Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema tariffi huma applikabbli?
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Introduzzjoni
“It-tariffa għar-rikors tiġi imposta fl-ammont indikat hawn taħt jekk tinbeda xi waħda mill-proċeduri li ġejjin.
Kategorija A …………………………………SEK 900 (1) /…/ kawżi ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (Anness tar-Regolament (1987:452) dwar it-tariffi fil-qrati ġenerali).
It-tariffa għar-rikors titħallas lill-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat. Fil-preżent, it-tariffa ma tistax titħallas elettronikament permezz ta’ sit web.
(1) Dan l-ammont huwa applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2014.
Liema tariffi huma applikabbli?
Tapplika tariffa għar-rikors waħda biss għall-proċedura għal talbiet żgħar, li titħallas meta jiġi ppreżentat ir-rikors lill-qorti. L-ebda tariffa oħra ma tiġi imposta għall-proċedura jew għall-miżuri proċedurali.
Kemm għandi nħallas?
It-tariffa għar-rikors, li hi SEK 900 mill-1 ta’ Lulju 2014, tikkostitwixxi l-ammont totali għall-proċedura.
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Jekk ma tħallasx it-tariffa għar-rikors, wara li tkun ġejt mitlub tlesti r-rikors billi tħallas, il-kawża tiġi miċħuda u l-qorti ma teżaminax it-talba tiegħek. Tista’ tippreżenta talba ġdida għall-istess kwistjoni wara ċaħda.
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Tista’ tħallas it-tariffa għar-rikors permezz ta’ servizz ta’ ħlas elettroniku.
X’għandi nagħmel wara l-ħlas?
Wara li tagħmel il-ħlas, ma għandek għalfejn tagħmel xejn aktar, u bħala regola ġenerali m’hemmx bżonn tagħti prova tal-ħlas. Il-qorti tqabbel il-ħlas li jkun sar mat-talbiet li jkunu ġew ippreżentati lill-qorti. Sabiex tkun aktar faċli li tqabbel it-talba tiegħek mal-ħlas, kun ċert li tiddikjara ismek sħiħ u l-isem tal-parti avversarja meta tħallas. Dejjem żomm kopja tal-konferma tal-ħlas, peress li din tista’ tintuża biex jinstab il-ħlas f’każ ta’ bżonn.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.