Sib informazzjoni għal kull reġjun
Introduzzjoni
It-Tariffi applikabbli għal din il-proċedura huma s-segwenti:
Tariffa A tat-Tieni Skeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 380.01, Regoli dwar Tribunal Għal Talbiet Zgħar.
Art. 2 tat-Tariffa B tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Il-pagament tal-miżati tar-reġistru ma jistax isir b’mod elettroniku.
X’tariffi huma applikabbli?
Formola A – Formola tat-Talba
Formola Ċ – Formola ta’ Risposta
Formola D – Ċertifikat dwar sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Zgħar
Kemm għandi nħallas?
Formola A – Formola tat-Talba: EUR 40,00 miżata tar-Reġistru u EUR 7,20 għan-notifika ta’ kull konvenut.
Formola Ċ – Formola ta’ Risposta: EUR 25,00 miżata tar-Reġistru u EUR 7,20 għan-notifika
Formola D – Ċertifikat dwar sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Zgħar: EUR 20,00 miżata tar-Reġistru
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Il-Formola ma tiġix ipproċessata sakemm isir il-pagament.
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Wieħed jista’ jħallas il-miżati tal-qorti fil-kont bankarju segwenti:
Isem id-Detentur tal-Kont |
L-AĠENZIJA DWAR IS-SERVIZZI TAL-QRATI |
IBAN (Kont tal-Bank Internazzjonali) |
MT94VALL22013000000050011428265 |
Ċavetta tal-Bank Nazzjonali |
KODIĊI SORT 22013 |
Numru tal-Kont |
50011428265 |
Kodiċi BIC/SWIFT |
VALLMTMT |
Isem tal-bank |
BANK OF VALLETTA |
L-indirizz tal-bank |
IL-FERGĦA TAL-BELT VALLETTA |
Munita tal-kont |
EURO |
X'għandi nagħmel wara l-ħlas?
Tipproduċi riċevuta mogħtija mill-Bank li permezz tiegħu tkun saret it-tranżazzjoni
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.