Faċilitajiet fil-pajjiżi tal-UE

Slovenja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja

Fis-Slovenja, 11-il awla fil-qrati distrettwali, 11-il ċentru tas-servizzi soċjali u l-ħabs f’Dob pri Mirna ġew mgħammra b’sistema tal-vidjokonferenza mill-1 ta’ Mejju 2011, u qed jintuża apparat wieħed mill-pulizija. Tliet apparati mobbli għall-vidjokonferenzi huma disponibbli għall-vidjokonferenzi fil-qrati jew fiċ-ċentri tas-servizzi soċjali li għad ma għandhomx sistema installata.

Is-Slovenja inkludiet sistematikament is-sistemi tal-vidjokonferenzi fil-proġetti li implimentat bejn l-2009 u l-2013. Il-proġett ikkwalifika għal finanzjament ta’ 85 % mill-Fond Soċjali Ewropew.

Is-sistemi tal-vidjokonferenza huma importanti għas-sistema ġudizzjarja fis-Slovenja. Dawn jiffaċilitaw il-mistoqsijiet lix-xhieda, l-esperti, lit-tfal, lill-pazjenti fl-isptar, lir-residenti fid-djar tal-anzjani, lill-priġunieri u s-smigħ ta’ persuni oħrajn li jinsabu l-bogħod. Huma speċjalment vantaġġużi f’kawżi transfruntiera, u jippermettu lill-partijiet li jgħixu barra mill-pajjiż jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-qorti iktar faċilment. Minflok ma jkollhom jivvjaġġaw lejn is-Slovenja, jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni jew jinstemgħu permezz ta’ vidjokonferenza.

VC_equipment_ver_1_si_en  PDF (32 Kb) en

L-aħħar aġġornament: 18/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.