Sib Avukat
1. Ħarsa ġenerali
"Sib avukat" huwa servizz provdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea u mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-avukati parteċipanti. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli biex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja f'kuntest transfruntier billi tippermetti liċ-ċittadini tal-UE u lill-prattikanti legali li jsibu avukat faċilment fl-UE kollha.
2. Termini u Kundizzjonijiet
Bl-użu ta' dan is-servizz inti taqbel li tintrabat bit-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin.
Inti taqbel li tuża dan is-servizz esklussivament għall-iskop maħsub tiegħu - biex issib professjonist legali (avukat) biex tfittex is-servizzi tiegħu jew tagħha jew għall-kuntatt bejn il-pari professjonali. Inti ma għandekx tuża s-servizz, jew kwalunkwe dejta personali mibgħuta lura mis-servizz, għal kwalunkwe intenzjoni jew skop ieħor, u b'mod partikolari fir-rigward tat-twettiq ta' attivitajiet ta' marketing, ta' reklamar jew kummerċjali.
Inti mintix permess li tikkopja b'mod awtomatizzat (ħsad), u/jew tqassam id-dejta riċevuta permezz tas-servizz "Sib avukat" bl-ebda mezz. Inti permess tagħmel link mal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja u l-paġni tiegħu.
Minbarra dawn it-Termini, it-Termini u d-Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà rigward il-privatezza applikabbli għall-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja japplikaw b'mod sħiħ. Tista' tikkonsultahom hawnhekk.
Il-Kummissjoni Ewropea tista' tirrevedi dawn it-Termini fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel u inti għandek dejjem tirreferi għall-verżjoni attwali ta' dawn it-Termini kif ippubblikata fuq din il-websajt.
Il-liġi applikabbli hija l-liġi Belġjana u l-qrati Belġjani huma kompetenti fil-każ ta' tilwim.
3. Limitazzjoni tar-responsabbiltà
Dan is-servizz huwa pprovdut "kif inhu" u fuq bażi tal-"aħjar sforz". Il-Kummissjoni Ewropea u l-kumitati nazzjonali tal-avukati parteċipanti jiċħdu kwalunkwe u kull responsabbiltà, kemm espliċita kif ukoll impliċita. B'mod partikolari aħna ma nistgħux niggarantixxu l-istat aġġornat tad-dejta, il-korrettezza tagħha jew niżguraw id-disponibbiltà mhux interrotta tas-servizz.
4. Użu ta' cookies
Aħna nużaw il-cookies bl-iskop uniku li nipprovdulek esperjenza ta' użu pjaċevoli. Aħna ma naħżnu l-ebda dejta personali f'dawn il-cookies, u lanqas ma naqsmuhom ma' partijiet terzi.
5. Mistoqsijiet frekwenti
Mistoqsija: Minn fejn tiġi d-dejta?
Tweġiba: Id-dejta fuq l-avukati tinġieb mir-reġistri tal-kumitati nazzjonali tal-avukati parteċipanti.
Mistoqsija: It-tfittxija hija fil-ħin reali?
Tweġiba: Iva, it-tfittxija hija fil-ħin reali u tingħaqad direttament mar-reġistru tal-kumitati nazzjonali tal-avukati rilevanti.
Mistoqsija: Għaliex ma nistax infittex fl-Istati Membri kollha tal-UE?
Tweġiba: Għalissa, mhux il-kumitati nazzjonali tal-avukati kollha fl-Istati Membri jipparteċipaw. Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem kontinwament biex finalment testendi l-kopertura tas-servizz għall-Istati Membri u l-kumitati nazzjonali tal-avukati kollha tal-UE.
Mistoqsija: Għaliex mhux il-kriterji kollha tat-tiftix huma disponibbli għall-pajjiż X?
Tweġiba: Minħabba limitazzjonijiet legali u tekniċi, mhux ir-reġistri tal-kumitati nazzjonali tal-avukati kollha jippermettu tfittxija bbażata fuq il-kriterji kollha tat-tiftix. Dan jista' jinbidel fil-futur.
Mistoqsija: Jien qed nesperjenza diffikultà teknika/is-servizz mhux disponibbli, tistgħu jekk jogħġobkom tirranġawh?
