Sib informazzjoni għal kull reġjun
X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?
Introduzzjoni
It-tariffi tal-qorti fir-Repubblika tal-Kroazja huma regolati mill-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Zakon o sudskim pristojbama) (Narodne novine (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja, Nru 118/18)) u mid-Digriet dwar it-Tariffi tal-Qorti stipulati mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja.
Skont l-Artikolu 5 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, it-tariffi stipulati għandhom jitħallsu b’pagament mhux fi flus kontanti, bi flus kontanti, b’timbri tal-qligħ maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja jew elettronikament.
Għal petizzjonijiet li jiġu ppreżentati elettronikament, skont regolamenti speċjali bis-sistema ta’ informazzjoni li tintuża għall-iskopijiet tal-qorti, trid titħallas tariffa malli jiġu ppreżentati. L-ammont li jrid jitħallas huwa ugwali għal nofs l-ammont stipulat tat-tariffa stabbilita.
Rigward deċiżjonijiet li jiġu nnotifikati mill-qorti b’mod elettroniku, skont ir-regolamenti speċjali bis-sistema ta’ informazzjoni li tintuża għall-iskopijiet tal-qorti, nofs l-ammont stipulat stabbilit tat-tariffa għandu jitħallas jekk jitħallas fi żmien tliet ijiem mid-data tal-preżentata elettronika.
Liema tariffi japplikaw?
It-tariffi tal-qorti jitħallsu fil-proċedimenti ċivili u kummerċjali kollha tal-qorti. Skont l-Artikolu 11 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, dawn li ġejjin huma eżenti:
- ir-Repubblika tal-Kroazja u l-korpi tal-gvern
- persuni u korpi li jeżerċitaw awtorità pubblika fi proċeduri ġejjin mill-eżerċizzju ta' dawk il-poteri
- ħaddiema f’tilwim u proċeduri oħra marbuta mal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ġejjin mill-impjieg
- Il-ħaddiema u impjegati taċ-ċivil f’tilwim amministrattiv marbut mal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ġejjin mill-impjieg
- Veterani tal-gwerra b’diżabilità fil-Gwerra għall-Indipendenza tal-Kroazja, skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw dan l-istatus, kif ukoll nies b’diżabilità skont dokumenti xierqa mid-Dipartiment tal-Għarfien, ir-Riabilitazzjoni Vokazzjonali u l-Impjieg ta’ Nies b’Diżabilità
- il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta' suldati li sfaw maqtula, neqsin u priġunieri fil-Gwerra għall-Indipendenza tal-Kroazja, skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw dan l-istatus
- il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta' suldati li sfaw maqtula, neqsin u priġunieri fil-Gwerra għall-Indipendenza tal-Kroazja, skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw dan l-istatus
- ir-refuġjati, il-persuni spustati u r-rimpatrijati skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw l-istatus tagħhom
- il-benefiċjarji ta' għajnuna soċjali li jirċievu għajnuna għall-għajxien
- l-organizzazzjoni umanitarji, l-organizzazzjonijiet li jipproteġu l-familji ta' dawk li sfaw maqtula, neqsin u kienu priġunieri filwaqt li kienu qed iwettqu attivitajiet umanitarji u l-organizzazzjonijiet għan-nies b’diżabilità,
- tfal li jkunu parti mill-proċedimenti għall-manteniment jew fi proċedimenti dwar talbiet ibbażati fuq dak id-dritt
- ir-rikorrenti għad-determinazzjoni tal-maternità jew il-paternità u proċedimenti għall-ispejjeż minħabba tqala u t-twelid ta’ tfal mhux fiż-żwieġ
- partijiet li jixtiequ jerġgħu jakkwistaw il-kapaċità ġuridika
- minorenni li jixtiequ awtorizzazzjoni biex jiżżewwġu
- partijiet fil-proċedimenti sabiex jingħata lura tifel u għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess għat-tfal
- ir-rikorrenti fi proċedimenti dwar drittijiet ġejjin mill-pensjoni obbligatorja u l-assigurazzjoni ġenerali medika, dwar id-drittijiet ta' dawk qiegħda skont ir-regolamenti dwar l-impjiegi u d-drittjiet għall-benefiċċji soċjali
- ir-rikorrenti fi proċedimenti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kostituzzjonalment garantiti u l-libertajiet kontra atti individwali finali
- ir-rikorrenti f'tilwim għal kumpens minħabba tniġġis ambjentali
- trejdjunjins u assoċjazzjonijiet superjuri ta' trejdjunjins fi proċedimenti ċivili għall-approvazzjoni ġudizzjarja tas-sostituzzjoni u f'tilwim ta' xogħol kollettiv u rappreżentanti tal-unjin fi proċedimenti ċivili fl-eżerċizzju tas-setgħat tal-kunsill tal-ħaddiema
- konsumaturi bħala debituri falluti
- persuni u korpi oħra kif meħtieġ minn liġi speċjali.
