Sib informazzjoni għal kull reġjun
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Introduzzjoni
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) 1896/2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea jistipula li t-tariffi tal-qorti kkombinati ta’ proċedura ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea u tal-proċedimenti ċivili ordinarji li jirriżultaw f’każ ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea fi Stat Membru ma għandhomx jaqbżu t-tariffi tal-qorti ta’ proċedimenti ċivili ordinarji mingħajr proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea preċedenti f’dak l-Istat Membru. Il-proċedimenti li jikkonċernaw rikorsi għal ordni ta’ ħlas Ewropea huma għalhekk soġġetti għal tariffa fissa taħt il-Punt ta’ Tariffa 1 (Tarifpost 1) tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Gerichtsgebührengesetz – GGG), li hija pagabbli fil-proċeduri nazzjonali kollha għal ordni ta’ ħlas u fil-proċedimenti ċivili.
X’tariffi huma applikabbli?
Fi proċedimenti relatati ma’ rikorsi għal ordni ta’ ħlas Ewropea fl-ewwel istanza, japplika l-Punt ta’ Tariffa 1 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, f'konformità man-Nota 1 tal-Punt ta’ Tariffa 1 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti. Din it-tariffa fissa titħallas irrispettivament minn jekk ikunux intemmu l-proċedimenti. It-tnaqqis japplika biss jekk ir-rikors jiġi rtirat jew miċħud immedjatament qabel ma tiġi nnotifikata l-parti avversarja (tariffa mnaqqsa għal kwart; In-Nota 3 tal-Punt ta’ Tariffa 1 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti) jew jekk il-każ jiġi riżolt b’mod legalment validu fl-ewwel seduta (it-tariffa mnaqqsa bin-nofs; In-Nota 2 tal-Punt ta’ Tariffa 1 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti). Skont is-sistema tat-tariffi tal-qorti Awstrijaka, huwa biss ir-rikors promotur (f’dan il-każ, ir-rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea) li jkun suġġett għal tariffa fi proċedimenti ċivili fl-ewwel istanza. Ma hemm l-ebda tariffa addizzjonali tal-qorti għal proċedimenti ulterjuri fl-ewwel istanza.
Skont l-Artikolu 2(1)(a) tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, l-obbligu li jitħallsu t-tariffi jirriżulta meta r-rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi ppreżentata lill-qorti. It-tariffa trid titħallas f’dan iż-żmien. Ir-rikorsi għal eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti jridu jiġu ppreżentati wkoll permezz tal-għajnuna legali (Verfahrenshilfe) sa mhux aktar tard minn dan iż-żmien, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet.
Ir-rikors għal rieżami skont l-Artikolu 20 tar-Regolament hija mingħajr ħlas (irrispettivament minn jekk għandhiex l-għan li tikseb rimedju legali simili għal restitutio in integrum (il-paragrafu 1) jew eżami tas-sustanza (il-paragrafu 2)).
Kemm għandi nħallas?
Il-kalkolu tat-tariffi tal-qorti għall-proċedimenti fl-ewwel istanza jiddependi fuq il-valur tas-suġġett tat-talba (l-ammont fit-tilwima = il-livell tat-talba asserita) u l-għadd ta’ partijiet. Bħala eżempju, ara hawn taħt it-tabella sħiħa tar-rati taħt il-Punt ta’ Tariffa 1 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (sal-1 ta’ Awwissu 2017; ikklikkja hawnhekk għall-kliem attwali tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti):
Il-Punt ta’ Tariffa 1 |
Il-valur tas-suġġett tat-talba |
Tariffa pagabbli |
|||
ma huwiex iktar minn |
EUR 150 |
EUR 23 |
|||
huwa iktar minn |
EUR 150 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 300 |
EUR 45 |
||
huwa iktar minn |
EUR 300 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 700 |
EUR 64 |
||
huwa iktar minn |
EUR 700 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 2 000 |
EUR 107 |
||
huwa iktar minn |
EUR 2 000 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 3 500 |
EUR 171 |
||
huwa iktar minn |
EUR 3 500 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 7 000 |
EUR 314 |
||
huwa iktar minn |
EUR 7 000 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 35 000 |
EUR 743 |
||
huwa iktar minn |
EUR 35 000 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 70 000 |
EUR 1 459 |
||
huwa iktar minn |
EUR 70 000 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 140 000 |
EUR 2 919 |
||
huwa iktar minn |
EUR 140 000 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 210 000 |
EUR 4 380 |
||
huwa iktar minn |
EUR 210 000 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 280 000 |
EUR 5 840 |
||
huwa iktar minn |
EUR 280 000 iżda mhuwiex iktar minn |
EUR 350 000 |
EUR 7 299 |
||
huwa iktar minn |
EUR 350 000 |
1.2% tal-ammont ikkontestat flimkien ma’ EUR 3 488 |
Jekk ikun hemm aktar minn żewġ partijiet, tista’ tiżdied soprataxxa multipartitika ta’ bejn 10% u 50% skont l-Artikolu 19a tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti.