Tweġiba: Aħna ma nistgħux niżguraw id-disponibbiltà 24/7 tas-servizz jew id-disponibbiltà ta' kwalunkwe reġistru ta' kumitat nazzjonali tal-avukati f'punt partikolari fil-ħin. Jekk tesperjenza indisponibbiltà sistematika tas-servizz jew kwistjoni teknika oħra, inti tista' tinnotifikana u l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tirrettifika l-problema mill-aktar fis possibbli.
Mistoqsija: Jien avukat irreġistrat f'kumitati nazzjonali tal-avukati parteċipanti u s-servizz ma jirritornax riżultat fuqi/l-informazzjoni hija żbaljata/irrid nitneħħa. Lil min għandi nikkuntattja?
Tweġiba: Jekk jogħġbok ikkuntattja l-kumitat nazzjonali tal-avukati ta' reġistrazzjoni rilevanti tiegħek. Il-Kummissjoni la għandha aċċess għad-dejta tal-kumitati nazzjonali tal-avukati u lanqas tista' timmodifikaha bl-ebda mod. Għandek issib informazzjoni ta' kuntatt hawn taħt.
Mistoqsija: Għandi mistoqsija oħra, lil min nista' nikkuntattja?
Tweġiba: Jekk jogħġbok ara hawn taħt.
6. Informazzjoni tal-kuntatt
Il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja u s-servizz "Sib avukat" huma ġestiti mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ġustizzja, Unità B.3. Il-persuna responsabbli (il-kontrollur tad-dejta) hija Cristian NICOLAU, Kap tal-Unità.
Għal mistoqsijiet ġenerali, biex tirrapporta problema teknika jew tipprovdi idea, inti tista' tikkuntattja l-Kummissjoni Ewropea permezz tal-posta jew bil-posta elettronika fuq:
European Commission
DG JUST Unit B3 B-1049 Brussels BelgiumJUST-E-JUSTICE@ec.europa.eu
Jekk trid tressaq ilment kontra kwalunkwe att tal-ipproċessar tad-dejta mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, tista' tikkuntattja l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta:
European Data Protection Supervisor (EDPS) 60 Rue Wiertz (MO 63) B-1047 Brussels Belgium telefown: +32 2 283 19 00 faks: +32 2 283 19 50
L-informazzjoni ta' kuntatt fuq il-fornituri tad-dejta li jipparteċipaw tinstab hawn taħt. Jekk għandek kwistjoni jew mistoqsijiet, rigward id-dejta mibgħuta lura mis-servizz "Sib avukat" għandek tikkuntattja l-kumitat nazzjonali tal-avukati responsabbli direttament. Dan japplika wkoll jekk għandek talbiet jew tħassib partikolari rigward l-ipproċessar tagħhom tad-dejta personali tiegħek.
Isem il-Pajjiż |
il-Belġju |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Ordre des Barreaux Francophones et Germanophone (OBFG) |
Persuna ta’ kuntatt |
FAL support |
Indirizz postali |
Avenue de la Toison D'Or, 65, B-1060 Brussels |
Nru tat-telefown |
+32.(0)2.648.20.98 |
Faks |
+32.(0)2.648.11.67 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
il-Belġju |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Orde van Vlaamse Balies (OVB) |
Persuna ta’ kuntatt |
FAL support |
Indirizz postali |
Staatsbladsstraat 8, B-1000 Brussels |
Nru tat-telefown |
+32.(0)2.227 54 70 |
Faks |
+32.(0)2.227 54 79 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Ir-Repubblika Ċeka |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati Ċek |
Persuna ta’ kuntatt |
Lenka Vojirova |
Indirizz postali |
Národní tř. 16, 110 00 Praha 1 |
Nru tat-telefown |
+420 221 729 025 |
Faks |
+420 224 932 989 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Id-Danimarka |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati Daniżi u l-Għaqda tal-Liġi |
Persuna ta’ kuntatt |
Ms Ditte Nissen Lund |
Indirizz postali |
Kronprinsessegade 28, 1306 Copenhagen K |
Nru tat-telefown |
+45 3396 9798 |
Faks |
+45 3396 9792 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Il-Ġermanja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Bundesrechtsanwaltskammer |
Persuna ta’ kuntatt |
Rechtsanwalt Christian Dahns |
Indirizz postali |
Littenstraße 9, 10179 Berlin |
Nru tat-telefown |
+49 -30/ 284939-0 |
Faks |
+49 -30/ 284939-11 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
l-Estonja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Estonian Bar Association |
Persuna ta’ kuntatt |
Ms Katrin Kose |
Indirizz postali |
Rävala pst 3, Tallinn 10143, Estonia |
Nru tat-telefown |
+372 662 0665 |
Faks |
+372 662 0677 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Il-Greċja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati ta' Ateni |
Persuna ta’ kuntatt |
Vasileios Manios |
