, b’kont meħud tal-istat fiżiku u mentali tagħhom, joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp sħiħ u armonjuż tagħhom sabiex jippreparawhom għal ħajja indipendenti fis-soċjetà. Il-Kapitolu XI tal-Ktieb III tal-Kodiċi Ċivili jistabbilixxi d-drittijiet u d-dmirijiet tal-ġenituri fir-rigward ta’ uliedhom u l-Kapitolu XII jistipula d-drittijiet u d-dmirijiet dwar il-proprjetà bejn il-ġenituri u t-tfal.

L-Artikolu 3.227(2) tal-Kodiċi Ċivili jsostni li l-ġenituri adottivi għandhom jiġu ttrattati bħala l-ġenituri tal-minuri skont il-liġi mid-data li fiha tidħol fis-seħħ is-sentenza tal-qorti dwar l-adozzjoni, ħlief f’każijiet eċċezzjonali previsti fl-Artikolu 3.222(4) tal-Kodiċi Ċivili.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

L-Artikolu 3.156 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li missier u omm għandu jkollhom drittijiet u dmirijiet indaqs fir-rigward ta’ uliedhom. Il-ġenituri għandu jkollhom drittijiet u dmirijiet indaqs fir-rigward ta’ uliedhom irrispettivament minn jekk il-minuri jkunx twieled lil koppja miżżewġa jew mhux miżżewġa, wara divorzju jew annullament taż-żwieġ jew separazzjoni.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jkunux iridu jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom. Għal dak il-għan, il-Kodiċi Ċivili jistabbilixxi l-istituzzjoni tat-tutela u l-kurazija tal-minuri. Ir-regoli bażiċi li jirregolaw it-tqegħid ta’ minuri taħt tutela/kurazija temporanja u permanenti huma stabbiliti fl-Artikoli 3.254 u 3.257.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw, ir-responsabbiltà tal-ġenituri għall-ġejjieni tiġi determinata skont it-tip ta’ divorzju.

Jekk żwieġ jiġi xolt b’kunsens reċiproku bejn il-konjuġi, huma jkunu meħtieġa jippreżentaw lill-qorti ftehim dwar il-konsegwenzi tax-xoljiment taż-żwieġ (separazzjoni tal-beni, ħlasijiet tal-manteniment għat-tfal, eċċ.). L-Artikolu 3.53(3) tal-Kodiċi Ċivili jistipula li, meta tagħti digriet ta’ divorzju, il-qorti għandha tapprova ftehim dwar il-konsegwenzi tax-xoljiment taż-żwieġ bejn il-konjuġi li jirregola l-ħlasijiet tal-manteniment għat-tfal ta’ età minuri u lil xulxin, il-post tar-residenza tat-tfal minorenni tagħhom, l-involviment tal-konjuġi fl-edukazzjoni ta' uliedhom u drittijiet u dmirijiet oħra dwar proprjetà. Il-kontenut ta’ dan il-ftehim jiġi inkorporat fid-digriet ta’ divorzju. Meta jkun hemm tibdil sinifikanti fiċ-ċirkustanzi (mard jew inkapaċità għax-xogħol ta’ wieħed/waħda mill-konjuġi preċedenti, eċċ.), il-konjuġi preċedenti jew wieħed/waħda minnhom jistgħu jitolbu lill-qorti timmodifika t-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim tagħhom dwar il-konsegwenzi tax-xoljiment taż-żwieġ.

Jekk żwieġ jiġi xolt abbażi tar-rikors ta’ wieħed/waħda mill-konjuġi, ir-rikors ippreżentat lill-qorti jrid jindika wkoll kif ir-rikorrent ikun se jwettaq l-obbligi tiegħu lejn il-konjuġi l-ieħor/l-oħra u t-tfal minorenni tagħhom. Fl-għoti ta' divorzju, il-qorti trid issolvi l-kwistjonijiet relatati mal-post tar-residenza u l-manteniment tat-tfal minorenni, il-manteniment ta’ wieħed/waħda mill-konjuġi u s-separazzjoni tal-proprjetà konġunta tal-konjuġi, ħlief f’każijiet fejn il-proprjetà tkun inqasmet skont ftehim reċiproku bejniethom iċċertifikat minn nutar (l-Artikolu 3.59 tal-Kodiċi Ċivili).

Divorzju minħabba ħtija taż-żewġ konjuġi għandu l-istess konsegwenzi bħax-xoljiment ta' żewġ b’kunsens reċiproku bejn il-konjuġi (l-Artikolu 3.51 sa 3.54 tal-Kodiċi Ċivili). Il-proċeduri ta’ divorzju minħabba ħtija ta’ wieħed/waħda mill-konjuġi huma soġġetti, mutatis mutandis, għall-Artikolu 3.59 tal-Kodiċi Ċivili.

Dwar il-kwistjoni tas-separazzjoni, wieħed mill-konjuġi jista’ jitlob lill-qorti biex jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ għajxien separati jekk huwa ma jkunx jista’ jittollera aktar l-għajxien mal-konjuġi tiegħu/tagħha jew dan ikun sar impossibbli jew jista’ jippreġudika serjament l-interessi tat-tfal minorenni minħabba ċirkustanzi speċifiċi li jistgħu ma jkunux jiddependu mill-konjuġi l-ieħor/l-oħra, jew il-konjuġi ma jkunux għadhom interessati li jgħixu flimkien. Meta tagħti s-separazzjoni legali, il-qorti trid taħtar il-konjuġi ma’ min ikunu se jgħixu t-tfal u ssolvi l-kwistjonijiet relatati mal-manteniment tat-tfal u l-involviment tal-missier (jew l-omm) separat(a) fl-edukazzjoni tat-tfal. Iż-żewġ konjuġi jistgħu jitolbu flimkien lill-qorti l-approvazzjoni tas-separazzjoni tagħhom jekk ikunu laħqu ftehim dwar il-konsegwenzi tas-separazzjoni tagħhom f’termini tal-post tar-residenza, il-manteniment u l-edukazzjoni tat-tfal minorenni tagħhom, id-diviżjoni tal-beni tagħhom u l-manteniment ta’ xulxin. Fejn il-konjuġi jkunu laħqu ftehim dwar il-konsegwenzi tas-separazzjoni tagħhom, il-qorti tapprova l-ftehim bil-kundizzjoni li dan ikun konsistenti mal-ordni pubbliku u ma jagħmilx ħsara lid-drittijiet u l-interessi leġittimi tat-tfal minorenni tagħhom jew ta’ xi wieħed/waħda mill-konjuġi. Wara li tapprova l-ftehim, il-qorti tinkorporah fis-sentenza dwar is-separazzjoni legali.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Jekk il-ġenituri jkunu jgħixu flimkien, l-arranġamenti u l-forma tal-manteniment jiġu determinati permezz tal-ftehim reċiproku bejniethom. Ma hemm ebda mudell speċjali għal tali ftehim jew proċedura għall-konklużjoni tiegħu. L-Artikolu 3.193 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li, fil-każ ta’ divorzju bi ftehim reċiproku (l-Artikolu 3.51 tal-Kodiċi Ċivili) jew separazzjoni (l-Artikolu 3.73 tal-Kodiċi Ċivili), il-konjuġi għandhom jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi d-dmirijiet reċiproċi tagħhom fil-manteniment tat-tfal minorenni tagħhom kif ukoll il-mezzi, l-ammont u l-forma ta’ dak il-manteniment. Il-ftehim għandu jiġi approvat mill-qorti (l-Artikolu 3.53 tal-Kodiċi Ċivili). Il-ġenituri ta’ tfal minorenni jistgħu jinkludu wkoll ftehim dwar il-manteniment ta' uliedhom jekk id-divorzju tagħhom ikun ibbażat fuq raġunijiet oħra. Jekk wieħed mill-ġenituri ma jikkonformax mal-ftehim dwar il-manteniment tat-tfal minorenni tagħhom kif approvat mill-qorti, il-ġenitur l-ieħor jikseb id-dritt li jitlob lill-qorti toħroġ il-mandat ta’ eżekuzzjoni.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Is-servizzi ta’ medjazzjoni bħala mezz alternattiv sabiex jissolvew il-kunflitti mingħajr ma wieħed imur il-qorti, huma disponibbli għall-ġenituri. Il-medjazzjoni ġudizzjarja hija disponibbli fil-qrati ordinarji kollha. Il-medjazzjoni ġudizzjarja tiġi pprovduta mingħajr ħlas. Hija mod irħas u aktar veloċi ta’ soluzzjoni tat-tilwim. Ta’ min jinnota li l-medjazzjoni ġudizzjarja tiggarantixxi l-kunfidenzjalità, u kwalunkwe parti tista’ tirtira mill-medjazzjoni ġudizzjarja mingħajr ma tagħti r-raġunijiet. Ir-rinviju ta’ tilwima għall-medjazzjoni ġudizzjarja jista’ jinbeda mill-imħallef (awla) li jkun qiegħed jisma’ l-kawża ċivili jew minn kwalunkwe parti fit-tilwima. Aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni u lista tal-medjaturi tista’ tinstab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-qrati Litwani.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, l-imħallef jista’ jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw lil uliedhom, inkluż il-post tar-residenza tagħhom, id-drittijiet ta’ żjara/aċċess tal-ġenituri, il-manteniment tat-tfal minorenni, u kwalunkwe kwistjoni oħra indikata fir-rikors ippreżentat lill-qorti.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

L-Artikolu 3.156 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li l-missier u l-omm għandu jkollhom drittijiet u dmirijiet indaqs fir-rigward ta' uliedhom. Dan japplika irrispettivament minn jekk il-minuri jkunx twieled lil koppja miżżewġa jew mhux miżżewġa, wara divorzju jew annullament taż-żwieġ jew separazzjoni. Il-ġenituri għandhom id-dritt u d-dmir li jrabbu lil uliedhom, ikunu responsabbli għall-edukazzjoni u l-iżvilupp tagħhom, jieħdu ħsieb saħħithom, u jipprovdu gwida spiritwali u morali. Fit-twettiq ta’ dawn id-dmirijiet, id-drittijiet tal-ġenituri jieħdu preċedenza fuq id-drittijiet ta’ persuni oħra. Il-ġenituri jridu joħolqu l-kundizzjonijiet biex uliedhom jattendu l-istituzzjonijiet edukattivi sakemm jilħqu l-età preskritta mil-liġi.

Il-kustodja unika ta’ ġenitur wieħed tista’ tiġi determinata biss f’każijiet fejn l-awtorità ta' ġenitur tal-ġenitur l-ieħor tkun ristretta. Fejn il-ġenituri (il-missier jew l-omm) ifallu fid-dmirijiet tagħhom li jrabbu lil uliedhom, jabbużaw mill-awtorità ta’ ġenituri tagħhom, jittrattaw lil uliedhom b’mod krudili, ikollhom influwenza ta’ ħsara fuq uliedhom b’riżultat ta’ mġiba immorali jew ma jiħdux ħsieb uliedhom, il-qorti tista’ tagħti sentenza biex tillimita temporanjament jew indefinittivament l-awtorità tagħhom ta’ ġenituri (dik tal-missier jew tal-omm). Meta tagħti sentenza bħal din, il-qorti tikkunsidra ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fuqhom ikun ibbażat ir-rikors għal restrizzjoni tal-awtorità tal-ġenituri. Il-ġenituri, madankollu, iżommu d-dritt li jkollhom kuntatt mal-minuri tagħhom, ħlief fejn dan imur kontra l-interessi tal-minuri. Fejn l-awtorità tal-ġenituri tkun limitata għal perjodu indefinit, il-minuri jista’ jiġi adottat mingħajr il-kunsens speċifiku tal-ġenituri.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Il-ġenituri jiddeċiedu l-kwistjonijiet kollha relatati mal-edukazzjoni ta’ wliedhom u kwistjonijiet oħra ta’ responsabbiltà tal-ġenituri bi ftehim reċiproku. Jekk ma jaslux għal ftehim, kwalunkwe kwistjoni disputata tiġi solvuta mill-qorti.

Il-missier jew omm il-minuri jew il-ġenituri (tuturi/kuraturi) ta’ ġenituri minorenni legalment inkapaċi jistgħu jirrikorru quddiem il-qorti rigward il-kuntatt tal-ġenituri mal-minuri jew l-involviment fl-edukazzjoni tal-minuri. Il-qorti tistabbilixxi l-arranġamenti għall-kuntatt ta’ missier jew omm separati, ma’ minuri, billi tikkunsidra l-interessi tal-minuri bil-għan li l-missier jew l-omm separati jkunu jistgħu jgawdu l-involviment massimu fl-edukazzjoni tal-minuri. Il-kuntatt minimu mal-minuri jista’ jiġi ordnat biss f’każijiet fejn il-kuntatt massimu kontinwu jkun ta’ ħsara għall-interessi tal-minuri.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Jekk persuna tkun tixtieq tippreżenta rikors rigward ir-responsabbiltà tal-ġenituri, hija trid tirrikorri quddiem il-qorti distrettwali. Il-formalitajiet li jridu jiġu rrispettati u d-dokumenti li jridu jiġu mehmuża mar-rikors jiddependu mir-rekwiżiti speċifikati fir-rikors u d-drittijiet u d-dmirijiet li jkunu kkontestati jew li jkunu jridu jiġu solvuti jew stabbiliti (dwar x’tinvolvi r-responsabbiltà tal-ġenituri).

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

It-tilwim u l-kwistjonijiet ewlenin tar-responsabbiltà tal-ġenituri jiġu eżaminati skont proċedura simplifikata.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Id-disponibbiltà ta’ għajnuna legali mingħajr ħlas hija regolata mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Għajnuna Legali Garantita mill-Istat (Valstybės garantuojamos teisinės pagalbos įstatymas). Il-possibbiltà li tinkiseb għajnuna legali garantita mill-Istat tiddependi mis-sitwazzjoni finanzjarja ta’ persuna.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva, tista’ tappella kontra deċiżjoni bħal din quddiem il-qorti superjuri skont ir-regoli ġenerali tal-proċedura ċivili.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Id-deċiżjoni ta’ qorti tiġi eżegwita minn uffiċjali ġudizzjarji.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri huwa applikat mingħajr ebda proċedura speċjali permezz tar-rikonoxximent ta’ sentenza maħruġa mill-qorti ta’ Stat Membru ieħor tal-UE fil-Litwanja. Dan ir-Regolament huwa applikat għall-Istati Membri kollha tal-UE bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Is-sentenzi dwar id-drittijiet ta’ aċċess u s-sentenzi li jirrikjedu r-ritorn tal-minuri, maħruġa mill-qrati tal-Istati Membri tal-UE, huma soġġetti għal infurzar skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti VI tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos civilinio proceso kodeksas, minn hawnhekk ’il quddiem “il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili”).

Ir-rikorsi biex il-ġurisdizzjoni tiġi trasferita minn qorti ta’ pajjiż barrani u r-rikorsi biex il-ġurisdizzjoni tiġi trasferita lil qorti ta’ pajjiż barrani, kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (u l-Artikoli 8 u 9 tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tad-19 ta’ Ottubru 1996), jiġu kkunsidrati mill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (Lietuvos apeliacinis teismas).

Ir-rikorsi msemmija jiġu kkunsidrati skont il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu 39 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, bil-kundizzjoni li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 ma jipprevedix mod ieħor. Rikorsi bħal dawn mhumiex soġġetti għal miżati tal-qorti.

Ir-rikorsi ppreżentati lill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali għall-atti proċedurali (l-Artikolu 111 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). F’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, ir-rikors u kwalunkwe appendiċi ta’ akkumpanjament iridu jiġu ppreżentati fil-lingwa tal-Istat, jew iridu jiġu mehmuża traduzzjonijiet tagħhom fil-Litwan. Fejn ir-rikorrent ikun jirrisjedi barra r-Repubblika tal-Litwanja u ma jkunx ħatar rappreżentant għall-kawża jew persuna awtorizzata biex tikseb l-atti proċedurali li tkun tirrisjedi/ikollha uffiċċju professjonali fir-Repubblika tal-Litwanja (l-Artikolu 805 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), ir-rikors irid jindika indirizz fir-Repubblika tal-Litwanja jew l-indirizz ta’ apparat terminali tat-telekomunikazzjoni, fejn l-atti proċedurali jiġu nnotifikati lir-rikorrent. Madankollu, dawn ir-rekwiżiti ma japplikawx għar-rikorsi ppreżentati lill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja minn qorti ta’ pajjiż barrani.

Fejn ikun xieraq, il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja tista’ titlob lis-Servizz Statali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u l-Adozzjoni fi ħdan il-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol tar-Repubblika tal-Litwanja (Valstybės vaiko teisių apsaugos ir įvaikinimo tarnyba prie Lietuvos Respublikos socialinės apsaugos ir darbo ministerijos) jissottometti opinjoni dwar l-espedjenza tat-teħid jew tat-trasferiment tal-ġurisdizzjoni. Il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta trid tiġi ppreżentata din l-opinjoni.

Rikors irid jiġi kkunsidrat mill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data li fiha l-qorti tkun irċeviet ir-rikors.

Wara li tkun ikkunsidrat rikors biex il-ġurisdizzjoni tittieħed mingħand qorti ta’ pajjiż barrani u tkun adottat deċiżjoni biex taċċetta r-rikors, il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja, wara li tikkunsidra ċ-ċirkustanzi tal-każ, taħtar qorti Litwana kompetenti biex tikkunsidra l-każ fil-Litwanja. Il-proċedimenti mibdija fil-qorti tal-pajjiż barrani jiġu trasferiti lill-qorti Litwana kompetenti għal eżami tal-merti tal-każ. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 35 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili japplikaw mutatis mutandis u l-proċedimenti jissoktaw fil-qorti Litwana kompetenti. Fejn ikun xieraq, il-qorti Litwana kompetenti tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-partijiet fil-proċedimenti u tieħu miżuri sabiex telimina kwalunkwe nuqqas li jista’ jaffettwa l-atti proċedurali.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Appell irid jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti Suprema tal-Litwanja (Lietuvos Aukščiausiasis Teismas). Dan jiġi eżaminat bħala appell fil-kassazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal hija stabbilita mill-Artikolu 1.32 tal-Kodiċi Ċivili. Ir-relazzjonijiet personali u fir-rigward tal-beni bejn il-ġenituri u t-tfal huma regolati mil-liġi tal-Istat fejn il-minuri jkun abitwalment residenti. Jekk l-ebda ġenitur ma jkun abitwalment residenti fl-Istat fejn il-minuri jkun abitwalment residenti u l-minuri u ż-żewġ ġenituri jkunu ċittadini tal-istess Stat, tapplika l-liġi tal-Istat li tiegħu jkunu lkoll ċittadini.

Fi kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti kompetenti tiġi determinata skont il-Konvenzjoni ta’ The Hague tad-19 ta’ Ottubru 1996 fuq il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal.

Il-liġi applikabbli għall-protezzjoni tal-minorenni, it-tutela u l-kurazija tagħhom hija determinata skont il-Konvenzjoni ta’ The Hague dwar il-Kompetenza tal-Awtoritajiet u l-Liġi Applikabbli fil-qasam tal-Protezzjoni tal-Minorenni.

L-obbligi ta’ manteniment (alimenti) fi ħdan il-familja huma regolati mill-Konvenzjoni ta’ The Hague dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 15/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Lussemburgu

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fuq punt ta’ terminoloġija, fil-Lussemburgu t-terminu “l-awtorità tal-ġenituri” jintuża bi preferenza għar-“responsabbiltà tal-ġenituri”. Dan il-kunċett jinkludi d-drittijiet u l-obbligi kollha assenjati bil-liġi lill-ġenituri fir-rigward tal-persuna u l-beni tat-tfal minorenni dipendenti tagħhom għall-iskop li jissodisfaw id-dmirijiet tagħhom ta’ protezzjoni, edukazzjoni u manteniment.

Iż-żewġ ġenituri għandhom l-awtorità tal-ġenituri bil-għan li jipproteġu s-sigurtà, is-saħħa u l-moralità tat-tfal tagħhom, biex jiżguraw it-trobbija tagħhom u jippermettu l-iżvilupp tagħhom bir-rispett dovut lill-persuna tagħhom. Il-ġenituri għandhom id-dritt u d-dmir li jissorveljaw il-manteniment u t-trobbija tat-tfal tagħhom. L-awtorità tal-ġenituri mhijiex dritt assolut u diskrezzjonali tal-ġenituri. Fil-fatt, din għandha tiġi eżerċitata fl-aħjar interessi tat-tfal.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Fil-prinċipju, jekk tiġi stabbilita filjazzjoni fir-rigward taż-żewġ ġenituri, dawn jeżerċitaw awtorità tal-ġenituri b’mod konġunt, kemm jekk ikunu miżżewġin kif ukoll jekk le, fi sħubija ċivili, separati jew iddivorzjati. Jekk il-filjazzjoni ma tkunx ġiet stabbilita fir-rigward ta’ wieħed mill-ġenituri jew jekk xi ħadd minnhom ikun miet, ikun assenti jew ma jkunx jista’ jesprimi x-xewqat tiegħu / tagħha, il-ġenitur l-ieħor jeżerċita l-awtorità tal-ġenituri waħdu.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk il-ġenituri jmutu jew ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom, irid jinħatar tutur. L-aħħar ġenitur superstiti jista’ jagħżel it-tutur. Jekk ma ssir l-ebda għażla, jinħatar tutur permezz ta’ laqgħa formali tal-familja (“kunsill tal-familja”, conseil de famille) jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-imħallef tal-familja (juge aux affaires familiales).

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Fil-prinċipju, is-separazzjoni jew id-divorzju tal-ġenituri ma jbiddilx l-arranġamenti għall-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, li jibqa’ jiġi eżerċitat konġuntament miż-żewġ ġenituri. Wara s-separazzjoni tagħhom, huma għandhom ikomplu jaġixxu flimkien biex jagħmlu kwalunkwe deċiżjoni importanti relatata mal-ħajja tat-tfal. Fir-rigward ta’ partijiet terzi in bona fide, kull ġenitur jitqies li qed jaġixxi bi ftehim tal-ieħor meta jkun qed iwettaq waħdu att ordinarju ta’ awtorità tal-ġenituri relatat mal-persuna tat-tifel jew tifla.

Huwa biss meta jkun fl-aħjar interess tat-tfal li l-qorti tista’ tafda l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri lil wieħed miż-żewġ ġenituri biss. F’dan il-każ, il-ġenitur maħtur biex jassumi r-responsabbiltà tal-ġenituri jieħu d-deċiżjonijiet dwar it-tifel jew tifla waħdu. Madankollu, il-ġenitur l-ieħor iżomm id-dritt li jkun infurmat u li jimmonitorja l-manteniment u t-trobbija tat-tfal. Mingħajr preġudizzju għal eċċezzjonijiet għal raġunijiet serji, għandu wkoll drittijiet ta’ aċċess u ta’ residenza.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-qorti tista’ tiddeċiedi li tqiegħed lill-minuri ma’ parti terza li teżerċita l-awtorità tal-ġenituri fuqu/fuqha.

Meta l-minuri, bil-qbil tal-ġenituri, jkun tqiegħed ma’ parti terza, l-awtorità tal-ġenituri tkompli tiġi eżerċitata mill-ġenituri. Madankollu, il-persuna li magħha jkun tqiegħed il-minuri twettaq kull att ordinarju dwar is-superviżjoni u t-trobbija tal-minuri. Il-Qorti tista’ tpoġġi l-minuri ma’ parti terza b’mod temporanju u tiddeċiedi li din il-parti terza għandha tapplika għal tutela.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Kwalunkwe ftehim bejn il-ġenituri dwar il-kwistjoni tal-awtorità tal-ġenituri jkun legalment vinkolanti biss jekk jiġi approvat mill-qorti kompetenti.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Il-ġenituri jistgħu jirrikorru għall-medjazzjoni tal-familja.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef tal-familja jista’ jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

  • rikorsi relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, bl-esklużjoni ta’ dawk relatati mal-irtirar tal-awtorità tal-ġenituri. dan jinkludi l-arranġamenti għall-eżerċizzju konġunta ta’ awtorità tal-ġenituri min-naħa tal-ġenituri, kemm jekk ikunu miżżewġin jekk le, kif ukoll jekk ikunu separati jew iddivorzjati. Huwa biss meta jkun fl-aħjar interess tat-tfal li l-qorti tista’ tafda l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri lil wieħed miż-żewġ ġenituri biss;
  • l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ aċċess u residenza ta’ ġenitur li huwa mċaħħad minn awtorità tal-ġenituri: dan id-dritt jista’ jiġi rrifjutat biss għal raġunijiet serji;
  • id-dritt tal-minuri li jżomm kuntatt mal-qraba tiegħu/tagħha fil-linja tal-axxendenti. dan id-dritt jista’ ma jitqiesx biss fl-aħjar interessi tal-minuri. F’dak il-każ, l-arranġamenti għall-kuntatt bejn il-minuri u l-qarib jiġu ddeterminati mill-qorti;
  • id-drittijiet ta’ aċċess u residenza ta’ persuni oħra, kemm jekk qraba u kemm jekk mhumiex: il-qorti tagħti dawn id-drittijiet f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali;
  • l-obbligu li jikkontribwixxu għall-manteniment u t-trobbija tat-tfal meta l-ġenituri jgħixu flimkien. f’każ li l-ġenituri jisseparaw, dan l-obbligu jista’ jieħu l-forma ta’ pagament ta’ sostenn għat-tfal, iddeterminat skont il-ħtiġijiet tat-tfal u skont il-kapaċità ta’ kull ġenitur li jikkontribwixxi; dan jista’ ikompli wara l-età maġġuri jekk il-minuri ma j/tkunx j/tista’ isostni/issostni lilu nnifsu/lilha nnifisha.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Fil-prinċipju, is-separazzjoni jew id-divorzju tal-ġenituri ma jbiddilx l-arranġamenti għall-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, li jibqa’ jiġi eżerċitat konġuntament miż-żewġ ġenituri. Huma jridu jibqgħu jieħdu flimkien kwalunkwe deċiżjoni importanti dwar il-ħajja tat-tfal (manutenzjoni, trobbija, edukazzjoni, eċċ.).

Huwa biss meta jkun fl-aħjar interess tat-tfal li l-qorti tafda l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri lil wieħed miż-żewġ ġenituri biss. F’dan il-każ, il-ġenitur maħtur biex jassumi r-responsabbiltà tal-ġenituri jieħu d-deċiżjonijiet dwar it-tifel jew tifla waħdu. Madankollu, il-ġenitur l-ieħor iżomm id-dritt li jkun infurmat u li jimmonitorja l-manteniment u t-trobbija tat-tfal. Mingħajr preġudizzju għal eċċezzjonijiet għal raġunijiet serji, għandu wkoll drittijiet ta’ aċċess u ta’ residenza. Għalhekk, f’każ li l-ġenituri jisseparaw, kull wieħed minnhom għandu jżomm relazzjoni personali mal-minuri u jirrispetta r-relazzjoni tiegħu/tagħha mal-ġenitur l-ieħor.

Jekk ġenitur imċaħħad mill-awtorità tal-ġenituri jemmen li l-ġenitur l-ieħor ma jkunx qed jeżerċita l-awtorità tal-ġenituri fl-interessi tal-minuri, huwa/hija j/tista’ j/tirreferi l-kwistjoni lill-qorti xierqa biex issolvi t-tilwima. F’dan il-każ, il-qorti tista’, jekk ikun meħtieġ, tagħmel bidla fl-għotja tal-awtorità tal-ġenituri jew għall-arranġamenti għall-eżerċizzju tagħha.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

L-awtorità konġunta tal-ġenituri tippresupponi, f’każ li l-ġenituri jisseparaw, li hemm fehim u kunsens wiesa’ biex tiġi żgurata kooperazzjoni kontinwa u kostruttiva fid-deċiżjonijiet tal-ġenituri relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri u l-manteniment u t-trobbija tat-tfal. Id-deċiżjonijiet tal-imħallef tal-familja huma dejjem iggwidati mill-aħjar interessi tat-tfal.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Ir-rikorrent jista’ iressaq il-kwistjoni quddiem l-imħallef tal-familja, permezz ta’ rikors lill-qorti distrettwali (tribunal d’arrondissement). Ir-rikors irid jiddikjara d-data u l-iskop tat-talba, il-kunjomijiet, l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet, u d-dati u l-postijiet tat-twelid tagħhom. Jekk ir-rikorrent ma jgħix il-Lussemburgu, ir-rikors irid jindika indirizz għan-notifika hemmhekk. Il-partijiet m’għandhomx għalfejn ikunu rappreżentati minn avukat. Ir-reġistru tal-qorti (greffe) iħarrek il-partijiet fi żmien 15-il jum, ħlief jekk it-terminu jiġi estiż minħabba d-distanza kif previst mill-Kodiċi Ġdid ta’ Proċedura Ċivili (Nouveau Code de procédure civile).

Bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali, il-kawżi għall-irtirar totali jew parzjali tal-awtorità tal-ġenituri ma jiġux trattati mill-imħallef tal-familja, iżda jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti distrettwali fil-kwalità ta’ qorti ċivili. Dawn il-kawżi għandhom jitressqu mill-prosekutur pubbliku quddiem il-qorti distrettwali tal-indirizz (domicile) jew residenza (résidence) ta’ wieħed mill-ġenituri. Jekk il-ġenituri ma jkollhomx indirizz jew residenza magħrufa fil-pajjiż, il-kawża titressaq quddiem il-qorti tad-distrett fejn ikunu jinsabu t-tfal. Jekk il-minuri ma jkunux jinstabu kollha fi ħdan l-istess distrett, il-kawża tiġi ppreżentata quddiem il-qorti distrettwali tal-Lussemburgu. Il-prosekutur pubbliku jirranġa għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-familja tal-minuri u l-moralità tal-ġenituri tiegħu/tagħha. Dawn tal-aħħar huma ordnati jissottomettu lill-qorti kwalunkwe kumment u oġġezzjoni li jqisu xierqa. Ir-rikors għall-irtirar tal-awtorità tal-ġenituri għandu jistabbilixxi l-fatti u jkun akkumpanjat minn dokumenti ta’ sostenn. L-iskrivan tal-qorti (greffier) jinnotifika lill-ġenituri jew lill-qraba fil-linja axxendenti li kontrihom tkun tressqet l-kawża u jinnotifikahom biex jikkomparixxu. Huma m’għandhomx għalfejn ikunu rappreżentati minn avukat. Fi kwalunkwe każ, il-qorti tista’, ex officio jew fuq talba ta’ parti, tadotta kwalunkwe miżura interim li tqis mixtieqa b’rabta mal-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri fuq il-minuri. Barra minn hekk, il-qorti tista’, fi kwalunkwe każ, tirrevoka jew tibdel dawk il-miżuri. Jekk ġenitur jew gwardjan jixtieq jirkupra d-drittijiet li ġew imneħħija lilhom, iridu jressqu rikors lill-qorti tal-indirizz jew tar-residenza tal-persuna li lilha ġew fdati dawn id-drittijiet.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Kawżi quddiem l-imħallef tal-familja jitressqu permezz ta’ rikors lill-qorti distrettwali minn wieħed mill-ġenituri jew minn persuna minorenni li tkun kapaċi tifforma l-fehmiet tagħha stess skont l-Artikoli 1007-50 tal-Kodiċi l-Ġdid ta’ Proċedura Ċivili. Il-partijiet m’għandhomx għalfejn ikunu rappreżentati minn avukat, ħlief meta r-rikors jiġi ppreżentat fi proċedimenti ta’ divorzju li jitressqu għal raġunijiet ta’ tkissir irrimedjabbli taż-żwieġ jew fi proċedimenti ta’ separazzjoni legali. F’dawn il-każijiet, ir-rappreżentanza minn avukat full-time (avocat à la Cour) hija obbligatorja.

Ir-rikors irid jiġi ppreżentat fuq karta ordinarja lill-iskrivan tal-qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni territorjali, jiġifieri:

1. il-qorti tal-post fejn il-familja għandha l-indirizz tagħha;

2. jekk il-ġenituri jgħixu separatament, il-qorti tal-indirizz tal-ġenitur li t-tfal minorenni abitwalment jgħixu miegħu, fil-każ ta’ eżerċizzju konġunt tal-awtorità tal-ġenituri, jew il-qorti tal-indirizz tal-ġenitur li jeżerċita l-awtorità tal-ġenituri waħdu;

3. f’każijiet oħra, il-qorti tal-post fejn tirrisjedi l-persuna li ma tkunx bdiet il-proċedimenti.

Fil-każ ta’ rikors konġunt, il-qorti kompetenti hija l-qorti tal-post fejn waħda mill-partijiet għandha l-indirizz tagħha, kif tippreferi. Għal aktar dettalji, ikkonsulta l-Artikolu 1007-2 tal-Kodiċi l-Ġdid ta’ Proċedura Ċivili.

Meta r-rikors jitressaq fi proċedimenti ta’ divorzju li jitressqu għal raġunijiet ta’ tkissir irrimedjabbli taż-żwieġ jew fi proċedimenti ta’ separazzjoni legali, il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali hija l-qorti tal-post tal-indirizz konġunt tal-konjuġi jew, fin-nuqqas ta’ dan l-indirizz, tal-indirizz tal-konjuġi intimat.

Is-seduti ta’ smigħ relatati ma’ rikorsi għad-determinazzjoni jew għat-tibdil fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri u tad-drittijiet ta’ aċċess u residenza jinżammu fi żmien xahar miċ-ċitazzjoni.

Is-seduti ta’ smigħ quddiem l-imħallef tal-familja mhumiex pubbliċi. Dawn isiru f’awli. Fil-prinċipju, l-imħallef jiddeċiedi waħdu, iżda jista’ jirrinvija t-tilwima lil għadd ta’ mħallfin jekk il-każ ikun partikolarment ikkumplikat. L-imħallef tal-familja jittratta wkoll it-talbiet għal miżuri provviżorji.

L-imħallef tal-familja jisma’ personalment kull waħda mill-partijiet u jrid jipprova jirrikonċiljahom. Huwa / Hija j/tista’ j/tipproponi miżura ta’ medjazzjoni. Huwa / hija jista’ / tista’ jordna / tordna investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-familja (enquête social) jew kwalunkwe miżura oħra ta’ inkjesta. Meta l-imħallef tal-familja jiddeċiedi dwar l-arranġamenti għall-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, huwa jista’ jikkunsidra, fost affarijiet oħra, il-prattika li qabel kienet segwita mill-ġenituri, kwalunkwe ftehim li ntlaħaq qabel, is-sentimenti espressi mit-tifel, il-kapaċità ta’ kull ġenitur li jwettaq dmirijietu u li jirrispetta lill-ieħor, u l-eżitu tal-investigazzjonijiet jew l-inkjesti mwettqa.

Fil-każ ta’ rikors għal pagament għall-manteniment ta’ minuri jew rikors għal kontribuzzjoni għall-manteniment u t-trobbija tat-tfal, l-imħallef tal-familja jista’ jordna lill-partijiet, u saħansitra lil partijiet terzi, biex jipprovdu informazzjoni jew jippreżentaw kotba tal-kontijiet jew dokumenti tal-kontijiet li jistabbilixxu l-ammont ta’ dħul, dejn jew qligħ tal-partijiet.

Kull appell minn deċiżjoni mogħtija mill-imħallef tal-familja għandu jitressaq fi żmien 40-il jum. Ir-rikors tal-appell għandu jiġi ffirmat minn avukat full-time.

Meta l-imħallef tal-familja diġà qed jikkunsidra rikors fuq il-merti tal-każ, u hemm urġenza assoluta, li trid tkun issostanzjata sew fir-rikors, jista’ jitressaq quddiem l-imħallef rikors li jitlob għal miżuri interim (mesures provisoires) fi proċedimenti sommarji eċċezzjonali (en référé exceptionnel). Ir-rikors għal miżuri provviżorji għandu jitressaq quddiem l-iskrivan tal-qorti distrettwali li għandha ġuriżdizzjoni biex tisma’ il-każ fuq il-merti tiegħu. Il-partijiet m’għandhomx għalfejn ikunu rappreżentati minn avukat.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Il-persuni bi dħul insuffiċenti skont il-liġi Lussemburgiża jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna legali. Għal dan l-għan, huma jridu jimlew kwestjonarju disponibbli miċ-ċentru tas-servizz tal-għajnuna soċjali u jibagħtuh lill-President tal-Kamra tal-Avukati tat-territorju kompetenti.

L-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż kollha marbuta mal-proċedimenti, proċeduri jew atti ġudizzjarji li tkun ingħatat għalihom. B’mod partikolari hija tkopri t-taxxi tal-boll u tar-reġistrazzjoni, it-tariffi tal-iskrivani, it-tariffi tal-avukati, it-taxxi u t-tariffi tal-uffiċjali tal-qorti, l-ispejjeż u t-tariffi tan-nutara, l-ispejjeż u t-tariffi tat-tekniċi, it-taxxi tax-xhieda, it-tariffi tat-tradutturi u tal-interpreti, it-tariffi għas-certificats de coutume (ċertifikat jew affidavit dwar il-liġi applikabbli), l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, it-taxxi u t-tariffi għar-reġistrazzjoni, il-formalitajiet tal-ipoteki u tat-titoli, u t-tariffi għall-pubblikazzjoni fil-gazzetti.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti tal-Appell (Cour d’appel). Fil-prinċipju, il-limitu ta’ żmien għall-appell huwa ta’ 40 jum. Madankollu, it-terminu huwa ta’ 15-il jum fil-każ ta’ appell minn deċiżjoni tal-imħallef tal-familja dwar miżuri interim fi proċedimenti ta’ divorzju mressqa għal raġunijiet ta’ tkissir irrimedjabbli taż-żwieġ, fi proċedimenti ta’ separazzjoni legali, jew fi proċedimenti sommarji eċċezzjonali.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Imħallef tal-familja li jkun iddeċieda l-iskeda biex wild jgħix ma’ kull ġenitur jew li jkun ikkonferma d-dritt ta’ kuntatt ta’ ġenitur jew saħansitra parti terza jista’ sussegwentement iżid miżuri ta’ infurzar mad-deċiżjoni. Huwa / Hija j/tispeċifika n-natura ta’ dawn il-miżuri u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tagħhom, filwaqt li j/tqis l-aħjar interessi tat-tfal. Huwa / Hija j/tista’ j/tiffissa pagament perjodiku ta’ penali biex j/tiżgura li d-deċiżjoni tiġi osservata.

Il-liġi Lussemburgiża tipprevedi diversi modi kif tista’ tiġi infurzata deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri f’każ ta’ rifjut sistematiku ta’ konformità.

L-ewwel nett, hemm penali ċivili, jiġifieri ħlas perjodiku ta’ penali (astreinte), stabbilit mill-imħallef tal-familja, sabiex il-ġenitur li ma jikkooperax jkun imġiegħel jissodisfa l-obbligu tiegħu. Kawża li tfittex li jkun hemm ħlas perjodiku ta’ penali imposta trid titressaq quddiem il-qorti distrettwali għall-post ta’ residenza tal-wild.

Fil-każ ta’ nuqqas ripetut ta’ wieħed mill-ġenituri li jikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-qorti dwar id-drittijiet ta’ aċċess u residenza jew residenza alternata, l-imħallef tal-familja jista’ jipproponi medjazzjoni tal-familja. Jekk ikompli n-nuqqas ta’ konformità, l-imħallef jista’, fuq talba tal-ġenitur li jkun sarlu t-tort, jagħmel bidla fl-għoti tal-awtorità tal-ġenituri jew fl-aċċess u fid-drittijiet ta’ residenza favur il-ġenitur l-ieħor.

It-tieni nett, hemm penali kriminali f’każ li t-tfal ma jingħatawx lill-parti l-oħra. Il-prosekutur pubbliku jista’ jipproċedi fil-każ ex officio jew b’reazzjoni għal ilment kriminali mressaq mill-vittma. Il-qorti distrettwali responsabbli għall-kawżi kriminali tistabbilixxi l-pieni kriminali u, fejn applikabbli, id-danni li għandhom jingħataw lill-vittma. Il-partijiet m’għandhomx għalfejn ikunu rappreżentati minn avukat.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (ir-“Regolament Brussell IIa”), kwalunkwe sentenza dwar l-awtorità tal-ġenituri mogħtija mill-qorti ta’ pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (ħlief id-Danimarka) hija fil-prinċipju rikonoxxuta fil-Lussemburgu bit-tħaddim tal-liġi. Fi kliem ieħor, ir-rikonoxximent ta’ tali deċiżjonijiet ma huwa soġġett għall-ebda proċedura.

Madankollu, deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea dwar l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri fir-rigward ta’ minuri taż-żewġ partijiet ikkonċernati, li tkun eżegwibbli f’dak il-pajjiż u li tkun ġiet servuta jew innotifikata, tista’ tiġi eżegwita fil-Gran Dukat biss wara li tkun ġiet iddikjarata eżegwibbli fuq talba ta’ kwalunkwe parti interessata. Rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà jrid jiġi ppreżentat permezz ta’ avukat lill-imħallef li jippresjedi l-qorti distrettwali. Id-deċiżjoni tal-imħallef li jippresjedi l-qorti distrettwali tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti tal-Appell. Appell fuq punti tal-liġi mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation).

Jenħtieġ li jiġi nnutat li sentenzi relatati mad-drittijiet ta’ aċċess u dawk relatati mar-ritorn ta’ minuri jistgħu, abbażi ta’ ċerti kundizzjonijiet, jiġu rikonoxxuti u infurzati mingħajr ma jkun meħtieġ li jgħaddu mill-proċedura deskritta fil-paragrafu preċedenti.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Skont ir-“Regolament Brussell IIa”, kwalunkwe parti interessata tista’ titlob lill-imħallef li jkun qiegħed jippresiedi l-qorti distrettwali biex jagħti deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent fir-rigward tal-awtorità tal-ġenituri ordnata minn qorti ta’ pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea. Il-parti trid tkun rappreżentata minn avukat full-time.

It-talba tista' tiġi miċħuda biss għar-raġunijiet li ġejjin:

  • tkun tmur manifestament kontra l-politika pubblika;
  • ma jkunx instema’ l-minuri;
  • id-drittijiet tad-difiża ma jkunux ġew rispettati;
  • l-inkompatibilità ma' deċiżjoni mogħtija fi proċedimenti relatati.

Kull parti tista’ tappella quddiem il-Qorti tal-Appell mid-deċiżjoni tal-imħallef li jippresjedi l-qorti distrettwali. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell tista’ tiġi appellata fuq punti tal-liġi quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-qrati b’ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ awtorità tal-ġenituri huma l-qrati tar-residenza abitwali tal-minuri: L-Artikolu 8 tar-Regolament Brussell IIa u l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta’ Ottubru 1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal. Il-liġi applikabbli hija definita wkoll mill-istess Konvenzjoni tal-Aja. In-nazzjonalità tal-wild hija irrilevanti. Il-ġuriżdizzjoni biex jittieħdu miżuri għall-protezzjoni tal-persuna u tal-proprjetà tat-tfal taqa’ f’idejn l-awtoritajiet tal-istat kontraenti ta’ residenza abitwali tal-minuri, b’mod li l-awtorità fil-Lussemburgu hija l-qorti tal-familja. L-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri huwa rregolat mil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-minuri jew, jekk ir-residenza abitwali tat-tfal tinbidel, mil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali ġdida.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-awtorità tal-ġenituri fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Fuljett)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLegilux

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 15/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Ungerija

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fil-prattika, ir-responsabbiltà tal-ġenituri (kustodja tal-ġenituri) tinvolvi d-deċiżjoni dwar l-isem tal-minuri, il-ħarsien u t-trobbija tal-minuri, id-deċiżjoni dwar ir-residenza tiegħu jew tagħha, l-amministrazzjoni tal-beni tiegħu jew tagħha, id-drittijiet u l-obbligi tar-rappreżentanza legali tiegħu jew tagħha, u d-dritt li jinħatar tutur jew li jiġi eskluż xi ħadd mit-tutela.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-ġenituri jew kwalunkwe dispożizzjoni f’sens kuntrarju mill-awtorità tat-tutela jew mill-qorti, il-ġenituri għandhom kustodja konġunta sew jekk ikunu jgħixu flimkien kif ukoll jekk ma jkunux għadhom jgħixu flimkien.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Fl-Ungerija, it-tutela hija arranġament legali li tiżgura l-ħarsien tal-minuri, ir-rappreżentanza tagħhom u l-amministrazzjoni tal-beni tagħhom permezz ta’ tutur maħtur mill-awtorità tat-tutela fin-nuqqas ta’ ġenitur li jkollu kustodja tal-ġenituri. Il-ħtieġa li jinħatar tutur tista’ tiġi rrappurtata lill-awtorità tat-tutela minn kwalunkwe persuna. Qarib viċin tal-minuri jew il-persuna li l-minuri jkun/tkun qed tgħix taħt il-ħarsien tagħha, huma obbligati jinnotifikaw lill-awtorità tat-tutela dwar il-ħtieġa li jinħatar tutur, bħalma hija l-qorti jew awtorità oħra.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-ġenituri jew kwalunkwe dispożizzjoni f’sens kuntrarju mill-awtorità tat-tutela jew mill-qorti, il-ġenituri għandhom kustodja konġunta anki jekk ma jkunux għadhom jgħixu flimkien. Il-ġenituri separati jistgħu jiftiehmu li jaqsmu d-drittijiet u l-obbligi tar-responsabbiltà tal-ġenituri, iżda huma jridu jiżguraw stil ta’ ħajja bilanċjat għall-minuri tagħhom (l-alternanza tat-tqegħid tal-minuri ma tkunx possibbli, pereżempju, jekk il-ġenituri jgħixu ’l bogħod wisq minn xulxin u dan ipoġġi piż kbir wisq fuq il-minuri). Il-ftehim bejn il-ġenituri jiġi approvat mill-qorti. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet u l-obbligi tal-kustodja tal-ġenituri, il-qorti tiddeċiedi dwar liema ġenitur ikollu l-kustodja. Fit-teħid ta’ deċiżjoni, il-qorti tivvaluta fejn ikun żgurat l-aħjar l-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tal-minuri.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Meta żwieġ jiġi xolt bid-dikjarazzjoni komuni tar-rieda u l-intenzjoni tal-konjuġi li jxolju ż-żwieġ ippreżentata lill-qorti bil-miktub, ir-rikors ikun jinkludi l-ftehim tal-ġenituri dwar il-kwistjoni tal-kustodja. Il-qorti tapprova l-ftehim b’deċiżjoni definittiva matul il-proċedimenti tad-divorzju, billi ż-żwieġ ma jistax jiġi xolt b’kunsens reċiproku mingħajr tali ftehim.

