Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema tariffi huma applikabbli?
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Introduzzjoni
Il-Proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006, li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2008) tippermetti lill-kredituri li jirkupraw it-talbiet ċivili u kummerċjali transfruntiera mhux kontestati tagħhom skont proċedura uniformi li topera abbażi ta’ formoli standard. Il-proċedura ma tesiġix il-preżenza l-qorti tal-partijiet. Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-UE kollha, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.
Il-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak) innomina lill-Qorti Distrettwali ta’ The Hague (Rechtbank Den Haag) bħala l-unika qorti distrettwali kompetenti biex tittratta kawżi relatati mal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea. Jekk titressaq dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, il-proċedimenti jistgħu jitkomplew skont ir-regoli ordinarji tal-ġurisdizzjoni territorjali.
Sabiex jitressaq rikors taħt il-proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea, trid tintuża l-formola A. Din il-formola hija disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-formola
Ir-rikorsi jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ The Hague bl-Olandiż biss.
Ir-rikorsi taħt il-proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea jistgħu jintbagħtu lil:
Rechtbank Den Haag
Sector civiel recht
Algemene Zaken
Postbus 20302
2500 EH Den Haag
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lir-reġistru tal-Affarijiet Ġenerali tal-qorti (griffie Algemene Zaken). In-numru tat-telefown tar-reġistru tal-Affarijiet Ġenerali tal-qorti huwa: +31 (0)70-381 22 64.
Liema tariffi huma applikabbli?
It-tariffi jvarjaw skont l-ammont tat-talba prinċipali. Ara wkoll: Kemm se nħallas?
Kemm se nħallas?
Ħarsa ġenerali lejn it-tariffi applikabbli għall-2019 tinsab hawn taħt.
In-natura/L-ammont tat-talba jew rikors |
Tariffa tal-qorti għall-persuni mhux fiżiċi |
Tariffa tal-qorti għall-persuni fiżiċi |
Tariffa tal-qorti għall-persuni b’mezzi limitati |
Tariffa tal-qorti tat-tribunal li jittratta kawżi subdistrettwali |
|||
Kawżi relatati ma’ talba jew rikors: Ta’ ammont indeterminat jew ammont li ma jaqbiżx EUR 500 |
EUR 121 |
EUR 81 |
EUR 81 |
Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li jaqbeż EUR 500 iżda li ma jaqbiżx EUR 12 500 |
EUR 486 |
EUR 231 |
EUR 81 |
Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li jaqbeż EUR 12 500 |
EUR 972 |
EUR 486 |
EUR 81 |
Tariffa tal-qorti tat-tribunal li jittratta kawżi oħra, li mhumiex subdistrettwali |
|||
Kawżi relatati ma’ talba jew rikors: - Ta’ ammont indeterminat jew |
EUR 639 |
EUR 297 |
EUR 81 |
Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li ma jaqbiżx EUR 100 000 |
EUR 1 992 |
EUR 914 |
EUR 81 |
Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li jaqbeż EUR 100 000 |
EUR 4 030 |
EUR 1 599 |
EUR 81 |
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-siti web li ġejjin: Rechtspraak.nl u Raad voor Rechtsbijstand.
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Jekk it-tariffi tal-qorti ma jitħallsux fil-ħin, ir-rikors ma jkunx jista’ javvanza u l-qorti tiċħad ir-rikors.
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Ir-rikorrent jirċievi fattura tal-ħlas tat-tariffi tal-qorti. Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’ trasferiment bankarju.
X’għandi nagħmel wara l-ħlas?
Wara li tħallas it-tariffi tal-qorti għandek tistenna li tasallek aktar informazzjoni mill-Qorti Distrettwali ta’ The Hague.
Ir-Regolament li joħloq proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea jistipula li l-qorti toħroġ ordni ta' ħlas Ewropea mill-aktar fis u normalment fi żmien 30 jum minn meta jitressaq ir-rikors.
Links relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.