Skip to main content

Faċilitajiet fil-pajjiżi tal-UE

Il-qrati tal-Istati Membri dejjem qed ikunu iktar mgħammra bl-apparat tal-vidjokonferenzi, kemm fl-awli tal-qrati, kif ukoll fil-postijiet speċifiċi għas-smigħ tax-xhieda jew tal-esperti.

Sabiex jippermettu lill-imħallfin, il-prosekuturi u l-persunal tal-qorti li jsibu iktar faċilment l-informazzjoni prattika meħtieġa għat-twettiq tas-smigħ permezz tal-vidjokonferenzi, fil-każ ta' proċedura transkonfinali, il-ministeri tal-ġustizzja tal-Istati Membri pprovdew l-informazzjoni dwar il-post u it-tip ta' tagħmir tal-vidjokonferenzi disponibbli fil-qrati. Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata. It-tagħmir installat fil-ministeri jew fil-ħabs mhuwiex indikat.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna