Sib informazzjoni għal kull reġjun
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
X’għandi nagħmel wara li nħallas?
Introduzzjoni
Dan is-suġġett huwa regolat mill-Artikoli 1017 sa 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan (Code judiciaire) u mill-Artikolu 953 ta’ dak il-Kodiċi f’dak li jikkonċerna l-ħlas tat-tariffi tax-xhieda. Huwa regolat ukoll mill-Kodiċi Belġjan tar-Reġistrazzjoni, l-Ipoteka u t-Tariffi tar-Reġistru tal-Qorti (Code des droits d'enregistrement, d'hypothèque et de greffe) u b’mod partikolari l-Artikoli 142 et seq. u 268 et seq. fir-rigward tat-tariffi ta’ reġistrazzjoni.
Liema tariffi japplikaw?
L-Artikolu 1018 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan jispeċifika n-natura tal-ispejjeż:
1° Ir-reġistru tal-qorti, ir-reġistrazzjoni u tariffi oħra. It-tariffi tar-reġistru tal-Qorti jinkludu tariffi tal-elenkar, tariffi għall-abbozzar u tariffi għal kopji ċertifikati (l-Artikoli 268 et seq. tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan tar-Reġistrazzjoni, l-Ipoteka u t-Tariffi tar-Reġistru tal-Qorti). It-tariffa tal-elenkar hija ta bejn EUR 30 u Eur 100, skont liema qorti tkun. It-tariffa għall-abbozzar hija ta EUR 35.
It-tariffi għar-reġistrazzjoni jitħallsu għad-deċiżjonijiet f’każijiet fejn l-ammont prinċipali huwa aktar minn EUR 12 500 (minbarra t-tariffi tal-qorti). Dawn huma ta’ 3% ta’ dak l-ammont.
2° L-ispejjeż tal-proċedimenti l-qorti u s-salarji u l-emolumenti relatati.
3° L-ispiża ta’ kopja ċertifikata ta’ sentenza: bejn EUR 0.85 u EUR 5.75 għal kull paġna;
4° L-ispejjeż għal kull mezz ta’ għoti jew kisba ta’ provi, inkluż it-tariffi tal-esperti u xhieda oħra. Id-Digriet Irjali tas-27 ta’ Lulju 1972 kien stipula li dan l-ammont ikun ta’ BEF (frank Belġjan) 200 għal kull xhud, li issa huwa ekwivalenti għal madwar EUR 5. Minbarra dan hemm l-indennizz tal-ivvjaġġar (EUR 0.0868 għal kull kilometru).
Jekk jissejjaħ perit, dan huwa ħieles li jiddeiċiedi kemm jitlob bħala tariffi u spejjeż tiegħu. Madankollu, il-metodu ta’ kalkolazzjoni għandu jiġi indikat b’mod ċar u l-ammont jista, jekk meħtieġ (għal pereżempju, fejn saru spejjeż bla bżonn), jitnaqqsu mill-qorti fil-valutazzjoni dettaljata tat-tariffi tal-qorti.
5° L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza għall-imħallfin, skrivana u partijiet fil-kawża, fejn l-ivvjaġġar tagħhom ġie ordnat mill-qorti, u l-ispejjeż tal-atti, fejn saru biss għall-għanijiet tal-proċedimenti.
6° Tariffa għat-tħejjija tal-kawża (l-Artikolu 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan). Din titħallas mill-parti li titlef il-kawża u hija kontribuzzjoni fissa għall-ispejjeż legali u t-tariffi tal-parti r-rebbieħa. L-ammonti huma bbażati fuq l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur u jogħlew jew jonqsu b’10% jekk ll-indiċi jogħla jew jonqos b’10 punti perċentwali.