Jekk ikun meħtieġ, il-qorti trid tieħu deċiżjoni rigward il-kustodja tal-ġenituri meta jiġi xolt żwieġ, anki jekk ma jsir l-ebda rikors għal dak il-għan. Fin-nuqqas ta’ appell, is-sentenza tal-qorti tal-prim istanza ssir finali biss wara li jkun għadda l-ħmistax-il jum wara d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ appell.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Il-konjuġi jistgħu jirrikorru għall-medjazzjoni qabel jibdew il-proċedimenti ta’ divorzju jew matul il-proċedimenti, b’mod volontarju jew fuq inizjattiva tal-qorti, sabiex isolvu permezz ta’ kunsens reċiproku kwalunkwe tilwima relatata mar-relazzjoni tagħhom jew ix-xoljiment taż-żwieġ, bħall-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Huma jistgħu jfasslu l-ftehim tagħhom milħuq b’riżultat ta’ medjazzjoni, sabiex jiġi inkluż fil-proċedimenti ta’ soluzzjoni bil-qorti. Sabiex ikun żgurat li r-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata sewwa u bil-kooperazzjoni neċessarja tal-ġenituri, il-qorti u/jew l-awtorità tat-tutela matul il-proċedura proprja tagħha tista’ (fuq talba jew fuq inizjattiva proprja fi kwistjonijiet riferuti għall-kompetenza tagħhom) tordna lill-ġenituri jipparteċipaw f’medjazzjoni biex tinstab kooperazzjoni xierqa bejn il-ġenitur li jkollu l-kustodja u l-ġenitur li jkun qiegħed jgħix separatament mill-minuri tagħhom u biex jiġu żgurati d-drittijiet tal-ġenitur li jkun qiegħed jgħix separatament.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

F’każijiet ta’ tilwim, il-qorti tiddeċiedi liema ġenitur għandu jkollu l-kustodja tal-ġenituri billi tisma’ liż-żewġ ġenituri u, f’każijiet ġustifikati, lill-minuri. Il-qorti tista’ tiddeċiedi li tagħti kustodja sħiħa lil ġenitur wieħed jew li ġenitur wieħed jeżerċita ċerti drittijiet u obbligi ta’ kustodja tal-ġenituri u l-ġenitur l-ieħor jeżerċita drittijiet u obbligi oħra bħal dawn. Il-qorti tista’ tawtorizza lill-ġenitur li jkun jgħix separatament mill-minuri tiegħu, iwettaq ċerti kompiti relatati mal-ħarsien u t-trobbija tal-minuri, jew b’mod eċċezzjonali, li jamministra kompletament jew parzjalment l-assi tal-minuri u li jaġixxi bħala rappreżentant legali fi kwistjonijiet relatati mal-assi tal-minuri. Jekk ikun fl-interessi tal-minuri, il-qorti tista’ tillimita jew tneħħi d-dritt li wieħed jiddeċiedi dwar kwistjoni fundamentali li taffettwa l-ġejjieni tal-minuri. Madankollu, il-qorti ma tistax tordna kustodja konġunta tal-ġenituri, billi din tista’ tiġi istitwita biss permezz tal-ftehim tal-ġenituri, li jista’ jiġi approvat mill-qorti.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Le. Jekk il-qorti tagħti l-kustodja lil ġenitur wieħed, il-ġenitur li jkun qiegħed jgħix separatament mill-minuri tiegħu jista’ jkompli jeżerċita d-drittijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri fi kwistjonijiet fundamentali li jaffettwaw il-ġejjieni tal-minuri. L-għoti tal-isem u t-tibdil tal-isem ta’ minuri, id-deċiżjoni dwar ir-residenza tal-minuri, jekk differenti mir-residenza tal-ġenitur, id-deċiżjoni dwar ir-residenza tal-minuri f’pajjiż ieħor għall-iskop ta’ soġġorn jew sistemazzjoni fit-tul, it-tibdil tan-nazzjonalità tal-minuri u l-għażla tal-iskola u l-karriera tal-minuri huma kkunsidrati bħala tali kwistjonijiet fundamentali.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Il-qorti ma tistax tordna kustodja konġunta, sempliċement tapprova l-ftehim tal-ġenituri għal dak il-għan matul il-proċedimenti matrimonjali, b’kont meħud tal-interessi tal-minuri. Kundizzjoni għal approvazzjoni bħal din hija li l-ġenituri separati jridu jiżguraw stil ta’ ħajja bilanċjat għall-minuri tagħhom waqt li jeżerċitaw kustodja konġunta. Jekk il-qorti tqis li dan ma jkunx fattibbli, hija tista’ tiċħad l-approvazzjoni tal-ftehim. Madankollu, f’sitwazzjonijiet li jkunu jirrikjedu azzjoni immedjata, ġenitur wieħed jista’ jiddeċiedi b’mod indipendenti u jrid jinnotifika lill-ġenitur l-ieħor mingħajr dewmien (pereżempju dwar intervent mediku urġenti).

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Tista’ tirrikorri jew quddiem l-awtorità tat-tutela jew quddiem qorti fi kwistjonijiet ta’ kustodja tal-ġenituri, skont jekk intom, bħala ġenituri, ikollkomx tilwima dwar l-eżerċizzju ta' kustodja konġunta jew jekk il-kustodja tkunx trid tiġi deċiża mill-qorti.

Il-kawża trid tiġi ppreżentata fil-qorti fejn tkun tinstab ir-residenza tal-konvenut (jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-post tas-soġġorn tal-konvenut), jew fejn kienet l-aħħar residenza kondiviża tal-konjuġi.

Il-kawża trid tiġi ppreżentata permezz ta’ rikors bil-miktub lill-qorti kompetenti. Jekk jogħġbok ara wkoll is-suġġett dwar Kif tipproċedi? fir-rigward tat-tressiq tal-proċedimenti u l-kontenut tar-rikors. Minbarra l-informazzjoni ġeneralment meħtieġa, iridu jiġu indikati wkoll dettalji dwar il-kuntratt taż-żwieġ u dwar it-twelid tat-tfal imwielda liż-żwieġ u li jkunu għadhom ħajjin u ċ-ċertifikati tat-twelid tat-tfal iridu jiġu mehmużin fi kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Proċedimenti ġudizzjarji f’kawża sabiex jiġu deċiżi d-drittijiet ta’ kustodja tal-ġenituri u t-tqegħid tal-minuri ma’ persuna terza:

Jekk il-ġenituri separati ma jkunux laħqu ftehim, il-qorti tiddeċiedi, fuq talba jew fid-diskrezzjoni proprja tagħha, liema ġenitur ikollu l-kustodja. Fit-teħid ta’ deċiżjoni, il-qorti tikkunsidra l-interessi tal-minuri u tivvaluta fejn ikun żgurat l-aħjar l-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tal-minuri.

Il-kawża legali biex jiġi deċiż min għandu jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri, il-kustodja jew bidliet fid-drittijiet ta’ kustodja individwali, it-tqegħid tal-minuri ma’ persuna terza jew it-tibdil ta’ dak it-tqegħid, tista’ titressaq minn ġenitur jew mill-awtorità tat-tutela. Il-kawża trid titressaq minn ġenitur kontra l-ieħor jew mill-awtorità tat-tutela kontra ż-żewġ ġenituri. Kawża sabiex jinbidel it-tqegħid tal-minuri ma’ persuna terza trid tiġi ppreżentata kontra l-persuna li magħha jkun/tkun tqiegħed/tqiegħdet il-minuri.

Matul il-proċedimenti, il-qorti trid tisma’ liż-żewġ ġenituri, u f’każijiet ġustifikati – jew jekk jintalab mill-minuri nnifsu jew innifisha – iridu jinstemgħu wkoll il-minuri. Jekk il-minuri jkollu/ikollha mill-anqas 14-il sena, il-qorti tista’ tiddeċiedi biss dwar il-kustodja tal-ġenituri tal-minuri u t-tqegħid tal-minuri bil-kunsens tiegħu jew tagħha, sakemm l-għażla tal-minuri ma tipperikolax l-iżvilupp tiegħu jew tagħha.

Il-qorti tista’ tobbliga lill-ġenituri jfittxu medjazzjoni sabiex ikun żgurat li r-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi eżerċitata kif għandu jkun u li l-ġenituri jikkooperaw kif meħtieġ sabiex jiżguraw dan.

Il-proċedura tal-awtorità tat-tutela f’tilwima relatata ma’ kustodja konġunta:

Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar kwistjonijiet relatati mal-kustodja konġunta (sew jekk ikunu qed jgħixu flimkien jew separatament), kull ġenitur jista’ jitlob lill-awtorità tat-tutela tieħu deċiżjoni, ħlief dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-libertà tal-kuxjenza jew il-libertà tar-reliġjon.

Jekk ġenituri separati intitolati li jeżerċitaw flimkien il-kustodja tal-ġenituri jaqblu li jaqsmu bejniethom id-drittijiet u l-obbligi relatati, jew li d-drittijiet ta’ kustodja jiġu eżerċitati minn wieħed/waħda minnhom fil-ġejjieni, l-awtorità tat-tutela, fuq talba tagħhom, tirreġistra dan il-ftehim fil-minuti. Il-minuti jridu jirreġistraw ukoll il-ftehim dwar liema ġenitur ikun se jrabbi l-minuri u l-fatt li jkunu se jeżerċitaw flimkien id-drittijiet ta’ kustodja tal-ġenituri dwar kwistjonijiet fundamentali li jaffettwaw il-ġejjieni tal-minuri, sakemm il-qorti ma tkunx ipprovdiet mod ieħor.

Il-ġenituri jridu jiġu infurmati li jistgħu jibdlu l-ftehim tagħhom u li l-ftehim ma għandux l-istess forza bħal deċiżjoni tal-qorti meħuda fi proċedimenti matrimonjali jew fi proċedimenti mressqa għad-deċiżjoni dwar il-kustodja tal-ġenituri.

Fi proċedimenti matrimonjali, il-qorti tiddeċiedi proviżorjament fid-diskrezzjoni tagħha dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw it-tqegħid ta’ minuri u l-post tas-soġġorn tal-minuri ma’ xi wieħed mill-ġenituri jew ma’ persuna terza, l-estensjoni jew il-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ kustodja tal-ġenituri jew il-kuntatti bejn il-ġenituri u l-minuri.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Jekk jogħġbok ara wkoll is-suġġett dwar Kif tipproċedi? rigward din il-kwistjoni.

Fi proċedimenti sabiex titneħħa jew terġa’ tiġi stabbilita l-kustodja tal-ġenituri u dawk li jirrigwardaw it-tqegħid u t-trasferiment ta’ minuri jew id-drittijiet ta’ aċċess, il-partijiet huma mogħtija d-dritt għad-differiment tal-pagamenti irrispettivament mid-dħul u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Id-dritt għad-differiment tal-pagamenti jfisser li kwalunkwe tariffa jew spejjeż oħra mġarrba matul il-proċedimenti jiġu avvanzati mill-Istat minflok mill-partijiet, iżda l-ispejjeż avvanzati jridu jitħallsu lura mill-parti telliefa lill-Istat fit-tmiem tal-proċedimenti.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva, il-proċedimenti relatati mal-kustodja tal-ġenituri huma soġġetti għall-appell skont ir-regoli ġenerali. Appell jista’ jiġi ppreżentat minn ġenitur jew mill-minuri. L-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ appell hija ħmistax-il jum wara d-data meta tkun ġiet innotifikata d-deċiżjoni.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Sabiex tiġi eżegwita deċiżjoni relatata mar-responsabbiltà tal-ġenituri, tinħareġ ordni ta’ eżekuzzjoni mill-qorti tal-prim istanza jew, fil-każ ta’ deċiżjoni barranija (soluzzjoni bil-qorti) iċċertifikata skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003), mill-qorti distrettwali li topera fis-sede tal-qorti reġjonali tar-residenza abitwali tal-minuri jew tal-persuna soġġetta għad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni jew il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda (Budai Központi Kerületi Bíróság) f’Budapest.

Meta deċiżjoni tal-qorti (ftehim approvat mill-qorti) dwar it-trasferiment u t-tqegħid ta’ minuri tiġi eżegwita, il-qorti titlob lill-persuna soġġetta għad-deċiżjoni biex tissodisfa l-obbligu tagħha b’mod volontarju, billi tistabbilixxi skadenza xierqa, u jekk din tonqos milli tagħmel dan, il-qorti tordna t-trasferiment tal-minuri bl-assistenza tal-pulizija.

Il-minuri jrid/trid jiġi/tiġi trasferit(a) lill-persuna li tkun qed tfittex l-eżekuzzjoni jew, fin-nuqqas ta’ dik il-persuna, lir-rappreżentant tiegħu jew tagħha approvat mill-awtorità tat-tutela, jew lill-awtorità tat-tutela. Meta l-minuri jiġi/tiġi trasferit(a), il-persuna taħt l-obbligu li tittrasferixxi l-minuri trid tinforma lill-persuna li tkun se tieħu l-minuri dwar l-istat ta’ saħħa tal-minuri jew kwalunkwe ċirkustanza oħra li nuqqas ta’ għarfien dwarha jista’ jipperikola l-ħajja jew l-integrità fiżika tal-minuri.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri hija rikonoxxuta mill-qrati fl-Ungerija mingħajr l-ebda proċedura speċjali. Is-sustanza tad-deċiżjoni ma tista’ tiġi rieżaminata taħt l-ebda ċirkustanza.

Madankollu, kwalunkwe parti interessata tista’ tagħmel rikors għal deċiżjoni għar-rikonoxximent jew għan-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjoni fil-qorti kompetenti.

Infurzar:

Deċiżjoni dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri meħuda fi Stat Membru, li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru partikolari u li tkun ġiet innotifikata, tiġi eżegwita fl-Ungerija jekk tiġi ddikjarata bħala eżegwibbli fl-Ungerija fuq talba ta’ kwalunkwe parti interessata.

Il-qorti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat id-deċiżjoni, toħroġ ċertifikat skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti interessata.

Il-qorti distrettwali li topera fis-sede tal-qorti reġjonali tar-residenza abitwali tal-minuri jew tal-persuna soġġetta għall-obbligu eżegwibbli jew il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda f’Budapest, toħroġ ordni ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ deċiżjoni barranija (soluzzjoni bil-qorti) li jkollha tali ċertifikat.

Id-deċiżjoni tal-qorti barranija tkun eżegwibbli jekk, skont in-natura tagħha, id-deċiżjoni tikkonforma ma’ dan li ġej: tkun is-sentenza ta’ qorti li ssib ksur fil-proċedimenti ċivili; fi proċedimenti kriminali, tkun il-parti tas-sentenza tal-qorti li ssib ksur fit-talba ċivili relatata; jew tkun ftehim approvat mill-qorti.

Fuq il-bażi tal-ordni ta’ eżekuzzjoni, il-proċedura ta’ eżekuzzjoni sseħħ skont il-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar l-eżekuzzjoni.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru tiġi rikonoxxuta mill-qrati fl-Ungerija mingħajr l-ebda proċedura speċjali. Is-sustanza tad-deċiżjoni ma tista’ tiġi rieżaminata taħt l-ebda ċirkustanza.

Madankollu, kwalunkwe parti interessata tista’ tagħmel rikors għal deċiżjoni għar-rikonoxximent jew għan-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjoni fil-qorti kompetenti.

Kwalunkwe parti tista’ tappella minn deċiżjoni meħuda dwar il-kwistjoni ta’ rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà.

L-appell irid jiġi aġġudikat skont ir-regoli li jirregolaw il-proċedimenti legali.

L-appelli kontra dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà jridu jiġu ppreżentati fi żmien xahar min-notifika tad-dikjarazzjoni. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tkun abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor (mhux fl-Ungerija), l-iskadenza għall-appell hija xahrejn mid-data tan-notifika jew personalment jew fir-residenza tiegħu jew tagħha. Ma tista’ tingħata l-ebda estensjoni tal-iskadenza minħabba d-distanza.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

L-Ungerija hija parti għall-Konvenzjoni ta’ The Hague tad-19 ta’ Ottubru 1996 fuq il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, rikonoxximent, infurzar u kooperazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u miżuri għall-protezzjoni tat-tfal, li tinkludi regoli dwar il-liġi applikabbli, u ċerti trattati bilaterali dwar l-assistenza reċiproka wkoll jinkludu tali regoli.

Skont il-liġi nazzjonali Ungeriża, il-liġi personali applikabbli għall-minuri tirregola r-relazzjonijiet bejn il-ġenitur u l-minuri skont il-liġi tal-familja, għalhekk b’mod partikolari l-għoti tal-isem, it-tqegħid, il-ħarsien u r-rappreżentanza legali tal-minuri u l-amministrazzjoni tal-assi tal-minuri, bl-eċċezzjoni tal-obbligi ta’ manteniment. Rigward l-istatus familjari tal-minuri u r-relazzjoni tal-minuri mal-ġenituri tiegħu jew tagħha skont il-liġi tal-familja, trid tiġi applikata l-liġi Ungeriża għal minuri li jkun/tkun ċittadin(a) Ungeriż(a) jew jgħix/tgħix fl-Ungerija (bl-eċċezzjoni tal-obbligi ta’ manteniment), jekk dan ikun aktar vantaġġuż għall-minuri.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 15/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Malta

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

It-terminu jinkludi d-dmirijiet u l-obbligi ta’ ġenitur fil-konfront tal-minuri skont il-Kodiċi Ċivili ta’ Malta, il-Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta. It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” li fil-leġiżlazzjoni Maltija jissejjaħ l-“awtorità tal-ġenituri”, jinkludi l-kustodja u l-aċċess, id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet bħall-post tar-residenza, l-ivvjaġġar, l-obbligi ta’ manteniment, l-edukazzjoni, deċiżjonijiet maġġuri relatati mas-saħħa u l-amministrazzjoni tal-proprjetà tat-tfal.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Il-ġenitur bijoloġiku jew fil-każ ta’ adozzjonijiet, il-ġenituri adottivi mal-finalizzazzjoni tal-proċeduri tal-adozzjoni. Barra minn hekk, ommijiet li jrabbu lil uliedhom waħedhom għandhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri sakemm il-missier ma jirreġistrax it-twelid b’mod konġunt mal-omm tal-wild.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Meta tfal jitqiegħdu taħt ordni għall-ħarsien jew inġunzjoni, skont il-Kap. 285 tal-Att dwar it-Tfal u ż-Żagħżagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien), tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Ministru jiġi vestit bil-kura u l-kustodja tagħhom.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Fil-każ ta’ divorzju jew separazzjoni, din tiġi stabbilita permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti jew tiġi riżolta permezz ta’ medjazzjoni. Tista’ wkoll tiġi determinata permezz ta’ dokument eżekutorju legalment vinkolanti bejn il-partijiet li jiġi ffirmat quddiem nutar.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Jekk tali ftehim jiġi konkluż barra l-proċeduri ta’ separazzjoni biex dan ikun legalment vinkolanti, għandu jiġi rratifikat fil-Qorti u jiġi rreġistrat fir-Reġistru Pubbliku. Min-naħa l-oħra, jekk ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jintlaħaq matul proċeduri ta’ separazzjoni jew ta’ divorzju, il-ftehim jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tkun qed tisma’ dan il-proċediment u jinħareġ digriet tal-qorti, li japprova jew le l-ftehim.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

F’każijiet bħal dawn mezz alternattiv huwa l-proċess ta’ medjazzjoni. Jekk il-ġenituri xorta ma jilħqux ftehim matul dan il-proċess, jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja).

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef jista’ jiddeċiedi dwar kull deċiżjoni maġġuri meqjusa importanti għall-benesseri tat-tfal, pereżempju, ir-residenza tat-tfal, liema ġenitur għandu jkollu l-kustodja, id-drittijiet ta’ żjarat u ta’ aċċess, u l-obbligu li jitħallas il-manteniment għat-tfal.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Il-qorti rarament tagħti kura u kustodja sħiħa lil ġenitur wieħed iżda dan jiddependi skont il-każ. Minkejja dan, f’każ li l-qorti tagħti l-kura u l-kustodja sħiħa lil ġenitur wieħed xi kwistjonijiet xorta għandhom jiġu diskussi bil-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, b’mod partikolari kwistjonijiet relatati mal-aċċess jew mat-tneħħija ta’ minuri lejn pajjiż terz li tkun tinvolvi b’mod dirett id-drittijiet ta’ aċċess tal-ġenitur li ma jkollux il-kustodja.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Dan ifisser li ż-żewġ ġenituri jiddiskutu u jieħdu d-deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ulied b’mod konġunt. Dan ma jinkludix attivitajiet ta’ kuljum, iżda sempliċiment id-deċiżjonijiet maġġuri li jinvolvu l-post tar-residenza, l-edukazzjoni u kwistjonijiet marbuta mas-saħħa. L-Artikolu 136(3) tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Ċivili jagħmel referenza għal atti ta’ amministrazzjoni straordinarja, fejn dawn l-atti jeħtieġu l-kunsens taż-żewġ ġenituri.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Fejn medjazzjoni ma tirnexxix, jiġi ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). Ma hemmx lista formali ta’ dokumenti meħtieġa u għalhekk kwalunkwe dokumentazzjoni u ċertifikat pertinenti jistgħu jiġu mehmuża mar-rikors, b’mod partikolari, dawk li jagħtu prova tal-awtorità tal-ġenituri, inkluż kwalunkwe ftehim dwar kura u kustodja, jew digrieti mogħtija.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Ir-rikors jiġi skedat biex tinstema’ f’data partikolari. Matul is-smigħ tal-kawża l-imħallef jisma’ lill-partijiet u lix-xhieda l-oħra li l-partijiet itellgħu. Il-Qorti tista’ wkoll taħtar assistenti soċjali u psikologi biex ifasslu rapport dwar il-minuri jekk tagħraf tali ħtieġa. L-esperti maħtura mill-Qorti jħejju rapport wara li jkunu kkonsultaw lill-ġenituri, lit-tfal u lil persuni professjonali oħra li b’xi mod ikunu marbuta mal-każ. Jistgħu jiġu invokati proċeduri ta’ emerġenza jekk il-parti li tippreżenta l-applikazzjoni tindika raġunijiet validi biżżejjed ta’ urġenza. Jekk dan ikun fl-interess tal-minuri, jinħareġ digriet interim dwar il-kwistjoni li jitlob li l-każ jinstema’ b’urġenza, pereżempju impediment ta’ tluq, kura u kustodja, eċċ.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva, wieħed jista’ japplika għall-għajnuna legali, madankollu r-rikorrent jiġi sottopost għal test tal-mezzi skont it-Titolu X tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ( Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta). Aktar dettalji dwar l-għajnuna legali tista’ tinkiseb mit-taqsima dwar l-għajnuna legali.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Huwa possibbli biss li jsir appell f’każ li jkun hemm punt ta’ liġi involut, jiġifieri pereżempju waħda mill-partijiet ma tingħatax id-dritt li tressaq xhieda mingħajr ebda raġuni valida min-naħa tal-qorti. F’każijiet bħal dawn, jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem il-Qorti tal-Appell.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Deċiżjoni tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) hija awtomatikament eżegwibbli, madankollu f’każijiet fejn wieħed mill-ġenituri ma jkunx qed jirrispetta tali digriet, il-ġenitur li l-awtorità tal-ġenituri tiegħu tkun qed tiġi ristretta jista’ jagħmel rapport lill-pulizija li sussegwentement tipproċedi bi proċedimenti kriminali quddiem il-Qorti tal-Maġistrati biex twettaq l-eżekuzzjoni flimkien ma’ multa u/jew priġunerija. Barra minn hekk, tista’ tiġi ppreżenta applikazzjoni quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) li titlob għat-tibdil tad-digriet tal-qorti.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Il-proċedura applikabbli li għandha tiġi segwita hija dik li tinstab fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta'Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (Brussell II bis), jiġifieri li l-imħallef kompetenti jimla’ ċertifikat u dan, flimkien mas-sentenza tal-qorti u applikazzjoni li titlob għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni, jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). Għandu jiġi identifikat ukoll indirizz għal skopijiet ta’ notifika. Id-dokumenti kollha għandhom jiġu tradotti bil-Malti jew bl-Ingliż.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Oppożizzjoni tista’ ssir quddiem l-istess qorti u fl-atti ta’ fejn ikun ġie ppreżentat ir-rikors għall-eżekuzzjoni u għar-rikonoxximent. L-oppożizzjoni jkun fiha r-raġunijiet għas-sospensjoni ta’ tali rikonoxximent u eżekuzzjoni u din issir permezz ta’ tweġiba għar-rikors.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-liġi applikabbli hija r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 16/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Olanda

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

It-terminu “responsabbiltà tal-ġenituri” jfisser li wieħed ikollu l-awtorità fuq minuri u responsabbiltà għat-trobbija u għall-kura ta’ dan il-minuri.

L-Artikolu 247 tal-Ktieb 1 tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek) jistipula li ġej dwar dan is-suġġett:

1. Awtorità tal-ġenituri għandha tinkludi d-dover u d-dritt tal-ġenituri li jieħdu ħsieb u jrabbu l-wild minuri tagħhom.

2. “Kura u trobbija” għandha tinkludi li jieħdu ħsieb u jieħdu responsabbiltà għall-benesseri mentali u fiżiku u s-sigurtà tal-minuri u li jippromwovu l-iżvilupp tal-personalità tal-minuri. Il-ġenituri ma jistgħux jużaw vjolenza mentali jew fiżika jew xi trattament umiljanti ieħor meta jieħdu ħsieb u jrabbu l-minuri.

3. L-awtorità tal-ġenituri għandha tinkludi l-obbligu tal-ġenitur li jippromwovi l-iżvilupp tar-relazzjoni tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor.

4. Minuri li l-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta tiegħu għandu jibqa’ intitolat li jieħdu ħsiebu u jrabbuh ż-żewġ ġenituri b’mod ekwivalenti wara xoljiment taż-żwieġ minbarra minħabba mewt, wara separazzjoni legali jew wara xoljiment legali ta’ sħubija rreġistrata minbarra minħabba mewt, jew wara terminazzjoni ta’ koabitazzjoni jekk saret annotazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 252(1).

5. Għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 4, fi ftehim jew pjan ġenitorjali, il-ġenituri jistgħu jikkunsidraw ostakoli prattiċi li jistgħu jirriżultaw b’rabta max-xoljiment taż-żwieġ minbarra minħabba mewt, wara separazzjoni legali jew wara xoljiment legali ta’ sħubija rreġistrata minbarra minħabba mewt, jew wara terminazzjoni ta’ koabitazzjoni jekk saret annotazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 252(1), iżda biss u diment li jeżistu l-ostakoli rilevanti.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Il-ġenituri għandhom l-awtorità u r-responsabbiltà biex jieħdu ħsieb u jrabbu l-wild minuri tagħhom. Madankollu, hemm eċċezzjonijiet għal din ir-regola.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk il-ġenituri ma jkunux iridu jew ma jkunux jistgħu jeżerċitaw awtorità jew responsabbiltà tal-ġenituri, l-awtorità tal-ġenituri tista’ tiġi ttrasferita lil persuna oħra mill-qorti.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Wara divorzju, iż-żewġ ġenituri jżommu l-awtorità tal-ġenituri fuq uliedhom. It-tnejn jibqgħu jkunu responsabbli biex irabbu u jieħdu ħsieb lill-ulied. Madankollu, hemm eċċezzjonijiet għal din ir-regola. Huwa possibbli li f’ċerti każijiet, fuq talba, il-qorti tassenja l-kustodja lil ġenitur wieħed. Il-paternità (li skont id-definizzjoni mhijiex ekwivalenti għal awtorità tal-ġenturi) u d-drittijiet u d-doveri assoċjati jistgħu wkoll jiġu rregolati b’mod differenti fil-pjan ġenitorjali, li jitfassal fil-każ ta’ divorzju.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

F’każijiet ta’ divorzju, l-arranġamenti li jkun sar qbil dwarhom jiġu stipulati fi pjan ġenitorjali li jiġi revedut mill-qorti. Il-qorti tippronunzja d-divorzju.

Ara wkoll: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/scheiden/vraag-en-antwoord/checklist-bij-scheiden-of-uit-elkaar-gaan

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Il-medjazzjoni hija possibbiltà biex jissolva tilwim dwar paternità.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Id-deċiżjoni tal-qorti tkopri l-elementi kollha tal-pjan ġenitorjali, inkluż il-kustodja, it-tqassim tal-kompiti fir-rigward tal-kura u t-trobbija tal-minuri, u l-post prinċipali tar-residenza tal-minuri.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Le. Il-ġenitur bil-kustodja tal-minuri huwa obbligat li jżomm lill-ġenitur mingħajr kustodja infurmat dwar kwistjonijiet importanti dwar il-persuna [HM-B1] u l-assi tal-minuri u li jikkonsulta l-ġenitur tal-aħħar dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw lill-minuri. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar, jiddeċiedi l-ġenitur bil-kustodja.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Dan ifisser li ż-żewġ ġenituri għandhom l-istess drittijiet u doveri li jappartjenu lil ġenitur bil-kustodja (ara l-mistoqsija 1), jekk il-ġenituri jkunu qablu dwar tqassim differenti tal-kompiti fir-rigward tal-kura u t-trobbija tal-minuri fil-pjan ġenitorjali.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Sabiex tinkiseb kustodja ta’ minuri, għandha ssir talba lill-qorti bil-ġuriżdizzjoni għall-post ta’ residenza tal-minuri. Id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati jiddependu fuq is-sitwazzjoni tal-ġenitur u l-minuri. Informazzjoni dwar id-dokumenti meħtieġa tinstab fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli ta’ proċedura (procesreglement) Kustodja u aċċess (Gezag en omgang). Avukat jista’ jgħin b’dan.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

M’hemm l-ebda proċedura partikolari għas-sitwazzjonijiet imsemmija. Iva, huma possibbli proċeduri għal miżuri provviżorji.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva, l-għajnuna legali hija possibbli, għalkemm din hija soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAktar informazzjoni dwar dan is-suġġett tinstab fis-sit web tal-Kunsill tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand).

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva, jistgħu jsiru appelli lill-Qorti tal-Appell (gerechtshof).

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

F’dan il-każ tapplika l-proċedura tal-qorti ordinarja.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Fil-prinċipju, mhi meħtieġa li tittieħed l-ebda azzjoni. Dan iseħħ awtomatikament jekk l-Istat Membru huwa parti għar-Regolament Brussell IIa. Dan ir-Regolament huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

L-appelli għandhom jitressqu mal-qorti fil-pajjiż fejn inħarġet id-deċiżjoni,

Appell fi kwistjoni tal-familja fin-Netherlands jeħtieġ l-assistenza ta’ avukat. L-avukat jista’ jressaq l-appell mar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Qorti tal-Appell. Wara li l-qorti tkun iddeċidiet f’każ tal-familja, l-avukat ikollu tliet xhur biex jappella. Il-Qorti tal-Appell tapplika dan il-limitu ta’ żmien strettament. Id-data li fiha r-Reġistru jirċievi t-talba biex jitressaq appell hija d-data uffiċjali li fiha tressaq l-appell.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-qrati Netherlandiżi japplikaw biss liġi Netherlandiża.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 22/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Awstrija

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Il-kustodja (ir-responsabbiltà tal-ġenituri) hija d-dover u d-dritt tal-ġenituri. Din tinkludi l-kura u t-trobbija tal-minuri, l-immaniġġjar tal-proprjetà tal-minuri u r-rappreżenazzjoni tal-minuri, minbarra kwistjonijiet oħra (l-Artikolu 158 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak – Allgemeines Bürgerliches Gesetzbuch).

Skont l-Artikolu 160 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak, il-kura ta’ minuri tfisser primarjament li wieħed jieħu ħsieb il-benesseri u s-saħħa fiżika tiegħu u jissorvelja lill-minuri direttament, u t-trobbija ta’ minuri tinkludi, b’mod partikolari, l-iżgurar tal-iżvilupp fiżiku, mentali, emozzjonali u morali tal-minuri, u l-promozzjoni tat-talenti, il-ħiliet, il-preferenzi u l-potenzjal tal-iżvilupp tal-minuri u t-taħriġ tal-iskola/vokazzjonali tiegħu. Il-kura tinkludi wkoll il-kura medika tal-minuri u t-trobbija tal-minuri tinkludi wkoll id-deċiżjoni dwar il-post ta’ residenza tal-minuri (l-Artikolu 162 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak) u għalhekk ukoll, pereżempju, it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ivvjaġġar barra, l-għażla tal-iskejjel u l-għażla jew il-bidla tar-reliġjon tal-minuri. Id-dritt tal-ġenituri li jrabbu l-minuri jimplika wkoll id-dritt li jsemmu l-minuri.

L-immaniġġjar tal-proprjetà tal-minuri jinkludi, pereżempju, il-manteniment tal-minuri (id-determinazzjoni, il-modifikazzjoni, ir-riċeviment, il-ġbir u l-użu tal-manteniment). L-Artikolu 164 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak jiddikjara li l-ġenituri għandhom jimmaniġġjaw il-proprjetà tal-minuri “bl-attenzjoni ta’ ġenituri diċenti”.

Ir-“rappreżentanza legali” tal-minuri hija definita bħala d-dritt u l-obbligu li jiġu mmaniġġjati l-kwistjonijiet legali għall-minuri. Dan jinkludi r-rappreżentanza tal-minuri f’każijiet fejn id-drittijiet jew l-obbligi jiġu assenjati direttament lill-minuri jew jingħata kunsens f’isem il-minuri. Rappreżentanza legali tista’ tirreferi għall-kura u t-trobbija tal-minuri u l-immaniġġjar tal-proprjetà tal-minuri fis-sens “estern” (pereż. konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kura medika ma’ tabib, qbil għal trattament ta' kura għall-minuri) għall-kuntrarju tat-twettiq attwali ta’ dawn il-kompiti “internament” (pereż. l-għoti ta’ medikazzjoni, il-bdil ta' ħarqa ta’ tarbija, li l-ġenitur jara li x-xogħol għad-dar ikun lest kollu). Ir-rappreżentanza legali tapplika wkoll barra minn dawn l-oqsma (fis-sens “pur” tat-terminu), bħal meta jinbidel l-isem jew in-nazzjonalità tal-minuri, jintalab rikonoxximent tal-paternità barra miż-żwieġ u l-eżerċitar tad-drittijiet personali tal-minuri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Bħala regola, jekk minuri jitwieled fiż-żwieġ jew jekk il-ġenituri jiżżewġu lill xulxinwara t-twelid tal-minuri, iż-żewġ ġenituri jkollhom il-kustodja tal-minuri (l-Artikolu 177(1) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Jekk il-minuri jitwieled barra miż-żwieġ, bil-liġi, l-omm biss ikollha l-kustodja tal-minuri (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 177(2) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak).

It-tieni sentenza tal-Artikolu 177(2) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak jiddikajra li ġenituri mhux miżżewġin jistgħu, wara li jiġu infurmati dwar il-konsegwenzi legali, jiddikjaraw personalment quddiem ir-reġistratur li t-tnejn huma responsabbli għall-kustodja tal-minuri, sakemm il-kustodja ma tkunx diġà ġiet riżolta fil-qorti. Jekk il-ġenituri ma jgħixux f’unità domestika waħda, dawn għandhom jaslu għal ftehim dwar liema ġenitur ser ikun il-persuna primarja għall-kura tal-minuri. Inkella, il-ġenituri jistgħu jidħlu fi ftehim quddiem il-qorti jew jippreżentaw tali ftehim lill-qorti (l-Artikolu 177(3) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Il-qorti tista’ wkoll tagħti l-kustodja liż-żewġ ġenituri (l-Artikolu 180(2) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak).

Kustodja konġunta tista’ tintemm biss permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti. Il-qorti mbagħad għandha tfittex soluzzjoni amikevoli. Jekk dan ma jirnexxix, il-qorti tagħti l-kustodja lil ġenitur wieħed jew għal darb’oħra liż-żewġ ġenituri (l-Artikolu 180 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Jekk il-qorti tagħti kustodja konġunta, din għandha tistipula wkoll l-unità domestika li primarjament il-minuri ser jingħata kura fiha. F’dawn id-deċiżjonijiet, il-qorti dejjem tipprijoritizza x’inhu l-aħjar fl-interess tal-minuri.

Jekk ġenitur wieħed biss jingħata l-kustodja, l-ieħor jingħata d-dritt għal kuntatt personali mal-minuri u għad-drittijiet għal informazzjoni, espressjoni u rappreżentanza kif definit fl-Artikolu 189 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Jekk iż-żewġ ġenituri jiġu pprevenuti milli jeżerċitaw il-kustodja, il-qorti għandha tiddeċiedi liema nanniet (jew, fin-nuqqas ta’ dan, nannu/a), jew liema ġenituri foster (jew ġenitur foster) għandhom jingħataw il-kustodja tal-minuri. Jekk in-nanniet jew il-ġenituri foster ikunu jridu jingħataw il-kustodja, ġeneralment koppja tieħu preċedenza fuq nannu/a wieħed/waħda jew ġenitur foster wieħed, sakemm dan ma jkunx fl-aħjar interess tal-minuri. Jekk iż-żewġ ġenituri jiġu pprevenuti milli jipprovdu xi aspett ta’ kura, dan japplika kif xieraq. Il-benesseri tal-minuri dejjem huwa l-kriterju primarju meta tingħata l-kustodja.

Jekk il-ġenitur bil-kustodja unika jiġi pprevenut milli jeżerċita l-kustodja, il-qorti għandha tiddeċiedi jekk f’dan il-każ għandhiex tingħata kustodja sħiħa jew parzjali lill-ġenitur l-ieħor, lin-nanniet jew nannu/a, jew lil ġenituri foster (jew ġenitur foster). Il-ġenitur l-ieħor jieħu preċedenza fuq in-nanniet u l-ġenituri foster diment li jiġi ggarantit il-benesseri tal-minuri ma’ dak il-ġenitur.

Jekk m’hemmx ġenituri, nanniet jew ġenituri foster li jistgħu jingħataw il-kustodja, persuna xierqa oħra tista’ tingħatalha l-kustodja tal-minuri (l-Artikolu 204 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Il-benesseri tal-minuri huwa l-fattur deċiżiv meta tintgħażel din il-persuna; ix-xewqat tal-minuri u dawk tal-ġenituri wkoll għandhom jiġu kkunsidrati (l-Artikolu 205(1) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Il-qraba huma l-ewwel li jiġu kkunsidrati, segwiti minn persuni oħrajn qrib il-minuri, u finalment persuni xierqa oħra, bħal organizzazzjonijiet tal-benesseri tat-tfal jew taż-żgħażagħ (l-Artikolu 209 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak).

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Il-kustodja konġunta tibqa’ tapplika wara divorzju jew l-annullament ta’ żwieġ. Madankollu, jekk il-ġenituri jixtiequ jżommu kustodja konġunta bħal qabel, dawn għandhom iressqu ftehim lill-qorti f’perjodu ta’ żmien raġonevoli li jispeċifika l-ġenitur li l-minuri ser jgħix primarjament miegħu. Il-qorti għandha tapprova dan il-ftehim jekk ikun fl-aħjar interess tal-minuri. Madankollu, il-ġenituri mhumiex permessi li jaqsmu l-kustodja b’mod li jfisser li, pereżempju, li ġenitur wieħed ikun responsabbli kollu kemm hu għall-kura u għat-trobbija tal-minuri, filwaqt li l-ieħor jieħu ħsieb il-proprjetà tal-minuri u li jirrappreżenta lill-minuri biss; il-ġenitur li l-minuriser jgħix primarjament miegħu dejjem għandu jkollu l-kustodja sħiħa. Jekk tali ftehim ma jitressaqx f’perjodu raġonevoli ta’ żmien wara x-xoljiment taż-żwieġ, jew jekk ma jkunx fl-aħjar interess tal-minuri, il-qorti għandha tiddeċiedi, jekk ma jistax jintlaħaq ftehim amikevoli – fejn meħtieġ wara medjazzjoni, liema ġenitur ser ikollu l-kustodja unika tal-minuri fil-futur.

Il-ġenituri jistgħu jispeċifikaw ukoll li ġenitur wieħed biss għandu jżomm il-kustodja tal-minuri wara x-xoljiment taż-żwieġ. F’każijiet bħal dawn, huwa ċar li mhuwiex meħtieġ ftehim li jistipula l-ġenitur li l-minuri ser jgħix primarjament miegħu. Dan japplika mhux biss għal każijiet li fihom jixxolja ż-żwieġ, iżda wkoll għal każijiet li fihom il-ġenituri ta’ minuri jkunu għadhom miżżewġin iżda jgħixu separatament b’mod permanenti. F’każijiet bħal dawn, il-qorti tiddeċiedi biss wara talba ta’ wieħed mill-ġenituri.

L-informazzjoni ta’ hawn fuq dwar il-kustodja wara xoljiment taż-żwieġ tal-ġenituri tapplika wkoll għal każijiet li fihom jisseparaw is-sħab tul il-ħajja. Għalhekk, il-ġenituri ta’ minuri li jitwieled barra miż-żwieġ jistgħu jingħataw kustodja konġunta mill-qorti jekk l-unità domestika konġunta tneħħiet jew saħansitra jekk tali unità domestika qatt m’eżistiet, diment li jkun hemm ftehim dwar residenza fis-seħħ li tkun fl-aħjar interess tal-minuri.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Ara l-mistoqsija 4.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Il-ġenituri jistgħu jikkuntattjaw lis-servizzi tal-benesseri tat-tfal jew taż-żgħażagħ (konsulenza tal-familja) jew organizzazzjonijiet privati għal parir. Inkella, il-ġenituri jistgħu jattendu medjazzjoni, konsulenza tal-koppji jew konsulenza tal-ġenituri jew jużaw servizzi ta’ konsulenza oħra.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef fil-Qorti tat-Tutela (Pflegschaftsgericht) jista’ uffiċjalment jibda u jiddeċiedi biss fi proċedimenti relatati mal-kustodja u d-drittijiet ta’ aċċess. Jekk ikun hemm riskju akut għall-benesseri tal-minuri, is-servizzi tal-benesseri tat-tfal u taż-żgħażagħ għandhom jiġu nnotifikati. Jekk il-minuri ikun f’periklu imminenti, dawn għandhom jieħdu miżuri xierqa, inkluż l-irtirar tal-kustodja fl-aktar każijiet serji.

Il-manteniment tat-tfal jista’ jiġi deċiż biss wara talba tar-rappreżentant legali tal-minuri jew tal-persuna ta’ età legali intitolata għal manteniment. Dan ma jistax jiġi deċiż mill-qorti ex officio. Il-manteniment tat-tfal għandu jintalab bħala parti minn proċedimenti legali mhux kuntenzjużi (Außerstreitverfahren). Dan japplika wkoll għal tfal ta’ età legali. L-uffiċjali ġudizzjarji (Rechtspfleger) huma responsabbli għal dan.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Il-ġenitur mingħajr il-kustodja għandu d-dritt li jiġi infurmat f’ħin waqtu dwar kwistjonijiet importanti li jaffettwaw il-minuri u miżuri ppjanati li jeħtieġu rappreżentanza kollettiva fil-każ ta’ kustodja konġunta (l-Artikolu 167(2) u (3) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak) mill-persuna bil-kustodja u biex jikkummenta dwar din l-informazzjoni (dritt għal informazzjoni u espressjoni). Il-kummenti għandhom jiġu kkunsidrati jekk ix-xewqat espressi jkunu ta’ aktar benefiċċju għall-interessi tal-minuri. Dawn id-drittijiet jestendu wkoll għal kwistjonijiet inqas importanti (diment li dawn ma jkunux biss kwistjonijiet ta’ kuljum), jekk, minkejja r-rieda tal-ġenitur mingħajr il-kustodja, huwa ma jkollux kuntatt wiċċ imb wiċċ regolari mal-minuri, pereżempju minħabba li ċ-ċirkostanzi ma jippermettux dan jew minħabba li l-minuri jirrifjuta l-kuntatt (l-Artikolu 189(3) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak).

