Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Olanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallsx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

It-talbiet skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ir-Regolament (KE) Nru 861/2007, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009) għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni taħt ir-regoli ordinarji tal-ġurisdizzjoni ratione loci permezz tal-Formola A. Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija mfassla sabiex tissimplifika u tħaffef it-talbiet transfruntiera sa massimu ta’ EUR 5 000. Ir-Regolament japplika fost l-Istati Membri kollha tal-UE, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija disponibbli għal-litiganti bħala alternattiva għall-proċeduri li jeżistu skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija rikonoxxuta u eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u mingħajr ebda possibbiltà ta’ oppożizzjoni għar-rikonoxximent tagħha.

Ġew imfassla formoli standard għall-Proċedura għal Talbiet Żgħar fil-lingwi kollha tal-UE. Il-Formola A trid timtela biex tinbeda l-proċedura. Kwalunkwe dokument ta’ sostenn rilevanti, bħal riċevuti u fatturi għandu jiġi mehmuż mal-formola.

L-unika raġuni għalfejn l-eżekuzzjoni fi Stat Membru ieħor tista’ tiġi miċħuda hija jekk ma tkunx kompatibbli ma sentenza oħra fl-Istat Membru l-ieħor li ngħatat bejn l-istess partijiet. L-eżekuzzjoni sseħħ skont ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membri fejn se tiġi eżegwita s-sentenza.

Liema tariffi japplikaw?

L-ammont tat-tariffi tal-qorti jiddependi mill-ammont tat-talba jew applikazzjoni. Ara wkoll: Kemm għandi nħallas?

Kemm għandi nħallas?

It-tariffi applikabbli għall-2019 huma mfissra kif ġej:

In-natura jew l-ammont tat-talba jew applikazzjoni

Tariffi tal-qorti għal persuni ġuridiċi

Tariffi tal-qorti għal persuni fiżiċi

Tariffi tal-qorti għal dawk li m’għandhomx mezzi

Kawżi marbuta mat-talba jew applikazzjoni:

- Ta’ ammont indeterminat, jew

- Li jinvolvi ammont ta’ mhux aktar minn

EUR 500

EUR 121

EUR 81

EUR 81

Kawżi marbuta mat-talba jew applikazzjoni li jinvolvu ammont ta’ aktar minn:

EUR 500 u mhux iktar minn EUR 12 500

EUR 486

EUR 231

EUR 81

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara: Is-sistema ġudizzjarja tan-NetherlandsIl-Bord Netherlandiż għall-Għajnuna Legali.

X’jiġri jekk ma nħallsx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu bil-quddiem. Jekk il-ħlas ma jsirx wara xahar, il-kawża tiġi miċħuda u ma tkomplix.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-fattura mibgħuta tista’ titħallas permezz ta’ trasferiment (elettroniku jew mod ieħor).

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Wara l-ħlas, il-konvenut jiġi notifikat u jintalab jimla l-formola u jibgħatha.

Ħoloq relatati

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Formola A

Is-sistema ġudizzjarja tan-Netherlands

Il-Bord Netherlandiż għall-Għajnuna Legali

L-aħħar aġġornament: 13/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.