Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Ġermanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

Introduzzjoni

It-tariffi għall-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar huma stabbiliti fl-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Gerichtskostengesetz, GKG).

Il-qorti toħroġ fattura li biha jintalab il-ħlas tat-tariffi. It-tariffi jkunu dovuti malli t-talba li tagħti bidu għall-proċedura tiġi ppreżentata lill-qorti. Il-proċedura titkompla anki jekk l-ispejjeż ma jkunux għadhom tħallsu f’dak il-mument.

L-ispejjeż għandhom, fil-prinċipju, jitħallsu mir-rikorrent. Fi tmiem il-proċedura, l-ispejjeż iridu jitħallsu mill-persuna li fuqha l-qorti tkun imponiethom jew li jkollha r-responsabbiltà tagħhom f’idejha bħala parti minn soluzzjoni.

Liema tariffi japplikaw?

It-tariffi preċiżi huma stabbiliti fl-iskeda tal-ispejjeż (Kostenverzeichnis, KV) annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti. Il-punt 1210 tal-iskeda tal-ispejjeż jistabbilixxi rata tat-tariffi ta’ 3,0 għall-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar. Fl-eventwalità ta’ terminazzjoni bikrija tal-proċedura, it-tariffa titnaqqas għal rata ta’ 1,0 (il-punt 1211 tal-iskeda).

L-ammont tat-tariffa huwa ddeterminat mill-ammont inkwistjoni, li normalment ikun l-istess bħall-valur tat-talba.

Kemm għandi nħallas?

Japplikaw it-tariffi li ġejjin:

Valuri sa massimu ta’

Rata tat-tariffi ta’ 3,0

Rata tat-tariffi ta’ 1,0

500,00

114,00

38,00

1 000,00

174,00

58,00

1 500,00

234,00

78,00

2 000,00

294,00

98,00

Minbarra t-tariffi, kwalunkwe spiża mġarrba, bħall-ispejjeż tan-notifika, ix-xhieda, l-esperti u l-interpreti, trid titħallas.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk l-ispejjeż tal-qorti ma jitħallsux, il-qorti tirkuprahom b’eżekuzzjoni.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-ħlas irid isir permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont indikat fuq il-fattura. In-numru ta’ referenza jrid jiġi inkluż fit-trasferiment.

Ħlas permezz tal-karta tal-kreditu mhuwiex possibbli. It-tariffi ma jistgħux lanqas jinġabru mill-qorti mill-kont tal-bank tar-rikorrent.

Ma huwa disponibbli l-ebda metodu ta’ ħlas ieħor.

X’għandi nagħmel wara li nħallas it-tariffi?

Il-proċedura titkompla anki jekk it-tariffi ma jitħallsux. Il-qorti tipproċessa t-talba ladarba tirċeviha.

L-aħħar aġġornament: 14/06/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.