Jekk il-ġenitur mingħajr kustodja b’mod persistenti jonqos milli jikkonforma ma’ dawn l-obbligi, il-qorti tista’ tieħu l-miżuri xierqa wara talba u, jekk il-benesseri tat-tfal ikun f’riskju, ex officio (l-Artikolu 189(4) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Il-qorti tista’, pereżempju, toħroġ digrieti speċifiċi lill-ġenitur li qiegħed jonqos milli jikkonforma, jew tawtorizza l-ġenitur mingħajr il-kustodja biex jikseb informazzjoni huwa stess mingħand it-tabib jew mill-iskola. Jekk l-imġiba tal-ġenitur mingħajr il-kustodja tpoġġi l-benesseri tal-minuri f’riskju, il-kustodja tista’ tiġi rtirata jew parzjalment jew kollha skont l-Artikolu 181 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak).

Id-dritt għal informazzjoni u espressjoni jista’ jiġi ristrett jew irtirat mill-qorti jekk l-eżerċitar tiegħu jipperikola serjament il-benesseri tat-tfal. L-istess japplika jekk il-ġenitur ikkonċernat jabbuża minn dawn id-drittijiet jew jeżerċitahom b’mod li jkun inaċċettabbli għall-ġenitur l-ieħor. Dawn jieqfu jeżistu wkoll jekk il-ġenitur innifsu jirrifjuta kuntatt mal-minuri mingħajr ġustifikazzjoni (l-Artikolu 189(2) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak).

Il-kustodja dejjem għandha tiġi eżerċitata b’mod li jkun tal-aħjar benefiċċju għall-interessi tal-minuri. Meta jiġi ddeterminat liema jkunu l-aħjar interessi tal-minuri, għandhom jiġu kkunsidrati l-personalità u l-ħtiġijiet tal-minuri, speċjalment it-talenti, il-ħiliet, il-preferenzi u l-potenzjal għall-iżvilupp tiegħu, u l-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-ġenituri.

Il-persuni kollha bil-kustodja (ġenituri, nanniet, ġenituri foster, oħrajn) u persuni li għandhom drittijiet u obbligi oħra fir-rigward ta’ minuri (pereż. drittijiet ta’ aċċess), sabiex jissalvagwardjaw il-benesseri tal-minuri, għandhom jonqsu minn kwalunkwe ħaġa li tista’ xxekkel ir-relazzjoni tal-minuri ma’ persuni oħra li għandhom drittijiet u obbligi fir-rigward tal-minuri jew li jistgħu jagħmluha aktar diffiċli għal persuni bħal dawn biex iwettqu d-doveri tagħhom (rekwiżiti ta’ kondotta tajba [Wohlverhaltensgebot], l-Artikolu 159 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak).

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Il-prinċipju ta’ rappreżentanza unika japplika għal rappreżentanza legali, jiġifieri kull ġenitur huwa intitolat u obbligat li jirrappreżenta lill-minuri waħdu. Għalhekk, azzjoni legali li tittieħed minn ġenitur wieħed xorta tkun legalment valida anki jekk il-ġenitur l-ieħor ma jaqbilx magħha (l-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Il-ftehim taż-żewġ ġenituri awtorizzati biex jirrappreżentaw lill-minuri huwa meħtieġ biss fil-każijiet elenkati fl-Artikolu 167(2) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak (pereż. meta jinbidel l-isem jew il-kunjom tal-minuri, tintgħażel jew tinbidel ir-reliġjon tal-minuri, il-minuri jiġi ttrasferit għal kura barra, eċċ.)

L-approvazzjoni tal-ġenitur l-ieħor awtorizzat biex jirrappreżenta lill-minuri u l-kunsens tal-qorti huma meħtieġa meta l-minuri jiġi rrappreżentat jew jingħata kunsens f’isem il-minuri fi kwistjonijiet relatati mal-proprjetà mhux soġġetti għal intrapriża ordinarja (l-Artikolu 167(3) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Dawn jinkludu, pereżempju, l-iżvestiment jew l-ipotekar tal-proprjetà, ir-rinunzja ta’ dritt għall-wirt, l-aċċettazzjoni bla kondizzjoni jew ir-rinunzja ta’ suċċessjoni, u l-aċċettazzjoni ta’ donazzjonijiet bi gravami.

Fil-proċedimenti ċivili, kull ġenitur huwa intitolat jirrappreżenta lill-minuri waħdu. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jaqblu jew il-qorti ma nnominatx wieħed minnhom jew parti terza bħala r-rappreżentant tal-minuri, ir-rappreżentant ikun il-ġenitur li jtemm l-ewwel stadju proċedurali (Verfahrenshandlung) l-Artikolu 169 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Il-ġenituri għandhom josservaw ir-rekwiżiti ta’ kondotta tajba (ara l-mistoqsija 9).

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Skont l-Artikolu 109 tal-Att dwar ġuriżdizzjoni tal-qorti (Jurisdiktionsnorm – JN), il-qorti kompetenti hija l-Qorti tad-Distrett (Bezirksgericht) tad-distrett fejn il-minuri għandu r-residenza abitwali tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ tali residenza fl-Awstrija, ir-residenza (attwali) tiegħu. Jekk il-minuri m’għandu l-ebda residenza fl-Awstrija, il-qorti kompetenti hija dik tad-distrett fejn ir-rappreżentant legali għandu r-residenza abitwali tiegħu. Jekk m’hemm l-ebda tali residenza fl-Awstrija, hija l-qorti tad-distrett fejn ġenitur minnhom ikollu r-residenza abitwali tiegħu, inkella l-Qorti tad-Distrett tal-Belt ta’ Vjenna (Bezirksgericht Innere Stadt Wien). Ir-residenza abitwali tvarja mir-residenza (sempliċi) fis-sens li normalment tkun il-post ta’ residenza għal perjodu ta’ żmien speċifiku u kontinwu (madwar sitt xhur).

It-talbiet għat-trasferiment ta’ kustodja unika jew parteċipazzjoni fil-kustodja jistgħu jsiru bil-kitba, bil-posta jew wiċċ imb wiċċ fil-Qorti tad-Distrett f’dawk magħrufa bħala “jiem tal-uffiċċju” (Amtstage), li jsiru tal-inqas darba fil-ġimgħa, normalment it-Tlieta filgħodu. Il-partijiet m’hemmx għalfejn jiġu rrappreżentati minn avukat. Madankollu, jekk jixtiequ li jiġu rrappreżentati, dawn jistgħu jiġu rrappreżentati biss minn avukat (“rekwiżit relattiv għal rappreżentanza legali” [relative Anwaltspflicht] skont l-Artikolu 101(1) tal-Att dwar proċedimenti mhux kontenzjużi).

It-talba għandu jkun fiha deskrizzjoni tal-każ, l-ismijiet, il-kunjomijiet u l-indirizzi tar-rikorrent u r-rappreżentant tiegħu u, jekk meħtieġ, l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet l-oħrajn li jaf bihom, u fi kwistjonijiet li jappartjenu għall-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid u n-nazzjonalità tal-partijiet ukoll (l-Artikolu 10(3) tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntenzjużi).

Jekk il-formola jew il-kontenut tat-talba jkun skorrett jew mhux mimli kollu b’mod li jxekkel stadji proċedurali ulterjuri, il-Qorti m’għandhiex tiċħdu jew tirrifjutah immedjatament imma l-ewwel għandha tfittex li tirrettifikah (l-Artikolu 10(4) tal-Att dwar proċedimenti mhux kontenzjużi).

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

F’dawn il-każijiet, tapplika l-proċedura mhux kuntenzjuża, skont l-Att dwar proċedimenti mhux kuntenjużi.

Skont l-aħjar interessi tal-minuri, il-Qorti għandha tagħti jew tirtira l-kustodja u d-dritt għal kuntatt personali, speċjalment sabiex iżżomm kuntatt affidabbli u sabiex tistabbilixxi ċarezza ġuridika, u xi drabi għandha tagħmel dan fuq bażi provviżorja bħala parti minn proċedura ta’ emerġenza. Dan jista’ jkun meħtieġ, b’mod partikolari, wara x-xoljiment taż-żwieġ tal-ġenituri jew tal-unità domestika (il-Punt 1 tal-Artikolu 180(1) tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak). Din id-deċiżjoni hija b’mod provviżorju vinkolanti u eżegwibbli, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Qorti.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Skont l-Artikolu 63 sa 73 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung – ZPO), l-għajnuna legali tingħata fi proċedimenti ċivili fuq talba jekk parti ma tkunx tista’ tissodisfa l-ispejjeż tal-proċedimenti mingħajr ma ssib lilha nfisha taħt il-livell ta’ sussistenza meħtieġ. Skont l-Artikolu 7(1) tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntenzjużi, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati kif xieraq fi proċedimenti mhux kuntenzjużi (bħal fi proċedimenti relatati mal-manteniment tat-tfal).

Il-livell ta’ sussistenza meħtieġ, f’termini astratti, jinsab bejn l-introjtu medju statistiku ta’ persuna impjegata u l-livell ta’ sussistenza minimu. Jitqies f’riskju jekk il-parti u l-familja tagħha intitolati għal manteniment lanqas ma jkun jista' jkollhom ħajja saħansitra modesta, meta jiġu kkunsidrati kwalunkwe assi li jintużaw jew il-possibbiltà ta’ tfaddil li jakkumula waqt proċedimenti itwal. Tista’ tingħata wkoll għajnuna legali parzjali.

L-għajnuna legali tiġi approvata biss jekk l-azzjoni jew id-difiża legali maħsuba ma tidhirx li tkun frivola jew bla skop b’mod ċar. L-għajnuna legali tista’ tingħata kemm lil persuni fiżiċi kif ukoll lil dawk ġuridiċi. In-nazzjonalità tal-parti hija irrilevanti.

L-għajnuna legali tinkludi b’mod partikolari eżenzjoni provviżorja mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti, u l-ispejjeż għax-xhieda, l-esperti, l-interpreti, kif ukoll ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parti jekk teħtieġ li tidher personalment. Jekk ir-rappreżentanza minn avukat tkun meħtieġa bil-liġi (bħal f’tilwim li jinvolvi ammonti ta’ aktar minn € 5000 jew fi proċedimenti quddiem qrati reġjonali [Landesgerichte]) jew jekk fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ ikun jidher li jkun meħtieġ, il-parti tingħata b’mod provviżorju avukat Awstrijak bla ħlas. L-avukat jagħti parir legali lill-parti qabel il-proċedimenti bl-għan li tissolva t-tilwima barra mill-qorti.

L-Artikolu 71 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula li l-partijiet li jirċievu l-għajnuna legali jkunu meħtieġa jħallsu lura parti mill-ammonti jew l-ammonti kollha li ġew eżentati minnhom b’mod provviżorju u li għadhom ma tħallsux lura. Barra minn hekk, dawn ikollhom iħallsu l-avukat assenjat lilhom ir-rati stabbiliti jekk u hekk kif ikunu jistgħu mingħajr ma jirriskjaw is-sussistenza tagħhom. Wara perjodu ta’ tliet snin wara l-konklużjoni tal-proċedimenti, l-obbligu tal-ħlas lura ma jistax jibqa’ jiġi impost. Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet għall-ħlas lura ġewx issodisfati, il-qorti tista’ titlob lill-parti biex tippreżenta dikjarazzjoni ġdida tal-assi (Vermögensbekenntnis) flimkien ma’ evidenza raġonevoli f’perjodu ta’ żmien xieraq.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Jista’ jsir appell kontra d-deċiżjonijiet mill-qorti tal-prim'istanza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri (l-Artikolu 45 tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntezjużi). L-iskadenza għall-appell hija 14-il jum mid-data li tingħata l-kopja bil-miktub tad-deċiżjoni (l-Artikolu 46(1) tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntezjużi). Bħala regola, hija l-qorti tat-tieni istanza li tiddeċiedi dwar l-appell.

F’ċerti każijiet, l-appelli dwar punt tad-dritt (Revisionsrekurs) jistgħu jiġu ppreżentati lill-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof) kontra deċiżjoni maħruġa mill-qorti tal-appell (Rekursgericht) bħala parti mill-proċedimenti tal-appell (cf. l-Artikolu 62 tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntezjużi). Appelli bħal dawn huma permessibbli biss jekk isolvu kwistjoni legali ta’ importanza konsiderevoli għall-manteniment ta’ unità, ċertezza jew żvilupp legali. Madankollu, dwar xi kwistjonijiet, tali appelli mhumiex ammissibbli, bħal dwar kwistjonijiet relatati mal-għajnuna, l-ispejjeż u t-tariffi legali. L-iskadenza għall-appelli dwar punt tad-dritt hija 14-il jum mid-data li fiha tingħata d-deċiżjoni tal-qorti tal-appell (l-Artikolu 65(1) tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntezjużi). L-appell għandu jiġi ffirmat minn avukat jew nutar (il-Punt 5 tal-Artikolu 65(3) tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntezjużi).

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Skont l-Artikolu 110(2) tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntezjużi, id-deċiżjonijiet ma jistgħux jiġu eżegwiti skont il-Kodiċi tal-Eżekuzzjoni (Exekutionsordnung). Skont l-Artikolu 79(2) tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntenzjużi, il-Qorti għandha tordna miżuri vinkolanti xierqa fuq talba jew ex officio. Dawn il-miżuri jinkludu multi, detenzjoni sa sena, attendenza obbligatorja, spezzjoni tad-dokumenti, informazzjoni u oġġetti mobbli oħrajn u l-ħatra ta’ fiduċjarji li għadhom jieħdu azzjoni raġonevoli għad-detriment u r-riskju tal-persuna inadempjenti. Is-sentenzi dwar kuntatt personali wkoll għandhom jiġu eżegwiti kontra r-rieda tal-ġenitur li ma jgħixx fl-unità domestika konġunta mal-minuri. Il-qorti tista’ wkoll teżegwixxi sentenzi dwar kustodja permezz ta’ forza diretta xierqa.

Skont l-Artikolu 110(3) tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntenzjużi, il-qorti tista’, ex officio, tastjeni milli tordna l-eżekuzzjoni biss jekk u sakemm l-eżekuzzjoni tkun tpoġġi f’periklu l-benesseri tal-minuri. Barra minn hekk, meta s-sentenzi tal-kustodja jiġu eżegwiti mill-qorti jew jiġu approvati mill-qorti, il-qorti tista’ tfittex assistenza minn servizzi tal-benesseri tat-tfal jew taż-żgħażagħ jew mill-Qorti tal-Familja, speċjalment fir-rigward tal-kura temporanja tal-minuri jekk dan ikun meħtieġ sabiex tiżgura l-benesseri tiegħu. Madankollu, il-korpi ġudizzjarji biss jistgħu jużaw forza diretta biex jeżegwixxu s-sentenzi tal-qorti. Dawn jistgħu jitolbu assistenza mill-pulizija.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Brussell IIa, deċiżjonijiet minn Stati Membri oħra jiġu rikonoxxuti mingħajr ma tkun meħtieġa ebda proċedura speċjali.

Proċedura għall-approvazzjoni ta’ deċiżjoni li tittieħed minn qorti barranija (proċedura exequatur) hija meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar il-kustodja (l-Artikolu 28 et seq tar-Regolament Brussell IIa); id-dettalji tal-proċedura jitħallew għall-Istati Membri biex jirregolawhom skont l-Artikolu 30 tar-Regolament. Fl-Awstrija dan huwa regolat mll-Artikoli 112 sa 116 tal-Att dwar proċedimenti mhux kuntenzjużi.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Talbiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar il-kustodja li tittieħed fi Stat Membru ieħor (l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Brussell IIa) jaqgħu – bħall-proċedura exequatur – taħt il-kompetenza tal-Qorti tad-Distrett li f’dan id-distrett il-minuri għandu r-residenza abitwali tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ tali residenza, ir-residenza tiegħu fl-Awstrija. Jekk il-minuri ma jkollux residenza fl-Awstrija, il-Qorti kompetenti tkun dik fid-distrett fejn ir-rappreżentant legali jkollu r-residenza abitwali tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ tali residenza fl-Awstrija, u sakemm il-każ ikun relatat ma’ minuri, il-Qorti li wieħed mill-ġenituri jkollu r-residenza abitwali tiegħu fid-distrett tagħha. Inkella, il-Qorti kompetenti tkun il-Qorti tad-Distrett taċ-Ċentru tal-Belt ta’ Vjenna (l-Artikolu 109 tal-Att dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qorti flimkien mal-Artikolu 109 ta’ dan l-Att).

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Jekk il-qrati Awstrijaċi jitqiesu kompetenti skont ir-Regolament Brussell IIa jew il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-protezzjoni tat-tfal, dawn japplikaw primarjament il-liġi Awstrijaka.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 16/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Polonja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fil-Kodiċi tal-Familja u l-Kustodja Pollakk m’hemm l-ebda definizzjoni ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. Fil-letteratura legali Pollakka, responsabbiltà tal-ġenituri hija mifhuma bħala li tkopri sett ta’ obbligi u drittijiet tal-ġenituri fir-rigward ta’ minuri għall-għan tal-kura xierqa tal-minuri u l-assi tiegħu.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Iż-żewġ ġenituri għandhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-minuri. Meta ġenitur wieħed ikun mejjet jew ma jkollux kapaċità legali sħiħa, il-ġenitur l-ieħor ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri. L-istess japplika fil-każ li r-responsabbiltà tal-ġenituri ta’ xi wieħed mill-ġenituri tkun ġiet sospiża.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tista’ tkun ukoll limitata b’deċiżjoni tal-qorti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ġenitur l-ieħor ikun intitolat li jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-minuri sa fejn ikun speċifikat fid-deċiżjoni tal-qorti.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

F'każ li l-ġenituri ma jkunux jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, dawn jistgħu jagħmlu talba mal-qorti li tindirizza kwistjonijiet ta’ kustodja (sąd opiekuńczy) jew awtorità pubblika oħra biex il-minuri jitpoġġa taħt kura foster. F’każijiet ta’ urġenza estrema, fuq it-talba jew bil-kunsens tal-ġenituri tal-minuri, il-minuri jista’ jitqiegħed taħt il-kura ta’ familja foster abbażi ta’ ftehim bejn il-kap ta’ distrett (starosta) u familja foster jew persuni li għandhom dar ta’ familja foster (rodzinny dom dziecka).

Meta l-ġenituri ma jkunux iridu jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq minuri, dawn jistgħu jagħtu l-kunsens għall-adozzjoni tiegħu. Hemm tliet forom ta’ adozzjoni skont il-liġi Pollakka: kompluta, kompluta u irrevokabbli (magħruf ukoll bħala “adozzjoni sħiħa”), u mhux kompluta.

Jekk l-interessi tal-minuri jitqiegħdu f’periklu mill-ġenituri meta jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri bil-mod dovut, ir-responsabbiltà tal-ġenituri tagħhom tista’ tiġi ristretta mid-deċiżjoni tal-qorti li tindirizza kwistjonijiet ta’ kustodja u l-minuri jista’ jitqiegħed f’familja foster, f’dar ta’ familja foster, taħt kura foster istituzzjonali, f’ċentru ta’ kura u trattament, f’ċentru ta’ kura tal-infermiera, jew f’ċentru ta’ riabilitazzjoni terapewtika.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Meta tingħata sentenza dwar divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ, qorti Pollakka hija meħtieġa li ssolvi l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri fuq minuri ħlief jekk ma jkollha l-ebda ġuriżdizzjoni fir-rigward ta’ responsabbiltà tal-ġenituri f’każ speċifiku. Waqt li tkun qed issolvi l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti Pollakka tista’ tieħu kont ta’ ftehim bil-miktub bejn il-miżżewġin dwar kif tkun se tiġi eżerċitata r-responsabbiltà tal-ġenituri, dment li tkun fl-aħjar interessi tal-minuri.

Jekk il-ġenituri jonqsu milli jaqblu, il-qorti tista’, wara li tikkunsidra d-dritt tat-tfal li jitrabbew miż-żewġ ġenituri:

1) tiddeċiedi dwar l-eżerċizzju konġunt tar-responsabbiltà tal-ġenituri;

2) tagħti r-responsabbiltà tal-ġenituri lil wieħed mill-ġenituri u tirrestrinġi r-responsabbiltà tal-ġenitur l-ieħor għal obbligi u drittijiet speċifiċi fir-rigward tal-minuri.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Ma hemm l-ebda forma speċifikata mil-liġi għal ftehim tal-ġenituri bħal dan. Madankollu, ta’ min jinnota li ftehim bejn il-ġenituri dwar kif tkun se tiġi eżerċitata r-responsabbiltà tal-ġenituri m’għandu l-ebda effett legali u jista’ jitqies sempliċiment bħala bażi għas-sentenza tal-qorti f’dan ir-rigward. Il-ftehim jista’ jintlaħaq ukoll permezz ta’ medjazzjoni. F’dak il-każ, dan isir bil-miktub u jiġi ffirmat miż-żewġ ġenituri u minn medjatur. Sabiex tkun legalment vinkolanti, il-ftehim irid jiġi approvat mill-qorti.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Il-ġenituri jistgħu jiġu megħjuna minn medjatur. Is-servizzi tal-medjazzjoni jiġu pprovduti abbażi ta’ ftehim ta’ medjazzjoni jew deċiżjoni tal-qorti li tirreferi l-ġenituri għal medjazzjoni. Il-ftehim jista’ jiġi konkluż ukoll permezz tal-kunsens ta’ ġenitur biex jimmedja meta l-ġenitur l-ieħor ikun talab medjazzjoni. Madankollu, soluzzjoni milħuqa bil-medjatur m’għandhiex il-forza legali ta’ sentenza tal-qorti qabel ma tiġi approvata mill-qorti.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Il-ġenituri jistgħu jmorru f’qorti fil-Polonja li tindirizza kwistjonijiet tal-kustodja fir-rigward ta’ bosta kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq minuri, bħal:

1) il-mod li bih ser tiġi eżerċitata r-responsabbiltà tal-ġenituri u d-drittijiet ta’ aċċess għall-minuri fil-każ li r-responsabbiltà tal-ġenituri tinqasam bejn iż-żewġ ġenituri li ma jgħixux flimkien;

2) riżoluzzjoni ta’ tilwima li tikkonċerna kwistjonijiet importanti fir-rigward tal-minuri f’każ li l-ġenituri ma jkunux jistgħu jaqblu dwar kif għandhom jiġu riżolti kwistjonijiet bħal dawn, inkluż id-determinazzjoni tal-post ta’ residenza, l-għażla tal-iskola, l-għażla tal-isem u l-kunjom, deċiżjonijiet li jikkonċernaw kura medika, ivvjaġġar barra mill-pajjiż, eċċ.

3) tranżazzjonijiet legali bejn minuri u ġenitur fejn tali tranżazzjonijiet legali jmorru lil hinn mill-immaniġġjar ordinarju tal-assi tal-minuri.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Iva. Jekk qorti tkun fdat l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri lil wieħed mill-ġenituri biss, dak il-ġenitur ikun liberu li jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw lill-minuri mingħajr ma jkollu għalfejn jikkonsulta lill-ġenitur l-ieħor jew jikseb il-kunsens tiegħu.

Ġenitur jista’ jiġi mċaħħad mir-responsabbiltà tal-ġenituri mill-qorti li tindirizza kwistjonijiet ta’ kustodja jekk ir-responsabbiltà tal-ġenituri ma tkunx tista’ tiġi eżerċitata minħabba impediment permanenti, il-ġenitur ikun jabbuża mir-responsabbiltà tal-ġenituri jew ikun jittraskura b’mod qawwi l-obbligi tiegħu fil-konfront tal-minuri.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

L-għoti tal-kustodja konġunta lill-ġenituri jfisser li dawn jistgħu u għandhom jeżerċitaw l-istess drittijiet u obbligi fir-rigward tal-minuri. Dan ifisser, fost l-oħrajn, li kwistjonijiet importanti li jikkonċernaw il-minuri jiġu deċiżi b’mod konġunt mill-ġenituri, jew minn qorti li tindirizza kwistjonijiet ta’ kustodja meta ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Il-każijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri jinstemgħu mid-diviżjonijiet tal-familja u l-minuri tal-qrati tad-distretti (sądy rejonowe) (qrati li jindirizzaw kwistjonijiet ta’ kustodja) b’ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza tal-minuri. Meta ma jkunx hemm bażi bħal din, il-ġuriżdizzjoni tinsab fil-Qorti Distrettwali tal-Belt Kapitali Varsavja.

Talba għandha titressaq flimkien maċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri, iċ-ċertifikat taż-żwieġ tal-ġenituri (meta jkunu miżżewġin), dokumenti oħrajn li jappoġġjaw it-talba, bħal ċertifikati mediċi, ċertifikati tal-iskola, valutazzjonijiet edukattivi eċċ.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-każijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri jinstemgħu f’dik li hija magħrufa bħala proċedura mhux kontenzjuża, li hija inqas formali minn proċedura kontenzjuża.

Barra minn hekk, fuq it-talba ta’ parti fil-proċedimenti, il-qorti li tindirizza kwistjonijiet ta’ kustodja tista’ tagħti miżura provviżorja fil-mod li tqis xieraq taħt kondizzjonijiet speċifiċi. Id-deċiżjonijiet f’dan ir-rigward isiru effettivi u eżegwibbli meta jinħarġu.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Il-partijiet fil-proċedimenti li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri huma meħtieġa li jħallsu t-tariffi u l-ispejjeż previsti fl-Att dwar l-Ispejjeż Legali f’Kawżi Ċivili. Madankollu, skont l-Artikolu 102(1) tal-Att, parti fil-proċedimenti tal-qorti tista’ titlob eżenzjoni mill-ispejjeż legali billi tressaq dikjarazzjoni li ma tistax tħallas spejjeż bħal dawn mingħajr tbatija fuqha stess jew il-familja tagħha. It-talba għal eżenzjoni mill-ispejjeż legali għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tagħti l-istatus tal-familja, l-assi, l-introjtu u l-għajxien tar-rikorrent. Parti fil-proċedimenti tista’ tiġi eżentata parzjalment mill-ispejjeż legali mill-qorti fil-każ li tali parti tkun f’pożizzjoni li tħallas biss parti mit-tali spejjeż (l-Artikolu 101(1)).

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva. Appell kontra kwalunkwe deċiżjoni jista’ jitressaq quddiem qorti superjuri. Appelli kontra sentenzi li jingħataw minn qorti distrettwali (sąd rejonowy) dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jistgħu jitressqu quddiem qorti reġjonali (sąd okręgowy). Sentenzi li jingħataw minn qorti reġjonali (sąd okręgowy) li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fi proċedimenti għal divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ huma soġġetti għal appell quddiem il-qorti tal-appell (sąd apelacyjny).

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Il-korp tal-eżekuzzjoni tal-qorti f’każijiet li jikkonċernaw ir-ritorn ta’ minuri huwa tutur maħtur mill-qorti (kurator sądowy). Fil-każ li ma tiġix irrispettata s-sentenza tal-qorti li tordna r-ritorn ta’ minuri, il-persuna intitolata sabiex il-minuri jirritorna għandha titlob lill-qorti li ħarġet it-tali deċiżjoni biex tordna t-tneħħija obbligatorja tal-minuri permezz ta' tutur maħtur mill-qorti. F'każ li ma jkunx magħruf fejn tinsab il-persuna soġġetta għar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti twettaq investigazzjoni sabiex tistabbilixxi fejn tinsab. Id-digriet jingħata mill-qorti lil tutur maħtur mill-qorti fil-forma ta’ deċiżjoni, li tista’ tingħata f’sessjoni magħluqa. Ma jista’ jitressaq l-ebda appell kontra deċiżjoni bħal din. It-tutur maħtur mill-qorti jistabbilixxi d-data għat-tneħħija tal-minuri u jinnotifika l-persuna intitolata. It-tutur maħtur mill-qorti jista’ jneħħi l-minuri mingħand kwalunkwe persuna li l-minuri jkun qiegħed joqgħod magħha. Għal dan il-għan, it-tutur maħtur mill-qorti jista’ jfittex l-assistenza ta’ uffiċjali tal-pulizija, psikologi u l-bqija.

Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprevedi proċedura differenti fir-rigward ta’ sentenzi dwar arranġamenti ta’ kuntatt. F’dak il-każ, fuq it-talba ta’ persuna intitolata għal kuntatt mal-minuri, il-qorti li tindirizza kwistjonijiet tal-kustodja thedded li toħroġ mandat fil-konfront tal-persuna li għandha l-kustodja u li tonqos milli tissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn sentenza jew soluzzjoni fir-rigward ta’ kuntatt mal-minuri, li teħtieġ il-ħlas ta’ ammont speċifiku lill-persuna intitolata għal kull ksur tal-obbligu. Fil-każ li persuna intitolata għal kuntatt mal-minuri jew ma’ persuna pprojbita minn tali kuntatt tikser l-obbligu impost mid-deċiżjoni, il-qorti li tindirizza kwistjonijiet ta’ kustodja thedded li tordna lil din il-persuna tħallas ammont speċifiku lill-persuna b’kustodja tal-minuri. Fil-każ li persuna ordnata mill-qorti li tindirizza kwistjonijiet ta’ kustodja biex tagħmel ħlas tkompli tonqos milli tissodisfa l-obbligu tagħha, il-qorti tal-kustodja tordna lit-tali persuna tħallas ammont dovut, li jiġi stipulat skont kemm-il darba kien hemm ksur.

Titolu jew ftehim eżekutorju li jikkonċerna l-kuntatt mal-minuri għandu jinhemeż mat-talba msemmija hawn fuq.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Id-dispożizzjonijiet rilevanti applikabbli huma dawk tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Bħala regola, dawn is-sentenzi jiġu rikonoxxuti u eżegwiti mingħajr ebda proċedimenti addizzjonali. Madankollu, huwa possibbli li jiġi ppreżentat rikors għal rikonoxximent u eżekuzzjoni lil qorti reġjonali. Il-qorti reġjonali hija wkoll kompetenti biex teżamina talba għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità. Fiż-żewġ każijiet, it-talba għandha tissodisfa l-kriterji ta’ dokument proċedurali, li jfisser li din għandha speċifikament tistabbilixxi t-talba, il-fatti li jiġġustifikaw tali talba, u jekk il-partijiet ippruvawx jagħmlu medjazzjoni jew le.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Rikors għan-nonrikonoxximent ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija mill-qorti ta’ Stat Membru tal-UE għandha tiġi ppreżentata fil-qorti reġjonali li tkun ġeografikament kompetenti biex tikkunsidra l-kawża riżolta mis-sentenza tal-qorti barranija jew mal-qorti reġjonali tar-reġjun fejn tinsab il-qorti distrettwali ġeografikament kompetenti jew, u fin-nuqqas ta’ qrati bħal dawn, mal-Qorti Reġjonali f’Varsavja (Sąd Okręgowy w Warszawie). Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent mogħti mill-qorti reġjonali hija soġġetta għal appell interlokutorju (zażalenie) u d-deċiżjoni tal-qorti tal-appell hija soġġetta għal appell fil-kassazzjoni (skarga kasacyjna). Huwa possibbli wkoll li jintalab il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti li jkunu ngħalqu b’deċiżjoni mhux appellabbli dwar ir-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni ta’ illegalità tad-deċiżjoni mhux appellabbli mogħtija f’dan ir-rigward. Tapplika proċedura mhux kontenzjuża.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri u d-drittijiet ta’ kuntatt mal-minuri hija stipulata fil-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-kooperazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u miżuri għall-protezzjoni tat-tfal li saret fl-Aja fid-19 ta’ Ottubru 1996, jew fi ftehimiet bilaterali li l-Polonja hija parti minnhom. Meta l-ebda wieħed minn dawk l-istrumenti ma jkun japplika, japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali privat. Fil-każ li r-residenza abitwali tal-minuri tinbidel għal residenza f’pajjiż li mhuwiex parti għall-Konvenzjoni, il-liġi ta’ dak il-pajjiż tirregola t-tibdiliet sussegwenti kollha fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-miżuri adottati fil-pajjiż tal-ewwel residenza abitwali preċedenti tal-minuri.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 16/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Portugall

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Is-sinifikat tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri u d-durata tagħhom

Ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri huma setgħat u doveri assenjati lill-ġenituri f’rabta ma’ wliedhom. L-ulied huma soġġetti għar-responsabbiltajiet tal-ġenituri sakemm jilħqu l-età maġġuri jew ta’ emanċipazzjoni. L-età maġġuri hija ta’ 18-il sena. Il-minorenni li jkunu għalqu 16-il sena jistgħu jsiru emanċipati permezz taż-żwieġ.

Drittijiet u obbligi ta’ min ikollu responsabbiltajiet tal-ġenituri

Ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri jinkludu s-setgħat u d-doveri tal-ġenituri b’rabta ma’ wliedhom, li ġejjin (l-Artikoli 1877 sa 1920-C tal-Kodiċi Ċivili):

  • Jedukaw lill-ulied billi jagħtuhom taħriġ ġenerali u vokazzjonali, b’mod partikolari għall-ulied b’insuffiċjenzi fiżiċi u mentali;
  • Sa fejn jistgħu l-ġenituri, jħeġġu l-iżvilupp fiżiku u mentali tal-ulied;
  • Jipprovdu appoġġ għall-ulied u jkopru n-nefqa relatata mas-sikurezza, is-saħħa u l-edukazzjoni tagħhom;
  • Jirrappreżentaw lill-ulied;
  • Jaġixxu bħala l-amministraturi tal-assi tal-ulied bl-istess attenzjoni li biha jamministraw l-assi tagħhom;
  • Ikollhom kustodja tal-ulied u jiddeterminaw ir-residenza tal-ulied;
  • Jaċċertaw ir-ritorn tal-ulied, billi jirrikorru għal awtorità pubblika, jekk ikun hemm bżonn, jekk dawn jitilqu mid-dar tal-ġenituri jew jitneħħew minnha;
  • Jiddeċiedu dwar l-edukazzjoni reliġjuża tal-ulied taħt l-età ta’ 16-il sena;
  • Skont il-maturità tal-ulied, titqies l-opinjoni tagħhom rigward kwistjonijiet familjali importanti u tiġi rikonoxxuta l-awtonomija tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ ħajjithom stess.

Min-naħa l-oħra:

  • L-ulied għandhom id-dover li jobdu lill-ġenituri tagħhom;
  • L-ulied ma jistgħux jitilqu mid-dar tal-ġenituri, jew id-dar maħsuba għaliha mill-ġenituri, u lanqas ma jistgħu jitneħħew minnha;
  • Il-ġenituri mhumiex obbligati li jipprovdu għall-appoġġ ta’ wliedhom jew ikopru l-ispejjeż għas-sikurezza, is-saħħa u l-edukazzjoni tagħhom sa fejn tali spejjeż ikunu jistgħu jiġu koperti mit-tfal stess mir-rikavati tax-xogħol tagħhom jew minn introjtu ieħor;
  • Il-ġenituri jistgħu jużaw l-introjtu mill-assi ta’ wliedhom biex ikopru n-nefqa fuq l-appoġġ, is-sikurezza, is-saħħa u l-edukazzjoni ta’ wliedhom, kif ukoll, sa livelli raġonevoli, bżonnijiet oħra tal-ħajja familjali;
  • Il-ġenituri mhumiex obbligati li jidħlu bħala garanti billi amministraturi tal-assi ta’ wliedhom, għajr meta dan ikopri t-titoli, u l-qorti, meta tikkunsidra l-valur tal-assi, tqis li jkun meħtieġ.

Dawn li ġejjin ikunu validi f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni:

  • Atti ta’ amministrazzjoni jew disponiment tal-assi akkwiżiti minn ulied taħt is-16-il sena permezz tax-xogħol;
  • Tranżazzjonijiet legali speċifiċi għall-ħajja ta’ kuljum tal-minorenni li, filwaqt li jkunu fl-ambitu tal-kapaċità fiżika tagħhom, ikunu jinvolvu biss in-nefqa jew id-disponiment tal-assi ta’ importanza minuri;
  • Tranżazzjonijiet legali li jirrigwardaw il-professjoni, l-arti jew is-sengħa li l-minorenni jkollhom il-permess li jipprattikaw, jew dawk ipprattikati fit-twettiq ta’ tali professjoni, arti jew sengħa.

(Għal atti li jirrigwardaw il-professjoni, l-arti jew is-sengħa tal-minorenni u għal atti pprattikati fit-twettiq ta’ tali professjoni, arti jew sengħa, ikunu eliġibbli biss l-assi li l-minorenni jkollhom disponiment liberu tagħhom).

L-assi bi sjieda tal-ġenituri:

  • Il-ġenituri għandhom is-sjieda tal-assi akkumulati mill-minorenni li jkunu qed jgħixu magħhom permezz ta’ xogħol imwettaq għall-ġenituri tagħhom, u bl-użu ta’ mezzi jew kapital li jappartjeni lill-ġenituri;
  • Il-ġenituri jridu jagħtu lill-ulied parti mill-assi akkumulati, jew inkella jikkumpensawhom għall-ħidma tagħhom; il-qadi ta’ dan id-dover, madanakollu, ma jistax jintalab fil-qorti.

Introjtu mill-assi tal-ulied:

  • Il-ġenituri jistgħu jużaw l-introjtu mill-assi ta’ wliedhom biex ikopru n-nefqa fuq l-appoġġ, is-sikurezza, is-saħħa u l-edukazzjoni ta’ wliedhom, kif ukoll, sa livelli raġonevoli, bżonnijiet oħra tal-ħajja familjali;
  • F’każ li ġenitur wieħed biss jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri, l-użu tal-introjtu tal-ulied ikun f’idejhom, skont it-termini stipulati mil-liġi;
  • L-użu tal-introjtu minn assi li l-ulied jistgħu jakkwiżixxu legalment permezz ta’ wirt (sehem riżervat tal-patrimonju) ma jistax jiġi eskluż mid-donatur jew testatur.

Limitazzjonijiet fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri

Il-ġenituri ma jamministrawx:

  • l-assi tal-ulied frott is-suċċessjoni, li l-ġenituri jkunu ġew esklużi minnha minħabba skwalifika b’riżultat tal-aġir jew id-diżeredazzjoni;
  • l-assi li jkunu ngħataw lill-ulied permezz ta’ donazzjoni jew suċċessjoni kontra r-rieda tal-ġenituri;
  • l-assi li jkunu tħallew jew ingħataw b’donazzjoni lit-tfal, bl-esklużjoni tal-amministrazzjoni mill-ġenituri;
  • l-assi akkwiżiti mill-ulied b’età ’il fuq minn 16-il sena mix-xogħol tagħhom.

Bħala rappreżentanti tat-tfal, il-ġenituri ma jistgħux, mingħajr awtorizzazzjoni tal-qorti:

  • jittrasferixxu jew ikollhom gravat fuq beni għajr fil-każ ta’ trasferiment għall-kunsiderazzjoni ta’ valur ta’ oġġetti suxxettibbli għat-telf jew id-deterjorament (din ir-restrizzjoni ma tinkludix l-użu tal-flus jew il-kapital tal-minorenni fl-akkwiżizzjoni tal-assi);
  • jivvutaw fil-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji dwar deliberazzjonijiet li jirrikjedu x-xoljiment ta’ tali kumpaniji;
  • jakkwistaw stabbiliment kummerċjali jew industrijali jew jibqgħu jużaw dak li jkunu rċevew it-tfal permezz tas-suċċessjoni jew b’donazzjoni;
  • jinvestu f’kumpanija bħala soċjetà ordinarja, jew soċjetà limitata b’ishma;
  • jinvolvu ruħhom f’obbligi relatati ma’ kambju jew li jirriżultaw minn kwalunkwe titolu trasferibbli b’ġira;
  • ikunu garanti jew jassumu dejn ta’ ħaddieħor;
  • jinvolvu ruħhom f’faċilitajiet ta’ kreditu;
  • jinvolvu ruħhom f’obbligi li jridu jitwettqu wara l-età maġġuri;
  • jassenjaw drittijiet ta’ kreditu;
  • jirrinunzjaw wirt jew legat;
  • jaċċettaw wirt, donazzjoni jew legat b’kostijiet, jew jaqblu ma’ qsim extraġudizzjarju;
  • iwellu oġġetti għal terminu li jaqbeż is-sitt snin;
  • jaqblu mal-qsim ta’ proprjetà f’koproprjetà indiviżibbli, jew mal-likwidazzjoni u d-distribuzzjoni tal-assi ta’ kumpanija, jew jitolbu fil-qorti biex isir hekk.
  • jinnegozjaw tranżazzjoni jew jidħlu fi ftehimiet ta’ arbitraġġ f’rabta mal-atti msemmija fil-paragrafi preċedenti, jew jinnegozjaw arranġament mal-kredituri.

Il-ġenituri ma jistgħux, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-qorti:

  • iwellu jew jakkwistaw, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, anki bi rkant pubbliku, assi jew drittijiet tal-ulied soġġetti għar-responsabbiltajiet tal-ġenituri;
  • isiru ċessjonarji ta’ krediti jew ta’ drittijiet oħra fir-rigward tal-ulied, għajr f’każijiet ta’ surrogazzjoni legali, bejgħ b’irkant ġudizzjarju , jew għotja fl-ambitu ta’ qsim awtorizzat mill-qorti.

Tmiem l-amministrazzjoni

  • Il-ġenituri jridu jittrasferixxu lill-ulied, hekk kif dawn isiru maġġorenni jew isiru emanċipati, l-assi kollha li jappartjenu lilhom.
  • Meta r-responsabbiltà tal-ġenituri jew l-amministrazzjoni tintemm għal raġunijiet oħra, l-assi jridu jiġu trasferiti lir-rappreżentant legali tal-ulied.
  • L-assi mobbli jridu jiġu rritornati fil-kundizzjoni li kienu fiha oriġinarjament. Jekk dawn ma jkunux għadhom jeżistu, il-ġenituri jridu jħallsu l-valur rispettiv tagħhom, sakemm ma jkunux ġew ikkunsmati f’użu kondiviż mat-tfal jew ikunu spiċċaw fix-xejn għal raġunijiet mhux attribwibbli lill-ġenituri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Responsabbiltajiet tal-ġenituri fiż-żwieġ

  • Fiż-żwieġ, l-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri huwa taż-żewġ ġenituri;
  • Il-ġenituri jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri bi ftehim reċiproku. Jekk ma jkun hemm l-ebda ftehim dwar kwistjonijiet ta’ importanza partikolari, ġenitur jew ieħor jista’ jressaq il-kwistjoni quddiem il-qorti, li tipprova tirrikonċilja;
  • Jekk il-konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti ma tkunx possibbli, il-qorti tisma’ lill-ulied qabel ma tiddeċiedi, għajr jekk ċirkostanzi serji jissuġġerixxu li ma jsirx hekk;

Atti eżegwiti minn wieħed mill-ġenituri

  • Jekk wieħed mill-ġenituri jwettaq att li jagħmel parti mill-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri, jiġi preżunt li dawn ikunu qed jaġixxu bi qbil mal-ġenitur l-ieħor, għajr meta l-liġi espressament tirrikjedi l-kunsens taż-żewġ ġenituri, jew meta dan ikun att ta’ importanza partikolari;
  • Nuqqas ta’ ftehim mhuwiex eżegwibbli fil-konfront ta’ parti terza li taġixxi f’bona fide;
  • Il-parti terza trid tirrifjuta li tintervjeni f’att eżegwit minn wieħed mill-ġenituri f’każijiet li fihom il-ftehim ma jkunx jista’ jiġi preżunt, jew meta l-ġenituri jkun konxju mill-oppożizzjoni tal-ġenitur l-ieħor;

Eżerċitar konġunt tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri mill-ġenitur uniku tal-wild u mill-konjuġi jew mill-partner reġistrat tiegħu

  • Meta l-paternità tiġi stabbilita biss f’rabta ma’ wieħed mill-ġenituri, ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri jistgħu jiġu assenjati minn deċiżjoni tal-qorti lill-konjuġi jew partner reġistrat tal-ġenitur, li jeżerċitawhom b’mod konġunt;
  • L-eżerċitar konġunt tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’dan il-każ jiddependi mir-rikors mill-ġenitur u mill-konjuġi jew partner reġistrat tiegħu;

Il-qorti trid, fejn ikun possibbli, tisma’ lill-minorenni.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Iva, kif ġej:

Jekk wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn li huma ma jkunux jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri

Meta wieħed mill-ġenituri ma jkunx jista’ jeżerċita r-responsabbiltajiet tal-ġenituri minħabba assenza, inkapaċità jew impediment ieħor dekretat minn qorti, il-ġenitur l-ieħor irid jeżerċita r-responsabbiltajiet. Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jitħalliex jagħmel dan permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ir-responsabbiltajiet iridu jiġu eżerċitati minn dawn il-persuni li ġejjin f’ordni ta’ preferenza (l-Artikolu 1903 tal-Kodiċi Ċivili):

  • Il-konjuġi jew il-partner reġistrat ta’ wieħed miż-żewġ ġenituri;
  • Xi ħadd mill-familja ta’ wieħed miż-żewġ ġenituri.

Dawn ir-regoli huma applikabbli wkoll mutatis mutandis, f’każijiet li fihom il-paternità tiġi stabbilita biss fir-rigward ta’ wieħed mill-ġenituri.

Mewt ta’ ġenitur

Wara l-mewt ta’ wieħed mill-ġenituri, l-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri jkun jispetta lill-ġenitur li jibqa’ ħaj.