Stat barrani huwa eżenti mill-ħlas tat-tariffi, jekk ikun hemm provvediment f'dan is-sens permezz ta' trattat internazzjonali jew skont ir-reċiproċità.
F'każ ta' dubju dwar il-kundizzjonijiet ta’ reċiproċità, il-qorti titlob għal spjegazzjoni mill-Ministeru għall-Ġustizzja.
L-eżenzjoni mill-punt 10 tapplika għal dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji li għalihom il-Ministru għall-affarijiet soċjali joħroġ deċiżjoni xierqa.
L-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti ma tapplikax għall-korpi tal-muniċipalitajiet u l-ibliet, ħlief fejn skont liġi speċjali l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika ġiet trasferita lilhom.
Fil-proċeduri tal-ordni ta' ħlas Ewropea jitħallsu t-tariffi li ġejjin:
- għal proposta tal-ordni ta' ħlas Ewropea - iħallas ir-rikorrent
- għal deċiżjoni dwar l-ordni ta' ħlas Ewropea - iħallas ir-rikorrent
- għal ilment kontra l-ordni ta' ħlas Ewropea - iħallas il-konvenut
jekk il-proċedura tkompli l-qorti
- għal sentenza - iħallas ir-rikorrent
- għal appell - iħallas l-appellant
- għal risposta kontra l-appell - tħallas il-persuna li tressaq ir-risposta (ir-risposta hija fakultattiva)
- rimedju straordinarju - tista' ssir ritrattazzjoni mid-deċiżjoni tal-qorti tat-tieni istanza jekk it-tilwima taqbeż HRK 200 200,000.00
- it-tariffi tal-qorti jitħallsu mill-applikant għar-ritrattazzjoni u l-persuna li tressaq risposta għar-ritrattazzjoni (ir-risposta hija fakultattiva).
Kemm se jkolli nħallas?
I. Għal talba, kontrotalba, sentenza u oġġezzjoni għal ordni ta’ ħlas, għandha titħallas tariffa tal-qorti xierqa għall-ammont kontestat (ikkalkulata biss għall-ammont tar-rikors prinċipali mingħajr interessi u spejjeż) kif ġej: |
||
aktar minn |
sa HRK |
HRK |
0.00 |
3,000.00 |
100.00 |
3,001.00 |
6,000.00 |
200.00 |
6,001.00 |
9,000.00 |
300.00 |
9,001.00 |
12,000.00 |
400.00 |
12,001.00 |
15,000.00 |
500.00 |
Hija pagabbli tariffa ta' HRK 500.00 għal ammonti li jaqbżu HRK 15 000.00 flimkien ma 1% fuq id-differenza li taqbeż HRK 15 000.00 iżda mhux aktar minn HRK 5 000.00. |
II. Nofs it-tariffa msemmija taħt il-punt I titħallas għal proposta ta' ordni ta' ħlas Ewropea, għal deċiżjoni ta' ordni ta' ħlas Ewropea u għal risposta għal appell jew ritrattazzjoni.