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Fil-każ ta’ ħlas tardiv, ikollha titħallas penali fissa ta’ EUR 22 (sal-1 ta’ Awwissu 2017) skont l-Artikolu 31 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti. Madankollu, il-ħlas tardiv tat-tariffa tal-qorti ma għandu l-ebda influwenza fuq l-eżekuzzjoni tal-proċedimenti ċivili nfushom. Il-proċedimenti tal-qorti ma jiddependux mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti – dawn isiru b’mod kompletament indipendenti.
L-irkupru tat-tariffi tal-qorti mill-awtorità ġudizzjarja huwa rregolat mill-Att dwar l-Irkupru tal-Pagamenti tal-Qorti (Gerichtliches Einbringungsgesetz – GEG). Jekk, minħabba nuqqas ta’ ħlas, l-awtorità ġudizzjarja jkollha toħroġ ordni ta’ ħlas (titolu eżekuttiv għall-irkupru ta’ tariffi tal-qorti) skont l-Artikolu 6a tal-Att dwar l-Irkupru tal-Pagamenti tal-Qorti, tapplika tariffa addizzjonali ta’ ġbir ta’ EUR 8 (sal-1 ta’ Jannar 2014).
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Il-metodi ta’ ħlas huma stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti. Skont l-Artikolu 4, it-tariffi jistgħu jitħallsu b’karta bankarja b’funzjoni ta’ ATM jew b’karta ta’ kreditu, b’depożitu jew trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti kompetenti jew b’depożitu fi flus kontanti ma’ dik il-qorti. Id-dettalji bankarji tal-qorti jinsabu fis-sit tal-Ministeru Federali għall-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz) taħt “Qrati” (Gerichte).
Barra minn hekk, it-tariffi kollha jistgħu jitħallsu wkoll b’debitu dirett jekk il-qorti (jew, b’mod ġenerali, is-sistema ġudizzjarja Awstrijaka) tkun ġiet awtorizzata tiġbor it-tariffi tal-qorti minn kont notifikat mill-parti li għandha tħallas it-tariffi, u tiddepożitahom f’kont tal-qorti. F’dan il-każ ir-rikors (rikors għal ordni ta' ħlas Ewropea) irid jindika l-kont minn fejn għandhom jinġabru t-tariffi u l-awtorizzazzjoni biex jinġabru, pereżempju billi tiġi inkluż r-referenza “Gebühreneinzug!” (“Ġbir ta’ tariffi!”) jew “AEV!” (“Ordinanza dwar id-Debitu Dirett!”). Għal awtorizzazzjoni limitata, ir-rikors jista’ jindika wkoll l-ammont massimu li għandu jiġi ddebitat (l-Artikoli 5 u 6 tal-Ordinanza dwar id-Debitu Dirett (Abbuchungs- und Einziehungs-Verordnung)).
Jekk ir-rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi ppreżentata permezz tas-sistema Awstrijaka tal-e-Ġustizzja (Elektronischer Rechtsverkehr – ERV), it-tariffi jridu jitħallsu permezz ta’ debitu dirett. F’dan il-każ, l-ammont massimu li jrid jiġi ddebitat ma jistax jiġi speċifikat.
X’għandi nagħmel wara l-ħlas?
Jekk l-awtoritajiet federali jkunu intitolati li jitolbu tariffi tal-qorti meta jiġi ppreżentat ir-rikors (ir-rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea) u ma jkun hemm l-ebda awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett, il-prova tal-ħlas tat-tariffi (prova tat-trasferiment) trid tinhemeż mar-rikors (l-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti). Jekk il-ħlas isir permezz ta’ karta bankarja, karta ta’ kreditu, depożitu jew trasferiment fil-kont tal-qorti kompetenti, jew permezz ta’ debitu dirett mill-kont tal-parti, l-Aġenzija Federali Awstrijaka tal-Kontabilità (Buchhaltungsagentur des Bundes) tinforma biss lill-awtorità ġudizzjarja dwar l-ikkreditar tal-ħlasijiet lill-kont tal-qorti fi stadju aktar tard. Il-proċedura relatata mal-avviż tat-tariffi tal-qorti tintemm meta tingħata prova ta’ pagament (sħiħ).
Fil-każ ta’ pagament żejjed, tista’ ssir talba għall-ħlas lura ta’ tariffi tal-qorti mħallsa żejda fi żmien ħames snin (l-Artikolu 6c tal-Att dwar l-Irkupru tal-Pagamenti tal-Qorti).
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.