Każijiet li fihom il-minorenni jkun soġġett għal tutela obbligatorja: (l-Artikolu 1921 tal-Kodiċi Ċivili):

  • Jekk il-ġenituri jkunu mietu;
  • Jekk il-ġenituri ma jitħallewx jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri fir-rigward tal-governanza tal-ulied;
  • Jekk il-ġenituri ma jkunux tħallew jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri għal minn tal-anqas sitt xhur;
  • Jekk il-ġenituri ma jkunux magħrufa.

Nota: il-projbizzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tkun tirrigwarda unikament it-tutela tat-tfal innifishom jew l-amministrazzjoni tal-assi tagħhom, jew tkopri ż-żewġ aspetti.

Każijiet li fihom tiġi stabbilita s-sistema ta’ amministrazzjoni tal-assi tal-ulied (l-Artikolu 1921 tal-Kodiċi Ċivili):

  • F’każijiet li fihom il-ġenituri jkunu ġew esklużi, projbiti jew sospiżi milli jamministraw l-assi tal-minuri kollha jew parzjalment, permezz ta’ titolu ieħor jew jekk l-amministratur ma jkunx ġie ddeżinjat;
  • F’każijiet li fihom l-entità kompetenti għall-iddeżinjar tat-tutur taffida l-amministrazzjoni tal-assi tal-minorenni kollha jew parzjalment lil ħaddieħor.

It-tutela u l-amministrazzjoni tal-assi ex officio mill-qorti:

Kull darba li xi sitwazzjoni fost dawk indikati hawn fuq, li jikkostitwixxu ġustifikazzjonijiet għall-istabbiliment tat-tutela jew għall-amministrazzjoni tal-assi, tkun tapplika għall-minorenni, il-qorti trid, ex officio, tistabbilixxi t-tutela jew l-amministrazzjoni tal-assi.

Kwalunkwe awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, jew uffiċjal tar-reġistratur ċivili li jkun infurmat dwar tali sitwazzjonijiet fl-eżerċitar tad-doveri tiegħi jrid jinnotifika lill-qorti kompetenti bihom.

Kif jiġu eżerċitati t-tutela u l-amministrazzjoni tal-assi tal-ulied

It-tutela tiġi eżerċitata minn tutur u mill-kunsill tal-familja. It-tutur għandu l-istess drittijiet u obbligi bħall-ġenituri, anki jekk bl-emendi u r-restrizzjonijiet stipulati mil-liġi (l-Artikoli 1927 u 1950 tal-Kodiċi Ċivili).

L-amministrazzjoni tal-assi hija eżerċitata minn amministratur wieħed jew aktar, u jekk it-tutela tkun stabbilita, mill-kunsill tal-familja.

It-tutela u l-amministrazzjoni tal-assi huma eżerċitati t-tnejn taħt is-superviżjoni tal-qorti.

Hija r-responsabbiltà tal-qorti li tikkonferma jew taħtar tuturi, amministraturi tal-assi u membri tal-kunsill tal-familja.

Min jista’ jkun tutur

Il-ġenituri jistgħu jaħtru tutur għal uliedhom, li jrid jiġi kkonfermat mill-qorti. Meta l-ġenituri ma jkunux ħatru gwardjan, jew il-ħatra ma tkunx ġiet ikkonfermata, ikun jispetta lill-qorti, wara li tisma’ lill-kunsill tal-familja, li taħtar tutur.

Qabel ma taħtar lit-tutur, il-qorti trid tisma’ lill-minorenni.

Il-qorti trid tagħżel lit-tutur minn fost:

  • il-qraba jew il-membri tal-familja tal-minorenni;
  • il-persuni li għandhom il-kura de facto tal-minorenni, jew qed jipprovdu kura għall-minorenni;
  • il-persuni li jkunu wrew affezzjoni mat-tfal.

Min ma jistax ikun tutur

Il-persuni segwenti ma jistgħux ikunu tuturi (l-Artikolu 1933 tal-Kodiċi Ċivili):

  • Il-minorenni li ma jkunux għadhom saru emanċipati;
  • Dawk li ġew iddikjarati mentalment inkompetenti, anki jekk ma jkunux taħt kustodja b’limitazzjonijiet fuq l-eżerċitar tad-drittijiet personali;
  • Il-persuni b’kondotta ħażina jew li ma għandhom l-ebda sors ta’ għajxien magħruf;
  • Dawk li ġew esklużi jew sospiżi għalkollox jew parzjalment mir-responsabbiltà tal-ġenituri;
  • Dawk li tneħħew jew ġew sospiżi minn tutela oħra jew mill-pożizzjoni ta’ membru tal-kunsill tal-familja minħabba nuqqas li jaqdu d-doveri tagħhom;
  • Dawk iddivorzjati jew legalment separati minn persuni u proprjetà minħabba ħtija tagħhom;
  • Dawk li jkollhom każ miftuħ mal-minorenni jew mal-ġenituri tagħhom, jew li kellhom każ simili tul l-aħħar ħames snin;
  • Dawk li l-ġenituri, it-tfal jew il-konjuġi tagħhom ikollhom każ miftuħ mal-minorenni jew mal-ġenituri tagħhom, jew li kellhom każ simili tul l-aħħar ħames snin;
  • Dawk li huma għedewwa personali tal-minorenni jew tal-ġenituri tagħhom;
  • Dawk li ma jkunux tħallew mill-omm jew mill-missier tal-minorenni, taħt l-istess termini li kieku bihom kienu jaħtru tutur.
  • Uffiċjali tal-qorti jew tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni (Ministério Público) li jwettqu funzjonijiet fid-distrett fejn ikun jinsab l-indirizz reġistrat tat-tfal, jew fejn ikunu jinsabu l-assi tagħhom;
  • Adulti f’kustodja, persuni insolventi u dawk esklużi jew sospiżi mir-responsabbiltà tal-ġenituri jew li tkun tneħħitilhom it-tutela fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-assi jistgħu jinħatru bħala tuturi dment li jkunu inkarigati biss mill-kustodja u l-governanza tal-minorenni bħala individwu jew dment li l-miżuri ta’ kustodja jippermettu dan.

Min jista’ jkun amministratur

Ir-regoli msemmija hawn fuq fir-rigward tal-għażla tat-tutur, u l-projbizzjoni mill-eżerċitar ta’ dan ir-rwol, tapplika wkoll għall-amministratur, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi.

Barra minn hekk, il-persuni segwenti ma jistgħux ikunu amministraturi (l-Artikolu 1970 tal-Kodiċi Ċivili):

  • Persuni insolventi u dawk esklużi jew sospiżi mir-responsabbiltà tal-ġenituri jew li tkun tneħħitilhom it-tutela fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-assi;
  • Dawk ikkundannati bħala awturi jew kompliċi ta’ reati ta’ serq, serq aggravat, frodi, abbuż tal-fiduċja, falliment jew insolvenza frodulenti u offiżi relatati mal-proprjetà f’termini ġenerali.

L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri minħabba l-inkapaċità de facto tal-ġenituri li jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri

Meta l-ġenituri jkunu de facto inkapaċi li jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri, l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni jrid jieħu l-miżuri neċessarji biex jipproteġi lill-minorenni u, għal dan l-għan, jista’ jaħtar persuna li, f’isem il-minorenni, ikun jista’ jidħol fi tranżazzjonijiet legali li jkunu urġenti jew ta’ benefiċċju evidenti għall-minorenni.

Il-limitazzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’sitwazzjonijiet ta’ periklu għall-minorenni li ma jinkludux l-esklużjoni mill-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri

Meta s-sikurezza, is-saħħa, l-edukazzjoni jew it-tagħlim morali tal-minorenni jkunu f’riskju iżda ma jkunx hemm għalfejn tasal sal-punt li teskludi l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti tista’, fuq talba tal-uffiċċju tal-prosekutur jew ta’ kwalunkwe persuna oħra, tieħu miżuri xierqa biex tipproteġi lill-minorenni (l-Artikolu 1918 tal-Kodiċi Ċivili).

L-Artikolu 35 tal-liġi għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f’riskju, approvata mil-Liġi Nru 147/99 tal-1 ta’ Settembru 1999, jistabbilixxi l-miżuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni ta’ minuri f’sitwazzjonijiet ta’ riskju:

  • Jingħataw appoġġ konġunt tal-ġenituri;
  • Jingħataw appoġġ konġunt ta’ membru ieħor tal-familja;
  • Jiġu fdati f’idejn persuna b’reputazzjoni tajba;
  • Jingħataw appoġġ għal għajxien indipendenti;
  • Il-foster care;
  • Il-kura residenzjali;
  • Jiġu fdati f’idejn persuna magħżula għall-adozzjoni, familja foster jew istitut bil-ħsieb ta’ adozzjoni.

Meta jkun hemm kunsens mill-ġenituri u l-ebda oppożizzjoni mill-minorenni, il-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ (comissões de protecção de crianças e jovens) ikollhom il-kompetenza li japplikaw il-miżuri ta’ protezzjoni u assistenza għat-tfal imsemmija hawn fuq, mingħajr l-intervent tal-qorti, ħlief għall-aħħar miżura msemmija (jiġu fdati bil-ħsieb ta’ adozzjoni), li tista’ tiġi applikata biss mill-qorti.

Il-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ huma istituzzjonijiet uffiċjali finanzjarjament awtonomi u nonġudizzjarji li jfittxu li jippromovu d-drittijiet tat-tfal u taż-żgħażagħ u li jipprevjenu jew itemmu sitwazzjonijiet li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza, is-saħħa, it-tagħlim, l-edukazzjoni jew l-iżvilupp tagħhom kumplessivament.

Meta tiġi promulgata waħda mill-miżuri msemmija hawn fuq – mill-qorti jew mill-kumitat għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ – il-ġenituri jżommu l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’dak kollu li ma jkunx inkompatibbli magħha.

Jekk il-minorenni jkun ġie fdat lil parti terza jew lil stabbiliment edukattiv jew ta’ kura, tiġi stabbilita sistema ta’ aċċess mill-ġenituri, sakemm, f’każijiet ta’ eċċezzjoni, dan ma jkunx imur kontra l-interessi tat-tfal.

Il-verżjoni attwali tal-liġi għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f’riskju tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?nid=545&tabela=leis

Il-limitazzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’sitwazzjonijiet perikolużi għall-assi tal-minorenni, li ma jinkludux l-esklużjoni mill-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri

Meta amministrazzjoni ħażina mill-ġenituri tipperikola l-assi tat-tfal, iżda dan ma jkunx każ ta’ esklużjoni mill-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti tista’, fuq talba tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni, jew kwalunkwe qarib, tordna tali miżuri li jidhrilha li jkunu xierqa.

Filwaqt li tqis il-valur tal-assi, il-qorti tista’, b’mod partikolari, titlob dan li ġej mingħand il-ġenituri:

  • Rendikont tal-kontijiet;
  • Informazzjoni dwar l-amministrazzjoni u l-istatus tal-assi tat-tfal;

u, meta dawn il-miżuri ma jkunux biżżejjed:

  • Li jfornu garanti.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

L-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’każ ta’ divorzju, separazzjoni legali, dikjarazzjoni ta’ nullità jew annullament taż-żwieġ huwa rregolat skont il-prinċipji li ġejjin (l-Artikolu 1906 tal-Kodiċi Ċivili):

  • Ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri dwar kwistjonijiet ta’ importanza partikolari għall-ħajja tal-wild għandhom jiġu eżerċitati konġuntament miż-żewġ ġenituri f’konformità mat-termini taż-żwieġ, ħlief f’każijiet ta’ urġenza manifesta, fejn kull ġenitur jista’ jaġixxi waħdu u għandu jipprovdi informazzjoni lill-ġenitur l-ieħor mill-aktar fis possibbli;
  • Meta l-eżerċitar konġunt tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri dwar kwistjonijiet ta’ importanza partikolari għall-ħajja tal-wild jinstab li jmur kontra l-interessi tal-wild, il-qorti għandha, permezz ta’ opinjoni motivata, tiddetermina li dawk ir-responsabbiltajiet jiġu eżerċitati minn wieħed mill-ġenituri;
  • L-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri relatati mal-attivitajiet ta’ kuljum tat-tfal jispetta lill-ġenitur li miegħu t-tfal jgħixu abitwalment, jew lill-ġenitur ma’ liema t-tfal ikunu qegħdin joqogħdu fuq bażi temporanja; madankollu, dan tal-aħħar, fl-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tiegħu, ma għandux jaġixxi kontra l-aktar linji gwida edukattivi rilevanti, kif definiti mill-ġenitur li miegħu t-tfal ikunu jgħixu abitwalment;
  • Il-ġenitur li jkun responsabbli għall-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri relatati mal-attivitajiet ta’ kuljum jista’ jeżerċitahom hu stess jew jiddelega l-eżerċitar tagħhom;
  • Il-qorti tiddetermina d-drittijiet ta’ residenza u ta’ aċċess tat-tfal skont l-interessi tat-tfal, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, jiġifieri kwalunkwe ftehim tal-ġenituri u r-rieda espressa mingħand kull ġenitur biex jippromovi r-relazzjonijiet normali mal-ġenitur l-ieħor;
  • Il-ġenitur li ma jeżerċitax responsabbiltà tal-ġenituri, kemm mija fil-mija kif ukoll parzjalment, għandu d-dritt li jkun infurmat dwar kif tiġi eżerċitata tali responsabbiltà, b’mod partikolari rigward l-edukazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ għajxien tal-wild;
  • Il-qorti dejjem se tiddeċiedi f’konformità mal-interessi tat-tfal, inkluż li tinżamm relazzjoni mill-qrib maż-żewġ ġenituri, tippromovi u taċċetta l-ftehimiet, jew tieħu deċiżjonijiet li jiffavorixxu kemm jista’ jkun opportunitajiet għall-kuntatt maż-żewġ ġenituri u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet bejniethom.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Sabiex il-ftehim dwar ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri jkun legalment vinkolanti, dan irid jiġi approvat mill-qorti jew mir-reġistratur ċivili, f’waħda mill-għamliet indikati fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 6 u 10.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Il-partijiet jistgħu jużaw mezzi alternattivi biex isolvu l-kunflitt, qabel ma jitolbu għall-intervent tal-qorti jew inkella matul l-azzjoni legali.

Medjazzjoni qabel l-intervent tal-qrati

Il-prinċipju tal-medjazzjoni volontarja

Qabel ma jressqu każ il-qorti, il-ġenituri jistgħu jużaw il-medjazzjoni tal-familja pubblika jew privata sabiex jilħqu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.

Fil-Portugall, il-medjazzjoni hija volontarja. Il-partijiet f’kunflitt familjali li jirrigwarda lill-uliedhom jistgħu, bi ftehim, jużaw il-medjazzjoni tal-familja pubblika jew privata qabel ma jagħtu bidu għal azzjoni legali. Ladarba titressaq il-kawża, il-qorti tista’ wkoll tirrinvija lill-partijiet għall-medjazzjoni, iżda dan ma tistax timponih jekk il-partijiet ma jaqblux miegħu, jew joġġezzjonaw għalih.

Ratifika obbligatorja tal-ftehim

Ladarba jinkiseb il-ftehim b’riżultat tal-medjazzjoni, sabiex dan ikun vinkolanti u ġuridikament eżegwibbli, il-partijiet iridu japplikaw għar-ratifika tiegħu mill-qorti jew mir-reġistratur tar-reġistru ċivili, skont il-każ.

Azzjonijiet dwar kwistjonijiet familjali li jaqgħu taħt il-kompetenza tar-reġistratur tar-reġistru ċivili jirrikjedu ftehim minn qabel tal-partijiet, inkella jkunu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qrati.

L-uffiċċji tar-reġistru ċivili għandhom il-kompetenza li jirratifikaw il-ftehim fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri meta dan ikun anness ma’ ftehim dwar id-divorzju jew is-separazzjoni legali kunsenswali biss. Qabel ir-ratifika mir-reġistratur, l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni joħroġ opinjoni dwar il-ftehim sa fejn dan ikun jirrigwarda r-responsabbiltajiet tal-ġenituri fir-rigward tat-tfal minorenni.

Meta l-medjazzjoni tal-familja sseħħ qabel ma tiġi proposta azzjoni u jkollha unikament l-għan li tistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-ġenituri fir-rigward tat-tfal minorenni (mingħajr ma jkun hemm il-ftehim anness mal-ftehim dwar id-divorzju jew is-separazzjoni legali), ir-ratifika ta’ dak il-ftehim trid tintalab mill-partijiet mingħand il-qorti kompetenti.

Medjazzjoni privata

Jekk il-partijiet ikollhom aċċess għall-medjazzjoni privata, ikollhom iħallsu minn buthom it-tariffi tal-medjatur. Dan l-ammont, ir-regoli u l-iskeda tal-medjazzjoni jiġu stabbiliti fil-protokoll tal-medjazzjoni ffirmat mill-partijiet u mill-medjatur fil-bidu tal-medjazzjoni. Il-Ministeru għall-Ġustizzja jorganizza lista ta’ medjaturi li tista’ tiġi kkonsultata mill-partijiet sabiex jagħżlu medjatur privat, hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://dgpj.justica.gov.pt/Portals/31/GRAL_Media%E7%E3o/Lista-mediadores-privada_18.09.2020.pdf.

Medjazzjoni pubblika

Biex jagħmlu uża mill-medjazzjoni pubblika, il-partijiet għandhom jikkuntattjaw lill-uffiċċju għas-soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja (Direcção Geral da Política de Justiça) u jitolbu għall-iskedar ta’ sessjoni ta’ premedjazzjoni. Dan jistgħu jagħmluh bit-telefon, bil-posta elettronika jew b’mod elettroniku. Fis-sessjoni ta’ premedjazzjoni pubblika, jiġi ffirmat protokoll tal-medjazzjoni bejn il-partijiet u l-medjatur. Jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien, jiġu skedati s-sessjonijiet u jiġu spjegati r-regoli proċedurali. Il-medjazzjoni pubblika tal-familja tiswa EUR 50 għal kull waħda mill-partijiet, irrispettivament mill-għadd ta’ sessjonijiet skedati. Din it-tariffa ta’ EUR 50 titħallas minn kull parti fil-bidu nett tal-medjazzjoni pubblika. It-tariffi tal-medjaturi li jaħdmu permezz tas-sistema pubblika ma jitħallsux mill-partijiet. Jitħallsu mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja, skont skeda legali.

Is-sessjonijiet ta’ medjazzjoni pubblika jistgħu jsiru fis-sede tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja, jew f’sedi għad-dispożizzjoni fil-muniċipalità fejn il-partijiet ikunu jirrisjedu.

Fil-medjazzjoni pubblika, il-partijiet jistgħu jagħżlu medjatur minn lista ta’ medjaturi pubbliċi magħżula. Il-lista tal-medjaturi pubbliċi tinsab fis-sit web imsemmi aktar ’il fuq. Jekk il-partijiet ma jagħżlux medjatur, l-uffiċċju għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja jindika wieħed mill-medjaturi mil-lista tal-medjaturi pubbliċi, f’ordni sekwenzjali filwaqt li jqis kemm dan ikun qrib l-inħawi ta’ residenza tal-partijiet. Bħala regola, dan l-appuntament isir elettronikament.

Għajnuna legali

Jekk il-partijiet ikunu intitolati għall-għajnuna legali, din tista’ tkopri l-ispejjeż tal-medjazzjoni.

Medjazzjoni u smigħ tekniku quddiem speċjalista matul il-proċedimenti legali

Jekk il-partijiet jirreferu l-kwistjoni lill-qorti, jinbdew il-proċedimenti ċivili li jirregolaw l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, fejn l-imħallef jibda billi jistabbilixxi laqgħa bejn il-ġenituri.

Meta l-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim fil-laqgħa, l-imħallef jissospendiha għal perjodu massimu ta’ xahrejn jew tliet xhur, skont il-każ, u jirrinvija lill-ġenituri għall-medjazzjoni (jekk dawn jaqblu li jużaw dan il-metodu), jew għal smigħ tekniku speċjalista (li jista’ jiġi impost fuq il-ġenituri bħala obbligatorju).

Fi tmiem dak il-perjodu, l-imħallef jiġi mgħarraf bl-eżitu tal-medjazzjoni jew tas-smigħ tekniku speċjalista u jistabbilixxi data biex il-laqgħa tissokta sabiex il-ftehim jiġi kkonfermat u/jew ratifikat.

Jekk fi tmiem din il-fażi, il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, imbagħad issegwi l-fażi ta’ litigazzjoni tal-proċedimenti – il-ġenituri jiġu nnotifikati biex jippreżentaw l-argumenti tagħhom u biex jipprovdu evidenza, u mbagħad issir l-investigazzjoni u tingħata s-sentenza.

L-informazzjoni disponibbli dwar il-medjazzjoni tinsab hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://dgpj.justica.gov.pt/Resolucao-de-Litigios/Mediacao

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Bħala punt preliminari, huwa importanti li wieħed jenfasizza li fil-Portugall, f’każ ta’ divorzju, separazzjoni, annullament taż-żwieġ, u f’każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda żwieġ jew koabitazzjoni tal-ġenituri, id-deċiżjoni dwar l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri trid dejjem tittieħed abbażi ta’ tliet aspetti fundamentali: il-kustodja tal-minorenni, ir-reġim ta’ aċċess u l-manteniment dovut lill-minorenni. Fi kliem ieħor, l-obbligu ta’ manteniment lil wild minorenni jitqies bħala waħda mir-responsabbiltajiet tal-ġenituri, u fil-prinċipju huwa rregolat flimkien mar-responsabbiltajiet l-oħra tal-ġenituri, għalkemm f’ċerti każijiet tista’ titressaq kawża biss biex il-manteniment dovut lill-ulied jiġi stabbilit u emendat.

Il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

  • tistabbilixxi tutela u l-amministrazzjoni tal-assi;
  • taħtar persuna li tmexxi l-affarijiet f’isem il-minorenni u, apparti minn hekk, taħtar persuna ta’ fiduċja li tirrappreżenta b’mod extraġudizzjarju lill-ulied soġġetti għar-responsabbiltajiet tal-ġenituri;
  • tirregola l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri u tisma’ kwistjonijiet marbuta ma’ dan;
  • tistabbilixxi l-manteniment dovut lill-minorenni u lil tfal ta’ ’l fuq minn 18-il sena jew emanċipati, li jkunu qed ikomplu l-edukazzjoni vokazzjonali jew akkademika tagħhom;
  • tħejji u tiġġudika l-eżekuzzjonijiet għall-manteniment;
  • tordna li l-ulied jiġu kkonsenjati ġudizzjarjament;
  • tawtorizza lir-rappreżentant legali tal-minorenni biex iwettqu ċerti atti, tikkonferma dawk l-atti li jkunu ġew eżegwiti mingħajr awtorizzazzjoni, u tagħmel arranġamenti biex jiġu aċċettati rigali;
  • tiddeċiedi dwar il-garanzija li trid tiġi pprovduta mill-ġenituri affavur ta’ wliedhom minorenni;
  • tiddekreta l-esklużjoni sħiħa jew parzjali u tistabbilixxi limiti fuq l-eżerċitar tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri;
  • tivverifika l-maternità u l-paternità ex officio;
  • tiddeċiedi, f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn il-ġenituri, dwar l-isem u l-kunjomijiet tal-minorenni;
  • tistabbilixxi relazzjoni ta’ kustodja ċivili (apadrinhamento civil) u tirrevoka tali deċiżjonijiet;
  • tirregola l-interazzjonijiet tat-tfal mal-aħwa u l-qraba axxendenti;
  • jekk ikun hemm tutela jew amministrazzjoni tal-assi, tiddetermina r-remunerazzjoni tat-tutur jew tal-amministratur, tkun infurmata dwar il-ħatra, tkeċċija jew tneħħija tat-tutur, amministratur jew membru tal-kunsill tal-familja, tesiġi jew tiġġudika r-rendikontijiet, tawtorizza s-sostituzzjoni tal-ipoteka legali u tiddetermina r-rinforz u s-sostituzzjoni tal-garanzija pprovduta, u taħtar tutur ad hoc biex jirrappreżenta b’mod extraġudizzjarju lill-ulied;
  • taħtar tutur ad hoc li jirrappreżenta lill-minorenni fil-proċedimenti ta’ tutela kollha;
  • tiddeċiedi dwar ir-rinforz u s-sostituzzjoni tal-garanzija provduta lill-ulied minorenni;
  • tesiġi u tiġġudika r-rendikontijiet li jridu jiġu pprovduti mill-ġenituri.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Bħala regola, le. Anki jekk il-kustodja ta’ wild minorenni tingħata biss lil ġenitur wieħed, ir-responsabbiltà tal-ġenituri dwar kwistjonijiet ta’ importanza partikolari għall-ħajja tal-ulied hija taż-żewġ ġenituri, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx tiddetermina li tali eżerċitar huwa esklużivament ta’ wieħed minnhom (l-Artikolu 1906 tal-Kodiċi Ċivili).

Fir-rigward tal-aspetti l-oħra tal-mistoqsija, it-tweġiba diġà ġiet diskussa fid-dettall fir-risposta għall-mistoqsija 4.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Fil-prattika, kustodja konġunta tfisser li:

  • Ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri huma eżerċitati konġuntament miż-żewġ ġenituri, li jiddeċiedu dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-ħajja tal-ulied bl-istess kundizzjonijiet bħal meta kienu miżżewġin;
  • L-ulied jistgħu jirrisjedu b’mod alternat ma’ kull wieħed mill-ġenituri.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Metodi proċedurali biex jitressaq każ li jirrigwarda r-responsabbiltà tal-ġenituri

Proċeduri ta’ kura u protezzjoni

Jekk il-minorenni jkun f’sitwazzjoni li tista’ tipperikola s-sikurezza, is-saħħa, it-tagħlim morali jew l-edukazzjoni tiegħu, u jekk l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri kienet limitata minħabba l-applikazzjoni ta’ waħda mill-miżuri ta’ kura u protezzjoni indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija 3, jinbdew proċedimenti ta’ kura u ta’ protezzjoni, li jaqgħu fil-kompetenzi tal-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ jew tal-qrati, skont il-każ.

Proċeduri ta’ tutela ċivili

Fil-każijiet l-oħra indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija 7, rigward ir-regolamentazzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, tinbeda proċedura ta’ tutela ċivili, li taqa’ fil-kompetenzi tal-qrati.

Proċeduri ta’ kompetenza tal-uffiċċji tar-reġistraturi ċivili

F’każijiet fejn ikun hemm ftehim li jirrigwarda r-regolamentazzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, kemm jekk dan ikun anness ma’ ftehim dwar is-separazzjoni legali jew dwar id-divorzju kif ukoll jekk le, jitressaq każ quddiem l-uffiċċju tar-reġistru ċivili. Sta għar-Reġistratur li jirratifika l-ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri wara li jkun sema’ l-opinjoni tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni.

Nota: Meta jinbdew proċediment ta’ divorzju mingħajr il-kunsens tal-konjuġi l-ieħor, il-qorti jkollha l-kompetenza u l-proċedura ssir f’għamla ta’ proċedimenti speċjali ta’ divorzju mingħajr il-kunsens tal-konjuġi l-ieħor. Jekk matul il-kawża, il-partijiet jilħqu qbil, il-qorti tikkonverti l-proċedimenti fi proċedimenti ta’ divorzju kunsenswali u tirratifika l-ftehimiet, inklużi dawk relatati mar-responsabbiltajiet tal-ġenituri, jekk ikun hemm tfal minorenni.

Formalitajiet u dokumenti li jridu jiġu mehmużin (dawn ivarjaw skont l-għamla tal-każ u l-awtorità kompetenti):

Proċedura ta’ kura u ta’ protezzjoni li tinbeda fil-kumitat għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ

  • Il-proċedura tibda meta tiġi riċevuta l-komunikazzjoni bil-miktub jew meta jiġu rreġistrati l-fatti jew ir-rapporti verbali li jkun jaf bihom il-kumitat;
  • Is-sitwazzjonijiet ta’ riskju għoli jistgħu jiġu rrapportati minn kulħadd, mill-entitajiet b’kompetenza fi kwistjonijiet relatati mat-tfulija u ż-żgħożija, mill-minorenni stess, mill-ġenituri, mir-rappreżentanti legali jew mill-persuna li jkollha l-kustodja de facto tat-tfal;
  • Il-proċedura tal-kumitat għall-protezzjoni tinkludi l-ġbir ta’ informazzjoni, il-formalitajiet u l-eżaminar meħtieġa u adattati biex tkun stabbilita s-sitwazzjoni, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni, l-applikazzjoni tal-miżura rispettiva u l-implimentazzjoni tagħha;
  • Il-proċedura hija organizzata b’mod issimplifikat, fejn l-atti jew il-formalitajiet li jsiru jew li jintalbu mill-kumitat għall-protezzjoni li fuqhom tissawwar l-implimentazzjoni tal-atti msemmija fil-paragrafu preċedenti jiġu rreġistrati f’ordni kronoloġiku;
  • Fir-rigward ta’ kull proċedura, it-teħid ta’ deċiżjonijiet jiġi traskritt f’forma fil-qosor, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet.

Il-proċedura ta’ kura u ta’ protezzjoni fil-qorti

  • Il-proċedura tibda meta jiġi riċevut ir-rikors inizjali mressaq mill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni, mill-ġenituri, mir-rappreżentant legali, mit-tuturi de facto, jew mill-ulied li jkollhom aktar minn 12-il sena;
  • Il-proċedura tikkonsisti mill-investigazzjoni, mill-proċedimenti ġudizzjarji, mill-fażijiet ta’ deċiżjoni u ta’ eżekuzzjoni tal-miżura;
  • Mhuwiex obbligatorju li kull waħda mill-partijiet taħtar avukat fil-Prim’Istanza, ħlief fis-sitwazzjonijiet li ġejjin, li fihom il-qorti tkun obbligata li taħtar rappreżentanza legali għall-minorenni: meta l-interessi tal-minorenni jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-ġenituri, tar-rappreżentant legali jew tat-tutur tagħhom; meta dan jintalab mill-minorenni; fi proċedimenti ġudizzjarji fejn il-minorenni jrid ikun dejjem irrappreżentat minn avukat jew minn rappreżentant nominat.

Il-proċedura ta’ tutela ċivili

  • Il-proċedura tibda fuq inizjattiva tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni, tal-ulied li jkollhom aktar minn 12-il sena, tal-qraba axxendenti, tal-aħwa jew tar-rappreżentant legali tal-minorenni.
  • Hija r-responsabbiltà tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni li jirrappreżenta lill-minorenni fil-qorti, li jieħu azzjoni għan-nom tagħhom, li jitlob ir-regolamentazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri, u li jiddefendi l-aħjar interessi tal-minuri.
  • Hija proċedura mhux kontenzjuża li tibda b’rikors imressaq quddiem il-qorti, u meta jkun hemm oġġezzjoni.
  • Meta l-liġi ma tipprevedix mod ieħor, il-partijiet iridu jagħtu l-lista tax-xhieda u jitolbu l-evidenza kollha fir-rikors u fl-oġġezzjoni.
  • Il-qorti tkun assistita minn timijiet tekniċi multidixxiplinari.
  • It-tfal għandhom id-dritt li jinstemgħu. Għal dan l-iskop, l-imħallef jivvaluta, fuq ordni, l-kapaċità tat-tfal li jifhmu l-kwistjonijiet, u jista’ jserraħ fuq konsulenza teknika.
  • Matul is-smigħ, l-imħallef jisma’ lit-tfal, lill-partijiet, lill-membri tal-familja u lil persuni oħra li jidhirlu li għandu jisma’.
  • Fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti jistgħu jittieħdu fi deċiżjonijiet proviżorji u prekawzjonarji.
  • Fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, l-imħallef jista’ jordna l-intervent tas-servizzi ta’ medjazzjoni pubbliċi u privati, dment li l-partijiet jaqblu li jużaw il-medjazzjoni.
  • Speċifikament, fi proċeduri li jirregolaw ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri, isiru arranġamenti għal laqgħa bejn il-ġenituri, u jekk il-ġenituri ma jaqblux f’dik il-laqgħa, il-qorti tirrinvijahom għall-medjazzjoni (jekk jaċċettawha) jew għal smigħ tekniku speċjalista. Ikun biss jekk il-ftehim ma jkunx possibbli permezz ta’ waħda minn dawn l-alternattivi li dawn jiġu segwiti minn espożizzjoni tal-fatti, minn investigazzjoni, minn smigħ u minn deċiżjoni.
  • Il-partijiet għandhom id-dritt li jkunu jafu l-informazzjoni provduta fil-parir tekniku u evidenza u opinjonijiet oħra inklużi fil-proċedimenti; jistgħu jitolbu kjarifika, iżidu evidenza oħra jew jitolbu informazzjoni. L-imħallef jista’ jiċħad tali rikorsi permezz ta’ ordni li ma tistax tkun ikkontestata jekk skontu dawn ma jkunux meħtieġa, ikunu impossibbli li jiġu ssodisfati, jew dilatorji.
  • Is-smigħ, kull meta jsir, jiġi dejjem irreġistrat.
  • Jingħataw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-imħallef.
  • L-obbligu li jiġi appuntat avukat ikun fl-istadju tal-appell biss. Madankollu, fil-prim’istanza, hemm l-obbligu li jiġi appuntat avukat għat-tfal fil-każijiet segwenti: meta l-interessi tal-minorenni u dawk tal-ġenituri tagħhom, tar-rappreżentant legali jew tat-tutur tagħhom ikunu f’kunflitt; meta wild b’maturità xierqa jitlob lill-qorti għalih.
  • Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor, l-appella jistgħu jitressqu minn deċiżjonijiet meħuda bħala finali jew proviżorji li jirrigwardaw ir-rikors, l-emendar jew it-tmiem tal-miżuri ta’ tutela ċivili.
  • Jistgħu jappellaw l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni u l-partijiet, il-ġenituri, ir-rappreżentant legali u kull min ikollu kustodja de facto tal-wild.
  • L-appelli jiġu pproċessati u ġġudikati bħal fi kwistjonijiet ċivili, b’terminu perentorju ta’ 15-il ġurnata għall-pretensjonijiet u għat-tweġiba.
  • L-appelli għandhom effett purament devoluttiv, sakemm il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor.

Il-proċeduri ta’ kompetenza tal-uffiċċji tar-reġistraturi ċivili

F’każijiet li fihom il-ftehim dwar ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri jkun anness ma’ ftehim dwar id-divorzju jew is-separazzjoni legali, iridu jiġu ppreżentati d-dokumenti li ġejjin:

  • Il-proċess ta’ separazzjoni legali jew ta’ divorzju kunsenswali jinbeda b’rikors iffirmat mill-konjuġi jew mir-rappreżentanti tagħhom fl-uffiċċju tar-reġistru ċivili.
  • Ir-rikors jiġi eżaminat f’rabta ma’ proprjetà komuni, il-ftehim dwar id-divorzju, il-manteniment bejn il-konjuġi u d-deżinjazzjoni tad-dar tal-familja, apparti l-ftehim dwar l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri meta jkun hemm tfal minorenni u ma jkun hemm l-ebda regolament ġudizzjarju preċedenti;
  • Wara li jsir ir-rikors, il-bażi tad-data tar-reġistru ċivili tiġi kkonsultata minnufih u awtomatikament, u jiddaħħlu d-dokumenti neċessarji fil-bażi tad-data sabiex issir il-korroborazzjoni taċ-ċertifikat taż-żwieġ tal-partijiet interessati u ta’ kwalunkwe ftehim qabel iż-żwieġ iddikjarat quddiem ir-reġistratur, ħlief f’każijiet li fihom ir-reġim tal-proprjetà jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat taż-żwieġ;
  • Ladarba jiġi riċevut ir-rikors, ir-reġistratur jgħarraf lill-konjuġi bl-eżistenza tas-servizzi ta’ medjazzjoni tal-familja;
  • Meta jintlaħaq ftehim dwar l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri f’rabta mat-tfal minorenni, il-każ jiġi rinvijat lill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni fil-qorti reġjonali (tribunal judicial de primeira instância) b’kompetenza li tisma’ l-kwistjoni fil-ġurisdizzjoni tal-uffiċċju tar-reġistru ċivili, sabiex tkun tista’ toħroġ deċiżjoni dwar il-ftehim fi żmien 30 jum;
  • Jekk l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni jkun tal-fehma li l-ftehim ma jipproteġix kif suppost l-interessi tal-minorenni, ir-rikorrenti jistgħu jemendaw il-ftehim kif jixraq jew jippreżentaw ftehim ġdid, u f’dak il-każ il-ftehim jerġa’ jiġi eżaminat mill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni;
  • Jekk l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni jkun tal-fehma li l-ftehim jissalvagwardja kif dovut l-interessi tal-minorenni, jew jekk il-konjuġi jkunu emendaw il-ftehim skont l-istruzzjonijiet tal-uffiċċju tal-prosekutur, ir-reġistratur jivverifika li l-prerekwiżiti legali jkunu ġew issodisfati, u għal dak l-iskop ikun jista’ jiddetermina l-eżekuzzjoni tal-atti u l-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe evidenza meħtieġa, u mbagħad jiddeċiedi dwar il-merti tar-rikors;
  • F’każijiet li fihom ir-rikorrenti ma jikkonformawx mal-emendi skont struzzjonijiet mill-uffiċċju tal-prosekutur, u jibqgħu bl-intenzjoni li jiddivorzjaw, il-kawża tiġi rinvijata lill-qorti tad-distrett tal-uffiċċju tar-reġistru ċivili.

F’każijiet li fihom il-ġenituri, kemm jekk miżżewġin kif ukoll jekk le, ikunu jixtiequ jirregolaw l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal minorenni tagħhom it-tnejn, jew li jemendaw ftehim diġà ratifikat, dan iridu jitolbuh fi kwalunkwe mument minn kwalunkwe uffiċċju tar-reġistru ċivili. Għal dan l-għan, għandhom jinkludu d-dokumenti li ġejjin:

  • Talba għal regolamentazzjoni tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri;
  • Ftehim dwar l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri u dwar l-obbligazzjonijiet ta’ manteniment għal tfal minorenni, iffirmat miż-żewġ ġenituri jew mir-rappreżentanti tagħhom;
  • Ir-Reġistratur jagħmel reviżjoni tal-ftehim u jistieden lill-ġenituri biex jemendawh meta dan ma jkunx jipproteġi l-interessi tal-minorenni;
  • Il-ftehim imbagħad jiġi rinvijat lill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni fil-qorti reġjonali b’kompetenza dwar il-kwistjoni, fiż-żona ta’ residenza tal-minorenni, sabiex ikun jista’ jiddeċiedi fi żmien 30 jum;
  • Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mis-servizz tal-prosekuzzjoni, il-kawża tiġi rinvijata lill-uffiċċju tar-reġistru ċivili u r-Reġistratur jirratifika l-ftehim;
  • Id-deċiżjoni ta’ ratifika għandhom l-istess effetti bħad-deċiżjonijiet tal-qorti.

L-informazzjoni dwar il-kompetenza tal-uffiċċji tar-reġistru ċivili tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?nid=581&tabela=leis

L-entitajiet ta’ referenza għall-partijiet interessati (skont il-każ, il-qrati, il-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ u l-uffiċċji tar-reġistru ċivili):

Il-ġurisdizzjoni u l-kompetenza tal-qrati

Dwar il-kwistjoni tar-regolamentazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti distrettwali tal-familja u tal-minorenni (tribunal de comarca) tkun il-qorti kompetenti. F’oqsma mhux koperti mill-qorti tal-familja u tal-minorenni, il-qorti ċivili lokali fil-qorti distrettwali jew il-qorti b’kompetenza ġenerika jkollha l-ġurisdizzjoni.

Japplikaw ir-regoli segwenti dwar il-ġurisdizzjoni:

  • Il-qorti tal-post tar-residenza tat-tfal fil-mument li jinbdew il-proċedimenti jkollha l-ġurisdizzjoni;
  • Jekk ir-residenza tat-tfal ma tkunx magħrufa, il-qorti tal-post fejn jirrisjedi min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri jkollha l-ġurisdizzjoni;
  • Jekk min ikollu r-responsabbiltajiet tal-ġenituri jkun jirrisjedi f’postijiet differenti, il-qorti bil-ġurisdizzjoni tkun il-qorti kompetenti għall-post tar-residenza tal-persuna li teżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri;
  • Fil-każ ta’ eżerċitar konġunt tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-qorti bil-ġurisdizzjoni tkun il-qorti tal-post tar-residenza tal-persuna li t-tfal joqogħdu magħha jew, fil-każ ta’ kustodja konġunta, il-qorti fejn l-azzjoni tkun tressqet l-ewwel;
  • Jekk xi waħda mill-azzjonijiet tikkonċerna żewġt itfal, tfal tal-istess ġenituri u li jkunu residenti f’distretti differenti, il-qorti bil-ġurisdizzjoni tkun il-qorti fejn l-azzjoni tkun tressqet l-ewwel;
  • Jekk xi waħda mill-azzjonijiet tikkonċerna aktar minn żewġt itfal, tfal tal-istess ġenituri u li jkunu residenti f’distretti differenti, il-qorti bil-ġurisdizzjoni tkun il-qorti tal-post fejn jirrisjedu l-maġġorparti ta’ dawn it-tfal;
  • Jekk, meta jinbdew il-proċediment, it-tfal ikunu jgħixu barra mill-pajjiż u l-qorti Portugiża jkollha ġurisdizzjoni internazzjonalment, il-qorti kompetenti li tisma’ u tiddeċiedi dwar il-każ tkun il-qorti tal-post tar-residenza tar-rikorrent u tal-intimat;
  • Meta r-rikorrent u l-intimat ikunu jgħixu barra mill-pajjiż u l-qorti Portugiża jkollha ġurisdizzjoni internazzjonalment, il-kawża tinstema’ mill-Qorti tal-Familja u tal-Minorenni ta’ Lisbona (Juízo de Família e Menores de Lisboa), fid-distrett ġudizzjarju ta’ Lisbona;
  • Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-azzjonijiet relatati u d-dispożizzjonijiet ta’ liġi speċifika, kull bidla li sseħħ wara li jinbdew il-proċedimenti tkun irrilevanti.

Ġurisdizzjoni u kompetenza tal-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ

Il-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ huma kompetenti fi kwistjonijiet relatati ma’ proċeduri li jirrigwardaw il-kura u l-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f’riskju, meta jkun hemm ftehim tal-ġenituri u ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-minorenni. Il-kumitat għall-protezzjoni tal-post tar-residenza tal-minorenni fil-mument meta tiġi riċevuta n-notifika tas-sitwazzjoni jkun kompetenti għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ kura u protezzjoni.

Japplikaw ir-regoli segwenti dwar il-ġurisdizzjoni:

  • Jekk ir-residenza tat-tfal jew taż-żgħażagħ ma tkunx magħrufa u ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, ikun kompetenti l-kumitat għall-protezzjoni tal-post fejn it-tfal ikunu jinsabu;
  • Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti, il-kumitat għall-protezzjoni tal-post fejn ikun jinsab il-minorenni għandu jieħu l-passi meqjusa ta’ urġenza u l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni immedjata tat-tfal;
  • Jekk, wara l-applikazzjoni ta’ miżura nonprotettiva, il-minorenni jibdlu r-residenza tagħhom għal aktar minn tliet xhur, il-każ jiġi rinvijat lill-kumitat għall-protezzjoni fiż-żona l-ġdida ta’ residenza;
  • L-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ kura u ta’ protezzjoni tal-fostering ma tinvolvix il-bidla fir-residenza tat-tfal jew taż-żgħażagħ;
  • Il-kumitat għall-protezzjoni b’ġurisdizzjoni ratione loci fiż-żona tal-muniċipalità tal-fostering jew tad-distrett tat-tfal jew taż-żgħażagħ jikkoopera kemm jista’ jkun mal-kumitat li jkun applikata l-miżura ta’ kura u ta’ protezzjoni għal segwitu effettiv tal-miżura applikata kif mitlub għal dan l-iskop.

Kompetenza u ġurisdizzjoni tal-uffiċċji tar-reġistru ċivili

Skont il-materja inkwistjoni, l-uffiċċji tar-reġistru ċivili għandhom il-kompetenza li jirratifikaw il-ftehim fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri, kemm jekk ikun ġie preżentat separatament kif ukoll jekk ikun ġie anness mar-rikorsi għad-divorzju jew separazzjoni legali kunsenswali.

Skont is-suġġett inkwistjoni, l-uffiċċji tar-reġistru ċivili huma kompetenti li jipproċessaw u jiddeċiedu dwar il-proċedimenti ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni legali kunsenswali, inkluża r-ratifika tal-ftehimiet fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri annessi magħhom.

Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni ratione loci ma japplikawx għall-uffiċċji tar-reġistru ċivili. Fi kliem ieħor, il-partijiet jistgħu jirrikorru għand kwalunkwe uffiċċju tar-reġistru ċivili.

Kompetenza f’azzjonijiet relatati

  • Jekk fir-rigward tal-istess wild, jinbdew, b’mod separat, proċedura ta’ tutela ċivili u proċedura ta’ kura u ta’ protezzjoni, inklużi proċeduri quddiem il-kumitat għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ, jew proċedura ta’ tutela edukattiva, dawn iridu jingħaqdu f’kawża konġunta, irrispettivament mill-istatus tagħhom, u l-imħallef kompetenti li jisma’ l-kawżi jkun l-imħallef li quddiemu tkun tressqet l-ewwel il-proċedura;
  • Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti ma japplikawx għal miżuri ta’ tutela li jirrigwardaw il-verifika awtomatika tal-maternità jew tal-paternità, jew għal dawk li jaqgħu fil-kompetenzi tal-uffiċċju tar-reġistru ċivili, jew għal dawk li jikkonċernaw aktar minn wild wieħed;
  • F’każ ta’ divorzju jew separazzjoni legali, il-proċeduri li jirregolaw l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, l-għoti tal-manteniment u l-esklużjoni mill-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri jiġu annessi ma’ dik l-azzjoni.

