X'inhuma l-miżati applikabbli?
X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?
Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?
X'għandi nagħmel wara l-pagament?
Introduzzjoni
Il-parti 9 tal-S.I. (Strument Statutorju) Numru 22 tal-2014 tirreferi għall-pagament ta' Miżati tal-Qorti għal dokumenti speċifiċi għall-Proċedura għal Talbiet Żgħar. Il-parti 2 tal-S.I. Numru 22 tal-2014 tirreferi għall-pagament ta' Miżati tal-Qorti fil-Proċedimenti Ċivili tal-Qrati Distrettwali u li huma komuni għaż-żewġ oqsma.
Is-Servizzi tal-Qrati Online dan l-aħħar introduċew servizzi online li jippermettulek toħloq, tirrevedi, tħallas u tressaq talbiet, inklużi talbiet żgħar, billi toħloq kont. Is-sistema hija miftuħa għall-individwi u d-ditti legali kollha.
X'inhuma l-miżati applikabbli?
Ħlas ta' miżati huwa meħtieġ meta tippreżenta d-dokumenti li ġejjin b'rabta ma' kwalunkwe Applikazzjoni għal Talbiet Żgħar mar-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar:-
- Meta tressaq l-Applikazzjoni inizjali.
- Meta tippreżenta Avviż ta' Tilwima b'Kontrotalba.
- *** Meta tippreżenta Avviż ta' Mozzjoni għall-Annullament ta' Sentenza.
- *** Meta tippreżenta Avviż ta' Appell lis-Circuit Court.
- *** Meta tinħareġ Taħrika fil-forma ta' Subpoena Ad Testificandum jew Duces Tecum (Taħrik tax-Xhieda)
*** Dawn id-dokumenti mhumiex iddikjarati fil-Parti 9 tal-S.I. Numru 22 tal-2014, iżda huma ddikjarati fil-Parti 2 tal-S.I. Numru 22 tal-2014.
Kemm għandi nħallas?
Partita (1) |
Miżata (2) |
Dokument li għandu jiġi ttimbrat (3) |
Meta tressaq applikazzjoni lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar |
EUR 25,00 |
L-Applikazzjoni jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti |
Meta tippreżenta Avviż ta' Tilwima b'Kontrotalba lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar |
EUR 25,00 |
L-Avviż jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti |
Meta tippreżenta Avviż ta' Mozzjoni għall-Annullament ta' Sentenza |
EUR 15,00 |
L-Avviż jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti |
Meta tippreżenta Avviż ta' Appell lis-Circuit Court |
EUR 25,00 |
L-Avviż jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti |
Meta tinħareġ Taħrika fil-forma ta' Subpoena Ad Testificandum jew Duces Tecum (Taħrik tax-xhieda) |
EUR 15,00 |
It-Taħrika Oriġinali |
X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?
Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Applikazzjoni, id-dokument jintbagħat lura lir-Rikorrent u jintalab il-ħlas.
Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Avviż ta' Tilwima b'Kontrotalba id-dokument jiġi evalwat biex jiġi vverifikat jekk il-Konvenut għandux Kontrotalba valida. Jekk IVA, id-dokument jintbagħat lura lill-Konvenut u jintalab il-ħlas. Jekk LE, id-dokument jintbagħat lura lill-Konvenut, u jiġi spjegat għalfejn mhuwiex kontrotalba valida. Il-Konvenut jingħata formola ġdida ta' Avviż ta' Tilwima li trid timtela u tiġi rritornata lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar.
Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Avviż ta' Mozzjoni għall-Annullament ta' Sentenza sal-limitu ta' żmien mogħti, l-Imħallef li jippresjedi jiġi nnotifikat b'dan il-fatt fid-data tal-Applikazzjoni. Jista' jinħareġ Digriet għall-attenzjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju (Sheriff) biex jinforza s-Sentenza oriġinali mogħtija b'Kontumaċja. .
Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Avviż ta' Appell lis-Circuit Court il-fajl ma jintbagħatx lis-Circuit Court. Jista' jinħareġ Digriet għall-attenzjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju (Sheriff) biex jinforza s-Sentenza oriġinali mogħtija b'Kontumaċja.
Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mat-Taħrika fil-forma ta' Subpoena Ad Testificandum jew Duces Tecum (Taħrik tax-xhieda), it-Taħrika ma tkunx valida.
Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?
Il-miżati jistgħu jitħallsu fi kwalunkwe Uffiċċju tal-Ittimbrar tal-Qorti Distrettwali bil-metodi li ġejjin:
Flus kontanti jew ċekk/money order/ċekk bankarju pagabbli lir-Reġistratur
Il-miżati jistgħu jitħallsu wkoll billi jintbagħat ċekk/money order/ċekk bankarju pagabbli lir-Reġistratur lill-Uffiċċju tal-Qorti Distrettwali rilevanti.
X'għandi nagħmel wara l-pagament?
Meta tħallas f'Uffiċċju tal-Ittimbrar tal-Qorti Distrettwali żomm ir-riċevuta li tingħata mill-Uffiċjal tal-Qorti u ppreżenta d-dokument(i) ittimbrat(i) lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar.
Meta tibgħat il-ħlas permezz ta' ċekk, money order, ċekk bankarju pagabbli lir-Reġistratur, żomm fotokopja tal-metodu ta' pagament u ċ-ċertifikat oriġinali tal-ittimbrar. Dan ikun meħtieġ bħala prova jekk il-Qorti titlob prova tal-pagament.
Meta l-Uffiċċju tat-Talbiet iż-Żgħar jirċievi l-ħlas għal kwalunkwe dokument, l-uffiċċju jittimbra d-dokument u jżomm ir-riċevuta għall-miżata mħallsa ffajljata.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.