III. Għall-appell jew ritrattazzjoni ta' sentenza jitħallas id-doppju tat-tariffi tal-qorti msemmija fil-punt I.
IV. Ma titħallasx tariffa tal-qorti fejn jintlaħaq ftehim bil-qorti matul il-proċedimenti quddiemha stess.
X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Jekk il-parti ma tħallasx it-tariffa fl-iskadenza jew tonqos milli tinforma lill-qorti dwar dan mingħajr dewmien, fi żmien skadenza ulterjuri ta’ 15-il ġurnata, il-qorti tehmeż ċertifikat ta’ eżekuzzjoni mad-deċiżjoni dwar it-tariffa jew id-deċiżjoni ta’ lment u tissottometti kollox lill-Aġenzija Finanzjarja għall-ħlas bilfors mill-fondi tal-parti skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi li jirregolaw l-eżekuzzjoni tas-sentenzi dwar assi monetarji.
Skont l-Artikolu 28 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, il-qorti l-ewwel trid twissi lill-parti fil-proċedimenti bl-obbligu li tħallas it-tariffa, u fejn il-parti ma tħallasx immedjatament u ma tagħtix każ it-twissija, il-qorti trid twissiha biex tħallasha fi żmien tliet ijiem. Jekk il-parti ma tagħtix każ it-twissija jew ma tkunx preżenti għall-proċediment fejn hija dovuta t-tariffa, u ma tħallashiex, il-qorti tagħti deċiżjoni fuq it-tariffa li magħha trid titħallas somma addizzjonali ta’ HRK 100.
Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?
It-tariffi tal-qorti jitħallsu bi ħlas mhux bi flus kontanti, bi flus kontanti, b’timbri tal-qligħ maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja jew elettronikament.
It-tariffa bi flus kontanti tista’ titħallas ukoll fil-kont tal-qorti, f’liema każ il-qorti għandha l-obbligu tħallas dawk il-flus fid-dħul tal-baġit mit-tariffi tal-qorti fi żmien ħames ijiem mid-data tal-ġbir.
It-tariffi jistgħu jitħallsu b’timbri tal-qligħ jekk it-tariffa tkun inqas minn HRK 100.
L-informazzjoni dwar il-metodu ta’ ħlas tat-tariffa hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Bord tal-Bulettin elettroniku, is-sit elettroniku tal-qrati u fir-reġistri tal-qrati.
It-tariffi tal-qrati jistgħu jitħallsu minn kull fergħa tal-bank jew tal-posta fil-Baġit tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja.
Sabiex it-tariffi tal-qorti jitħallsu minn barra l-Kroazja trid tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja:
SWIFT: NBHRHR2X
IBAN: HR1210010051863000160
Giro account (CC):1001005-1863000160
Model: HR64
Numru ta’ referenza: 5045-20735-PIN (jew numru ta' identifikazzjoni ieħor għal min se jħallas)
Benefiċjarju: Il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Kroazja, f'isem il-Qorti Kummerċjali f'Zagreb
Id-deskrizzjoni tal-ħlas għandha tinkludi t-tariffa għall-każ ________ (numru tal-fajl tal-każ, u deskrizzjoni tal-ħlas, pereżempju t-tariffa tal-qorti għal proposta biex jinħareg ordni ta' ħlas Ewropea )
X'nagħmel wara li nħallas?
Kif isir il-ħlas, trid tintbagħat prova ta' dan il-ħlas lill-qorti li tkun qed tisma' l-kawża li għaliha qed titħallas it-tariffa, inkluż referenza għan-numru tal-każ li qed jinstema' (jekk ikun magħruf) jew fejn għadha kif tressqet applikazzjoni għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas Ewropea, il-prova tal-ħlas bil-bank għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni.
Il-partijiet għandhom jissottomettu d-dokumenti lill-qorti b’mod regolari bil-posta (irreġistrata jew normali) jew b’mod elettroniku, skont ir-regolamenti speċjali permezz tas-sistema ta’ informazzjoni li tintuża għall-iskopijiet tal-qorti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.