Meta l-proċedura ta’ tutela ċivili tkun tirrigwarda aktar minn wild wieħed, tista’ tinbeda proċedura unika u, meta jinbdew proċeduri differenti, dawn kollha jistgħu jiġu annessi ma’ dik il-proċedura li tkun inbdiet l-ewwel, jekk dan ikun iġġustifikat mir-relazzjonijiet familjali.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Diġà saret referenza għal din il-proċedura fit-tweġiba għall-mistoqsija 10.

Il-każijiet ta’ kura u ta’ protezzjoni u l-każijiet ta’ tutela ċivili jistgħu jiġu trattati bħala proċeduri ta’ emerġenza meta xi dewmien jista’ jaffettwa negattivament l-interessi tat-tfal. F’dan il-każ, dawn jitkomplew matul il-btajjel ġudizzjarji.

Fi kwalunkwe każ, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jistgħu jiġu applikati miżuri proviżorji.

B’mod partikolari, huma previsti l-proċedimenti legali urġenti li ġejjin:

  • Meta ssir talba mill-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti, hekk kif tiġi mgħarrfa b’sitwazzjonijiet li jqiegħdu l-ħajja jew l-integrità mentali jew fiżika tal-minorenni f’periklu, toħroġ deċiżjoni proviżorja fi żmien 48 siegħa, li tikkonferma l-miżuri meħuda għall-protezzjoni immedjata tat-tfal, filwaqt li tapplika kwalunkwe waħda mill-miżuri għall-kura u għall-protezzjoni previsti fil-liġi jew tiddetermina dak li huwa xieraq għall-futur tal-minorenni;
  • Għal dan l-għan, il-qorti twettaq investigazzjonijiet sommarji u indispensabbli u tordna l-passi meħtieġa biex taċċerta l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tagħha, u tista’ tagħmel uża mill-awtoritajiet tal-pulizija u tħalli lill-persuni bir-responsabbiltà li jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tagħhom jidħlu fi kwalunkwe dar matul il-jum.

Barra minn hekk, huma previsti l-proċedimenti nonġudizzjarji ta’ emerġenza li ġejjin:

  • Meta jkun hemm periklu għall-ħajja jew għall-integrità mentali jew fiżika tal-minorenni, u ma jkun hemm l-ebda kunsens ta’ min ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri jew ta’ min ikollu l-kustodja de facto, kwalunkwe awtorità b’kompetenza fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar it-tfal u ż-żgħażagħ, jew il-kumitati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ, tieħu miżuri xierqa għall-protezzjoni immedjata tal-minorenni u titlob l-intervent tal-qorti jew tal-pulizija;
  • L-entità li tintervjeni tinnotifika minnufih lill-uffiċju tal-prosekutur jew, jekk dan ma jkunx possibbli, hekk kif ikun possibbli;
  • Sakemm il-qorti tiġi biex tintervjeni, il-pulizija tneħħi lit-tfal jew liż-żgħażagħ mill-periklu li jkunu jinsabu fih u taċċerta li jkollhom protezzjoni ta’ emerġenza taħt foster care, fil-faċilitajiet tal-entitajiet b’kompetenza fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar it-tfal u ż-żgħażagħ, jew xi post adattat ieħor;
  • L-uffiċċju tal-prosekutur, wara li jirċievi n-notifika minn kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija hawn fuq, jesiġi minnufih li tittieħed azzjoni legali urġenti mill-qorti kompetenti.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva, l-għajnuna legali hija disponibbli għall-proċedimenti quddiem il-qorti u l-uffiċċju tar-reġistru ċivili.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva, bil-mod diġà indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija 10.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Ksur ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri

Jekk, fir-rigward tas-sitwazzjoni tat-tfal, wieħed mill-ġenituri jew parti terza li jkunu ġew fdati f’idejha ma tikkonformax ma’ dak li jkun ġie deċiż jew maqbul, il-qorti tista’, ex officio, f’każ ta’ talba mill-uffiċċju tal-prosekutur jew mill-ġenitur l-ieħor:

  • Tordna l-passi meħtieġa biex taċċerta l-eżekuzzjoni;
  • Tordna li tingħata multa sa massimu ta’ 20 unità tal-kont (fl-2020, il-valur ta’ unità tal-kont kien ta’ EUR 102,00);
  • U wara li tkun ivverifikat is-suppożizzjonijiet rispettivi, tordna lil min ikun naqas biex iħallas kumpens favur it-tfal, il-ġenitur rikjedenti jew it-tnejn.

Jekk il-ftehim ikun ġie rratifikat mill-qorti jew il-qorti tkun ħarġet is-sentenza tagħha, ir-rikors jingħaqad mal-proċediment li fih ikun sar il-ftehim jew tkun ħarġet sentenza, u ssir talba lill-qorti rispettiva jekk, skont ir-regoli dwar il-kompetenza u l-ġurisdizzjoni, hijiex il-qorti kompetenti biex tisma’ l-kawża ta’ ksur.

Ladarba r-rikors jiddaħħal jew jingħaqad mal-proċediment, l-imħallef jikkonvoka lill-ġenituri għal laqgħa jew, f’każijiet ta’ eċċezzjoni, jinnotifika lill-intimat biex jittratta kif jidhirlu li huwa xieraq fi żmien ħamest ijiem.

Fil-laqgħa, il-ġenituri jistgħu jaqblu li jemendaw dak li jkun stabbilit fir-rigward tal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri, filwaqt li jitqiesu l-interessi tat-tfal.

F’każ ta’ nonkonformità mar-reġim ta’ aċċess, jekk l-intimat ma jattendix il-laqgħa, ma jressaqx argumenti, jew jekk l-argumenti tiegħu jkunu manifestament infondati, il-qorti tista’ tordna li jittieħdulu t-tfal sabiex ikun hemm konformità mar-reġim ta’ aċċess, u tispeċifika meta għandhom jkun hemm aċċess u tipprovdi għall-preżenza ta’ konsulenti tekniċi tal-qorti.

L-intimat jiġi nnotifikat biex iħalli lit-tfal bil-mod stabbilit, inkella jingħata multa.

Jekk ma ssirx laqgħa jew jekk il-ġenituri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, l-imħallef jirrinvija lill-partijiet għall-medjazzjoni (jekk il-ġenituri jaqblu li jużawha) jew għal smigħ tekniku quddiem speċjalista, u mbagħad jasal għal deċiżjoni.

Jekk tkun ġiet imposta multa u ma titħallasx fi żmien 10 ijiem, isseħħ l-eżekuzzjoni flimkien mal-proċedura rispettiva.

Dawn il-proċedimenti huma rregolati mill-qafas legali tal-proċedura ta’ tutela ċivili, approvat mil-Liġi Nru 141/2015 tat-8 ta’ Settembru 2015, li tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?artigo_id=2428A0048&nid=2428&tabela=leis&pagina=1&ficha=1&so_miolo=&nversao=#artigo

L-eżekuzzjoni tal-manteniment

Sabiex l-għoti tal-manteniment ikun eżegwit, jistgħu jintużaw tliet mezzi alternattivi: is-smigħ għal ksur tar-responsabbiltà tal-ġenituri, kif imsemmi aktar ’il fuq; is-smigħ li jippreċedi l-eżekuzzjoni għall-għoti tal-manteniment, kif imsemmi aktar ’l isfel; jew l-eżekuzzjoni speċjali fir-rigward tal-manteniment, imsemmija aktar ’l isfel.

Is-smigħ li jippreċedi l-eżekuzzjoni għall-irkupru tal-manteniment dovut (l-Artikolu 48 tal-qafas legali tal-proċedura ta’ tutela ċivili)

Meta l-persuna b’obbligu legali li tħallas il-manteniment tonqos milli tħallas l-ammonti dovuti fi żmien 10 ijiem mid-data meta kellu jibda jitħallas, għandu jiġi osservat dan li ġej:

  • Jekk il-persuna tkun taħdem mal-gvern, l-ammonti rispettivi jitnaqqsu meta jkun dovut, meta ssir talba tal-qorti indirizzata lill-impjegatur tas-settur pubbliku;
  • Jekk il-persuna tkun impjegat b’salarju, l-ammonti jinqatgħu mill-qligħ jew mis-salarju, u b’dan jiġi nnotifikat l-impjegatur rispettiv sabiex jipproċessa dawn it-tnaqqisiet, u jassumi r-rwol ta’ depożitarju;
  • Jekk il-persuna tirċievi introjtu minn kera, pensjonijiet, allowances, kummissjonijiet, perċentwali, emolumenti, għotjiet, kontribuzzjonijiet jew introjtu simili, it-tnaqqisiet jinqatgħu dawn il-ħlasijiet parzjali meta jkunu jridu jitħallsu jew jiġu akkreditati, filwaqt li jsiru r-rekwiżizzjonijiet jew in-notifiki neċessarji, u dawk innotifikati jassumu r-rwol ta’ depożitarji.

L-ammonti li jitnaqqsu jkopru wkoll il-manteniment akkumulat preċedentement, u jitħallsu direttament lil dawk li suppost jirċevuhom.

Eżekuzzjoni speċjali fir-rigward tal-manteniment

F’każ li l-manteniment ikun dovut lill-minorenni, il-persuna intitolata għall-manteniment tista’, altrimenti, tressaq azzjoni speċjali għall-eżekuzzjoni tal-manteniment, kif previst fl-Artikolu 933 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil). Għaldaqstant, f’azzjoni waħda, jistgħu jirkupraw għalkollox l-ammonti dovuti, tardivi jew li se jkunu dovuti. F’azzjoni ta’ eżekuzzjoni, il-persuna intitolata għall-manteniment tista’ tuża mezzi usa’ ta’ eżekuzzjoni bħall-qbid u ċ-ċessjoni tal-introjtu.

F’eżekuzzjoni speċjali fir-rigward tal-manteniment, ir-rikorrent jista’ jitlob: l-aġġudikazzjoni ta’ proporzjon tal-ammonti, salarji jew pensjonijiet li tirċievi l-parti l-oħra; jew l-introjtu assenjat tal-persuna bi dmir ta’ manteniment. L-aġġudikazzjoni jew iċ-ċessjoni ssir indipendentement mill-qbid u hija intiża li tkopri l-ħlas ta’ ammonti tardivi jew ammonti li se jkunu dovuti

Meta r-rikorrent jitlob l-aġġudikazzjoni tal-ammonti, salarji jew pensjonijiet, l-entità inkarigata mill-ħlas tagħhom jew mill-ipproċessar tal-ħlasijiet rispettivi tiġi nnotifikata li għandha tħallas il-parti aġġudikata direttament lir-rikorrent. L-ammont aġġudikat irid jiġi depożitat kull xahar fil-kont bankarju tar-rikorrent, li jrid jagħti n-numru tal-kont fir-rikors inizjali.

Jekk ir-rikors jitlob għal ċessjoni tal-introjtu, trid tiġi speċifikata liema proprjetà tirrigwarda, u l-aġent tal-eżekuzzjoni jordna li l-proprjetà inkwistjoni tkun biżżejjed biex tkopri l-manteniment li jkun diġà jew li se jsir dovut tardivament.

Il-persuna intitolata għall-manteniment tista’ xorta titlob il-qbid tal-proprjetà tal-persuna bi dmir ta’ manteniment. Il-qbid jista’ jinvolvi l-proprjetà mobbli jew immobbli, id-depożiti bankarji, id-drittijiet ta’ kreditu, l-istabbiliment kummerċjali jew l-ishma ta’ kumpaniji.

Jekk il-proprjetà maqbuda tinbiegħ biex jitħallas dejn ta’ manteniment, ir-restituzzjoni ta’ dal-ammont eċċedenti lill-persuna bi dmir ta’ manteniment ma għandhiex tiġi ordnata sakemm ma jkunx aċċertat il-ħlas tal-manteniment li se jkun dovut sa fejn l-imħallef iqis li huwa xieraq , sakemm ma jiġix provdut titolu ta’ sigurtà jew xi garanzija xierqa oħra.

Il-persuna bi dmir ta’ manteniment għandha titressaq il-qorti biss wara li jkun seħħ il-qbid/l-aġġudikazzjoni/iċ-ċessjoni tal-introjtu. L-oppożizzjoni tal-persuna bi dmir ta’ manteniment għall-eżekuzzjoni jew għall-qbid ma tissospendix l-eżekuzzjoni.

F’każ ta’ talba biex il-ħlasijiet tal-manteniment ikunu emendati jew itterminati waqt li tkun għadha pendenti eżekuzzjoni speċjali fir-rigward tal-manteniment, it-talba għal emenda jew terminazzjoni tingħaqad mal-eżekuzzjoni.

Il-verżjoni attwali tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?nid=1959&tabela=leis

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Ir-rikonoxximent

Ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa fi Stat Membru ieħor marbut bir-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 (minn hawn ’il quddiem, ir-Regolament Brussell IIa) huwa awtomatiku. Fi kliem ieħor, ma hemmx bżonn ta’ xi proċedura speċjali sabiex id-deċiżjoni tiġi rikonoxxuta.

Fil-Portugall, sabiex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa fi Stat Membru ieħor tiġi eżegwita fis-sens tar-Regolament Brussell IIa, il-parti kkonċernata trid tressaq każ għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità ta’ dik id-deċiżjoni quddiem il-qorti.

Madankollu, hemm żewġ każijiet previsti fl-Artikolu 40 tar-Regolament Brussell IIa fejn ma hemmx bżonn ta’ rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità, u ċ-ċertifikat maħruġ mill-qorti ta’ oriġini skont ir-Regolament Brussell IIa jkun biżżejjed biex tiġi eżegwita fil-Portugall sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan iseħħ fid-deċiżjonijiet segwenti: deċiżjonijiet li jikkonċernaw drittijiet għall-aċċess; u deċiżjonijiet li jagħtu ordni ta’ ritorn tat-tfal mogħtija mill-qorti b’ġurisdizzjoni b’segwitu għal deċiżjoni ta’ nonritorn maħruġa skont l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri tal-1980.

Il-ġurisdizzjoni ratione loci għar-rikors għall-eżegwibilità

Il-ġurisdizzjoni ratione loci għal rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità hija stipulata fir-Regolament Brussell IIa kif ġej: ir-rikors irid jiġi ppreżentat lill-qorti taż-żona ta’ residenza tal-persuna bi dmir ta’ manteniment; jew fiż-żona ta’ residenza tal-ulied li jkunu dovuti l-manteniment; jew, fin-nuqqas ta’ xi wieħed minn dawn il-fatturi ta’ konnessjoni, il-post tal-eżekuzzjoni.

Ir-rekwiżiti u d-dokument li jridu jakkumpanjaw ir-rikors għall-eżegwibilità

Ir-rekwiżiti u d-dokumenti li jridu jakkumpanjaw ir-rikors għall-eżegwibilità huma stipulati fir-Regolament Brussell IIa. Fil-qosor, ir-rikorrent irid jehmeż is-segwenti mar-rikors għall-eżegwibilità: kopja attestata tas-sentenza; iċ-ċertifikat tad-deċiżjoni maħruġa permezz tal-Anness II tar-Regolament Brussell IIa; fil-każ ta’ deċiżjoni li tinħareġ in absentia tal-intimat jew mingħajr ma l-intimat jikkontestaha, evidenza li hu jkun ġie kkonvokat jew li jkun aċċetta d-deċiżjoni b’mod inekwivoku.

Il-proċedura applikabbli għar-rikors għall-eżegwibilità prevista fir-Regolament Brussell IIa

Il-proċedura applikabbli hija rregolata mir-regoli stipulati fir-Regolament Brussell IIa, u għal kwalunkwe aspett mhux previst f’dak ir-Regolament, mir-regoli interni tal-proċedura ċivili Portugiża.

Għaldaqstant, mir-Regolament Brussell IIa jirriżulta li d-deċiżjoni ta’ eżegwibilità ma tiġix proċedura minn proċedura kontradittorja, u li r-rikors jista’ jiġi miċħud biss abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet stipulati fir-Regolament. Appell mid-deċiżjoni ta’ eżegwibilità jista’ jitressaq minn kull waħda mill-partijiet fl-iskadenzi stipulati fir-Regolament Brussell IIa. Il-qorti Portugiża tista’ tiddeċiedi li s-sentenza ta’ qorti barranija hija parzjalment eżegwibbli ġuridikament, iżda ma tkunx tista’ tagħmel reviżjoni tagħha fir-rigward tas-sustanza.

Ir-regoli tal-proċedura ċivili Portugiża applikabbli

Ir-rikors għall-eżegwibilità jrid jiġi ppreżentat lid-diviżjoni tal-familja u tal-minorenni fil-qorti distrettwali. Meta ma jkun hemm l-ebda qorti tal-familja u tal-minorenni, ir-rikors irid jiġi ppreżentat lill-qorti ċivili lokali fil-qorti distrettwali jew lill-qorti b’kompetenza ġenerika.

L-azzjoni ssir fl-għamla dikjarattiva komuni, kif previst fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tal-Portugall (Código de Processo Civil), bl-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Brussell IIa.

Ladarba appell huwa dejjem ammissibbli, irrispettivament mill-valur, irid bilfors jinħatar avukat.

L-uffiċċju tal-prosekuzzjoni jista’ jieħu azzjoni biex jiddefendi l-interessi tal-minorenni.

Fir-rikors inizjali, ir-rikorrent irid:

  • Jinnomina lill-qorti u lill-imħallef rispettiv ta’ fejn tkun tressqet l-azzjoni, u jidentifika lill-partijiet, jindika l-ismijiet tagħhom, l-indirizzi tagħhom jew l-uffiċċji reġistrati tagħhom u, meta jkun possibbli, in-numri tal-identifikazzjoni fiskali u ċivili tagħhom, il-karigi u l-postijiet tax-xogħol tagħhom;
  • Jindika l-indirizz tax-xogħol tar-rappreżentant legali tiegħu;
  • Jindika l-għamla tal-proċedimenti;
  • Jistabbilixxi l-fatti essenzjali li jikkostitwixxu l-kawża tal-azzjoni u l-punti ta’ liġi li fuqhom tissejjes l-azzjoni;
  • Jifformula r-rikors;
  • Jiddikjara l-valur tal-pretensjoni;
  • Jinnomina l-aġent tal-eżekuzzjoni inkarigat mit-taħrika, jew ir-rappreżentant ġudizzjarju responsabbli għaliha;
  • Jitlob il-kumpilazzjoni ta’ xhieda, f’dan il-każ, il-korp informattiv previst fir-Regolament Brussell IIa li jrid jakkumpanja t-talba;
  • Jehmeż dokument li jiġġustifika l-ħlas tat-tariffa tal-qorti dovuta, jew l-għoti ta’ għajnuna legali bħala eżenzjoni minn tali ħlas, inklużi każijiet fejn dan ġie eżentat fl-Istat Membru ta’ oriġini.

Ir-rikors inizjali u d-dokumenti jiġu ppreżentati minn rappreżentanti legali elettronikament bl-użu tas-sistema kompjuterizzata li fuqha sserraħ l-attività tal-qrati, permezz tal-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://citius.tribunaisnet.mj.pt/.

L-istess proċedura tapplika meta l-azzjoni titressaq mill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni għad-difiża tal-interessi tal-minorenni. L-uffiċċju tal-prosekuzzjoni huwa eżenti mill-ispejjeż meta jaġixxi biex jiddefendi l-interessi tal-minorenni.

Sabiex ikollhom aċċess għas-sistema kompjuterizzata, l-avukati, l-avukati apprendisti u s-solicitors iridu jkunu rreġistrati mal-entità inkarigata mill-ġestjoni tal-aċċess għas-sistema kompjuterizzata.

Fil-każijiet li fihom, pretensjoni ma tkunx tinvolvi l-ħatra ta’ rappreżentant, u l-parti ma tkunx assistita jew meta l-parti tkun assistita minn rappreżentant iżda jkun hemm raġuni ġustifikabbli li timpedixxi lil dan tal-aħħar milli jwettaq l-atti proċedurali b’mod elettroniku, ir-rikors inizjali u d-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati b’wieħed mill-modi li ġejjin:

  • Jiġu kkonsenjati lill-iskrivan tal-qorti, bid-data tal-konsenja titqies bħala d-data tal-att proċedurali;
  • Jiġu trasferiti permezz tal-posta rreġistrata, bid-data tal-marka postali tar-reġistrazzjoni tkun dik tad-data tal-att proċedurali;
  • Jiġu kkonsenjati permezz tal-faks, bid-data meta jintbagħtu titqies bħala d-data tal-att proċedurali.

Ir-rikors inizjali u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, ladarba jaslu fil-qorti, jiġu uffiċjalment irreġistrati u distribwiti. L-imħallef jivverifika li jkun hemm l-informazzjoni neċessarja kollha u li ma jkun hemm l-ebda raġuni għal rifjut kif previst fir-Regolament Brussell IIa, u jiddikjara l-eżegwibilità tad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni dwar l-eżegwibilità mbagħad tiġi nnotifikata lill-partijiet.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

L-Artikolu 21 tar-Regolament Brussell IIa jipprevedi l-possibbiltà li parti interessata tapplika fi Stat Membru għal dikjarazzjoni biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa fi Stat Membru ieħor ma tiġix rikonoxxuta.

F’dan il-każ, il-qorti fil-Portugall fejn għandha tirrikorri l-parti u r-regoli applikabbli tal-proċedura jkunu dawk indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija 15, bil-kjarifika segwenti: dan ikun każ ta’ azzjoni komuni għall-ħelsien mid-dejn. Dan għandu konsegwenzi fir-rigward tar-regoli tal-piż tal-provi, billi skont il-liġi Portugiża, f’azzjonijiet għall-ħelsien mid-dejn, huwa l-intimat li jrid jipprova l-fatti li jikkostitwixxu d-dritt invokat.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-ulied huma rregolati:

  • Mil-liġi nazzjonali komuni tal-ġenituri;

jew fin-nuqqas ta’ dan,

  • Mil-liġi tal-post tar-residenza abitwali komuni tal-ġenituri;

jew, jekk il-ġenituri jkollhom residenza abitwali fi Stati differenti,

  • Mil-liġi personali tal-wild.

Il-liġi personali hija dik tan-nazzjonalità tal-individwu. Fil-każ ta’ persuni mingħajr Stat, il-liġi personali tal-persuni mingħajr Stat hija dik tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, jekk il-persuna mingħajr Stat tkun minorenni jew persuna skwalifikata, il-liġi personali tagħhom tkun dik tad-domiċilju legali tagħhom.

Nota:

Il-Punt ta’ Kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (NĠE-ċivili), il-qrati jew entitajiet u awtoritajiet oħra mhumiex marbuta bl-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva. Huwa xorta waħda meħtieġ li jinqraw it-testi ġuridiċi fis-seħħ. Dawn huma soġġetti għal aġġornamenti regolari u għal evolviment tal-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 11/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Rumanija

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Il-Kodiċi Ċivili Rumen (Codul Civil) juża l-kunċett tal-awtorità tal-ġenituri. L-awtorità tal-ġenituri tfisser id-drittijiet u d-dmirijiet kollha li jikkonċernaw kemm it-tfal u/jew l-assi tiegħu. Id-drittijiet u l-obbligi huma taż-żewġ ġenituri ndaqs u huma eżerċitati fl-aħjar interessi tat-tfal. L-awtorità tal-ġenituri jiġu eżerċitati sakemm it-tfal jilħqu l-età maġġuri.

Id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri (previsti fl-Artikoli 487-499 tal-Kodiċi Ċivili u l-Liġi Nru 272/2004 (Legea nr. 272/2004) dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal) rigward it-tfal jinkludu:

  • id-dritt u l-obbligu li jistabbilixxu u jippreservaw l-identità tat-tfal. It-tfal għandhom jiġu rreġistrati minnufih wara t-twelid u għandu jkollhom id-dritt għal isem u għaċ-ċittadinanza. Il-ġenituri għandhom jagħżlu l-ewwel u l-aħħar isem tat-tfal.
  • Id-dritt u l-obbligu tat-trobbija tat-tfal. Il-ġenituri għandhom id-dritt u l-obbligu li jrabbu lit-tfal, li jieħdu ħsieb is-saħħa u l-iżvilupp fiżiku, psikoloġiku u intellettwali tat-tfal, l-edukazzjoni tagħhom, l-istudji u t-taħriġ professjonali, skont it-twemmin, il-karatteristiċi u l-bżonnijiet tat-tfal.
  • Id-dritt u l-obbligu li jissorveljaw lit-tfal.
  • Id-dritt u l-obbligu tal-manteniment tat-tfal. Il-ġenituri għandhom obbligazzjoni in solidum biex jipprovdu l-manteniment lit-tfal minuri tagħhom. Il-ġenituri jridu jipprovdu għat-tfal tagħhom sal-jum ta' gradwazzjoni tagħhom jekk komplew l-istudji tagħhom iżda mhux aktar minn 26 sena.
  • Id-dritt li jieħdu ċerti miżuri dixxiplinarji fil-konfront tat-tfal tagħhom. Ċerti miżuri huma projbiti, bħal xi kastig fiżiku li jikkawża ħsara fl-istat fiżiku, mentali jew emozzjonali tat-tfal.
  • Id-dritt li jitolbu għar-ritorn tat-tfal mingħand persuni li ma għandhomx dritt iżommuhom.
  • Id-dritt tal-ġenituri li jergġħu jingħaqdu mat-tfal tagħhom. Dan id-dritt huwa marbut mad-dritt tat-tfal li ma jiġux separati mill-ġenituri tagħhom ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali u temporanji (pereżempju miżuri ta' kustodja alternattiva).
  • Id-dritt tal-ġenituri li jkollhom rabtiet personali mat-tfal tagħhom. Il-mezzi li bihom ikollhom rabtiet personali mat-tfal huma, pereż.: iżuru lit-tfal fid-dar tagħhom, iżuruhom waqt li jkunu l-iskola, it-tfal iqattgħu il-vaganzi ma' kull wieħed mill-ġenituri.
  • Id-dritt li jiddeċiedu fejn se jgħixu t-tfal. Il-minuri għandu jgħix mal-ġenituri tiegħu. Jekk il-ġenituri ma jgħixux flimkien, huma jiddeċiedu fejn se tkun dar il-minuri bi ftehim reċiproku. F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-ġenituri, tiddeċiedi l-Qorti tat-Tutela (Instanţa de tutelă).
  • id-dritt li jagħtu l-kunsens għall-għerusija u ż-żwieġ tat-tfal f'każ ta' minuri li għalqu 16-il sena; id-dritt li jagħtu l-kunsens għall-adozzjoni tat-tfal.
  • Id-dritt li jappellaw kontra l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet rigward it-tfal u biex jagħmlu talbiet u jieħdu miżuri f'isimhom propju u f'isem it-tfal tagħhom

Id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri (previsti fl-Artikolu 500-502 tal-Kodiċi Ċivili) rigward l-assi tat-tfal jinkludu:

  • il-ġestjoni tal-assi tat-tfal. Il-ġenitur ma għandux dritt fuq l-assi tat-tfal, u l-anqas għandhom it-tfal fuq l-assi tal-ġenituri, minbarra d-dritt ta' suċċessjoni u tal-manteniment. Il-ġenituri għandhom id-dritt u l-obbligu li jiġġestixxu l-assi tat-tfal minuri tagħhom u biex jirrapreżentawhom fid-dokumenti ċivili legali jew biex jagħtu l-kunsens tagħhom għal dawn id-dokumenti. Wara l-età ta' 14-il sena, il-minuri jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jeżegwuhom waħedhom, madankollu, bil-kunsens tal-ġenituri u tal-Qorti tat-Tutela, fejn xieraq.
  • Id-dritt u l-obbligu li jirrapreżentaw lill-minuri fuq dokumenti ċivili jew biex jagħtu l-kunsens tagħhom għal dawn id-dokumenti. Sakemm jagħlqu 14-il sena, it-tfal jiġu rappreżentati mill-ġenituri fuq id-dokumenti ċivili għaliex ma jkollhomx kapaċità ġuridika. Mill-età ta' 14-il sena sa 18-il sena, il-minuri jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jeżegwuhom waħedhom, madankollu għandhom bżonn il-kunsens tal-ġenituri bil-quddiem minħabba kapaċità ġuridika limitata.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri huma ndaqs (l-Artikolu 503(1) tal-Kodiċi Ċivili): jekk il-ġenituri huma miżżewwġin; wara d-divorzju (l-Artikolu 397 tal-Kodiċi Ċivili); ta' ġenitur waħdu li fil-konfront tiegħu ġiet stabbilita l-filjazzjoni jekk it-tfal twieldu barra ż-żwieġ, u taż-żewġ ġenituri flimkien jekk il-ġenituri qiegħdin fi sħubija (l-Artikolu 505(1) tal-Kodiċi Ċivili).

L-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata f'ishma mhux indaqs mill-ġenituri (separati): f'każ ta' ħall taż-żwieġ permezz ta' divorzju jekk il-Qorti tqis illi huwa fl-interess tat-tfal illi l-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata minn ġenitur wieħed biss (l-Artikolu 398 tal-Kodiċi Ċivili). fil-każ ta' ħall taż-żwieġ (l-Artikolu 305(2) tal-Kodiċi Ċivili); jekk it-tfal twieldu barra ż-żwieġ fejn il-ġenituri ma jgħixux fi sħubija domestika (l-Artikolu 505(2) tal-Kodiċi Ċivili).

L-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata minn ġenitur wieħed skont l-Artikolu 507 tal-Kodiċi Ċivili meta l-ġenitur l-ieħor ikun mejjet, jew ikun ġie mċaħħad mid-drittijiet parentali tiegħu, jew ġie interdett eċċ.

L-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata mill-ġenituri parzjalment meta d-drittijiet u d-dmirijiet qiegħdin għand terza parti jew f'idejn istitut tat-tfal (l-Artikolu 399 tal-Kodiċi Ċivili).

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Il-ġenituri ta' minuri li għalaq 14-il sena għandhom drittijiet u obbligi biss fuq il-persuna tal-minuri. Id-drittijiet u l-obbligi fuq l-assi tat-tfal huma tat-tutur tat-tfal jew ta' persuna oħra.

It-tutela tal-minuri għandha tiġi stabbilita meta jmutu ż-żewġ ġenituri, meta l-ġenituri mhumiex magħrufa, ġew imċaħħda mill-eżerċizzji tad-drittijiet tal-ġenituri jew instabu ħatja ta' reat kriminali sabiex jiġu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom, jitqiegħdu taħt interdizzjoni, huma assenti jew ġew iddikjarati mejta, u l-Qorti tiddeċiedi li mat-terminazzjoni tal-adozzjoni ikun fl-interess tal-minuri li jinħatar tutur.

It-tutela tiġi stabbilita jekk it-tfal ma għandhomx ġenituri biex jieħdu ħsiebhom, wara li jkunu ġew imċaħħda mill-eżerċizzju tad-drittjiet tagħhom.

B'mod eċċezzjonali, il-Qorti tat-Tutela tista' tiddeċiedi li tqiegħed lit-tfal ma' qraba jew ma' familja jew persuna oħra, bil-kunsens tagħhom, jew f'istitut tat-tfal.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Fil-prinċipju, l-awtorità tal-ġenituri hija taż-żewġ ġenituri flimkien wara d-divorzju, jew ma' wieħed minnhom biss jekk hemm raġunijiet fondati, fl-aħjar interessi tat-tfal. Il-ġenitur iżomm id-dritt li jħares kif qiegħdin jiġu mrobbija u edukati t-tfal, u d-dritt li jagħti l-kunsens tiegħu għall-adozzjoni.

B'mod eċċezzjonali, il-Qorti tat-Tutela tista' tiddeċiedi li tqiegħed lit-tfal ma' qraba jew ma' familja jew persuna oħra, bil-kunsens tagħhom, jew f'istitut tat-tfal. Dawn il-persuni u entitajiet jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri fir-rigward tat-tfal (l-Artikolu 399 tal-Kodiċi Ċivili).

Meta t-tfal jitwieldu barra ż-żwieġ u jipi rikonoxxuti miż-żewġ ġenituri, l-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata in solidum minnhom jekk jgħixu fi sħubija domestika. Jekk il-ġenituri tat-tfal li twieldu barra ż-żwieġ ma jgħixux fi sħubija domestika, l-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata minn wieħed minnhom biss.

Id-divorzju kunsenswali tal-konjuġi jista' jsir minn nutar pubbliku anke jekk kien hemm tfal minuri li twieldu fiż-żwieġ, barra ż-żwieġ jew adottati, jekk il-konjuġi jaqblu fuq l-aspetti kollha dwar l-użu tal-kunjom wara d-divorzju, l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri miż-żewġ ġenituri, id-deċiżjoni dwar fejn se jgħixu t-tfal wara d-divorzju, kif se jiġi preservati r-rabtiet personali bejn il-ġenituri separati u t-tfal, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-ġenituri għall-ispejjeż tat-trobbija tat-tfal, l-edukazzjoni, l-istudji u t-taħriġ professjonali tagħhom. Jekk ir-rapport tal-inkjesta soċjali juri illi l-ftehim tal-konjuġi dwar l-eżerċizzju konġunt tal-awtorità tal-ġenituri jew dwar fejn se jgħixu t-tfal mhux fl-interessi tat-tfal, in-nutar pubbliku jiċħad l-applikazzjoni għad-divorzju u jiggwida lill-konjuġi biex imorru l-qorti.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ġenituri jistgħu jifthemu dwar l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri jew rigward il-miżuri li ttieħdu sabiex jiġu mħarsin it-tfal bil-kunsens tal-Qorti tat-Tutela, jekk ikun fl-aħjar interess tat-tfal (l-Artikolu 506 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-partijiet jistgħu jidhru f'kull ħin matul l-għoti tas-sentenza, anke mingħajr ma jkunu ġew imsejjħa, sabiex jitolbu sentenza li tirregola legalment il-ftehim tagħhom, billi jingħataw sentenza li tagħti l-approvazzjoni. Din is-sentenza hija finali u tiġi eżegwita.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Il-medjazzjoni mhix obbligatorja qabel ma l-partijiet imorru l-Qorti. Matul ir-riżoluzzjoni tal-proċess, l-awtoritajiet ġudizzjarji huma obbligati jinfurmaw lill-partijiet dwar il-possibiltajiet u l-vantaġġi tal-użu tal-medjazzjoni. Jekk il-medjazzjoni ma tirriżultax fi ftehim, il-kwistjonijiet konċernati jiġu riżolti l-Qorti.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Jekk il-Qorti tiddeċiedi illi l-awtorità tal-ġenituri għandha tiġi eżerċitata minn ġenitur minnhom biss, dak il-ġenitur jiddeċiedi waħdu dwar il-kwistjonijiet kollha marbuta mat-tfal. Il-ġenitur iżomm id-dritt li jħares kif qiegħdin jiġu mrobbija u edukati t-tfal, u d-dritt li jagħti l-kunsens tiegħu għall-adozzjoni.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Il-ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri in solidum. Fir-rigward ta' partijiet terzi in bona fide, jekk xi ħadd mill-ġenituri iwettaq att legali ordinarju waħdu fl-eżerċizzju tad-drittijiet parentali u twettiq tad-dmirijiet tal-ġenituri, huwa preżunt illi għandu l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Ir-rikorsi għall-protezzjoni tal-individwi fil-kompetenza tal-Qorti tat-Tutela u tal-Familja (il-Qorti Distrettwali jew, fejn xieraq, it-Tribunal speċjalizzat fi kwistjonijiet tal-minuri u tal-familji) jiġu riżolti mill-Qorti b'ġurisdizzjoni territorjali tal-post fejn hija domiċiljata jew għandha r-residenza tagħha l-persuna protetta (l-Artikolu 94 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) (Codul de Procedură Civilă)).

Il-qorti tal-post fejn huwa domiċiljat ir-rikorrent għandha kompetenza għat-talbiet dwar ir-rikonoxximent tal-filjazzjoni, filwaqt li l-Qorti li għandha ġuriżdizzjoni fil-post fejn huwa residenti r-rikorrent/kreditur għandha kompetenza għat-talbiet dwar l-obbligi ta' manteniment (inkluż il-benefiċċji tat-tfal mill-Istat).

Id-dokumenti li jridu jiġu mehmuża mar-rikors għaċ-ċitazzjoni huma l-kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri, il-kopja tal-karta tal-identità, il-kopja tas-sentenza ta' divorzju, il-ftehim ta' medjazzjoni (jekk ikun sar) u dokumenti oħra li jitqiesu utli sabiex jinqata' l-każ. It-talba hija eżenti mit-taxxa tal-boll.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-Qorti tista' tieħu miżuri provviżorji permezz ta' ordni mill-president tagħha matul il-proċess kollhu tad-divorzju (proċedura speċjali b'termini aktar qosra għar-riżoluzzjoni), dwar fejn se jgħixu t-tfal, l-obbligu tal-manteniment, dwar min se jiġbor il-benefiċċju għat-tfal (l-Artikolu 919 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

L-għajnuna legali tista' tinkiseb taħt l-Ordni ta' Emerġenza Nru 51/2008 (Ordonanța de Urgență nr. 51/2008) dwar l-għajnuna legali pubblikua fi kwistjonijiet ċivili, approvat bl-emendi mil-Liġi Nru 193/2008 (Legea nr. 193/2008), kif sussegwentement emendat.

L-għajnuna legali tista' tingħata separatament jew f'daqqa fil-forma ta' assistenza minn avukat; bil-ħlas għal espert, traduttur jew interpretu; bil-ħlas tat-tariffa tal-bailiff; għall-eżenzjonijiet, riduzzjonijiet, skedar mill-ġdid jew dewmien fil-ħlas tat-tariffi tal-Qorti.

Il-persuni li jibbenefikaw bis-sħiħ mill-għajnuna legali huma dawk li għandhom introjtu nett fix-xahar għal kull membru tal-familja inqas minn RON 300 fl-aħħar xahrejn qabel it-talba. Jekk l-introjtu huwa inqas minn RON 300, l-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż b'50%. Madankollu, il-kundizzjonijiet stabbiliti ma jwaqqfux lill-applikanti b'riżorsi li jaqbżu l-kwota milli jibbenefikaw mill-għajnuna legali jekk jistgħu juru illi ma jistgħux iħallsu l-ispejjeż legali minħabba d-differenza fl-istandards ta' għajxien tal-istat ta' domiċilju jew tar-residenza abitwali u tal-istat fejn qiegħda l-qorti.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Is-sentenza f'każijiet relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenuturi (kwistjonijiet anċillari għad-divorzju jew permezz ta' rotta diretta) hija suġġetta għal appell biss, fi żmien 30 jum mis-sentenza, jew għal stħarriġ ġudizzjarju biss, f'każ ta' sentenza għall-approvazzjoni li tikkonferma l-ftehim tal-Partijiet.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Jekk id-debitur ma jwettaqx dmiru volontarjament, il-kreditur irid jinnotifika lill-bailiff. Il-bailiff jitlob lill-qorti ta' eżekuzzjoni għall-approvazzjoni tagħha għall-eżekuzzjoni. Dan isir matul seduta bil-magħluq mingħajr ma jiġu msejjħa l-Partijiet.

Jekk it-talba għall-eżekuzzjoni tiġi awtorizzata, il-bailiff joħroġ mandat u jibgħat għall-ġenitur jew għal persuna li magħha qiegħdin it-tfal, biex jinnotifikaha bid-data li fiha għandha tidher mal-minuri sabiex il-minuri jmur mal-kreditur, jew biex tiġi ordnata tħalli lill-ġenitur l-ieħor jeżerċità d-dritt tiegħu għal relazzjonijiet personali mal-minuri.

Jekk id-debitur ma jwettaqx dmiru, il-bailiff jipproċedi b'eżekuzzjoni obbligatorja fil-preżenza ta' rappreżentant mid-Direttorat Ġenerali tal-Assistenza Soċjali u Protezzjoni tat-Tfal u, jekk ikun meħtieġ, fil-preżenza ta' psikologu u uffiċċjali tal-pulizija. Ħadd ma jista' jwettaq att ta' bullying fuq il-minuri jew jagħmillu pressjoni żejda biex iwettaq l-eżekuzzjoni.

Jekk id-debitur ma jwettaqx dmiru, il-piena deċiża mill-Qorti tibqa' fis-seħħ sakemm issir l-eżekuzzjoni, u l-bailiff jinnotifika lill-prosekutur biex jibda l-prosekuzzjoni.

Jekk il-minuri jirrifjuta, l-eżekutur jikkomunika r-rapport uffiċjali lir-rappreżentant mid-Direttorat Ġenerali tal-Assistenza Soċjali u Protezzjoni tat-Tfal, u l-qorti kompetenti tordna lill-minuri biex jattendi għal programm ta' terapija, li jintemm bir-rapport tal-psikologu. Jekk il-minuri jirrifjuta dan wara li jerġa jibda l-eżekuzzjoni obbligatorja, il-kreditur jista' jmur il-qorti biex jitlob li tingħata piena.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Għar-rikonoxximent ta' deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri, japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. It-talba trid tiġi indirizzata lit-Tribunal fid-domiċilju tal-intimat jew tar-residenza tiegħu fir-Rumanija. Jista' jsir appell mir-rikonoxximent quddiem il-Qorti tal-Appell b'ġuriżdizzjoni territorjali (Curtea de Apel), jew permezz ta' oppożizzjoni b'talba għal stħarriġ ġudizzjarju quddiem il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casație și Justiție).

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Sabiex jopponi r-rikonoxximent ta' deċiżjoni dwar l-awtorità tal-ġenituri, il-persuna interessata tista' tmur quddiem it-Tribunal tad-domiċilju tal-intimat jew tar-residenza tiegħu fir-Rumanija.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

L-Artikolu 2611 tal-Kodiċi Ċivili jgħid illi l-liġi applikabbli dwar l-awtorità tal-ġenituri u l-protezzjoni tat-tfal tiġi determinata skont il-Konvenzjoni dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-rigward tal-awtorità tal-ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, adottata fl-Aja fid-19 ta' Ottubru 1996, u rratifikata mil-Liġi Nru, 361/2007.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 16/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Slovenja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija relazzjoni legali rregolata mid-dritt tal-familja. Ir-relazzjonijiet jibdew meta titwieled tarbija jew meta tiġi ddeterminata l-paternità jew il-maternità. Fis-sistema legali tas-Slovenja, trabi li jitwieldu lil ġenituri mhux miżżewġa għandhom l-istess drittijiet u dmirijiet bħal dawk imwielda lil ġenituri miżżewġa. Il-leġiżlazzjoni tas-Slovenja adottat sistema ta’ “adozzjoni sħiħa”, li jfisser li t-tfal adottati jiġu trattati bl-istess mod bħat-tfal bioloġiċi.

Il-bażi ġuridika tinsab fl-Artikolu 54 tal-Kostituzzjoni tas-Slovenja (Ustava Republike Slovenije), li skontu l-ġenituri għandhom id-dritt u d-dmir tal-manteniment, l-edukazzjoni u t-trobbija ta’ wliedhom. Dan id-dritt u d-dmir jista’ jiġi revokat jew ristrett biss għal raġunijiet stabbiliti fil-liġi sabiex jitħarsu l-interessi tal-minuri. Minuri li jitwieldu lil ġenituri mhux miżżewġa għandhom l-istess drittijiet bħal dawk imwielda lil ġenituri miżżewġa.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija s-sett sħiħ ta’ jeddijiet u dmirijiet li għandhom il-ġenituri biex joħolqu l-kundizzjonijiet, sa fejn twassal l-abbiltà tagħhom, biex jaċċertaw l-iżvilupp komprensiv ta’ wliedhom. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija kondiviża bejn żewġ ġenituri. (L-Artikolu 6 tal-Kodiċi tal-Familja (Družinski zakonik))

Il-ġenituri jridu jissalvagwardjaw l-interessi ta’ wliedhom fl-attivitajiet kollha li jirrigwardaw lil uliedhom, u meta jrabbu lil uliedhom, jirrispettaw il-persuna, l-individwalità u d-dinjità tagħhom. Il-ġenituri jieħdu preċedenza fuq l-oħrajn kollha fir-rigward tal-kura ta’ wliedhom u l-eżerċitar tar-responsabbiltà biex jaħdmu fl-interessi ta’ wliedhom. Il-ġenituri jitqiesu li qed jaħdmu fl-interessi tal-wild tagħhom jekk, billi jitqiesu l-personalità, l-età, il-livell ta’ żvilupp u x-xewqat tal-wild b’mod partikolari, huma jissodisfaw il-bżonnijiet materjali, emozzjonali u psikosoċjali tal-wild tagħhom billi jaġixxu b’tali mod li juri l-kura u r-responsabbiltà tagħhom lejn il-wild, jagħtuhom gwida xierqa u jħeġġu l-iżvilupp tagħhom. (L-Artikolu 7 tal-Kodiċi tal-Familja)

Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà prinċipali u ndaqs għall-kura, it-trobbija u l-iżvilupp ta’ wliedhom. It-tħassib primarju tagħhom għandu jkun l-interess ta’ wliedhom, u l-istat għandu jassistihom fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom tal-ġenituri.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkorpora fiha l-jeddijiet u dmirijiet tal-ġenituri b’rabta mal-ħajja u s-saħħa, it-trobbija, il-protezzjoni, il-kura, is-superviżjoni u l-edukazzjoni ta’ wliedhom, u l-jeddijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom b’rabta mar-rappreżentanza u l-manteniment tal-ulied u l-ġestjoni tal-proprjetà ta’ wliedhom. Awtorità kompetenti tista’ tpoġġi restrizzjoni fuq ġenitur jew ieħor jew it-tnejn li huma fl-eżerċizzju tar-responsabbilità tal-ġenituri, jew tneħħi r-responsabbiltà tal-ġenituri mingħand ġenitur jew ieħor jew it-tnejn li huma, skont il-kundizzjonijiet stabbilit fil-Kodiċi tal-Familja.

