Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-eżami tax-xhieda fil-Kroazja għall-fini ta’ proċedimenti quddiem qorti barranija jsir wara talba għal assistenza legali (reċiproka) internazzjonali. Dan japplika wkoll għall-interrogazzjoni ta’ xhud permezz ta’ vidjokonferenza fejn il-qorti domestika, wara talba ta’ awtorità ġudizzjarja barranija, tagħmel l-eżami tax-xhud fil-Kroazja u tippermetti li din l-interrogazzjoni tixxandar permezz ta’ kollegament bil-vidjow.
Il-qafas ġuridiku
- Il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali tal-20 ta’ April 1959, flimkien maż-żewġ Protokolli Addizzjonali (tas-17 ta’ Marzu 1978 – Narodne novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Međunarodni ugovori [Trattati Internazzjonali] Nru 4/99 – u tat-8 ta’ Novembru 2001 – NN Trattati Internazzjonali Nru 4/07)
- L-Att dwar l-assistenza legali internazzjonali f’materji kriminali (Zakon o međunarodnoj pravnoj pomoći u kaznenim stvarima) (NN Nru 178/04)
- L-Att dwar il-Proċedura Kriminali (Zakon o kaznenom postupku) (NN Nri 152/08, 76/09, 80/11, 121/11, 91/12, 143/12, 56/13, 145/13, 152/14, 70/17)
L-awtorità ċentrali biex tirċievi l-ittri rogatorji għall-għajnuna legali hija t-Taqsima għall-Assistenza Legali Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja mal-Istati Membri tal-UE tad-Direttorat għall-Affarijiet Ewropej, il-Kooperazzjoni Internazzjonali u Ġudizzjarja fil-Ministeru għall-Ġustizzja Kroat (Ministarstvo pravosuđa RH, Uprava za europske poslove, međunarodnu i pravosudnu suradnju, Sektor za međunarodnu pravnu pomoć i pravosudnu suradnju s državama članicama EU).
Persuna ta’ kuntatt fl-awtorità ċentrali
Alan Marinković
Is-Servizz għall-Assistenza Legali Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali (Služba za međunarodnu pravnu pomoć i pravosudnu suradnju u kaznenim stvarima)
tel.: +385 1 3714203, +385 1 3714558
email: Alan.Marinkovic@pravosudje.hr; europska.unija@mpu.hr
Kuntatti fil-qrati fir-rigward tas-seduti permezz ta’ kollegament bil-vidjow
Lista ta’ qrati li għandhom tagħmir tal-vidjow mogħti mill-UNICEF (Skype for Business) għar-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni mit-tfal
Il-Qorti Kriminali Muniċipali (općinski kazneni sud) ta’ Zagreb |
Il-Qorti Muniċipali (općinski sud) ta’ Split |
Il-Qorti tal-Kontea (županijski sud) ta’ Bjelovar |
Il-Qorti tal-Kontea ta’ Osijek |
Il-Qorti tal-Kontea ta’ Rijeka |
Il-Qorti tal-Kontea ta’ Sisak |
Il-Qorti tal-Kontea ta’ Split |
Il-Qorti tal-Kontea ta’ Varaždin |
Il-Qorti tal-Kontea ta’ Zagreb |
Il-Qorti tal-Kontea ta’ Velika Gorica |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.