Sib informazzjoni għal kull reġjun
X'inhuma t-tariffi applikabbli?
X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?
Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?
X'għandi nagħmel wara l-pagament?
Introduzzjoni
Dan is-suġġett huwa rregolat mill-Artikoli 1017 sa 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan (Code judiciaire) u mill-Artikolu 953 ta’ dak il-Kodiċi fir-rigward tal-ħlas ta’ tariffi tax-xhieda. Huwa rregolat ukoll mill-Kodiċi Belġjan tat-tariffi ta’ Reġistrazzjoni, tal-Ipoteki u tar-Reġistru tal-Qorti (Code des droits d'enregistrement, d'hypothèque et de Greffe), u b’mod partikolari l-Artikoli 142 et seq. u 268 et seq. fir-rigward tat-tariffi ta' reġistrazzjoni.
X'inhuma t-tariffi applikabbli?
L-Artikolu 1018 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan jispeċifika n-natura tal-ispejjeż:
1° Reġistru tal-Qorti, reġistrazzjoni u tariffi oħra. It-tariffi tar-reġistru tal-Qorti jinkludu t-tariffi tal-elenkar, it-tariffi tal-abbozzar u t-tariffi tal-kopji ċċertifikati (ara l-Artikoli 268 et seq. tal-Kodiċi Belġjan tat-tariffi ta’ Reġistrazzjoni, tal-Ipoteki u tar-Reġistru tal-Qorti). It-tariffa tal-elenkar hija bejn EUR 30 u EUR 100, skont il-qorti. It-tariffa tal-abbozzar hija ta’ EUR 35.
It-tariffi tar-reġistrazzjoni huma pagabbli għal deċiżjonijiet f'każijiet fejn l-ammont prinċipali jkun aktar minn EUR 12,500 (minbarra t-tariffi tal-qorti). Dawn huma stabbiliti għal 3% ta' dan l-ammont. Għalhekk, ma japplikawx għal talbiet żgħar;
2° L-ispiża tal-proċessi tal-qorti u s-salarji u l-emolumenti relatati.
3° L-ispiża ta' kopja ċċertifikata tas-sentenza: bejn EUR 0,85 u EUR 5,75 għal kull paġna;
4° L-ispejjeż ta' kull mezz ta' kif tingħata jew tinkiseb evidenza, inklużi t-tariffi tal-esperti u ta' xhieda oħra. Id-Digriet Reġju tas-27 ta' Lulju 1972 stabbilixxa dan l-ammont ta' BEF 200 għal kull xhud, li issa huwa ekwivalenti għal madwar EUR 5. Ma' dan jiżdied l-indennizz tal-ivvjaġġar (EUR 0,0868 għal kull kilometru).
Jekk jissejjaħ xhud espert, huwa jkun liberu li jistabbilixxi l-ispejjeż u t-tariffi tiegħu stess. Madankollu, il-metodu ta' kalkolu jrid jiġi ddikjarat b'mod ċar u l-ammont jista', jekk meħtieġ (pereżempju, fejn l-ispejjeż ikunu saru bla bżonn), jitnaqqas mill-qorti fl-evalwazzjoni dettaljata tat-tariffi tal-qorti.
5° Spejjeż għall-ivvjaġġar u ta’ sussistenza tal-imħallfin, tal-iskrivani u l-partijiet fil-każ, meta l-ivvjaġġar tagħhom ikun ġie ordnat mill-qorti, u l-ispejjeż tal-atti, meta dawn ikunu saru biss għall-iskopijiet tal-kawża.
6° Tariffa għall-preparazzjoni tal-kawża (l-Artikolu 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan). Din titħallas mill-parti telliefa u hija kontribuzzjoni fissa għall-ispejjeż u t-tariffi legali tal-parti rebbieħa. L-ammonti huma bbażati fuq l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur u jiżdiedu jew jitnaqqsu b'10% jekk l-indiċi jogħla jew jinżel b'10 punti perċentwali.
L-ammont tat-talba |
Ammont |
Ammont |
Ammont |
EUR 250,00 jew inqas |
EUR 180,00 |
EUR 90,00 |
EUR 360,00 |
EUR 250,01 sa EUR 750,00 |
EUR 240,00 |
EUR 150,00 |
EUR 600,00 |
EUR 750,01 sa EUR 2,500,00 |
EUR 480,00 |
EUR 240,00 |
EUR 1,200,00 |
It-tribunal tal-impjieg (regoli speċjali)
L-ammont tat-talba |
Ammont |
Ammont |
Ammont |
EUR 250,00 jew inqas |
EUR 43,75 |
EUR 31,75 |
EUR 55,75 |
EUR 620,00 jew inqas |
EUR 87,43 |
EUR 69,43 |
EUR 105,43 |
EUR 2,500,00 jew inqas |
EUR 131,18 |
EUR 107,18 |
EUR 155,18 |
7° It-tariffi, l-emolumenti u l-ispejjeż tal-ombudsman maħtur skont l-Artikolu 1734 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan.
Kemm għandi nħallas?
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-ammont li għandu jitħallas jiddependi kompletament fuq kull każ, skont jekk tirbaħx jew le, jekk issejħux xhieda esperti, jekk tħarrkux xhieda oħra, jekk l-imħallfin kellhomx jivvjaġġaw barra mill-pajjiż, jekk kienx involut ombudsman, eċċ.
X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?
It-tariffi tar-reġistri tal-Qorti għandhom jitħallsu bil-quddiem, inkella l-każ ma jiġix elenkat.
Ix-xhieda esperti dejjem jeħtieġu ħlas bil-quddiem qabel ma jibdew ix-xogħol.
Jekk titlob is-smigħ ta' xhud, l-ewwel ikollok tħallas l-ammont dovut lill-iskrivan. Jekk ma tħallasx dan l-ammont, wieħed jassumi li m'għadx għandek bżonn li jinstema’ x-xhud.
Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?
Il-pagament jista' jsir permezz ta' trasferiment ta' kreditu jew ordni ta' ħlas, trasferiment elettroniku, flus kontanti jew ċekk pagabbli lir-reġistru tal-qorti (l-għażla tal-aħħar hija riżervata għall-prattikanti legali u l-marixxalli).
X'għandi nagħmel wara l-pagament?
Kwalunkwe prova tal-ħlas għandha tinżamm f'post sigur sabiex tkun tista' tiġi ppreżentata immedjatament fuq talba.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.