Il-ġenituri jridu jipprovdu kura għall-ħajja u s-saħħa ta’ wliedhom, u jipproteġuhom, jindokrawhom, irabbuhom u jżommuhom taħt għajnejhom. Iridu jipprovdu lil uliedhom b’kundizzjonijiet għal trobbija b’saħħitha u żvilupp personali bbilanċjat, jgħinuhom jiżviluppaw il-kapaċità li jgħixu u jaħdmu b’mod indipendenti, imantnu lil uliedhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Familja u, sa fejn twassal l-abbiltà tagħhom, jiżguraw li uliedhom ikunu jistgħu jintbagħtu l-iskola u jingħataw edukazzjoni skont il-ħiliet, talenti u xewqat tagħhom. (L-Artikoli 135, 136 u 137 tal-Kodiċi tal-Familja)

L-ulied għandhom id-dritt li jkollhom kuntatt maż-żewġ ġenituri u ż-żewġ ġenituri għandhom id-dritt li jkollhom kuntatt ma’ wliedhom. (L-Artikolu 141 tal-Kodiċi tal-Familja)

Ir-responsabbiltà ġuridika tal-ġenituri fil-konfront ta’ wliedhom hija stipulata fl-Artikolu 142 tal-Kodiċi tal-Obbligazzjonijiet (Obligacijski zakonik). Il-ġenituri huma responsabbli għal dannu kkawżat lil parti terza minn wild taħt l-età ta’ seba’ snin, irrispettivament minn jekk ikunux responsabbli għad-dannu kkawżat. Il-ġenituri huma responsabbli għal dannu kkawżat lil parti terza minn wild minorenni li jkollu aktar minn seba’ snin, sakemm ma jkunux jistgħu jipprovaw li ma kinux responsabbli għad-dannu kkawżat.

L-Artikolu 145 tal-Kodiċi tal-Familja jirregola r-rappreżentanza ta’ wild fir-relazzjonijiet tal-wild mad-dinja ta’ hemm barra. Sakemm il-liġi ma tiddeterminax mod ieħor (pereżempju, jekk dawn ikunu tpoġġew f’foster care), wild huwa rrappreżentat mill-ġenituri tiegħu. Jekk ikun hemm bżonn li xi ħaġa titwassal lil wild minorenni jew li jiġi infurmat b’xi ħaġa, ġenitur jew ieħor jista’ jwassal dik il-ħaġa jew jirċievi dik l-informazzjoni. Jekk il-ġenituri ma jkunux jgħixu flimkien, dan isir mill-ġenitur li miegħu jgħix il-wild jew il-ġenitur innominat f’soluzzjoni bil-qorti jew f’deċiżjoni dwar il-kustodja konġunta skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi tal-Familja. (L-Artikolu 145 tal-Kodiċi tal-Familja)

Proprjetà ta’ wild hija ġestita mill-ġenituri tal-wild fl-interessi tal-wild. Il-ġenituri jistgħu jużaw l-introjtu mill-proprjetà tal-wild b’mod partikolari għall-manteniment, it-trobbija u l-edukazzjoni tal-wild, kif ukoll għall-bżonnijiet immedjati tal-familja jekk huma stess ma jkollhomx biżżejjed mezzi. (L-Artikoli 147 u 148 tal-Kodiċi tal-Familja)

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà prinċipali u ndaqs għall-kura, it-trobbija u l-iżvilupp ta’ wliedhom. It-tħassib primarju tagħhom għandu jkun l-interessi ta’ wliedhom. (L-Artikolu 135 tal-Kodiċi tal-Familja)

Il-ġenituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-ġenituri permezz ta’ kunsens komuni f’konformità mal-interessi ta’ wliedhom. Jekk, bejniethom, ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni, jassistihom ċentru tas-servizzi soċjali (center za socialno delo) biex jaslu għalih. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu wkoll jinvolvu s-servizzi ta’ medjatur. Meta l-ġenituri ma jkunux jgħixu flimkien u ma jkollhomx il-kustodja konġunta ta’ wliedhom, it-tnejn li huma jiddeċiedu, permezz ta’ kunsens komuni u skont mal-interessi ta’ wliedhom, dwar kwistjonijiet li jkollhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp ta’ wliedhom. Jekk, bejniethom, ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni, jassistihom ċentru tas-servizzi soċjali biex jaslu għalih. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu wkoll jinvolvu s-servizzi ta’ medjatur.

Il-ġenitur li jkollu kustodja tal-wild ikun dak li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet marbuta mal-ħajja ta’ kuljum tal-wild u dwar il-post ta’ residenza permanenti tiegħu, dment li dan ma jkollux effett avvers fuq kwistjonijiet li għandhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp tal-wild.

F’każijiet li fihom il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar kwistjonijiet li għandhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp tal-wild, tiddeċiedi qorti.

Meta jkun hemm impediment li ma jħallix li ġenitur minnhom jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri, din tiġi eżerċitata mill-ġenitur l-ieħor waħdu.

Jekk ġenitur minnhom ma jkunx għadu ħaj jew ma jkunx magħruf, jew jekk titneħħielhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri, dik ir-responsabbiltà tiġi eżerċitata mill-ġenitur l-ieħor. (L-Artikolu 151 tal-Kodiċi tal-Familja)

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Il-ġenituri jieħdu preċedenza fuq l-oħrajn kollha fir-rigward tad-dritt u d-dover li jipproteġu l-drittijiet u l-interessi ta’ wliedhom. Jekk il-ġenituri jonqsu milli jeżerċitaw dawn id-drittijiet jew milli jaqdu dawn id-doveri, jew jonqsu milli jagħmlu dan fl-interessi ta’ wliedhom, l-istat jieħu miżuri biex jipproteġi d-drittijiet u l-interessi tal-wild (minn hawn ’il quddiem: miżuri biex jiġu protetti l-interessi tal-wild). Jistgħu jittieħdu miżuri biex jiġu protetti l-interessi tal-wild sakemm il-wild jakkwiżixxi kapaċità sħiħa biex jintrabat b’kuntratt, sakemm il-Kodiċi tal-Familja ma tipprevedix mod ieħor. (L-Artikolu 154 tal-Kodiċi tal-Familja)

Qorti tista’ tieħu wild mingħand il-ġenituri tiegħu u tpoġġih fil-kustodja ta’ persuna oħra, fil-foster care jew f’istitut jekk il-wild ikun jinsab f’periklu u jekk it-tneħħija tkun l-uniku mod biex jiġu protetti biżżejjed l-interessi tiegħu, u jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ jindikaw li l-ġenituri se jkunu jistgħu, wara ċertu żmien, jerġgħu jassumu r-responsabbiltà tal-kura u t-trobbija tal-wild. (L-Artikolu 174 tal-Kodiċi tal-Familja)

Qorti tista’ tiddeċiedi wkoll li tpoġġi wild f’istitut jekk ikunu qed isofru minn problemi psikoloġiċi fl-għamla ta’ diffikultajiet fl-aġir, l-emozzjonijiet u t-tagħlim jew diffikultajiet oħra fl-iżvilupp tagħhom, jekk il-wild jew ulied oħra fil-familja jkunu jinsabu f’periklu, u jkun possibbli li jiġu protetti l-interessi tal-wild jew ta’ dawk l-ulied l-oħra fil-familja biss billi l-wild jintbagħat f’istitut. (L-Artikolu 175 tal-Kodiċi tal-Familja)

Il-kura ta’ wild tista’ tiġi pprovduta minn ġenitur adottiv. Wild jista’ jiġi adottat biss jekk il-ġenituri jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-adozzjoni f’ċentru tas-servizzi soċjali jew quddiem qorti wara t-twelid tal-wild. Għal wild li jkun għadu ma għalaqx tmien ġimgħat, il-kunsens irid jerġa’ jiġi kkonfermat wara li l-wild jagħlaq tmien ġimgħat. Jekk dan ma jsirx, ma jkollu l-ebda effett legali. Il-kunsens ma jintalabx minn ġenitur li r-responsabbiltà tal-ġenituri tiegħu tkun ġiet irtirata jew li b’mod permanenti ma jkollux il-kapaċità li jesprimi x-xewqat tiegħu. Ulied li l-ġenituri tagħhom mhumiex magħrufa jew li r-residenza tagħhom ma tkunx magħrufa għal sena wkoll jistgħu jiġu adottati. (L-Artikolu 218 tal-Kodiċi tal-Familja) L-adozzjoni tittermina d-drittijiet u d-doveri tal-ulied vis-à-vis l-ġenituri tagħhom u qraba oħra, u viċeversa. Jekk il-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba extrakonjugali ta’ wieħed mill-ġenituri tal-wild jadottaw il-wild, dawk id-drittijiet u d-doveri tal-wild vis-à-vis dak il-ġenitur u l-qraba tiegħu ma jiġux itterminati, u viċeversa. (L-Artikolu 220 tal-Kodiċi tal-Familja)

L-għoti tar-responsabbiltà tal-ġenituri lil qarib hija istituzzjoni ġdida li ġiet introdotta permezz tal-Kodiċi tal-Familja b’rabta mal-kura tal-wild. Din l-istituzzjoni hija disponibbli biss b’rabta ma wild li ma għandux ġenituri ħajjin. Jekk dan ikun fl-interessi tal-wild, il-qorti tista’ tagħti r-responsabbiltà tal-ġenituri lil qarib li jkun lest li jassumi r-responsabbiltà għall-wild u jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni stabbiliti fil-Kodiċi tal-Familja. Il-Kodiċi tal-Familja tistabbilixxi min għandu jitqies bħala qarib f’każijiet bħal dawn: persuna li tiġi mill-wild b’konsangwinità f’linja dritta sat-tieni grad jew f’linja kollaterali sar-raba’ grad. Il-persuna li tkun ingħatatilha r-responsabbiltà tal-ġenituri takkwiżixxi l-istess jeddijiet u doveri bħalma kieku kien ikollhom il-ġenituri tal-wild, u ssir ir-rappreżentant legali tal-wild. Il-persuna li tkun ingħatatilha r-responsabbiltà tal-ġenituri trid tmantni lill-wild. Fl-eventwalità li r-responsabbiltà tal-ġenituri tingħata lil żewġ qraba li huma miżżewġin jew f’relazzjoni extrakonjugali bejniethom, jew lil qarib u l-konjuġi tagħhom jew sieħeb/sieħba extrakonjugali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet, dik ir-responsabbiltà tingħata liż-żewġ sieħba u ma tistax tingħata lil wieħed biss. (L-Artikolu 231 tal-Kodiċi tal-Familja)

Il-qorti tappunta tutur għal wild li ma għandux ġenituri jew wild li l-ġenituri ma jipprovdulhomx kura u tpoġġi lill-wild taħt il-kura ta’ tutur. (L-Artikolu 257 tal-Kodiċi tal-Familja) Ċentru tas-servizzi soċjali jew qorti jappuntaw tutur speċjali (“ta’ sostituzzjoni”) (kolizijski skrbnik) għal wild meta l-ġenituri tal-wild jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri iżda l-interessi tagħhom ikunu f’kunflitt, jew meta, f’każ ta’ tutela, l-interessi tal-wild u tat-tutur tiegħu jkunu f’kunflitt. (L-Artikolu 269 tal-Kodiċi tal-Familja)

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Ġenituri li ma jgħixux flimkien jew li jkun beħsiebhom jisseparaw iridu jilħqu ftehim dwar il-kustodja tat-tfal li jkollhom flimkien, u dan jagħmluh fl-interessi ta’ dawk it-tfal. Jistgħu jaqblu li jżommu kustodja konġunta ta’ wliedhom, li jagħtu l-kustodja lil wieħed mill-ġenituri jew li jaqsmu lil uliedhom bejniethom. Jekk, bejniethom, ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni, jassistihom ċentru tas-servizzi soċjali biex jaslu għalih. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu wkoll jinvolvu s-servizzi ta’ medjatur. Jekk il-ġenituri jaslu għal ftehim dwar il-kustodja, jistgħu jipproponu li tiġi ffirmata soluzzjoni bil-qorti. Jekk il-qorti tistabbilixxi li l-ftehim ma jkunx fl-interess tat-tfal, tiċħad il-proposta. Jekk il-ġenituri ma jaslux għal ftehim dwar il-kustodja, il-kwistjoni tiġi deċiża mill-qorti. Il-qorti tista’ wkoll, ex officio u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Familja, tiddeċiedi dwar miżuri oħra biex jiġu salvagwardjati l-interessi tat-tfal. Meta tieħu deċiżjoni dwar il-kustodja, il-qorti wkoll dejjem tiddeċiedi dwar il-manteniment tat-tfal li l-ġenituri jkollhom flimkien u dwar il-kuntatt mal-ġenituri rispettivi, skont il-Kodiċi tal-Familja. Il-qorti toħroġ deċiżjoni ġdida dwar il-kustodja meta dan ikun meħtieġ minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi jew minħabba l-interessi tat-tfal. (L-Artikolu 138 tal-Kodiċi tal-Familja)

Meta qorti tannulla żwieġ, tiddeċiedi wkoll dwar il-kustodja u l-manteniment ta’ kull wild li l-ġenituri jkollhom flimkien u dwar il-kuntatt mal-ġenituri rispettivi, skont dan l-att. Qabel ma tagħmel hekk, trid tistabbilixxi wkoll kif l-aħjar li tiżgura l-interessi tal-wild jew tal-ulied. (L-Artikolu 98 tal-Kodiċi tal-Familja)

Meta l-ġenituri ma jkunux jgħixu flimkien u ma jkollhomx il-kustodja konġunta ta’ wliedhom, it-tnejn li huma jiddeċiedu, permezz ta’ kunsens komuni u f’konformità mal-interessi ta’ wliedhom, dwar kwistjonijiet li jkollhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp ta’ wliedhom. Jekk, bejniethom, ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni, jassistihom ċentru tas-servizzi soċjali biex jaslu għalih. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu wkoll jinvolvu s-servizzi ta’ medjatur. Il-ġenitur li jkollu kustodja tal-wild ikun dak li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet marbuta mal-ħajja ta’ kuljum tal-wild u dwar il-post ta’ residenza permanenti tiegħu, dment li dan ma jkollux effett avvers fuq kwistjonijiet li għandhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp tal-wild. (L-Artikolu 151 tal-Kodiċi tal-Familja)

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Ġenituri li ma jgħixux flimkien jew li jkun beħsiebhom jisseparaw iridu jilħqu ftehim dwar il-kustodja tat-tfal li jkollhom flimkien, u dan jagħmluh fl-interessi ta’ dawk it-tfal. Jistgħu jaqblu li jżommu kustodja konġunta ta’ wliedhom, li jagħtu l-kustodja lil wieħed mill-ġenituri jew li jaqsmu lil uliedhom bejniethom. Jekk, bejniethom, ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni, jassistihom ċentru tas-servizzi soċjali biex jaslu għalih. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu wkoll jinvolvu s-servizzi ta’ medjatur. Jekk il-ġenituri jaslu għal ftehim dwar il-kustodja, jistgħu jipproponu li tiġi ffirmata soluzzjoni bil-qorti. Jekk il-qorti tistabbilixxi li l-ftehim ma jkunx fl-interess tat-tfal, tiċħad il-proposta. Jekk il-ġenituri ma jaslux għal ftehim dwar il-kustodja, il-kwistjoni tiġi deċiża mill-qorti. (l-Artikolu 138 tal-Kodiċi tal-Familja) Soluzzjoni bil-qorti jew deċiżjoni tal-qorti dwar kustodja konġunta trid tkun tinkludi deċiżjoni dwar il-post ta’ residenza permanenti tal-wild, liema ġenitur se jkun qed iwassal kull korrispondenza għall-wild u dwar il-manteniment tal-wild. (L-Artikolu 139 tal-Kodiċi tal-Familja)

Ġenituri li ma jgħixux flimkien jew li jkun beħsiebhom jisseparaw, u ġenituri li jgħixu flimkien, jaslu għal ftehim dwar il-manteniment tat-tfal li jkollhom flimkien. Jekk, bejniethom, ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni, jassistihom ċentru tas-servizzi soċjali biex jaslu għalih. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu wkoll jinvolvu s-servizzi ta’ medjatur. Jekk il-ġenituri ma jaslux għal ftehim dwar il-manteniment tat-tfal li jkollhom flimkien, il-kwistjoni tiġi deċiża mill-qorti. (L-Artikolu 140 tal-Kodiċi tal-Familja)

It-tfal għandhom id-dritt li jkollhom kuntatt maż-żewġ ġenituri, u ż-żewġ ġenituri għandhom id-dritt li jkollhom kuntatt mat-tfal. Il-kuntatt irid jaċċerta li jiġu moqdija l-interessi tat-tfal. Il-ġenitur li miegħu jgħixu t-tfal jew li jkun ġie fdat bil-kustodja tagħhom, jew terza persuna li t-tfal jgħixu magħha, iridu jżommu lura minn kull aġir li jostakola jew ma jħallix lit-tfal milli jżommu kuntatt, u jridu jagħmlu ħilithom biex iħeġġu lit-tfal jadottaw attitudni xierqa fil-konfront tal-kuntatt mal-ġenitur l-ieħor jew mal-ġenituri tagħhom. Il-ġenitur li jkollu kuntatt mat-tfal irid iżomm lura minn kull aġir li jostakola l-kuntatt mat-tfal u l-kura u t-trobbija tagħhom. Ġenituri li ma jgħixux flimkien jew li jkun beħsiebhom jisseparaw għandhom jaslu għal ftehim dwar il-kuntatt. Jekk, bejniethom, ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni, jassistihom ċentru tas-servizzi soċjali biex jaslu għalih. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu wkoll jinvolvu s-servizzi ta’ medjatur. Jekk il-ġenituri jaslu għal ftehim dwar il-kustodja, jistgħu jipproponu li tiġi ffirmata soluzzjoni bil-qorti. Jekk il-qorti tistabbilixxi li l-ftehim ma jkunx fl-interess tat-tfal, tiċħad il-proposta. Jekk il-ġenituri ma jaslux għal ftehim dwar il-kuntatt, il-kwistjoni tiġi deċiża mill-qorti. (L-Artikolu 141 tal-Kodiċi tal-Familja)

It-tfal għandhom ukoll id-dritt għal kuntatt ma’ persuni oħra li jkunu membri tal-familja u li jkollhom rabta personali mill-qrib mat-tfal, sakemm dan ma jkunx kuntrarju għall-interessi tat-tfal. Tali persuni jitqiesu li huma, b’mod partikolari, in-nanniet tat-tfal, l-aħwa, l-aħwa mill-missier jew mill-omm, ġenituri foster preċedenti, u eks konjuġi jew il-konjuġi attwali jew is-sħab extrakonjugali ta’ wieħed mill-ġenituri. Il-ftehim dwar il-kuntatt għandu jintlaħaq mill-ġenituri tat-tfal, it-tfal (jekk ikunu kapaċi jifhmu l-importanza tal-ftehim) u l-persuni msemmija aktar ’il fuq. Jekk, bejniethom, ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni, jassistihom ċentru tas-servizzi soċjali biex jaslu għalih. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu wkoll jinvolvu s-servizzi ta’ medjatur. Il-limitu sa fejn għandu jinżamm il-kuntatt u l-mod ta’ kif għandu jinżamm iridu jkunu fl-interess tat-tfal. Jekk jintlaħaq ftehim dwar il-kuntatt, il-ġenituri, it-tfal u l-persuni msemmija aktar ’il fuq jistgħu jipproponu wkoll li tiġi ffirmata soluzzjoni bil-qorti. Jekk il-qorti tistabbilixxi li l-ftehim ma jkunx fl-interess tat-tfal, tiċħad il-proposta. Jekk il-ġenituri, it-tfal u l-persuni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, il-kuntatt jiġi deċiż mill-qorti. (L-Artikolu 142 tal-Kodiċi tal-Familja)

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Qabel ma jipproponu li l-qorti tiddeċiedi dwar il-kustodja u l-manteniment tat-tfal, dwar il-kuntatt magħhom jew ma’ persuni oħra, jew dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri li għandhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp tat-tfal, il-ġenituri jieħdu sehem fi proċess ta’ konsulenza preliminari f’ċentru tas-servizzi soċjali, sakemm wieħed mill-ġenituri ma jkunx mentalment inkompetenti, jew jekk wieħed mill-konjuġi jkun jgħix barra jew l-inħawi fejn ikun jinsab jew ir-residenza tiegħu ma jkunux magħrufa.

Jekk inkwistjoni jkun hemm il-kuntatt ma’ persuna oħra, dik il-persuna l-oħra u t-tfal (jekk it-tfal ikunu qed jirrikorru għall-kuntatt), iridu jattendu l-konsulenza qabel il-preżentata tal-proposta.

L-iskop tal-konsulenza preliminari huwa li l-ġenituri jew il-persuna l-oħra tinġibdilhom l-attenzjoni għar-rekwiżit tas-salvagwardja tal-interessi tat-tfal meta jiġu mifthiema r-relazzjonijiet mat-tfal, għall-impatt pożittiv li arranġament amikevoli tar-relazzjonijiet mat-tfal għandu fuq it-tfal, u għall-iskop tal-medjazzjoni.

Il-konsulenza trid issir qabel il-preżentata ta’ proposta għal deċiżjoni ġdida li tkun se tinħareġ dwar kwalunkwe kwistjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Il-ġenituri jew il-persuni msemmija aktar ’il fuq jattendu konsulenza preliminari mingħajr ir-rappreżentanti tagħhom. Bil-kunsens tal-ġenituri jew tal-persuni msemmija aktar ’il fuq, iċ-ċentru tas-servizzi soċjali jista’ jgħaddi għal proċedura ta’ medjazzjoni wara l-konsulenza preliminari. Dawn il-persuni jistgħu wkoll jieħdu sehem fi proċess ta’ medjazzjoni pprovdut minn ħaddieħor. (L-Artikolu 203 tal-Kodiċi tal-Familja)

Il-medjazzjoni tista’ ssir qabel, waqt jew wara l-proċedimenti tal-qorti, u tista’ tinkludi assistenza fis-soluzzjoni tar-relazzjonijiet personali u tal-proprjetà. Il-medjazzjoni ssir primarjament qabel ma jibdew il-proċedimenti tal-qorti bl-għan li tissawwar proposta għat-terminazzjoni ta’ żwieġ bi ftehim jew proposta għal soluzzjoni bil-qorti dwar il-kustodja, il-manteniment u l-kuntatt tat-tfal mal-ġenituri jew ma’ persuni oħra, jew kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri li għandhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp tat-tfal. Il-medjazzjoni waqt il-proċedimenti tal-qorti ssir skont il-liġi li tirregola s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Anki jekk il-partijiet jew il-parteċipanti fil-proċedimenti jkunu qablu li jirrikorru għall-medjazzjoni, il-qorti tista’ tirrifjuta r-rikors u ma tissospendix il-proċedimenti tal-qorti jekk, fil-proċedimenti li jinvolvu lit-tfal, jidhrilha li sospensjoni tal-proċedimenti ma tkunx fl-interessi tat-tfal. (L-Artikolu 205 tal-Kodiċi tal-Familja)

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Il-qorti tista’ tiddeċiedi li wieħed mill-ġenituri għandu jkollu l-kustodja tat-tfal kollha jew li t-tfal għandhom jinqasmu bejn il-ġenituri jew li ż-żewġ ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta tat-tfal. Il-qorti tista’ wkoll, ex officio u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Familja, tiddeċiedi dwar miżuri oħra biex jiġu salvagwardjati l-interessi tat-tfal. Meta tieħu deċiżjoni dwar il-kustodja, il-qorti wkoll dejjem tiddeċiedi dwar il-manteniment tat-tfal li l-ġenituri jkollhom flimkien u dwar il-kuntatt mal-ġenituri rispettivi, skont il-Kodiċi tal-Familja. Il-qorti toħroġ deċiżjoni ġdida dwar il-kustodja meta dan ikun meħtieġ minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi jew minħabba l-interessi tat-tfal. (L-Artikoli 138 u 139 tal-Kodiċi tal-Familja)

Il-qorti tiddeċiedi wkoll dwar il-manteniment tat-tfal u dwar il-kuntatt. (L-Artikoli 105a, 106 u 106a tal-Att dwar iż-Żwiġijiet u r-Relazzjonijiet Familjali (Zakon o zakonski zvezi in družinskih razmerjih))

Biex tasal għal deċiżjoni dwar il-kuntatt, it-tħassib primarju tal-qorti jkun l-interessi tal-wild. Jekk il-ġenitur li miegħu jgħixu t-tfal ma jħallix li jsir kuntatt bejn it-tfal u l-ġenitur l-ieħor u lanqas ma jitħalla jsir kuntatt mal-assistenza speċjalizzata ta’ ċentru tas-servizzi soċjali, il-qorti tista’ tiddeċiedi, abbażi ta’ proposta mill-ġenitur l-ieħor, li tneħħi l-kustodja mingħand il-ġenitur li mhux qed iħalli l-kuntatt isir u taffida l-kustodja tat-tfal lill-ġenitur l-ieħor, jekk il-qorti temmen li l-ġenitur l-ieħor se jara li jsir kuntatt u jekk dan ikun l-uniku mod li bih jistgħu jiġu salvagwardjati l-interessi tat-tfal. Il-qorti toħroġ deċiżjoni ġdida dwar il-kuntatt tal-ġenituri meta dan ikun meħtieġ minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi u l-interessi tat-tfal. (L-Artikolu 141 tal-Kodiċi tal-Familja) Il-qorti tista’ tneħħi jew tirrestrinġi d-dritt għall-kuntatt bħala parti minn miżuri biex tissalvagwardja l-interessi tat-tfal. (L-Artikolu 173 tal-Kodiċi tal-Familja)

Meta tiġi biex tiddeċiedi dwar il-kustodja u l-manteniment tat-tfal, il-kuntatt, l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-għoti tar-responsabbiltà tal-ġenituri lil qarib, il-qorti tqis ukoll l-opinjoni tat-tfal kif espress mit-tfal stess jew minn persuna fdata mit-tfal u li tkun intgħażlet mit-tfal stess, dment li t-tfal ikunu kapaċi jifhmu s-sinifikat u l-konsegwenzi tal-opinjoni. B’rabta mal-interessi tat-tfal, il-qorti tqis il-parir taċ-ċentru tas-servizzi soċjali, meta tali parir jinkiseb f’konformità mal-att li jirregola l-proċedura ċivili mhux kontenzjuża. (L-Artikolu 143 tal-Kodiċi tal-Familja)

Meta tikkalkula l-manteniment dovut lit-tfal, il-qorti trid taġixxi fl-interessi tat-tfal, u tistabbilixxi livell li jkun adegwat biex taċċerta l-iżvilupp fiżiku u mentali b’suċċess tat-tfal. Il-manteniment irid ikopri l-ispejjeż tal-għajxien tat-tfal, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni, l-ikel, l-ilbies u ż-żraben, il-kura u l-protezzjoni, l-edukazzjoni, l-iskola, ir-rikreazzjoni, id-divertiment u bżonnijiet speċifiċi oħra. (L-Artikolu 190 tal-Kodiċi tal-Familja)

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Meta l-ġenituri ma jkunux jgħixu flimkien u ma jkollhomx il-kustodja konġunta ta’ wliedhom, it-tnejn li huma jiddeċiedu, permezz ta’ kunsens komuni u skont mal-interessi ta’ wliedhom, dwar kwistjonijiet li jkollhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp ta’ wliedhom. Jekk, bejniethom, ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar il-kwistjoni, jassistihom ċentru tas-servizzi soċjali biex jaslu għalih. Jekk ikunu jixtiequ, jistgħu wkoll jinvolvu s-servizzi ta’ medjatur. Il-ġenitur li jkollu kustodja tal-wild ikun dak li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet marbuta mal-ħajja ta’ kuljum tal-wild u dwar il-post ta’ residenza permanenti tiegħu, dment li dan ma jkollux effett avvers fuq kwistjonijiet li għandhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp tal-wild. F’każijiet li fihom il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim dwar kwistjonijiet li għandhom influwenza sinifikattiva fuq l-iżvilupp tal-wild, tiddeċiedi qorti. (L-Artikolu 151 tal-Kodiċi tal-Familja)

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Dan ifisser li ż-żewġ ġenituri huma responsabbli ndaqs għat-trobbija u l-iżvilupp tat-tfal, u li t-tnejn iridu jkomplu jieħdu ħsieb lit-tfal.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Il-qrati distrettwali (okrožna sodišča) huma l-qrati b’ġuriżdizzjoni ratione materiae f’tali każijiet. (L-Artikolu 10 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża (Zakon o nepravdnem postopku))

Ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali tkun tal-qorti li tkopri ż-żona li fiha l-persuna li kontriha tkun tressqet il-proposta jkollha residenza permanenti jew il-post ta’ stabbiliment tagħha. Meta qorti tagħti bidu għal proċedura ex officio, il-ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali tkun tal-qorti li tkopri ż-żona li fiha l-persuna li dwarha tkun qed issir il-proċedura jkollha residenza permanenti. Jekk fil-proċedura jkunu qed hemm biss parti waħda parteċipi, il-ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali tkun tal-qorti li tkopri ż-żona li fiha l-parti parteċipi jkollha residenza permanenti jew il-post ta’ stabbiliment tagħha. Jekk il-parti parteċipi ma jkollhiex residenza permanenti fis-Slovenja, il-ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali tiġi ddeterminata skont il-post ta’ residenza temporanja tagħha. Jekk apparti r-residenza permanenti tagħha, ikollha wkoll residenza temporanja band’oħra u jkun jista’ jiġi preżunt, minħabba ċ-ċirkostanzi, li se tibqa’ tgħix hemmhekk għal perjodu estiż ta’ żmien, il-qorti li tkopri ż-żona ta’ residenza temporanja tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali. Jekk qorti fis-Slovenja jkollha l-kompetenza li tiddeċiedi u ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit liema qorti fis-Slovenja għandha l-ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali, il-qorti b’ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali tiġi ddeterminata mill-Qorti Suprema tas-Slovenja (Vrhovno sodišče Republike Slovenije). (L-Artikolu 11 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża)

Jekk f’tilwima dwar il-manteniment legali, l-attur ikun il-persuna li qed titlob il-manteniment, il-qorti li tkopri ż-żona ta’ residenza permanenti jew temporanja tal-attur ikollha l-ġuriżdizzjoni, apparti l-qorti ta’ ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali. Jekk f’tilwima dwar il-manteniment legali, l-attur ikun il-persuna li qed titlob il-manteniment, il-qorti li tkopri ż-żona ta’ residenza permanenti jew temporanja tal-attur ikollha l-ġuriżdizzjoni, apparti l-qorti ta’ ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali. (L-Artikolu 50 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku))

Dment li l-liġi ma tipprevedix mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili jiġu applikati b’analoġija għall-proċedimenti ċivili mhux kontenzjużi.

Proposta fi proċedimenti ċivili mhux kontenzjużi jrid ikun fiha deskrizzjoni tar-relazzjoni jew tas-sitwazzjoni li l-qorti għandha tiddeċiedi dwarha, il-fatti rilevanti għad-deċiżjoni u l-evidenza ta’ dawn il-fatti, id-dettalji l-oħra li kull rikors irid ikollu, u d-dettalji li jidentifikaw lill-partijiet, kif stipulat għall-kawżi tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili. (L-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża)

Il-partijiet fil-proċedura u parteċipanti oħra fil-proċedura jridu jressqu kawżi, jippreżentaw appelli jew rikorsi oħra bil-lingwa Slovena jew bil-lingwa tal-komunità nazzjonali f’użu uffiċjali fil-qorti. (L-Artikolu 104 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili) Kawża trid tinkludi talba speċifika li tistipula s-suġġett prinċipali tal-każ u t-talbiet supplimentari, il-fatti abbażi ta’ liema tkun ibbażata t-talba tal-attur, il-provi li jissostanzjaw dawk il-fatti, l-informazzjoni l-oħra kollha li għandu jkollha kull kawża, u d-dettalji li jidentifikaw lill-partijiet, kif stipulat mill-Att dwar il-Proċedura Ċivili. (L-Artikolu 180 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).

Dment li l-liġi ma tipprevedix mod ieħor, it-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu meta titressaq proposta biex jingħata bidu għal proċedura. (L-Artikolu 39 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża)

Skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili, rikors huwa azzjoni legali, reazzjoni għal azzjoni legali, rimedju legali u argumenti, proposti jew komunikazzjonijiet oħra mressqa barra mill-kuntest tal-proċedimenti. Ir-rikors iridu jkunu komprensibbli u jinkludu dak kollu meħtieġ għal smigħ ġudizzjarju. B’mod partikolari, iridu jinkludu dan li ġej: referenza għall-qorti, l-ismijiet u l-postijiet ta’ residenza permanenti jew temporanja jew il-post ta; stabbiliment tal-partijiet, l-ismijiet tar-rappreżentanti legali jew tal-persuni bi prokura tagħhom, is-suġġett tat-tilwima u l-kontenut tal-argument.

Ir-rikorrent irid jiffirma r-rikors, ħlief jekk dan ma jkunx jista’ jsir minħabba l-għamla tar-rikors. Il-firma oriġinali tar-rikorrent titqies li tkun il-firma bl-idejn jew il-firma elettronika (li hija ekwivalenti għal firma bl-idejn) tiegħu. Jekk rikorrent ma jkunx jaf jikteb jew ma jkunx jista’’ jipprovdi firma, fir-rikors jipprovdi marka tas-swaba’ minflok firma. Jekk il-qorti tpoġġi f’dubju l-awtentiċità ta’ rikors, tista’ toħroġ deċiżjoni li biha tordna li fir-rikors tiġi pprovduta firma ċċertifikata. Din id-deċiżjoni ma tistax tiġi appellata. Jekk l-argument jinkludi talba, il-parti trid, fir-rikors, tiddikjara l-fatti li fuqhom jibbaża r-rikors, u fejn ikun meħtieġ, l-evidenza. (L-Artikolu 105 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili)

Rikors huwa rikors bil-miktub f’għamla fiżika jew elettronika. Rikors bil-miktub huwa rikors li jkun inkiteb bl-idejn jew stampat u ffirmat bl-idejn mir-rikorrent stess (rikors f’għamla fiżika) jew rikors f’għamla elettronika li jkun ġie ffirmat permezz ta’ firma elettronika, li hija ekwivalenti għal firma bl-idejn (rikors f’għamla elettronika). Rikors f’għamla fiżika jintbagħat bil-posta, bl-użu ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni, jitwassal direttament lill-korp ikkonċernat jew jitwassal minn persuna mqabbda professjonalment biex tippreżenta r-rikorsi. Rikors f’għamla elettronika jiġi ppreżentat fis-sistema informatika ġudizzjarja. Is-sistema informatika ġudizzjarja tikkonferma awtomatikament lir-rikorrent li r-rikors ikun ġie riċevut. Rikors jista’ jitressaq ukoll bil-formula preskritta jew imħejjija mod ieħor. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti oħra, formoli ppreżentati f’għamla elettronika jridu jkunu tale quale fil-kontenut għall-formoli preskritti għar-rikorsi ppreżentati f’għamla fiżika. (L-Artikolu 105b tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili)

Jekk l-argument jinkludi talba, il-parti trid, fir-rikors, tiddikjara l-fatti li fuqhom jibbaża r-rikors, u fejn ikun meħtieġ, l-evidenza.

Ir-rikorsi li jridu jitwasslu lill-parti opposta jridu jiġu ppreżentati lill-qorti fl-għadd ta’ kopji rikjest mill-qorti u mill-parti opposta, u f’għamla li tippermetti li l-qorti tkun tista’ twassalhom. Dan japplika wkoll għad-dokumenti mehmużin. Ir-rikors u d-dokumenti mehmużin li jintbagħtu b’mod elettroniku u li jridu jintbagħtu lill-parti opposta jintbagħtu fl-għamla ta’ kopja waħda. Il-qorti tagħmel biżżejjed kopji elettroniċi jew fotokopji daqs kemm tkun teħtieġ il-parti opposta. Jekk il-parti opposta tkun tikkomprendi aktar minn persuna waħda b’rappreżentant legali konġunt jew prokuratur, ir-rikorsi u l-allegati jitwasslu lill-persuni kollha flimkien f’kopja waħda. (L-Artikolu 106 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża)

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-qorti tiddeċiedi dwar kwistjonijiet ta’ status personali u relazzjonijiet familjali fi proċedimenti ċivili mhux kontenzjużi. (Il-Kapitolu X tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża)

Kwistjonijiet ġudizzjarji skont il-Kodiċi tal-Familja li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, l-adozzjoni, it-trasferiment tar-responsabbiltà tal-ġenituri lill-qraba, il-foster care u t-tutela jiġu riżolti bħala kwistjonijiet prijoritarji. Fil-każijiet li fihom il-Kodiċi tal-Familja tiddefinixxi qorti bħala li jkollha l-kompetenza li tiddeċiedi fuq kwistjonijiet skont il-Kodiċi, huma l-qrati distrettwali li għandhom il-ġuriżdizzjoni ratione materiae biex jiddeċiedu fil-Prim’Istanza, sakemm liġi oħra ma tipprevedix mod ieħor. (L-Artikolu 14 tal-Kodiċi tal-Familja)

Il-qorti distrettwali tiddeċiedi bi proċedura ċivili, sakemm il-liġi ma tkunx tistipula li għandha tagħmel dan bi proċedura mhux kontenzjuża. Il-qrati jirrisolvu l-kwistjonijiet irregolati mill-Att dwar iż-Żwiġijiet u r-Relazzjonijiet Familjali bħala kwistjoni prijoritarja. (L-Artikolu 10a tal-Att dwar iż-Żwiġijiet u r-Relazzjonijiet Familjali)

Il-Kodiċi tal-Familja jipprevedi li l-qorti għandha toħroġ mandat ta’ inibizzjoni temporanja fil-proċedimenti sabiex tissalvagwardja l-interessi tat-tfal jekk jiġi ppruvat li hemm probabbiltà ta’ theddida għall-interessi tat-tfal. (L-Artikolu 161 tal-Kodiċi tal-Familja)

Skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża, mandati ta’ inibizzjoni temporanja biex jiġu salvagwardjati l-interessi tat-tfal skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kodiċi tal-Familja jinħarġu skont il-proċedura stipulata fil-liġi li tirregola l-garanzija tat-talbiet.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Iva, tista’ tinkiseb għajnuna legali biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedura. L-imħallef tal-qrati distrettwali li jippresjedi jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna legali. (L-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali (Zakon o brezplačni pravni pomoči))

Skont dan l-Att, tista’ tingħata għajnuna legali għall-pariri legali, konsulenza legali u servizzi legali oħra previsti mil-liġi, għall-forom kollha ta’ protezzjoni ġudizzjarja quddiem il-qrati kollha b’ġuriżdizzjoni ġenerali u l-qrati speċjalizzati fis-Slovenja, quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja (Ustavno sodišče Republike Slovenije) u quddiem l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u l-persuni fis-Slovenja kompetenti biex jiddeċiedu dwar is-soluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim, u għar-rinunzja tal-ħlas tal-ispejjeż ta’ proċedura ġudizzjarja. (L-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali)

Dawk intitolati għall-għajnuna legali skont dan l-att huma: 1. iċ-ċittadini tas-Slovenja; 2. ċittadini barranin b’residenza permanenti jew temporanja fis-Slovenja u persuni mingħajr ċittadinanza (persuni mingħajr Stat) b’residenza legali fis-Slovenja; 3. ċittadini barranin oħra skont il-kundizzjonijiet tar-reċiproċità jew skont kundizzjonijiet u f’każijiet definiti fi trattati internazzjonali vinkolanti għas-Slovenja; 4. organizzazzjonijiet nongovernattivi u assoċjazzjonijiet li joperaw mingħajr skop ta’ qligħ u fl-interess pubbliku, u li huma rreġistrati fir-reġistru korrispondenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, f’tilwimiet relatati mat-twettiq tal-attivitajiet fl-interess pubbliku jew bl-intenzjoni li jkunu ġew stabbiliti għaliha; 5. persuni oħra li għalihom il-liġi jew trattat internazzjonali vinkolanti għas-Slovenja jippreskrivi intitolament għall-għajnuna legali. (L-Artikolu 10 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali)

Persuna intitolata għall-għajnuna legali tista’ titlob għajnuna legali matul kwalunkwe stadju tal-proċedimenti (pereż. fil-bidu ta’ proċedura extraġudizzjarja jew ġudizzjarja, u fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti li jkunu diġà nbdew). Fid-deċiżjonjiet dwar it-talbiet għall-allokazzjoni tal-għajnuna legali, jiġi ddeterminat l-istatus finanzjarju tar-rikorrent, kif ukoll kundizzjonijiet oħra stipulati f’ dan l-Att (għajnuna legali ordinarja). (L-Artikolu 11 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali)

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva, il-kompetenza li tiddeċiedi dwar appelli minn deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li tkun ittieħdet minn qorti distrettwali hija ta’ qorti superjuri (višje sodišče). (L-Artikolu 36 tal-Att dwar il-Proċedura Mhux Kontenzjuża) Appell jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tat is-sentenza tal-Prim’Istanza, f’biżżejjed kopji għall-qorti u għall-parti opposta. (L-Artikolu 342 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili)

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni huma stipulati fl-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Garanzija tat-Talbiet (Zakon o izvršbi in zavarovanju). Sakemm il-qorti ma tistipulax mod ieħor, il-qorti lokali (okrajno sodišče) ikollha ġuriżdizzjoni ratione materiae biex tippermetti l-eżekuzzjoni. (L-Artikolu 5 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Garanzija tat-Talbiet)

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali biex tiddeċiedi dwar proposta għal eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja dwar il-kustodja ta’ minuri u għall-eżekuzzjoni nnifisha hija l-qorti li tkopri ż-żona tar-residenza permanenti jew temporanja tal-persuna li tkun ingħatat il-kustodja jew il-qorti li tkopri ż-żona tar-residenza permanenti jew temporanja tal-persuna li kontriha tkun tressqet il-proposta għall-eżekuzzjoni. Il-qorti li tkopri ż-żona li fiha jkunu jinsabu t-tfal hija wkoll il-qorti b’ġuriżdizzjoni ratione loci ġenerali fuq l-eżekuzzjoni diretta (l-Artikolu 238e). (L-Artikolu 238a tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Garanzija tat-Talbiet)

Taħt ordni ta’ eżekuzzjoni, l-obbligu ta’ konsenja ta’ minuri jkun impost fuq il-persuna kkonċernata mill-istrument ta’ eżekuzzjoni, il-persuna li mir-rieda tagħha tkun tiddependi l-konsenja tal-minuri u l-persuna ma’ min ikunu l-minuri fil-mument li tinħareġ l-ordni. Fl-ordni ta’ eżekuzzjoni, il-qorti tiddikjara li d-dover ta’ konsenja tal-minuri huwa wkoll effettiv fil-konfront ta’ kull persuna oħra ma’ min ikunu l-minuri fil-mument li sseħħ l-eżekuzzjoni. (L-Artikolu 238c tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Garanzija tat-Talbiet)

Filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ u sabiex tħares l-interessi tat-tfal, il-qorti tiddeċiedi jekk teżegwix id-deċiżjoni dwar il-kustodja tat-tfal billi timponi multa fuq il-persuna kkonċernata mill-ordni ta’ eżekuzzjoni jew billi tneħħi lit-tfal u tikkonsenjahom lill-persuna li tkun ingħatatilha l-kustodja tagħhom. (L-Artikolu 238č tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Garanzija tat-Talbiet)

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Deċiżjoni tal-qorti dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija rikonoxxuta u eżegwita f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003. Il-qorti tapplika proċedura mhux kontenzjuża skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Il-qrati distrettwali kollha għandhom il-kompetenza li jamministraw talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità.

Il-qorti li tkun iddikjarat deċiżjoni ġudizzjarja bħala eżegwibbli tkun il-qorti bil-kompetenza li tamministra rimedju legali kontra deċiżjoni ġudizzjarja li tiddikjara l-eżegwibilità.

Il-qorti tapplika proċedura mhux kontenzjuża skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża.