Ammont tat-talba |
Ammont |
Ammont |
Ammont |
EUR 250.00 jew inqas |
EUR 180.00 |
EUR 90.00 |
EUR 360.00 |
EUR 250.01 sa EUR 750.00 |
EUR 240.00 |
EUR 150.00 |
EUR 600.00 |
EUR 750.01 sa EUR 2,500.00 |
EUR 480.00 |
EUR 240.00 |
EUR 1,200.00 |
EUR 750.01 sa EUR 5.000,00 |
EUR 785.00 |
EUR 450.00 |
EUR 1.800,00 |
EUR 5,000.01 sa EUR 10,000.00 |
EUR 1.080,00 |
EUR 600,00 |
EUR 2.400,00 |
EUR 10.000,01 sa EUR 20.000,00 |
EUR 1.320,00 |
EUR 750,00 |
EUR 3.000,00 |
EUR 20.000,01 sa EUR 40.000,00 |
EUR 2.400,00 |
EUR 1.200,00 |
EUR 4.800,00 |
EUR 40.000,01 sa EUR 60.000,00 |
EUR 3.000,00 |
EUR 1.200,00 |
EUR 6.000,00 |
EUR 60.000,01 sa EUR 100.000,00 |
EUR 3.600,00 |
EUR 1.200,00 |
EUR 7.200,00 |
EUR 100.000,01 sa EUR 250.000,00 |
EUR 600,00 |
EUR 1.200,00 |
EUR 12.000,00 |
EUR 250.000,01 sa EUR 500.000,00 |
EUR 8.400,00 |
EUR 1.200,00 |
EUR 16.800,00 |
EUR 500.000,01 sa EUR 1.000.000,00 |
EUR 12.000,00 |
EUR 1.200,00 |
EUR 24.000,00 |
EUR 1,000,000.01 jew iktar |
EUR 18.000,00 |
EUR 1.200,00 |
EUR 36.000,00 |
Talbiet mhux monetarji |
EUR 1.440,00 |
EUR 90,00 |
EUR 12.000,00 |
Tribunal industrijali (regoli speċjali)
Ammont tat-talba |
Ammont |
Ammont |
Ammont |
EUR 250.00 jew inqas |
EUR 43,75 |
EUR 31,75 |
EUR 55,75 |
EUR 620.00 jew inqas |
EUR 87,43 |
EUR 69,43 |
EUR 105,43 |
EUR 2,500.00 jew inqas |
EUR 131,18 |
EUR 107,18 |
EUR 155,18 |
EUR 2,500.01 jew iktar |
EUR 262,37 |
EUR 226,37 |
EUR 298,37 |
Talbiet mhux monetarji |
EUR 131,18 |
EUR 107,18 |
EUR 155,18 |
7° It-tariffi, l-emolumenti u l-ispejjeż tal-ombudsman maħtur skont l-Artikolu 1734 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan.
Kemm għandi nħallas?
Tenut kont ta’ dak li ntqal s’issa, l-ammont li jrid jitħallas jiddependi kompletament minn kull każ, skont jekk tirbaħx il-kawża jew le, jekk jiġux imsejħa l-esperti, jekk jiġux imsejħa aktar xhieda, jekk l-imħallfin kellhomx isiefru barra, jekk ġiex involut l-ombudsman, eċċ.
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
It-tariffi tar-reġistru tal-qorti jridu jitħallsu bil-quddiem, inkella l-kawża ma tiġix imniżżla fl-elenku.
Ix-xhieda esperti dejjem jeħtieġu ħlas bil-quddiem qabel jibdew jaħdmu.
Jekk teħtieġ seduta ta’ smigħ għal xhud, l-ewwel trid tħallas l-ammont dovut lill-iskrivan. Jekk ma tħallasx dan l-ammont, jiġi preżunt li ma għadekx teħtieġ li x-xhud jinstema.
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Il-pagament jista’ jsir permezz ta’ trasferiment ta' kreditu jew ordni ta' ħlas, trasferiment elettroniku, flus kontanti jew ċekk pagabbli lir-reġistru tal-qorti (din tal-aħħar hija riservata għall-professjonisti legali u għall-bailiffs).
X’għandi nagħmel wara li nħallas?
Il-prova tal-ħlas għandha tinżamm f’post sikur sabiex tkun tista’ tiġi prodotta immedjatament kif tintalab.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.