Lista tal-Qrati Distrettwali PDF(244 Kb)sl PDF(244 Kb)sl

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Skont l-Att dwar il-Proċedura u d-Dritt Internazzjonali Privat (Zakon o mednarodnem zasebnem pravu in postopku), ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal jiġu vvalutati skont il-liġi tal-pajjiż tan-nazzjonalità tagħhom. Jekk il-ġenituri u t-tfal ikollhom nazzjonalità ta’ pajjiżi differenti, tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż li fih ilkoll ikollhom ir-residenza permanenti. Jekk il-ġenituri u t-tfal ikollhom nazzjonalità ta’ pajjiżi differenti u ma jkollhomx residenza permanenti fl-istess pajjiż, tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż tan-nazzjonalità tat-tfal. (L-Artikolu 42)

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 11/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Slovakkja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Skont l-Att dwar il-Familja tas-Slovenja (l-Att Nru 36/2005 dwar il-familja u t-tibdil u l-emendi f’ċerti atti) u l-ġurisprudenza, ir-responsabbiltà tal-ġenituri (jiġifieri d-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri- il-kustodja) tinkludi, b’mod partikolari, il-kura tat-tfal, il-manteniment, ir-rappreżentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-propjetà tat-tfal.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Iż-żewġ ġenituri flimkien jaqsmu d-drittijiet u l-obbligi ta’ ġenituri lejn it-tfal, irrispettivament mill-fatt li t-tfal twieldu fi jew barra ż-żwieġ, jew jekk il-ġenituri jgħixux flimkien jew le (huma miżżewwġin, separati jew divorzjati).

Ġenitur jista’ jiġi mċaħħad mid-drittijiet u l-obbligi tiegħu (jew jiġu ristretti) mill-qorti f’ċirkostanzi serji, kif previsti fl-Artikolu 38(4) tal-Att dwar il-Familja.

Il-qorti tista’ tirrikonoxxi d-drittijiet u l-obblig tal-ġenitur minuri wara li jagħlaq 16-il sena għall-kura personali tat-tfal minuri tiegħu, suġġett għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 29 tal-Att dwar il-Familja.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Iva. Jekk iż-żewġ ġenituri ta’ tfal minuri ma jkollhomx kapaċità ġuridika, l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom ġew sospiżi, jew ġew miċħuda mid-drittijiet u l-obbligi tagħhom, jew huma mejta, il-qorti trid taħtar tutur sabiex irabbi lit-tfal, jirrapreżentahom u jamministra l-propjetà tagħhom.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Il-qorti trid tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni u l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri (anke meta’ ż-żewġ ġenituri jkomplu jeżerċitawhom flimkien) jew tista’ tapprova ftehim li jkun sar bejniethom.

Skont l-Artikolu 36(1) tal-Att dwar il-Familja “il-ġenituri ta’ tfal minuri li jgħixu separatament jistgħu jaqblu dwar arranġament għall-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom f’kull ħin. Jekk il-ġenituri ma jilħqux ftehim, il-qorti tista’ tiddeċiedi kif għandhom jeżerċitaw dawn id-drittijiet u obbligi, anke jekk ma jkunx sar rikors għal dan il-għan; b’mod partikolari il-qorti trid tiddeċiedi liem ġenitur se jingħata l-kustodja (osobná starostlivosť – il-kura personali) tat-tfal minuri. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 24, 25 u 26 japplikaw mutatis mutandis

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Ftehim bejn il-ġenituri dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom jrid jiġi approvat mill-qorti.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Riżoluzzjoni barra l-qorti tat-tilwim hija possibbli permezz tal-medjazzjoni skont l-Att Nru 420/2004 dwar il-medjazzjoni. Dan l-Att japplika wkoll għal tilwim ġej minn relazzjonijiet regolati mil-liġi tal-familja. Il-medjazzjoni hija proċedura li ssir barra l-qorti li fiha l-partijiet konċernati jkollhom l-assistenza ta’ medjatur biex isolvu tilwim li ġej mir-relazzjoni kuntrattwali jew legali oħra ta’ bejniethom. Kull ftehim milħuq permezz tal-medjazzjoni jrid isir bil-miktub u huwa vinkolanti fuq il-partijiet li ħadu sehem fil-proċedura.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Il-qorti tista’, fil-prinċipju, tiddeċiedi dwar kollox ħlief li tagħti l-kustodja esklussiva (kura personali) tat-tfal lil ġenitur wieħed. Jekk ġenitur jiġi mċaħħad mid-drittijiet u l-obbligi, f’dak il-każ biss jista’ l-ġenitur l-ieħor jingħata l-kustodja esklussiva tat-tfal. Fil-prattika, madankollu, il-qorti tiddeċiedi liema ġenitur se jingħata l-kura personali tat-tfal, u min se jirrapreżentahom u jamministra l-propjetà tagħhom. Il-qorti tista’ tiddeċiedi wkoll kif il-ġenitur li ma ngħatax il-kustodja esklussiva tat-tfal għandu jikkontribwixxi għall-manteniment tat-fal jew tapprova l-ftehim tal-ġenituri dwar il-ħlas tal-manteniment.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

It-terminu “ir-responsabbiltà tal-ġenituri” ma jistax jiġi tradott sew fil-kuntest tal-liġi tal-familja tas-Slovakkja. Il-liġi tal-familja tas-Slovakkja tirrikonoxxi t-terminu “id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri”, li dejjem jinqasmu bejn il-ġenituri (għalhekk qatt ma jista’ jkun hemm “kustodja esklussiva” sakemm il-ġenitur l-ieħor ma jkunx mejjet, ma jkollux kapaċità ġuridika jew ikun ġie mċaħħad mid-drittijiet u l-obbligi ta’ ġenitur tiegħu). Trid issir distinzjoni bejn dawn il-każijiet u l-għoti tal-“kura personali” tat-tfal lil xi ħaddieħor. Jekk il-kura personali tat-tfal tingħata lil wieħed mill-ġenituri, dak il-ġenitur jista’ jieħu deċiżjonijiet fuq il-kwistjonijiet ta’ rutina kollha marbuta mal-ħajja ta’ kuljum tat-tfal mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor; iżda l-kwistjonijiet l-importanti marbuta mal-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi (l-amministrazzjoni tal-propjetà tat-tfal, li t-tfal jittieħdu barra l-pajjiż, iċ-ċittadinanza, l-għoti tal-kunsens għall-kura tas-saħħa li qiegħda tingħata, it-tħejjija għal xogħol fil-futur) jeħtieġu l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. Jekk il-ġenituri ma jistgħux jilħqu ftehim dwar xi deċiżjoni, il-qorti tiddeċiedi fuq talba ta’ wieħed minnhom.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Il-qorti tista’ tagħti l-kura personali liż-żewġ ġenituri fuq bażi alternanti (jiġifieri l-kustodja konġunta) jekk it-tnejn ikunu kapaċi jrabbu t-tfal u juru interess fil-kura personali tat-tfal, u jekk dan l-arranġament huwa fl-interessi tat-tfal sabiex il-bżonnijiet tagħhom jiġu moqdija aħjar. Jekk tal-inqas wieħed mill-ġenituri jaqbel li l-kura personali tat-tfal tinqasam bejniethom it-tnejn, il-qorti trid tqis jekk dan l-arranġament huwiex fl-interessi tat-tfal.

Ara t-tweġibiet preċedenti, b’mod partikolari t-tweġiba għad-domanda 8.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Il-Qorti Distrettwali li fid-distrett tagħha jgħixu t-tfal minuri hija l-qorti kompetenti li quddiemha jistgħu jsiru r-rikorsi dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri. Ma jridu jitħarsu l-ebda formalitajiet u mhemmx għalfejn jiġu mehmuża l-ebda dokumenti, għaliex din il-proċedura tista’ ssir mill-qorti ex officio. Is-sottomissjoni tad-dokumenti tiddependi mill-kontentut tar-rikors; normalment ikun jinħtieġ iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tfal.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Tapplika proċedura aktar sempliċi u inqas formali. Hemm il-possibiltà ta’ ordni provviżorju, li jieħu l-forma ta’ proċedura b’urġenza.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Il-proċedimenti kollha għall-arranġamenti tad-drittjiet u l-obbligi tal-ġenituri jsiru mingħajr ħlas tat-tariffi tal-qorti. Is-sistema tal-għajnuna legali fis-Slovakkja attwalment hija limitata għall-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti u l-għoti ta’ rappreżentant mingħajr ħlas. Ftit huma dawk li jagħżlu li jiġu rappreżentati minn avukat, minħabba n-natura mhux kontenzjuża tal-proċedimenti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri. Madankollum, jekk persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi għall-eżenzjoni personali mit-tariffi tal-qorti, il-qorti tista’, fis-diskrezzjoni tagħha, tipprovdilha rappreżentant mingħajr ħlas, inkluż avukat, jekk hija tqis illi r-rappreżentazzjoni hija meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi tagħha.

Il-qorti tirreferi lill-partijiet li jitolbu avukat u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mit-tariffi tal-qorti liċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali. Il-qorti tagħti parir lill-partijiet dwar din il-possibiltà. Il-qorti tista’ teżenti bis-sħiħ jew parzjalment lil parti mit-tariffi tal-qorti jekk dan ikun ġustifikat miċ-ċirkostanzi tagħha u fejn din id-deċiżjoni ma tkunx eżerċizzju arbitrarju jew mingħajr tama ta’ suċċess jew ostakular tal-ġustizzja. Sakemm il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor, l-eżenzjoni tapplika għall-proċedimenti kollha u għandha effett retroattiv. Madankollu, it-tariffi mħallsa qabel l-għoti ta’ deċiżjoni dwar l-eżenzjoni ma jiġux rifużi.

Iċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali jipprovdi s-sistema ta’ sigurtà u għajnuna legali għall-persuna fiżiċi li ma jistgħux jagħmlu użu mis-servizzi legali sabiex jeżerċitaw u jipproteġu d-drittijiet tagħhom minħabba ċ-ċirkostanzi ekonomiċi tagħhom. Il-wesgħa tal-għajnuna legali mogħtija hija regolata mill-Att Nru 327/2005 dwar l-għoti ta’ għajnuna legali lil persuni f’ċirkostanzi ekonomiċi ħżiena.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva, jista’ jsir appell minn deċiżjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’kawżi rigawrd minuri, il-qorti tad-distrett fejn jgħix il-minuri għandha ġuriżdizzjoni, kif determinat bi ftehim bejn il-ġenituri jew b’mezzi legali oħra. Il-proċedura applikata fl-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni hija regolata mill-Att Nru 161/2015, il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża. Id-dettalji tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’kawżi marbuta ma’ minuri huma stipulati fid-Digriet Nru 207/2016 tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka, li japplika wkoll għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet barranin.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Id-deċiżjonijiet tal-qorti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri mogħtija minn qorti fi Stat Membru ieħor huma rikonoxxuti u eżegwiti mingħajr xi proċedura speċjali fir-Repubblika tas-Slovakkja, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (l-Artikolu 21(1)), jiġifieri mingħajr il-bżonn li d-deċiżjoni tiġi ddikjarata eżegwibbli.

Madankollu, parti interessata tista’ titlob illi deċiżjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri mogħtija fi Stat Membru ieħor tiġi dikjarata eżegwibbli, u mbagħad tapplika l-proċedura fil-Kapitolu III, Taqsima 2 tar-Regolament.

Ir-rikorsi jsiru quddiem il-Qorti Distrettwali li fid-distrett tagħha jgħixu t-tfal jew, jekk it-tfal mhux residenti hemmhekk, quddiem il-qorti li fid-distrett tagħha jgħixu attwalment it-tfal, u jekk mhemmx qorti ta’ din ix-xorti, il-qorti kompetenti hija l-Qorti Distrettwali I ta’ Bratislava.

Ir-rikors għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni jew għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà tad-deċiżjoni jrid jiġi akkumpanjat minn kopja tad-deċiżjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi li jissodisfaw ir-rekwiżiti rigward il-prova tal-awtentiċità u minn dokument li jiċċertifika d-deċiżjoni, li ġie maħruġ fuq talba tal-parti interessata mill-qorti rilevanti tal-oriġini, jiġifieri il-qorti li tat id-deċiżjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

L-appelli jiġi ppreżentati dejjem quddiem il-Qorti Distrettwali li tat id-deċiżjoni oriġinali iżda l-appelli jinqatgħu mill-Qorti Reġjonali. L-appelli kontra r-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri jinstemgħu u jinqatgħu skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Mhux Kontenzjuża.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-qrati tas-Slovakkja jiddeċiedu biss fi proċedimenti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri jekk it-tfal huma abitwalment residenti fir-Repubblika Slovakka. Jekk it-tfal ma jgħixux fir-Repubblika Slovakka iżda għandhom ir-residenza abitwali hawnhekk, jew jekk il-ġenituri ma jgħixux fir-Repubblika Slovakka jew huma ċittadini ta’ pajjiżi differenti, id-dispożizzjonijiet tal-liġi Slovakka jiġu applikati skont il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal (Ref. Nru. 334/2002) (Kapitolu III tal-Konvenzjoni).

L-Att Nru 97/1963 dwar id-dritt internazzjonali privat u proċedurali jgħid illi r-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluż l-istabbiliment jew it-tmiem tad-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri huma regolati mil-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tat-tfal. F’każijiet eċċezzjonali, il-qorti tista’ tqis il-liġi ta’ pajjiż ieħor fejn ikun hemm rabta sinifikanti mal-kwistjoni konċernata u jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitħarsu t-tfal jew il-propjetà tagħhom. Id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri li joriġinaw fil-pajjiż tar-residenza abitwali oriġinali tat-tfal jibqgħu validi anke jekk tinbidel ir-residenza abitwali tat-tfal. Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma għandux id-drittijiet u l-obbligi ta’ ġenitur li huma rikonoxxuti mil-liġi Slovakka, dawk id-drittijiet u obbligi jidħlu fis-seħħ meta t-tfal ikunu abitwalment residenti fir-Repubblika Slovakka. L-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri huwa regolat mil-liġi tal-pajjż fejn huma abitwalment residenti t-tfal.

Id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-dritt internazzjonali privat u proċedurali japplika biss fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali jew jekk ftehim internazzjonali eżistenti ma jkunx fih kriterji dwar il-kunflitt tal-liġijiet sabiex issir l-għażla tal-liġi applikabbli.

Minbarra l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996, ir-Repubblika Slovakka hija marbuta b’numru ta’ ftehimiet bilaterali li għandhom dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli, u dawn id-dispożizzjonijiet jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-dritt internazzjonali privat u proċedurali fi proċedimenti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri. Il-ftehimiet konċernati huma:

Il-Bulgarija: Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista ĊekoSlovakka u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar l-assistenza legali u r-regolament tar-relazzjonijiet legali fi kwistjonijiet ċivili, tal-familja u kriminali (Sofia, 25 ta’ Novembru 1976, Digriet Nru 3/1978)

Il-Kroazja, is-Slovenja: Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista ĊekoSlovakka u r-Repubblika Soċjalista Federali tal-Yugoslavja dwar ir-regolament tar-relazzjonijiet legali fi kwistjonijiet ċivili, tal-familja u kriminali (Belgrad, 20 ta’ Jannar 1964, Digriet Nru 207/1964)

L-Ungerija: Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista ĊekoSlovakka u r-Repubblika tal-Ungerija dwar l-Assistenza Legali u r-Regolament tar-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tal-Familja u Kriminali (Bratislava, 28 ta’ Marzu 1989, Ref. Nru 63/1990)

Il-Polonja: Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista ĊekoSlovakka u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-assistenza legali u r-regolament tar-relazzjonijiet legali fi kwistjonijiet ċivili, tal-familja u kriminali (Varsavja, 21 ta’ Diċembru 1987, Digriet Nru 42/1989)

Ir-Rumanija: Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista ĊekoSlovakka u r-Repubblika tar-Rumanija dwar l-assistenza legali u r-regolament tar-relazzjonijiet legali fi kwistjonijiet ċivili, tal-familja u kriminali (Praga, 25 ta’ Novembru 1958, Digriet Nru 31/1959)

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 03/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Finlandja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Id-detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri għandu obbligu li jiżgura l-iżvilupp ibbilanċjat u l-benesseri tal-minuri skont il-ħtiġijiet u x-xewqat tagħhom. Għaldaqstant, l-iskop tar-responsabbiltà tal-ġenituri huwa li jiġu żgurati relazzjonijiet stretti u affettivi, speċjalment bejn il-minuri u l-ġenituri tagħhom.

Il-minuri jridu jiġu assigurati b’kura u trobbija tajbin, kif ukoll is-superviżjoni u l-protezzjoni li jikkorrispondu għall-età u l-istadju tal-iżvilupp tagħhom. Il-minuri għandhom jitrabbew f’ambjent sigur u stimulanti u jirċievu edukazzjoni li tikkorrispondi għall-inklinazzjonijiet u x-xewqat tagħhom.

Il-minuri jridu jitrabbew b’mogħdrija, sigurtà u affezzjoni. Ma jridux ikunu soġġetti għal piena korporali jew b’mod ieħor trattati b’mod abbużiv. Il-minuri għandhom jiġu appoġġjati u mħeġġa jilħqu l-indipendenza, ir-responsabbiltà u l-maturità tagħhom (l-Att dwar il-Kustodja tal-Minuri u d-Dritt ta’ Aċċess 361/1983, l-Artikolu 1)

Id-detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri jrid jiżgura l-benesseri u l-iżvilupp tal-minuri kif deskritt hawn fuq. Għal dan l-iskop, huwa għandu d-dritt li jieħu deċiżjonijiet dwar il-kura, it-trobbija, il-post ta' residenza u kwistjonijiet oħra personali tal-minuri. Meta ttittieħed deċiżjoni, għandha titqies l-opinjoni tal-minuri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Jekk il-ġenituri tal-minuri jkunu miżżewġin fil-mument tat-twelid tal-ulied, it-tnejn li huma għandhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġin fil-mument tat-twelid tal-ulied, l-omm għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri. Il-ġenituri jistgħu jaqblu dwar min ikollu l-kustodja b’rabta mal-konferma tal-paternità. Jekk wieħed mill-ġenituri jkollu l-kustodja unika tal-minuri u l-ġenituri mbagħad jiżżewġu, iż-żewġ ġenituri jassumu r-responsabbiltà tal-ġenituri.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Qorti tista’ tassenja l-kustodja tal-minuri lil persuna waħda jew aktar, bil-kunsens tagħhom, flimkien mal-ġenituri jew minflokhom. Id-deċiżjoni trid tkun ibbażata fuq l-aħjar interessi tal-minuri u biss jekk ikun hemm raġuni konvinċenti fir-rigward tal-minuri biex tiġi assenjata l-kustodja lil persuna għajr il-ġenituri. Jekk il-ġenituri jkunu mejtin, il-bord ta’ assistenza soċjali jrid jieħu azzjoni biex jassenja l-kustodja tal-minuri.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Il-kustodja u d-drittijiet ta’ aċċess iridu dejjem jiġu ffissati bil-ħsieb tal-aħjar interessi tal-minuri u sabiex dawn id-drittijiet ikunu jistgħu jiġu eżerċitati bl-aħjar mod possibbli fil-futur. Il-ġenituri jistgħu jilħqu ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, it-tilwima trid titressaq il-qorti.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ftehim dwar il-kustodja tal-minuri jrid jitfassal bil-miktub, u l-ġenituri jistgħu jitolbu lill-awtorità lokali ta’ assistenza soċjali biex tivvalidah. L-awtorità ta’ assistenza soċjali trid tiżgura li l-ftehim ikun fl-aħjar interess tal-minuri. Ftehim ivvalidat mill-bord ta’ assistenza soċjali huwa validu u infurzabbli bl-istess mod bħal deċiżjoni finali tal-qorti.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Jekk il-konjuġi ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, dawn jistgħu jitolbu għal assistenza mingħand uffiċjal muniċipali għall-benesseri tal-minuri jew medjatur tal-familji. L-uffiċjali tal-benesseri tal-minuri jagħtu gwida lill-ġenituri u għandhom is-setgħa li jivvalidaw il-ftehimiet bejniethom. Ftehim ivvalidat jitqies bħala ekwivalenti għal deċiżjoni tal-qorti. Il-medjaturi tal-familji jassistu lill-ġenituri biex isolvu t-tilwim ta’ bejniethom permezz ta’ negozazzjoni, u jistgħu wkoll jagħtu assistenza biex jitfasslu ftehimiet. Il-medjaturi tal-familji jridu joqgħdu attenti b’mod speċjali li jiżguraw l-aħjar interessi ta’ kwalunkwe minuri fil-familja.

Is-setgħa ta’ deċiżjoni tal-qorti tkopri l-kustodja tal-minuri, l-arranġamenti ta’ għajxien, id-drittijiet ta’ aċċess u l-pagamenti ta’ manteniment. (L-Att dwar il-Medjazzjoni fi Kwistjonijiet Ċivili u Konferma ta’ Soluzzjonijiet fil-Qrati Ġenerali 394/2011, l-Artikolu 10). Il-medjazzjoni tal-qorti hija proċedura separata mill-proċeduri ġudizzjarji. Din tista’ tibda meta kawża pendenti fil-qorti tiġi riferita għal medjazzjoni fil-qorti jew b’talba diretta tal-partijiet tat-tilwima. Il-medjatur ikun imħallef assistit minn espert, normalment psikoloġista jew assistent soċjali. Ftehim ikkonfermat jitqies bħala ekwivalenti għal deċiżjoni tal-qorti. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim, dan jiġi rritornat għall-proċeduri tal-qorti jew il-qorti tagħlaq il-kawża.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Is-setgħa ta’ deċiżjoni tal-qorti tkopri l-kustodja tal-minuri, l-arranġamenti ta’ għajxien u d-drittijiet ta’ aċċess. Jekk meħtieġ, il-qorti tista’ anke tiddeċiedi dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-kustodju kif ukoll dwar il-qsim tal-obbligi bejn il-kustodji. Meta tiddeċiedi dwar id-drittijiet ta’ aċċess, il-qorti trid tipprovdi dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għaż-żjarat u dwar ma’ min se jgħixu l-minuri. Il-pagamenti ta’ manteniment jistgħu jiġu determinati wkoll flimkien mad-determinazzjoni tal-kustodja.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Fil-każ ta’ kustodju uniku, dan jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-kura tal-minuri. Madankollu, id-deċiżjoni tal-qorti tista’ tinkludi stipulazzjonijiet dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-kustodju uniku, inkluż id-dritt li jibdel il-post ta' residenza tal-minuri.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Kustodji konġunti jaqsmu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-minuri. Jekk il-kustodji jiġu separati, dawn jieħdu deċiżjonijiet ta’ kuljum relatati mal-minuri skont ma’ liema ġenitur jgħixu l-minuri. Madankollu, jenħtieġ il-kunsens taż-żewġ kustodji għal deċiżjonijiet maġġuri. Dawn jinkludu, pereżempju, il-bdil tad-denominazzjoni reliġjuża jew tal-post ta’ residenza tal-minuri, passaport barrani, deċiżjonijiet edukattivi u kwistjonijiet ta’ kura tas-saħħa jew ta’ kura fi sptar.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Għandu jiġi ppreżentat rikors bil-miktub għall-kustodja jew għad-drittijiet ta’ aċċess quddiem il-qorti distrettwali (käräjäoikeus) tal-post ta’ residenza tal-minuri. Ir-rikors jista’ isir minn ġenitur wieħed jew mit-tnejn li huma, mill-kustodju jew mill-bord ta’ assistenza soċjali. Fir-rikors għandhom jiġu ppreżentati talba u r-raġunijiet għat-talba. Irid jiġi inkluż kwalunkwe dokument li għandu jintuża bħala evidenza. Ir-rikors irid jiġi ffirmat u jintbagħat lill-qorti distrettwali personalment jew minn rappreżentant awtorizzat. Ir-rikors jista’ jintbagħat ukoll bil-posta jew b’faks. Il-kawża ssir pendenti meta l-qorti distrettwali tirċievi r-rikors.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

F’kawżi ta’ kustodja, jiġi applikat l-Att dwar il-Kustodja tal-Minuri u d-Dritt ta' Aċċess. Skont dan l-Att, il-qorti trid tagħti l-opportunità lill-ġenituri u lill-kustodju li jitkellmu waqt is-smigħ tal-kawża dwar il-kustodja jew id-drittijiet ta’ aċċess. Il-minuri jistgħu jinstemgħu fil-qorti, jekk ikun hemm raġunijiet konvinċenti li jagħmlu dan neċessarju sabiex tiġi solvuta l-kawża. Il-qorti normalment tingħata wkoll rapport dwar iċ-ċirkustanzi tal-minuri mingħand il-bord ta’ assistenza soċjali.

Meta l-kawża tkun pendenti, il-qorti tista’ tagħti ordni interim dwar ma’ min għandhom jgħixu l-minuri u dwar id-drittijiet ta’ aċċess u kundizzjonijiet relatati. F’ċirkustanzi speċjali, il-qorti tista’ tassenja kustodja temporanja sakemm tittieħed id-deċiżjoni finali. Ordni interim tal-qorti ma tistax tiġi appellata. Hija tkun valida sakemm il-qorti tieħu deċiżjoni finali.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

F’kawżi ta’ kustodja jkun hemm għajnuna legali disponibbli. L-aċċess għall-għajnuna legali jiddependi fuq l-introjtu personali. Hawnhekk issib aktar informazzjon dwar l-għajnuna legali fil-Finlandja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/oikeusapu/en/index.html..

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Deċiżjoni minn qorti distrettwali tista’ tiġi appellata fil-qorti tal-appell (hovioikeus).

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Id-deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri huma infurzati kif previst fl-Att dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet dwar il-kustodja tal-minuri u d-dritt ta’ aċċess 619/1996. Int trid titlob l-infurzar bil-miktub fil-qorti distrettwali tal-post ta’ residenza tal-minuri jew tal-parti opposta. Madankollu, l-infurzar ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jista’ jintalab mingħand uffiċjal ġudizzjarju jekk id-deċiżjoni tkun inħarġet inqas minn tliet xhur qabel. Id-deċiżjoni trid tkun inkluża fir-rikors.

Meta tirċievi r-rikors u dikjarazzjoni mingħand il-parti l-oħra, il-qorti normalment tassenja medjatur mill-bord ta’ assistenza soċjali biex imexxi l-każ. Il-medjatur jikkuntattja lill-ġenituri u jiddiskuti l-kwistjoni magħhom u, jekk possibbli, mal-minuri. Il-medjatur jipprova wkoll jorganizza laqgħa konġunta maż-żewġ ġenituri. Il-medjatur imbagħad jirrapporta lill-qorti, u wara l-qorti tiddeċiedi dwar il-każ. Il-qorti tista’ tordni wkoll li l-minuri jiġu eżaminati minn tabib.

Jekk il-qorti tiddeċiedi li d-deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri trid tiġi infurzata, il-parti l-oħra tkun obbligata ċċedi l-minuri. Id-deċiżjoni tista’ tiġi rrinfurzata b’multa kundizzjonali. Bħala l-aħħar rimedju, il-minuri jistgħu jiġu sseparati bil-forza mill-parti li tirrifjuta li tikkonforma mad-deċiżjoni.

Jekk qorti distrettwali tordna li l-minuri jittieħdu bil-forza, il-medjazzjoni xorta tista’ tibqa’ għaddejja fuq talba tal-uffiċjal ġudizzjarju.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 jiġi applikat fir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meħuda fi Stat Membru ieħor li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Dan ir-Regolament ma japplikax għad-Danimarka.

Skont ir-Regolament, sentenza rigward it-taħlil taż-żwieġ trid tiġi rikonoxxuta min Stati Membri oħrajn mingħajr proċeduri speċjali. Madankollu, parti interessata tista’ titlob għal deċiżjoni li s-sentenza tiġi rikonoxxuta jew le. Ir-rikors għal rikonoxximent jiġi ppreżentat fil-Finlandja quddiem il-qorti distrettwali tal-post ta' residenza tal-minuri.

Id-deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meħuda fid-Danimarka, u fl-Iżvezja, id-deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għajr dawk meħuda skont ir-Regolament imsemmi hawn fuq, jiġu infurzati abbażi tal-Att dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi Nordiċi dwar it-talbiet tad-dritt ċivili tal-1977 (laki yksityisoikeudellista vaatimusta koskevien pohjoismaisten tuomioiden tunnustamisesta ja täytäntöönpanosta 588/1977). Ma tingħata l-ebda konferma separata tar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni. It-talbiet għal infurzar jitressqu quddiem il-qorti distrettwali.
Kull deċiżjoni barranija oħra dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri tiġi rikonoxxuta fil-Finlandja mingħajr ebda konferma speċifika. Madankollu, jekk isir rikors, il-Qorti tal-Appell ta’ Helsinki tkun tista’ tikkonferma r-rikonoxximent jew in-nonrikonoxximent ta’ deċiżjoni fil-Finlandja.

Ir-rikors għall-infurzar ta’ deċiżjoni infurzabbli ta’ kustodja jiġi ppreżentat quddiem il-qorti distrettwali tal-post ta' residenza jew tal-post ta' residenza temporanju tal-minuri jew tal-parti opposta (Ara l-Artikolu 14 hawn fuq għal aktar informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ infurzar).

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

L-istess proċedura speċifikata fl-Artikolu 15.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-leġiżlazzjoni Finlandiża tiġi applikata fil-proċeduri dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri li jitmexxew fil-Finlandja.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 28/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Svezja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

"Ir-responsabbilta tal-ġenituri” tkopri, fost affarijiet oħra, id-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-kura tal-persuna u tal-propertà tal-minuri u tinkludi kwistjonijiet relatati mal-kustodja tal-minuri, fejn jgħixu l-minuri, il-kuntatt mal-minuri u t-tutela.

Il-kustodja tirreferi għar-responsabbiltà legali għall-persuna tal-minuri. Il-persuna li jkollha l-kustodja għandha dritt u obbligu li tieħu deċiżjonijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet personali fir-rigward tal-minuri, bħal fejn għandhom jgħixu l-minuri u liema skola għandhom imorru. Il-persuna li jkolha l-kustodja hija responsabbli mill-iżgurar li l-ħtiġijiet tal-minuri għal kura, sigurtà u trobbija tajba jiġu ssodisfati. Il-persuna li jkollha l-kustodja hija responsabbli wkoll mill-iżgurar li l-minuri jirċievu s-superviżjoni meħtieġa skont l-età u l-iżvilupp tagħhom u skont ċirkustanzi oħrajn u trid tikkontrolla jekk il-minuri humiex jirċievu appoġġ u edukazzjoni soddisfaċenti jew le. Aktar ma jikbru u jiżviluppaw il-minuri, aktar il-persuna li jkollha l-kustodja trid tqis l-opinjonijiet u x-xewqat tal-minuri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Normalment, il-persuna li jkollha l-kustodja tkun il-ġenituri tal-minuri, jew wieħed minnhom. Jekk il-ġenituri tal-minuri jkunu miżżewġin meta jitwieldu l-ulied, il-ġenituri awtomatikament ikollhom kustodja konġunta tal-minuri. Jekk il-ġenituri jiżżewġu biss aktar tard, awtomatikament jingħataw kustodja konġunta permezz taż-żwieġ. Jekk il-ġenituri tal-minuri ma jkunux miżżewġin lil xulxin meta jitwieldu l-ulied, l-omm tingħata l-kustodja tal-minuri. Madankollu, il-ġenituri jistgħu faċilment jingħataw kustodja konġunta permezz ta’ reġistrazzjoni. Il-missier jista’ wkoll jitla’ l-qorti biex jingħata kustodja konġunta jew kustodja unika tal-minuri.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

F’ċerti każijiet il-kustodja tal-minuri tista’ tiġi trasferita mill-ġenturi tal-minuri, jew minn wieħed minnhom, lil tutur maħtur apposta. Trasferiment ta’ dan it-tip jista’ jsir rilevanti jekk ġenitur jinstab ħati ta’ abbuż jew negliġenza jew b’mod ieħor jonqos fil-kura tiegħu tal-minuri b’mod li jpoġġi f’riskju permanenti s-saħħa jew l-iżvilupp tal-minuri. Trasferiment jista’ jkun xieraq ukoll jekk wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn li huma jitwaqqfu b’mod permanenti milli jeżerċitaw il-kustodja tal-minuri.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw, il-kustodja konġunta tkompli mingħajr ma l-qorti tkun teħtieġ tieħu ebda deċiżjoni dwar dan b’rabta mad-divorzju. Jekk wieħed mill-ġenituri jkun irid bidla fil-kustodja, dawn iridu jagħmlu rikors biex il-kustodja konġunta tiġi xolta.

Jekk wieħed mill-ġenituri jkun irid bidla fil-kustodja, il-kwistjoni tal-kustodja tista’ tiġi solvuta fil-qorti. Jekk il-ġenituri jaqblu dwar bidla, dawn jistgħu jsolvu l-kwistjoni bi ftehim, mingħajr ma jinvolvu l-qorti. Dan il-ftehim irid jiġi approvat mill-kumitat tas-servizzi soċjali (socialnämd) sabiex ikun validu. L-istess japplika għal kwistjonijiet li jikkonċernaw ma’ liema mill-ġenituri għandhom jgħixu l-minuri u kif għandu jiġi organizzat il-kuntatt mal-ġenitur l-ieħor.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ftehim irid ikun bil-miktub u jrid jiġi ffirmat miż-żewġ ġenituri. Barra minn hekk, irid jiġi approvat mill-kumitat tas-servizzi soċjali tal-muniċipalità fejn ikunu rreġistrati l-minuri.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Il-muniċipalità għandha obblgu, permezz tal-kumitat tas-servizzi soċjali, li toffri medjazzjoni professjonali lill-ġenituri bil-għan li jintlaħaq ftehim fi kwistjonijiet relatati mal-kustodja, mar-residenza u mal-kuntatt. Il-medjazzjoni hija volontarja. Għaldaqstant, tenħtieġ li ż-żewġ ġenituri flimkien jitolbu għall-medjazzjoni. Jekk il-ġenituri jistgħu jaqblu fuq kwistjonijiet rigward il-kustodja, ir-residenza u l-kuntatt, dawn jistgħu jiffirmaw ftehim li, ladarba jiġi approvat mill-kumitat tas-servizzi soċjali, ikollu l-istess effett bħal sentenza tal-qorti.

Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, il-qorti tista’ tirreferihom lill-kumitat tas-servizzi soċjali għall-medjazzjoni, jekk din il-medjazzjoni ma tkunx seħħet qabel u l-qorti tqis li l-kundizzjonijiet biex jinstabu soluzzjonijiet li jaqblu fuqhom huma fis-seħħ. Jekk il-ġenituri jkunu għamlu medjazzjoni iżda ma jkunx intlaħaq ftehim, il-qorti tista’ minflok taħtar lil xi ħadd li jagħmilha ta’ medjatur bejn il-ġenituri. Il-qorti għandha obbligu ġenerali li taħdem biex jinstabu soluzzjonijiet li jaqblu fuqhom f’każijiet ta’ kustodja, residenza u kuntatt.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar

  • il-kustodja (unika jew kustodja konġunta),
  • ir-residenza tal-minuri (ma’ liema mill-ġenituri għandhom jgħixu l-minuri jew jekk il-minuri għandhomx jalternaw minn ġenitur għal ieħor), u
  • il-kuntatt (id-dritt tal-minuri li jkollhom kuntatt mal-ġentitur li ma jgħixux miegħu).

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Il-ġenitur li jkollu l-kustodja unika tal-minuri għandu d-dritt li jieħu deċiżjonijiet waħdu rigward kwistjonijiet personali fir-rigward tal-minuri. Il-persuna li jkollha l-kustodja m’għandhiex għalfejn tikkonsulta mal-ġenitur l-ieħor jew ikollha l-approvazzjoni tiegħu f’dawn il-kwistjonijiet. Madankollu, il-minuri għandhom id-dritt li jkollhom kuntatt mal-ġenitur l-ieħor, u l-persuna li jkollha l-kustodja għandha obbligu li ttihom dan id-dritt. Il-persuna li jkollha l-kustodja għandha wkoll obbligu li lill-ġenitur l-ieħor ittih informazzjoni biex jiffaċilita l-kuntatt mal-minuri.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Kustodja konġunta tfisser li l-ġenituri jridu jieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet personali tal-minuri flimkien. Il-punt tat-tluq huwa li l-ġenituri jridu jaqblu dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-minuri. Madankollu, qorti tista’ tiddeċiedi jekk ma jkunx hemm qbil dwar kwistjonjiet relatati mal-kuntatt u mar-residenza tal-minuri (ara hawn fuq).

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Fi kwistjonijiet relatati mal-kustodja, mar-residenza jew mal-kuntatt, ġenitur jista’ jippreżenta rikors quddiem il-qorti distrettwali (tingsrätt) fejn ikollhom id-domiċilju tagħhom il-minuri. Jekk ma jkun hemm l-ebda qorti distrettwali kompetenti, il-Qorti Distrettwali ta’ Stokkolma (Stockholms tingsrätt) għandha l-ġuriżdizzjoni. Kwistjonijiet relatati mal-kustodja, mar-residenza u mal-kuntatt jistgħu jiġu indirizzati wkoll waqt proċeduri ta’ divorzju.

Rikors għal taħrika trid issir bil-miktub u trid tkun iffirmata personalment mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu. Ir-rikors irid jinkludi informazzjoni dwar il-partijiet, talba speċifika (jiġifieri dwar liema kwistjoni qed tiġi mitluba biex tiddeċiedi l-qorti), l-isfond tat-talba, informazzjoni dwar l-evidenza li fuqha huwa bbażat ir-rikors u x’inhi mistennija li tipprova kull biċċa mill-evidenza, u l-informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi li permezz tagħhom għandha ġurisdizzjoni l-qorti. L-evidenza bil-miktub li fuqha huwa bbażat ir-rikors għandha tiġi ppreżentata flimkien mar-rikors.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Kwistjonijiet relatati mal-kustodja, mar-residenza u mal-kuntatt mhumiex diskrezzjonarji.

B’mod ġenerali, kwistjonijiet relatati mal-kustodja, mar-residenza u mal-kuntatt irid jitqiesu minnufih. Il-qorti tista’ tieħu deċiżjoni interim dwar il-kustodja, ir-residenza jew il-kuntatt. Deċiżjoni interim, pereżempju, tista’ tkun dwar fejn għandhom jgħixu l-minuri waqt li tkun għaddejja t-tilwima u tapplika sakemm il-kwistjoni tiġi deċiża b’deċiżjoni li tingħata forza legali.

Għalkemm m’hemm l-ebda proċedura formali speċjali li tħaffef il-konsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-kustodja, mar-residenza u mal-kuntatt, f’kull każ individwali ssir valutazzjoni ta’ kemm hija urġenti il-kwistjoni.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

F’każijiet li jikkonċernaw il-kustodja, ir-residenza u l-kuntatt, ir-regola ġenerali hija li kull parti ġġarrab l-ispejjeż legali tagħha stess.

Tista’ tingħata għajnuna legali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Jista’ jsir appell għal sentenza jew deċiżjoni tal-qorti distrettwali rigward il-kustodja, ir-residenza jew il-kuntatt quddiem il-qorti tal-appell. (hovrätt). Madankollu, sabiex il-qorti tal-appell tqis l-appell, l-ewwel irid jingħata l-permess biex tappella.

Jista’ jsir appell għal sentenza jew deċiżjoni tal-qorti tal-appell quddiem il-Qorti Suprema (Högsta domstolen). Sabiex il-Qorti Suprema tqis l-appell, jenħtieġ permess biex tappella.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Huwa possibbli li jiġu infurzati sentenzi, deċiżjonijiet jew ftehimiet dwar il-kustodja, ir-residenza jew il-kuntatt. L-eżegwibbiltà tintalab fil-qorti distrettwali fil-post fejn ikollhom id-domiċilju tagħhom il-minuri. Jekk ma jkun hemm l-ebda qorti kompetenti, il-kwistjoni tal-eżegwibbiltà titqies fil-Qorti Distrettwali ta’ Stokkolma.

Il-qorti distrettwali tista’ tiddeċiedi dwar diversi miżuri. L-ewwel nett, normalment il-qorti tfittex li l-minuri jingħaddew b’mod volontarju. Jekk dan ma jkunx possibbli, fl-aħħar nett il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar multa kundizzjonali jew irkupru tal-minuri. L-impożizzjoni ta’ multa kundizzjonali tfisser li l-persuna li tkun qed tieħu ħsieb il-minuri tkun mhedda li jkollha tħallas somma konsiderevoli ta’ flus jekk ma tgħaddix lill-minuri. L-irkupru tal-minuri xejn ma huwa miżura normali, u tittieħed deċiżjoni dwarha biss jekk ma jkunx possibbli li s-sitwazzjoni tiġi solvuta bl-ebda mod ieħor u sabiex jiġi evitat li l-minuri jġarrbu danni serji. Jinvolvi lill-pulizija li jirkupraw lill-minuri u jgħadduhom lill-persuna li jkollha l-kustodja.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

F’ċerti każiiet japplika r-Regolament Brussell II. Fl-Iżvezja, ir-rikorsi għal dikjarazzjonijiet ta’ eżegwibbiltà jsiru lill-Qorti tal-Appell ta’ Svea (Svea hovrätt).

F’każijiet oħrajn għal pajjiżi li ffirmaw il-Konvenzjoni Ewropea tal-1980 u l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996, japplikaw dawk il-konvenzjonijiet. Skont il-Konvenzjoni Ewropea tal-1980, ir-rikorsi għal eżegwibbiltà jitressqu quddiem il-qorti distrettwali fil-post fejn ikollhom id-domiċilju tagħhom il-minuri. Skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996, ir-rikorsi għal eżegwibbiltà jitressqu quddiem il-Qorti tal-Appell ta’ Svea.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Id-dispożizzjonijiet dwar dan jinsabu fir-Regolament Brussell II.

Tista’ anke titqajjem oġġezzjoni li deċiżjoni ma tkunx applikabbli jew ma tkunx eżegwibbli f’każijiet fejn titqajjem il-kwistjoni.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Fil-prinċipju, tapplika l-liġi tal-pajjiż li fih ikollhom id-domiċilju tagħhom il-minuri.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 16/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - L-Ingilterra u Wales

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tfisser id-drittijiet, id-dmirijiet, is-setgħat, ir-responsabbiltajiet u l-awtorità kollha li bil-liġi ġenitur ta’ wild minuri għandu fir-rigward tal-wild minuri u tal-proprjetà tiegħu. Dan jirreferi għal kwalunkwe obbligu li jista’ jkollu fir-rigward ta’ wild minuri (bħad-dmir ta’ manteniment) u kwalunkwe dritt li, fil-każ ta’ mewt tal-wild minuri, jista’ jkollu fir-rigward tal-proprjetà tal-wild minuri. Skont il-liġi tal-Ingilterra u ta’ Wales, ma ġiex iddikjarat li r-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi deċiżjonijiet dwar ma’ min għandu jgħix il-wild minuri u ma’ min għandu jqatta’ l-ħin il-wild minuri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Jekk il-ġenituri ta’ minuri jkunu miżżewġin jew fi sħubija ċivili, kemm l-omm kif ukoll il-missier (jew it-tieni ġenitur femminili) ikollhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri. L-ommijiet dejjem ikollhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-missirijiet mhux miżżewġin jew it-tieni ġenitur femminili li ma jkunux miżżewġin jew fi sħubija ċivili ma’ omm il-wild minuri jistgħu jiksbuha bi ftehim mal-omm, b’ordni tal-qorti jew billi jirreġistraw it-twelid flimkien ma’ omm il-wild minuri. Ġenitur bi żwieġ ieħor jista’ jkollu r-responsabbiltà tal-ġenituri bi qbil mal-ġenitur jew mal-ġenituri tal-wild minuri li jkollhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew permezz ta’ ordni tal-qorti. Persuna li jkollha ordni dwar arranġamenti għall-wild minuri (child arrangements order) dwar ma’ min għandu jgħix il-wild minuri u meta, ikollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għad-durata tal-ordni, jew xi kultant għal aktar minn hekk. Il-ħruġ ta’ ordni ta’ adozzjoni jagħti responsabbiltà tal-ġenituri mingħajr limitu ta’ żmien, sakemm din ma tiġix revokata. It-tuturi speċjali (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 3 aktar ’il quddiem) ikollhom responsabbiltà tal-ġenituri għad-durata tal-ordni. Awtorità tal-gvern lokali ikollha responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri jekk il-wild minuri jkun soġġett għal ordni għall-ħarsien (care order). Persuna b’responsabbiltà tal-ġenituri skont l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Protezzjoni tat-Tfal (“1996 Hague Protection of Children Convention”) iżżomm dik ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta l-wild minuri jsir abitwalment residenti fl-Ingilterra u f’Wales; l-eżerċitar ta’ dik ir-responsabbiltà tal-ġenituri jsir skont il-liġi tal-Ingilterra u ta’ Wales.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Il-qorti tista’ taħtar tutur speċjali sabiex jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb il-wild minuri. Ġenitur bir-responsabbiltà tal-ġenituri jista’ jaħtar persuna sabiex tkun it-tutur tal-wild minuri f’każ li jmut il-ġenitur. L-awtorità lokali (l-awtorità ta’ protezzjoni soċjali) ikollha r-responsabbiltà tal-ġenituri jekk il-wild minuri jkun taħt il-ħarsien tagħha.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri ma tkunx affettwata jekk koppja tissepara, kemm jekk kienet miżżewġa kif ukoll jekk le. Il-qorti tista’ tillimita l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri jekk il-qorti tqis li jkun xieraq li tagħmel hekk. F’xi każijiet il-qorti tista’ tneħħi r-responsabbiltà tal-ġenituri għalkollox (għalkemm ma tistax titneħħa minn ġenituri li jkunu miżżewġin flimkien).

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Il-ftehim irid isir f’formola ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFtehim dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri (Parental Responsibility Agreement).

Id-dettalji tal-indirizzi tal-qrati jinsabu fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Maestà Tagħha (Her Majesty’s Courts and Tribunals Service (HMCTS)). Il-formola tkun akkumpanjata minn noti ta’ gwida. Peress li t-tfassil tal-ftehim jaffettwa serjament il-pożizzjoni legali taż-żewġ ġenituri, it-tnejn li huma jingħataw parir li jieħdu parir legali qabel ma jimlew il-formola. Huma jistgħu jiksbu l-isem u l-indirizz ta’ avukat fil-post meħtieġ fl-Ingilterra u f’Wales mingħand Law Society Find a Solicitor Service (00 44 (0)20 7242 1222) jew minn fuq:

F’ċerti ċirkostanzi, dawn jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-għajnuna legali.

Il-ġenituri jridu jipprovdu evidenza tal-identità u l-firem tagħhom iridu jkunu attestati minn uffiċjal awtorizzat tal-qorti. L-omm għandha tieħu magħha l-qorti prova li hija omm il-wild minuri, u għalhekk tkun meħtieġa kopja taċ-ċertifikat tat-twelid sħiħ tal-wild minuri. Trid tagħti wkoll prova tal-identità tagħha, li turi ritratt u firma (pereżempju dokument b’ritratt, permess uffiċjali jew passaport). Il-missier ikollu bżonn jieħu prova tal-identità tiegħu, li turi ritratt u firma (pereżempju, dokument b’ritratt, permess uffiċjali jew passaport).

Il-formola trid tiġi ffirmata u għandhom isiru 2 kopji attestati. Il-formola oriġinali tal-Ftehim u l-kopji jistgħu jittieħdu jew jintbagħtu f’dan l-indirizz

The Central Family Court ,
First Avenue House,
42-49 High Holborn,
London WC1V 6NP.

Il-Qorti Ċentrali tal-Familja tirreġistra l-Ftehim u żżomm l-oriġinal. Il-kopji jiġu ttimbrati u jintbagħtu lura lil kull ġenitur fl-indirizz fuq il-Ftehim. Il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ qabel ma jiġi rċevut u rreġistrat fil-Qorti Ċentrali tal-Familja. Ma hemm l-ebda tariffa għar-reġistrazzjoni ta’ Ftehim dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri. Jekk ikun hemm aktar minn wild wieħed ikkonċernat, għandha timtela formola separata għal kull wild.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Is-servizzi ta’ medjazzjoni huma disponibbli sabiex jgħinu lill-ġenituri jilħqu arranġament sodisfaċenti għat-trobbija futura tal-wild minuri. Kwalunkwe ftehim milħuq irid ikun irreġistrat mal-qorti. Ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi vvalidat il-ftehim u sabiex il-ftehim ikun jista’ jiġi eżegwit.

Aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja tista’ tinkiseb fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice).

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef jista’ jiddeċiedi ma’ min għandu jgħix il-wild minuri u meta. L-imħallef jista’ jiddeċiedi wkoll ma’ min għandu jqatta’ l-ħin il-wild minuri jew ma’ min ikollu kuntatt b’xi mod ieħor u meta. Il-ġenituri huma mħeġġa jilħqu ftehim dwar il-kuntatt. Il-qrati ma jiddeċidux dwar il-ħlasijiet ta’ manteniment għat-tfal għaliex, jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaqblu bejniethom, dan isir mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz għall-Manteniment tat-Tfal (Child Maintenance Service). Il-ġenituri normalment jaqblu dwar liema skola se jattendi l-wild minuri; din tista’ tiġi deċiża mill-imħallef li jagħmel ordni speċifika dwar il-kwistjoni jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim. Il-wild minuri jżomm ismu stess sakemm ma jkunx ordnat mod ieħor mill-qorti. Il-qorti tista’ wkoll iżżomm lil persuna milli teżerċita parti mir-responsabbiltà tal-ġenituri tagħha, billi tagħmel ordni dwar passi pprojbiti (prohibited steps order). Il-qorti tista’ tiddeċiedi wkoll dwar it-tneħħija permanenti mill-ġurisdizzjoni u l-bidla tal-kunjom (ara l-mistoqsija 8 hawn taħt).

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Il-qorti tistenna li l-ġenituri jieħdu deċiżjonijiet flimkien bi ftehim. Jekk iż-żewġ ġenituri jkollhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri, il-ġenitur b’ordni ta’ arranġamenti għall-wild minuri rigward ma’ min għandu jgħix il-wild minuri jrid ikollu l-kunsens tal-ġenitur mhux residenti (u ta’ kwalunkwe persuna oħra b’responsabbiltà tal-ġenituri) sabiex ineħħi lill-wild minuri mir-Renju Unit b’mod permanenti, jew ikollu l-permess tal-qorti. Il-ġenitur li miegħu jkun ordnat li jgħix il-wild minuri jista’ jmur jgħix xi mkien ieħor fi ħdan il-ġuriżdizzjoni (l-Ingilterra u Wales). Sabiex jinbidel il-kunjom tal-wild minuri huwa meħtieġ il-kunsens ta’ kulħadd b’responsabbiltà tal-ġenituri, jew il-permess tal-qorti.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Il-ġenituri jikkondividu r-residenza. Il-wild minuri jqatta’ parti minn ħinu ma’ kull wieħed kif ordnat mill-qorti. Jista’ jkun hemm effetti prattiċi fuq l-ammont ta’ manteniment li jitħallas għall-wild minuri.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Jista’ jiġi ppreżentat rikors quddiem il-qorti tal-familja skont l-Artikolu 4 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1989 dwar it-Tfal. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-qorti jinsabu fis-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Maestà Tagħha (Her Majesty’s Courts and Tribunals Service). Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola tar-rikors tinsab ukoll f’dak is-sit web. Kull persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri trid tintbagħtilha kopja tal-formola tar-rikors. Id-dokumenti jiġu ppreżentati aktar tard, kif ordnat mill-qorti.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Il-proċedura hija kif spjegata aktar ’il fuq. Ma hemm l-ebda proċedura ta’ emerġenza sabiex tinkiseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

L-għajnuna legali tkun disponibbli biss meta tintwera evidenza ta’ vjolenza domestika.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva. Id-deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jistgħu jiġu appellati minn imħallef fil-livell ta’ Mħallef Distrettwali (District Judge) quddiem imħallef fil-livell ta’ Mħallef taċ-Ċirkwit (Circuit Judge). L-appelli minn Imħallef Distrettwali tal-Qorti Superjuri (High Court) isiru quddiem imħallef fil-livell tal-Qorti Superjuri.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri hija dritt, u minnha nnifisha ma tistax tiġi infurzata. In-nuqqas li tiġi eżerċitata r-responsabbiltà tal-ġenituri jista’ jiġi ttrattat b’rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-familja sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni speċifika fit-tilwima, bħall-obbligu ta’ manteniment għall-wild minuri. Id-dettalji tal-indirizzi tal-qrati jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Jekk tixtieq teżegwixxi ordni dwar id-drittijiet ta’ aċċess jew dwar l-Artikolu 11(8) minn Stat Membru ieħor skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2001/2003 (Brussell IIa), għandek tikseb iċ-ċertifikat meħtieġ skont ir-Regolament mingħand il-qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni u tippreżenta rikors lir-Reġistru Prinċipali (Principal Registry) fl-indirizz tal-Qorti tal-Familja Ċentrali (Central Family Court) għar-rikonoxximent jew għall-eżekuzzjoni tal-ordni. Għar-reġistrazzjoni, għar-rikonoxximent jew għan-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ ordnijiet oħra, għandek tippreżenta rikors lir-Reġistru Prinċipali.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Ikollok topponi l-ħruġ ta’ ordni fil-qorti tal-ġuriżdizzjoni ta’ oriġini qabel ma tinħareġ l-ordni. Jekk il-liġi ta’ dak l-Istat tipprevedi hekk, kull min ikollu interess fil-kawża għandu jiġi informat li l-qorti qed tisma’ rikors għal ordni. Il-liġi ta’ dak l-Istat Membru tistipula x’azzjoni tkun tista’ tieħu biex topponi l-ħruġ tal-ordni.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-proċedimenti jridu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti fil-ġuriżdizzjoni fejn il-wild minuri jkun abitwalment residenti.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 10/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - L-Irlanda ta’ fuq

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1995 dwar it-Tfal (Children (Northern Ireland) Order 1995) tiddefinixxi r-responsabbiltà tal-ġenituri bħala d-drittijiet, id-dmirijiet, is-setgħat u r-responsabbiltajiet kollha li ġenitur għandu, bil-liġi, fir-rigward tal-wild minuri tiegħu. L-Ordni ma telenkax x’inhuma dawk id-drittijiet u r-responsabbiltajiet. Madankollu, ġie rikonoxxut li dawk b’responsabbiltà tal-ġenituri għandhom:

  • id-dmir li jipproteġu lill-wild minuri u jipprovdulu dar u ħarsien;
  • il-kapaċità li jiddeterminaw fejn għandu jgħix il-wild minuri;
  • il-kapaċità li jiddeċiedu min jista’ jkollu kuntatt mal-wild minuri;
  • id-dmir li jissalvagwardjaw l-edukazzjoni tal-wild minuri;
  • id-dritt li jagħtu kunsens għall-ħruġ ta’ passaport;
  • obbligu li jiżguraw it-trattament jew assistenza medika u d-dritt li jagħtu kunsens għal tali trattament jew assistenza;
  • id-dritt li jagħtu isem lill-wild minuri;
  • id-dritt li jiżguraw li l-wild minuri jingħata tagħlim reliġjuż.

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tiġi eżerċitata, f’kull ħin, fl-aħjar interess tal-wild minuri u dawk kollha b’responsabbiltà tal-ġenituri għandhom jiġu kkonsultati qabel ma tittieħed deċiżjoni importanti. Madankollu, jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim, il-qorti tista’ tintalab issolvi l-kwistjoni.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Jekk il-ġenituri tal-wild minuri kienu miżżewġin flimkien fil-mument tat-twelid tal-wild minuri, kull wieħed minnhom ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri għalih.

Jekk il-ġenituri tal-wild minuri ma kinux miżżewġin flimkien fil-mument tat-twelid tal-wild minuri, l-omm awtomatikament ikollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għalih u l-missier jista’ jikseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri għalih billi:

  • jiżżewweġ l-omm;
  • jitlob lill-qorti toħroġ ordni ta’ responsabbiltà tal-ġenituri favurih;
  • jidħol fi ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri mal-omm (ara l-mistoqsija 5 aktar ’il quddiem); jew
  • ikun irreġistrat bħala missier il-wild minuri (dan japplika biss għal twelid irreġistrat fir-Renju Unit wara l-15 ta’ April 2002).

Jekk missier mhux miżżewweġ ikun kiseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri permezz ta’ ordni tal-qorti, ftehim jew reġistrazzjoni, dik ir-responsabbiltà tista’ tintemm biss permezz ta’ ordni tal-qorti.

Jekk qorti toħroġ ordni ta’ residenza lil missier mhux miżżewweġ, u jekk dan ma jkollux ir-responsabbiltà tal-ġenituri b’xi mod ieħor, din trid tagħmel ukoll ordni ta’ responsabbiltà tal-ġenituri favurih.

Persuna li mhijiex ġenitur tista’ tikseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri permezz ta’ ordni tal-qorti.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri ma tistax iċċedi jew tittrasferixxi dik ir-responsabbiltà. Madankollu, hija tista’ tirranġa sabiex xi ħadd ieħor jaqdi dik ir-responsabbiltà f’isimha.

Barra minn hekk, persuna li mhijiex ġenitur tista’ tikseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri billi tikseb ordni tal-qorti (pereżempju, ordni ta’ residenza, ordni ta’ protezzjoni ta’ emerġenza jew ordni għall-ħarsien).

Bħala regola ġenerali, ġenitur ma jitlifx ir-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri b’mod awtomatiku sempliċement għaliex jiksibha ħaddieħor. Madankollu, ordni ta’ adozzjoni tittrasferixxi r-responsabbiltà tal-ġenituri mill-ġenituri naturali għall-ġenituri adottivi.

Jekk ġenitur ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri, huwa jista’ jaħtar persuna oħra sabiex tkun it-tutur tal-wild minuri f’każ li jmut.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri għal wild minuri tkompli wara d-divorzju u hija limitata biss sal-punt li ftehim bonarju jew ordni tal-qorti jsolvu kwistjonijiet bejn il-ġenituri jew bejn il-ġenituri u terzi persuni.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Jekk il-ġenituri ma jkunux miżżewġin, huma jistgħu jidħlu fi ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Dan irid ikun:

Jekk il-ġenituri kienu miżżewġin, iżda jkunu sseparaw jew iddivorzjaw, huma jistgħu jaqblu dwar kif se jaqdu r-responsabbiltajiet tal-ġenituri tagħhom u li dak il-ftehim isir ordni tal-qorti, li jista’ jinbidel fi stadju aktar tard sabiex iqis ċirkostanzi mibdula.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Fl-Irlanda ta’ Fuq hemm għadd ta’ aġenziji li jipprovdu servizzi ta’ medjazzjoni u li jistgħu jgħinu sabiex tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwim. L-informazzjoni tista’ tinkiseb mis-siti web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUK College of Family Mediators, tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFamily Mediation Northern Ireland, tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBarnado’s Northern Ireland, tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFamily Support Northern Ireland, tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDispute Resolution Service Northern Ireland u tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMediation and Counselling Northern Ireland.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

Il-qrati fl-Irlanda ta’ Fuq għandhom firxa wiesgħa ta’ setgħat għad-dispożizzjoni tagħhom u, b’mod partikolari, jistgħu jsolvu kwistjonijiet relatati ma’ –

  • it-tneħħija tal-wild minuri mill-Irlanda ta’ Fuq
  • ir-residenza (fejn u ma’ min għandu jgħix il-wild minuri);
  • il-kuntatt (meta, fejn u ma’ min jista’ jkollu kuntatt il-wild minuri);
  • il-provvediment finanzjarju;
  • l-edukazzjoni;
  • it-tagħlim reliġjuż;
  • il-kura medika;
  • l-amministrazzjoni tal-patrimonju tal-wild minuri.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Il-qrati għarfu l-ħtieġa għal arranġamenti flessibbli u prattiċi kull meta jkunu possibbli. Għalhekk, jekk ġenitur ikun qiegħed jieħu ħsieb wild minuri, dak il-ġenitur irid ikun jista’ jieħu d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu waqt li jkun qiegħed jieħu ħsieb il-wild minuri.

Fl-istess ħin, hemm aspettattiva li d-deċiżjonijiet ewlenin jiġu diskussi mal-ġenitur l-ieħor u jiġu solvuti b’mod amikevoli. Madankollu jekk ma jintlaħaqx ftehim, il-qorti tista’ tagħti ordni speċifika dwar il-kwistjonijiet (li ssolvi kwistjoni partikolari) jew ordni dwar passi pprojbiti (li tispeċifika t-tip ta’ deċiżjoni li ma tistax tittieħed mingħajr il-kunsens tal-qorti).

Jekk fir-rigward tal-wild minuri ikun hemm ordni ta’ residenza fis-seħħ, l-ebda persuna ma tista’ ġġiegħel li l-wild minuri jkun magħruf b’kunjom ieħor jew li jitneħħa mir-Renju Unit għal xahar jew aktar mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ kull persuna li għandha r-responsabbiltà tal-ġenituri jew mingħajr il-kunsens tal-qorti.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Meta l-wild minuri jkun ma’ ġenitur wieħed, dak il-ġenitur jieħu d-deċiżjonijiet ta’ rutina meħtieġa. Madankollu, huwa mistenni li l-ġenitur l-ieħor jiġi kkonsultat dwar id-deċiżjonijiet ewlenin.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Normalment, rikors għal ordni li tagħti r-responsabbiltà tal-ġenituri għandu jiġi ppreżentat quddiem Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja (Family Proceedings Court). Madankollu, jekk ikun hemm proċedimenti oħra tal-familja relatati mal-wild minuri li jkunu pendenti f’qorti oħra, ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat f’dik il-qorti.

Il-proċedimenti miftuħa f’Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja (Family Proceedings Court) jistgħu jiġu ttrasferiti lil Ċentru tal-Ħarsien tal-Familja (Family Care Centre) jew lill-Qorti Superjuri (High Court) għal numru ta’ raġunijiet (pereżempju, jekk ikunu kumplessi jew jinvolvu kwistjoni ta’ interess pubbliku ġenerali).

L-indirizzi u n-numri tat-telefown tal-qrati jinsabu fis-sit web tal-qrati tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunal Service).

Hemm numru ta’ formoli li jridu jimtlew u jiġu ppreżentati fl-uffiċċju tal-qorti rilevanti. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn jużaw formola standard. L-uffiċċju tal-qorti jkun jista’ jipprovdi kopji tal-formoli u jispjega kif għandhom jimtlew. Madankollu, il-persunal tal-qorti ma jistax jagħti parir legali jew jgħidlek x’għandek tgħid. Trid titħallas tariffa tal-qorti wkoll.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Meta jiġi ppreżentat ir-rikors, l-uffiċċju tal-qorti jistabbilixxi data għas-seduta u l-parti l-oħra tiġi nnotifikata b’dik id-data. Jekk il-kwistjoni ma tiġix solvuta qabel id-data stabbilita għas-seduta, maġistrat jew imħallef jisma’ x-xhieda u jieħu deċiżjoni. Ma hemm l-ebda proċedura ta’ emerġenza sabiex tinkiseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Int intitolat(a) tapplika għal għajnuna legali. Madankollu, il-livell tal-assistenza finanzjarja pprovduta (jekk tikkwalifika) huwa soġġett għal valutazzjoni tal-mezzi finanzjarji. Anki jekk tiġi vvalutat(a) bħala finanzjarjament eliġibbli, jista’ jkollok bżonn tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż. Bi ftehim, din il-kontribuzzjoni tista’ titħallas lura lill-Aġenzija tas-Servizzi Legali (Legal Services Agency) fuq perjodu ta’ żmien. Minbarra l-kriterji ta’ eliġibbiltà finanzjarja, trid tissodisfa wkoll test tal-mertu, jiġifieri li jrid ikun hemm bażi raġonevoli sabiex tiftaħ jew tiddefendi l-proċedimenti u jrid ikun raġonevoli fiċ-ċirkostanzi kollha li tagħmel hekk.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Jista’ jsir appell:

  1. minn Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja (Family Proceedings Court) għal Ċentru tal-Ħarsien tal-Familja (Family Care Centre); u
  2. minn Ċentru tal-Ħarsien tal-Familja għall-Qorti Superjuri (High Court)

kontra deċiżjoni li tilqa’ jew tiċħad il-ħruġ ta’ ordni.

Fl-appell, il-Qorti Superjuri tista’, fuq talba ta’ parti, tirreferi kwistjoni dwar punt ta’ dritt għall-opinjoni tal-Qorti tal-Appell (Court of Appeal). Inkella, id-deċiżjoni tal-Qorti Superjuri tkun finali.

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell dwar il-kawża ddikjarata mill-Qorti Superjuri hija finali.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

F’Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja (Family Proceedings Court) (fejn tinstema’ l-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet relatati mal-wild minuri) jista’ jsir rikors sabiex tiġi indirizzata kwistjoni speċifika relatata mal-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Id-dettalji ta’ kuntatt huma elenkati aktar ’il fuq.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2001/2003 (“Brussell IIa”) jipprevedi li ċerti deċiżjonijiet dwar l-eżerċitar tar-responsabbiltà tal-ġenituri mogħtija fi Stat Membru wieħed jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor.

Id-deċiżjoni trid tkun ġiet iddikjarata eżegwibbli f’dak l-Istat l-ieħor. Fl-Irlanda ta’ Fuq trid tressaq rikors sabiex id-deċiżjoni tiġi rreġistrata fil-Qorti Superjuri.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Ikollok tikkontesta r-rikonoxximent fil-qorti fl-Istat Membru l-ieħor skont il-proċedura applikabbli f’dik il-qorti.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-proċedimenti jridu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti fil-ġuriżdizzjoni fejn il-wild minuri ikun abitwalment residenti.

Jekk il-qorti fl-Irlanda ta’ Fuq tiddeċiedi li għandha ġuriżdizzjoni sabiex tittratta l-proċedimenti, hija tapplika l-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 11/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Skozja

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Fl-Iskozja, id-drittijiet u l-obbligi ta’ ġenitur jissejħu “responsabbiltajiet tal-ġenituri u drittijiet tal-ġenituri”, jew PRRs (“Parental Responsibilities and parental Rights”).

Sa fejn ikun prattikabbli u fl-interess tal-wild minuri, persuna b’responsabbiltajiet tal-ġenituri għall-wild minuri għandha:

• tissalvagwardja u tippromwovi s-saħħa, l-iżvilupp u l-aħjar interessi tal-wild minuri;

• tipprovdi lill-wild minuri b’direzzjoni u bi gwida b’mod xieraq għall-istadju ta’ żvilupp tal-wild minuri

• jekk il-wild minuri ma jkunx qed jgħix mal-ġenitur, iżżomm relazzjonijiet personali u kuntatt dirett mal-wild minuri fuq bażi regolari

• taġixxi bħala r-rappreżentant legali tal-wild minuri.

Persuna għandha drittijiet sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha. Id-drittijiet tal-ġenituri huma:

• li l-wild minuri jgħix mal-ġenitur jew li jirregola b’xi mod ieħor ir-residenza tal-wild minuri;

• li l-ġenitur jikkontrolla, jidderieġi jew jiggwida, b’mod xieraq għall-istadju ta’ żvilupp tal-wild minuri, it-trobbija tal-wild minuri;

• jekk il-wild minuri ma jkunx qed jgħix mal-ġenitur, li jżomm relazzjonijiet personali u kuntatt dirett mal-wild minuri fuq bażi regolari;

• li l-ġenitur jaġixxi bħala r-rappreżentant legali tal-wild minuri.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Omm il-wild minuri jkollha l-PRRs b’mod awtomatiku. Missier il-wild minuri jkollu l-PRRs jekk:

• Kien miżżewweġ lill-omm fil-ħin tal-konċepiment jew sussegwentement

• Fl-4 ta’ Mejju 2006 jew wara, huwa rreġistra b’mod konġunt it-twelid tal-wild minuri tiegħu mal-omm

• Huwa u l-omm kitbu u rreġistraw ftehim f’forma prestabbilita (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 5 aktar ’l isfel)

• Tathomlu l-Qorti.

Kull min għandu interess fil-wild minuri jista’ jitlob lill-qorti għall-PRRs.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Iva. Qorti tista’ tagħti l-PRRs lil persuna oħra li ma tkunx ġenitur jew tista’ taħtar persuna bħala tutur tal-wild minuri.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jisseparaw, dan ma jaffettwax fih innifsu min ikollu l-PRRs. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaqblu dwar x’inhu l-aħjar għall-wild minuri tagħhom, wieħed minnhom jew it-tnejn li huma jistgħu jitolbu lill-qorti tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet. Il-qorti trid tqis l-aħjar interessi tal-wild minuri kkonċernat bħala l-ogħla konsiderazzjoni tagħha. Ma tistax tagħti ordni ħlief jekk ikun aħjar għall-wild minuri li tagħti ordni milli li ma tagħtix ordni. Il-qorti, filwaqt li tqis l-età u l-maturità tal-wild minuri, trid tqis kwalunkwe fehma li l-wild minuri jixtieq jesprimi.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Fil-każ ta’ ftehim li jagħti lill-missier PRRs, il-ftehim irid ikun f’forma prestabbilita u jrid ikun irreġistrat sabiex ikollu effett legali. Il-formola tinsab fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Gvern Skoċċiż.

Kull ġenitur irid jiffirma l-ftehim fil-preżenza ta’ xhud wieħed li jrid ikollu 16-il sena jew aktar u li jrid jiffirma l-ftehim ukoll. L-istess persuna tista’ tkun xhud għaż-żewġ firem. Il-ftehim irid jiġi rreġistrat fil-Kotba tal-Kunsill u tas-Sessjoni filwaqt li l-omm jkollha l-istess PRRs li kellha fiż-żmien li iffirmat il-ftehim fih.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Hemm varjetà ta’ metodi ta’ “soluzzjoni alternattiva għat-tilwim”. Dawn jinkludu:

• Medjazzjoni tal-familja (meta medjatur jagħti lill-membri tal-familja l-opportunità li jitkellmu dwar it-tħassib tagħhom, jesploraw l-għażliet, u jaqblu dwar it-triq ’il quddiem)

• Medjazzjoni minn avukat (meta l-medjatur ikun avukat li jkollu wkoll kwalifika fil-medjazzjoni)

• Arbitraġġ (meta l-partijiet jaqblu li jaħtru persuna msejħa “arbitru” sabiex issolvi tilwima u li jkunu marbuta bid-deċiżjoni tal-arbitru)

• Liġi kollaborattiva (meta ż-żewġ partijiet ikollhom avukat u l-avukati jaqblu li jippruvaw isolvu t-tilwima barra mill-qorti)

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef jista’ jagħmel ordnijiet fir-rigward:

• tar-responsabbiltà tal-ġenituri;

• tad-drittijiet tal-ġenituri;

• tat-tutela;

• tal-amministrazzjoni tal-proprjetà tal-wild minuri.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Kull persuna b’PRRs fir-rigward tal-wild minuri għandha tkun involuta fid-deċiżjonijiet dwar dak il-wild minuri. Meta ġenitur wieħed biss ikollu PRRs, dak il-ġenitur jista’ jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha mingħajr ma jikkonsulta lill-ġenitur l-ieħor.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Jekk iż-żewġ ġenituri jkollhom PRRs sħaħ fir-rigward tal-wild minuri, it-tnejn li huma jkollhom id-dritt li l-wild minuri jgħix magħhom, jew li jirregolaw b’xi mod ieħor ir-residenza tal-wild minuri. Meta l-wild minuri ikun jgħix ma’ wieħed minnhom, l-ieħor ikollu d-dritt li jżomm relazzjonijiet personali u kuntatt dirett mal-wild minuri fuq bażi regolari.

Il-prinċipju ġenerali huwa li, meta jkun possibbli, iż-żewġ ġenituri għandhom jikkontribwixxu għat-trobbija tal-wild minuri tagħhom, meta dan ikun prattikabbli u fl-interessi tal-wild minuri. Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jaqblu, il-qorti tista’ tiddetermina ma’ min jgħix il-wild minuri, u meta. Huwa possibbli li l-qorti tordna li l-wild minuri għandu jgħix ma’ persuni differenti fi żminijiet differenti.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

i. Azzjoni li tikkonċerna r-responsabbiltajiet tal-ġenituri tista’ tiġi ppreżentata jew quddiem il-Qorti tas-Sessjoni (Court of Session) jew quddiem il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court). Ir-rikors jista’ ssir b’kawża ordinarja għal divorzju jew għal separazzjoni.

ii. Liema qorti għandha tintuża hija kwistjoni ta’ għażla personali. Meta ma tkun pendenti l-ebda kawża ta’ dan it-tip għal divorzju jew għal separazzjoni, il-Qorti tas-Sessjoni jkollha l-ġuriżdizzjoni li tittratta rikors għal ordni ta’ responsabbiltajiet tal-ġenituri meta l-wild minuri jkun abitwalment residenti fl-Iskozja u l-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) ikollha l-ġuriżdizzjoni li tindirizza kawża ta’ dan it-tip meta l-wild minuri jkun abitwalment residenti fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tax-Xeriff (Sheriffdom) fejn il-Qorti tkun tinsab ġeografikament. Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tas-Servizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Iskozja (Scottish Courts and Tribunals Service) fih mappa li turi l-postijiet tal-qrati u telenka l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt.

iii. Talba dwar ir-responsabbiltajiet u d-drittijiet tal-ġenituri trid issir fil-forma ta’ Ċitazzjoni (Summons) fil-Qorti tas-Sessjoni u ta’ Ċitazzjoni Inizjali (Initial Writ) fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court). Bħal fil-każ tal-kawżi għal divorzju, kull Qorti għandha s-sett ta’ regoli tagħha stess li jistabbilixxu l-forma li ta’ kif trid issir dik it-talba. Ara l-paragrafu 11(6) tal-paġna dwar id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadivorzju.

Formalitajiet u dokumentazzjoni

iv. Mal-preżentata ta’ rikors bħal dan trid titħallas tariffa f’waħda mill-Qrati. Ara l-paragrafu 11(8) tal-paġna dwar id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadivorzju rigward l-eżenzjonijiet possibbli mit-tariffi.

v. Ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn it-tipi ta’ talbiet, trid tippreżenta ċertifikat tat-twelid tal-wild minuri. Fotokopja ma tiġix aċċettata mill-qorti u lanqas forma mqassra taċ-ċertifikat.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Ma hemm l-ebda proċedura simplifikata disponibbli f’talbiet ta’ dan it-tip. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 11(6) tal-paġna dwar id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadivorzju jistabbilixxu l-proċeduri. Huwa possibbli li tintalab ordni temporanja meta jkun maħsub li din tkun meħtieġa.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Pariri u Assistenza huma disponibbli dwar kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri soġġetti għat-testijiet finanzjarji statutorji normali. Għajnuna Legali Ċivili hija disponibbli wkoll fuq kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri, soġġetta għat-tliet testijiet statutorji normali tal-eliġibbiltà finanzjarja, tar-raġonevolezza u tal-kawża probabbli.

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Iva.

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Jista’ jkun possibbli li jinfetħu proċedimenti fl-istess azzjoni għal nuqqas ta’ konformità ma’ ordni tal-qorti. Jekk ma jkunx hemm konformità, jistgħu jiġu kkontestati l-proċedimenti tal-qorti.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Jekk tixtieq teżegwixxi sentenza minn Stat Membru ieħor, il-kwistjoni hija rregolata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2201/2003 (magħruf komunement bħala Brussell IIa). Sentenza ta’ Stat Membru ieħor dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri relatata mal-wild minuri hija eżegwibbli fl-Iskozja meta (1) ikun ġie ppreżentat rikors u (2) b’konsegwenza ta’ dan, is-sentenza tkun ġiet iddikjarata eżegwibbli fl-Iskozja.

Il-proċedura għall-preżentata ta’ dan ir-rikors hija stipulata fil-liġi tal-Iskozja. Irid jiġi ppreżentat rikors quddiem il-Qorti tas-Sessjoni (Court of Session) u dan irid ikun akkumpanjat minn dokumenti speċifiċi (li huma stabbiliti fi Brussell IIa). Tista’ ssibha utli li tikseb parir legali dwar din il-kwistjoni.

Skont Brussell IIa, hemm ċerti sentenzi li jistgħu jiġu eżegwiti fi Stati Membri oħra mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Jekk tixtieq tikkontesta r-rikonoxximent ta’ sentenza minn Stat Membru ieħor, il-kwistjoni hija rregolata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2201/2003 (magħruf komunement bħala Brussell IIa). Brussell IIa jelenka r-raġunijiet li għalihom is-sentenza ma għandhiex tiġi rikonoxxuta.

Ir-rikors jeħtieġ li jiġi ppreżentat skont il-proċedura stabbilita fil-liġi tal-Iskozja. Ir-rikors irid jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti tas-Sessjoni (Court of Session) u dan irid ikun akkumpanjat minn dokumenti speċifiċi (li huma stabbiliti fi Brussell IIa). Tista’ ssibha utli li tikseb parir legali dwar din il-kwistjoni.

Skont Brussell IIa, hemm ċerti sentenzi li jistgħu jiġu eżegwiti u rikonoxxuti fi Stati Membri oħra mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Jekk il-qorti fl-Iskozja jkollha ġuriżdizzjoni, ġeneralment tapplika l-liġi tal-Iskozja. Jekk ikun maħsub li kwistjoni partikolari hija rregolata b’liġi barranija rilevanti li tkun differenti mil-liġi tal-Iskozja, dik il-liġi trid tiġi kkonstatata u pprovata. Jista’ jkun hemm ċirkostanzi mhux tas-soltu li fihom liġi barranija tintalab mill-partijiet f’kawża li fiċ-ċirkostanzi tagħha l-qorti Skoċċiża tista’ tikkunsidraha.

Din il-paġna web hija parti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafeedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 09/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Ir-responsabilità tal-ġenituri - il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta’ kuntatt - Ġibiltà

1 Xi tfisser il-frażi fil-liġi "responsabbiltà tal-ġenituri" fil-prattika? Liema huma d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri?

Għall-finijiet tal-liġi ta’ Ġibiltà, ir-responsabbiltà tal-ġenituri tirreferi għall-kustodja, għall-ħarsien u għall-kontroll ta’ wild minuri, normalment eżerċitati minn ġenitur jew mill-ġenituri jew minn tutur maħtur. Ġeneralment, ġenitur jew tutur ikun responsabbli għall-kustodja u għat-trobbija ta’ wild minuri u għall-amministrazzjoni ta’ kwalunkwe proprjetà li tappartjeni lill-wild minuri jew li tinżamm fi trust għall-wild minuri.

It-terminu responsabbiltà tal-ġenituri jestendi għall-missier, għall-omm jew għal kwalunkwe tutur maħtur li jaqdi r-responsabbiltajiet tal-ġenituri tiegħu fir-rigward ta’ wild minuri partikolari. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri testendi wkoll għall-kontroll, b’mod dirett jew inkella billi tiġi pprovduta gwida, li jkun xieraq għall-istadju tal-iżvilupp tal-wild minuri. Hija testendi wkoll għat-trobbija tal-wild minuri, jekk il-wild minuri ma jkunx qed jgħix mal-ġenitur, sabiex jinżammu relazzjonijiet personali u kuntatt dirett fuq bażi regolari; u sabiex dan jaġixxi bħala r-rappreżentant legali tal-wild minuri jekk ikun meħtieġ.

2 Bħala regola ġenerali, min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq l-ulied?

Ġeneralment, fir-rigward tal-kustodja jew tat-trobbija ta’ wild minuri u fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ kwalunkwe proprjetà, l-omm ikollha l-istess drittijiet u awtorità bħall-missier. Dawn id-drittijiet u l-awtorità tal-omm u tal-missier huma ugwali u jistgħu jiġu eżerċitati minn kwalunkwe wieħed jew waħda minnhom mingħajr l-ieħor jew l-oħra. Dawn id-drittijiet ġenerali huma soġġetti għal kull ordni imposta mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati ta’ Ġibiltà.

Meta missier u omm ta’ wild minuri kienu miżżewġa lil xulxin fil-mument tat-twelid tiegħu, skont il-liġi ta’ Ġibiltà kull ġenitur ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-wild minuri. Madankollu, jekk ma kinux, l-omm biss ikollha r-responsabbiltà tal-ġenituri mat-twelid. Din mhijiex regola stretta jew assoluta peress li l-liġi ta’ Ġibiltà tirrikonoxxi li jekk il-missier ikun irreġistrat bħala “l-missier” mill-omm, huwa jikseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-wild minuri. Dan iseħħ ukoll jekk ikun ordnat mill-Qorti.

Madankollu, persuna waħda, żewġ persuni jew aktar jista’ jkollhom ukoll drittijiet tal-ġenituri fir-rigward ta’ wild minuri. Minkejja dan, huma ma jistgħux jeżerċitaw dak id-dritt mingħajr il-kunsens tal-persuna l-oħra jew, skont il-każ, ta’ kwalunkwe persuna mill-oħrajn, sakemm dan ma jkunx iddikjarat b’xi ordni tal-qorti, att jew ftehim.

3 Jekk il-ġenituri ma jkunux kapaċi jew ma jridux jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq uliedhom, tista’ tinħatar persuna oħra minflokhom?

Meta jmut ġenitur, il-ġenitur superstitu jsir it-tutur tal-wild minuri waħdu jew b’mod konġunt ma’ kwalunkwe tutur maħtur mill-ġenitur deċedut. Jekk il-ġenitur deċedut ma jkunx ħatar tutur jew it-tutur nominat ikun jew mejjet jew jirrifjuta li jaġixxi, il-qorti tkun tista’ taħtar tutur jekk tqis li dan ikun xieraq.

Meta jinfetaħ rikors mill-omm jew mill-missier ta’ wild minuri, qorti tista’ tagħmel ordni dwar ir-residenza tal-wild minuri u d-dritt ta’ kuntatt mal-wild minuri tal-omm jew tal-missier. Il-qorti għandha wkoll is-setgħa li tagħti r-residenza tal-wild minuri lil kwalunkwe persuna (kemm jekk wieħed mill-ġenituri kif ukoll jekk le). Madankollu, l-għoti ta’ residenza lil ġenitur wieħed mhuwiex eżegwibbli filwaqt li ż-żewġ ġenituri jkunu qed jgħixu flimkien.

4 Jekk il-ġenituri jiddivorzjaw jew jinfirdu, ir-responsabbiltà tal-ġenituri kif tkun iddeterminata għall-ġejjieni?

Fil-każ ta’ divorzju, il-Qorti Suprema (Supreme Court) ta’ Ġibiltà għandha s-setgħa eżerċitabbli jew qabel jew wara d-digriet finali, sabiex tordna l-kustodja, il-manteniment u l-edukazzjoni tal-wild minuri mnissel miż-żwieġ jew saħansitra tordna li jinfetħu proċedimenti sabiex it-tfal jitqiegħdu taħt il-protezzjoni tal-Qorti. Il-Qorti Suprema ma tistax tagħmel digriet ta’ divorzju assolut ħlief jekk tkun sodisfatta li saru arranġamenti sodisfaċenti għal kwalunkwe wild.

Meta l-ġenituri jisseparaw, jista’ jiġi konkluż ftehim bejn il-partijiet li jistipula li xi ħadd minnhom jista’ jagħżel li ċċedi d-drittijiet kollha tiegħu bħala ġenitur jew uħud minnhom. Madankollu, tali ftehim ma għandux jiġi eżegwit minn qorti jekk il-qorti tkun tal-opinjoni li ma jkunx fl-interess tal-wild minuri li dak il-ftehim jingħata effett.

5 Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema formalitajiet għandhom ikunu rrispettati biex il-ftehim jorbot legalment?

Kif indikat fil-mistoqsija 4 aktar ’il fuq, meta ġenitur jidħol fi ftehim ta’ separazzjoni li permezz tiegħu jċedi d-drittijiet tiegħu kollha bħala ġenitur jew uħud minnhom, dan il-ftehim jiġi eżegwit minn qorti biss meta din tkun tal-opinjoni li jkun fl-interess tal-wild minuri li dak il-ftehim jingħata effett.

6 Jekk il-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, liema huma l-mezzi alternattivi biex jiġi solvut il-kunflitt mingħajr intervent tal-qorti?

Jekk il-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri titqajjem fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ divorzju, id-determinazzjoni ta’ din il-kwistjoni taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà. Madankollu, xi assistenza soċjali tista’ tinkiseb permezz ta’ konsulenza għall-miżżewġin. Servizz ta’ konsulenza għall-miżżewġin huwa pprovdut mill-Knisja Kattolika Rumana f’Ġibiltà. Jista’ jkun possibbli wkoll li xi wħud mill-kwistjonijiet jiġu ttrattati permezz ta’ medjazzjoni.

7 Jekk il-ġenituri jmorru l-qorti, liema kwistjonijiet jistgħu jiġu deċiżi mill-imħallef fir-rigward tat-tfal?

L-imħallef jista’ jiddeċiedi dwar kwalunkwe kwistjoni li huwa jqis li tista’ taffettwa l-aħjar interessi tal-wild minuri.

8 Jekk il-qorti tiddeċiedi li ġenitur wieħed biss għandu jkollu l-kustodja tal-ulied, dan ikun ifisser li huwa jew hija jistgħu jiddeċiedu dwar l-affarijiet kollha li jirrigwardjaw it-tfal mingħajr ma qabel jikkonsultaw lill-ġenitur l-ieħor?

Ladarba ġenitur jingħata kustodja sħiħa, huwa jkun jista’ jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-wild minuri mingħajr ma l-ewwel jikkonsulta lill-ġenitur l-ieħor sakemm dan ma jikkostitwix ksur ta’ ordni tal-qorti eżistenti; pereżempju, ordni dwar l-aċċess għall-wild minuri.

9 Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ġenituri għandu jkollhom il-kustodja konġunta ta’ uliedhom, dan xi jfisser fil-prattika?

Il-kustodja konġunta ta’ wild minuri tfisser li ż-żewġ ġenituri jkollhom drittijiet u responsabbiltajiet ugwali fir-rigward tal-wild minuri. Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati b’mod konġunt jew in solidum.

10 Għand liema qorti jew awtorità għandi nirrikorri jekk inkun irrid nippreżenta rikors dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri? Liema formalitajiet għandhom ikunu rispettati u liema dokumenti għandi nehmeż mar-rikors tiegħi?

Jekk ir-rikors għar-responsabbiltà tal-ġenituri jsir b’rabta ma’ proċedimenti ta’ divorzju jew b’konsegwenza tiegħu, ir-rikors għandu jsir quddiem il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà. Rikors isir permezz ta’ taħrika, sostnuta minn evidenza b’affidavit. Mal-preżentata ta’ dawn l-atti, ir-Reġistru tal-Qorti Suprema jipproċedi sabiex jistabbilixxi data għas-smigħ tar-rikors.

Ir-rikorsi għal wild minuri li jeħtieġ ħarsien sabiex isir minuri taħt it-tutela tal-istat għandhom isiru quddiem il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà wkoll.

Meta l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri ma tirriżultax minn proċedimenti ta’ divorzju, jista’ jsir rikors quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Ġibiltà. Ir-rikors għandu jkun fil-forma ta’ denunzja bil-miktub li tistabbilixxi t-talba u r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom. Mar-rikors għandhom jiġu inklużi wkoll kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-wild minuri kif ukoll kopja taċ-ċertifikat taż-żwieġ, meta jkun applikabbli. Malli tirċievi d-denunzja, il-Qorti tipproċedi sabiex telenka l-kwistjoni għas-smigħ u tinforma lill-partijiet bid-data tar-ritorn.

11 Liema proċedura tapplika f’dawn il-każijiet? Jista’ wieħed jagħmel użu minn proċedura ta’ emerġenza?

Fil-każijiet kollha, il-Qorti Suprema jew inkella l-Qorti tal-Maġistrati tipproċedi billi tistabbilixxi data għas-smigħ tar-rikors rilevanti u tinforma lill-partijiet. Il-partijiet għandhom jitilgħu l-qorti fid-data stabbilita flimkien mar-rappreżentanti legali tagħhom jekk ikun applikabbli.

Hemm proċeduri ta’ emerġenza disponibbli meta jkun jidher li wild minuri jista’ jkun li jkun jeħtieġ ħarsien.

12 Nista’ nikseb għajnuna legali biex inkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Kemm fil-Qorti tal-Maġistrati kif ukoll fil-Qorti Suprema, l-għajnuna legali tista’ tingħata soġġetta għal test tal-mezzi. It-talbiet għall-għajnuna legali fi kwalunkwe waħda mill-qrati għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Suprema u l-formoli tat-talba jinġabru mingħand ir-Reġistru tal-Qorti Suprema (Supreme Court).

13 Ikun possibbli li jsir appell kontra deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri?

Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem il-Qorti Suprema. Meta d-deċiżjoni tittieħed mill-Qorti Suprema, jista’ jkun possibbli li jsir appell quddiem il-Qorti tal-Appell (Court of Appeal).

14 F’ċerti każijiet, jista’ jkun meħtieġ li wieħed japplika lill-qorti jew lil awtorità oħra għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Liema proċedura tapplika f’każ bħal dan?

Għandha ssir talba lill-Qorti li tkun għamlet l-ordni oriġinali tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Jekk il-qorti kienet il-Qorti tal-Maġistrati, għandha tiġi ppreżentata denunzja li tispjega r-raġunijiet tad-denunzja. Fil-Qorti Suprema, għandha tiġi ppreżentata Taħrika, sostnuta minn evidenza ġuramentata meta jkun xieraq.

15 X’għandi nagħmel biex deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor tiġi rikonoxxuta u infurzata f’dan l-Istat Membru?

Sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri mogħtija fi Stat Membru li tirriżulta minn proċedimenti ta’ divorzju, ta’ separazzjoni legali jew ta’ annullament tista’ tiġi rikonoxxuta f’Ġibiltà. Sabiex tiġi eżegwita sentenza ta’ dan it-tip, għandu jiġi ppreżentat rikors quddiem il-Qorti tal-Maġistrati għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà.

16 F’liema qorti f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri biex nopponi r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri maħruġa minn qorti fi Stat Membru ieħor? Liema proċedura tapplika f'dawn il-każijiet?

Id-deċiżjoni dwar ir-rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà tista’ tiġi appellata minn kwalunkwe parti. Jekk id-deċiżjoni tkun ittieħdet mill-Qorti tal-Maġistrati (Magistrates’ Court), appell jinstema’ quddiem il-Qorti Suprema.

17 Liema liġi għandha tiġi applikata mill-qorti fi proċediment dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri meta t-tfal jew il-partijiet ma jkunux jgħixu f’dan l-Istat Membru jew ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti?

Il-Qrati ta’ Ġibiltà japplikaw il-liġi ta’ Ġibiltà, li tinkludi l-leġiżlazzjoni lokali, kif ukoll kwalunkwe Att jew dispożizzjoni oħra estiża għal Ġibiltà minn żmien għal żmien.