Indirizz postali |
Akadimias 60, Athens |
Nru tat-telefown |
+302103398233 |
Faks |
+302103647172 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Spanja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Consejo General de la Abogacía Española
|
Persuna ta’ kuntatt |
FAL support |
Indirizz postali |
28004 |
Nru tat-telefown |
+34 91 150 1003 |
Faks |
|
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Franza |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Conseil National des Barreaux |
Persuna ta’ kuntatt |
|
Indirizz postali |
22 rue de Londres 75009 Paris |
Nru tat-telefown |
+33153308576 |
Faks |
+33153308562 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
il-Kroazja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kamra tal-Avukati Kroata |
Persuna ta’ kuntatt |
Andraš Trkulja |
Indirizz postali |
Koturaška ul.53 |
Nru tat-telefown |
+385 1 6165 200 |
Faks |
|
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
L-Italja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Consiglio Nazionale Forense |
Persuna ta’ kuntatt |
FAL support |
Indirizz postali |
Via del Governo Vecchio, 3 - 00186 - Roma |
Nru tat-telefown |
+39 06 977488 |
Faks |
+39 06 977488 29 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Ċipru |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati ta' Ċipru |
Persuna ta’ kuntatt |
Laris Vrahimis |
Indirizz postali |
2 Chr. Sozou - off.206, Lefkosia, 1096 |
Nru tat-telefown |
+357 2267 4533 |
Faks |
+357 2267 5692 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Il-Litwanja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati Litwan |
Persuna ta’ kuntatt |
Audrius Bitinas |
Indirizz postali |
Tilto 17, Vilnius, Lithuania |
Nru tat-telefown |
+370 5 2624546 |
Faks |
+370 5 2121859 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Il-Lussemburgu |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati tal-Lussemburgu |
Persuna ta’ kuntatt |
Fernande Nennig |
Indirizz postali |
B.P.361 L-2013 Luxembourg |
Nru tat-telefown |
+352 46 72 72 1 |
Faks |
+352 22 56 46 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
L-Ungerija |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kamra tal-Avukati Ungeriża |
Persuna ta’ kuntatt |
FAL Support |
Indirizz postali |
1055 Budapest, Szalay utca 7 |
Nru tat-telefown |
+36 1 3119 800 |
Faks |
|
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Malta |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kamra tal-Avukati |
Persuna ta’ kuntatt |
Dr Stefan Camilleri |
Indirizz postali |
Il-Qorti, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta |
Nru tat-telefown |
+356 21248601, +356 7721248601 |
Faks |
|
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati Olandiż |
Persuna ta’ kuntatt |
FAL support |
Indirizz postali |
Postbus 30851 2500GW Den Haag |
Nru tat-telefown |
+31703353554 |
Faks |
+31703353531 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
L-Awstrija |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati Awstrijakk |
Persuna ta’ kuntatt |
FAL support |
Indirizz postali |
Tuchlauben 12, 1010 Vienna, Austria |
Nru tat-telefown |
0043 / 1 / 535 12 75 - 0 |
Faks |
0043 / 1 / 535 12 75 - 13 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Il-Polonja (Konsulenti Legali) |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Krajowa Izba Radców Prawnych (KIRP) |
Persuna ta’ kuntatt |
Renata Piątkowska |
Indirizz postali |
Al. Powązkowska 15, 01-797 Warszawa |
Nru tat-telefown |
+48 22 300 86 40 |
Faks |
- |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Il-Polonja (il-Kumitat Nazzjonali tal-Avukati) |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat Nazzjonali Suprem tal-Avukati tal-Polonja |
Persuna ta’ kuntatt |
Stefan Karmaza |
Indirizz postali |
ul. Świętojerska 16, 00-202 Warszawa |
Nru tat-telefown |
+48695664246 |
Faks |
+48224120640 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Is-Slovenja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Odvetniška zbornica Slovenije |
Persuna ta’ kuntatt |
Nastja Karlič |
Indirizz postali |
1000 Ljubljana |
Nru tat-telefown |
+3861 300 34 20 |
Faks |
+3861 300 34 32 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Il-Finlandja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Il-Kumitat Nazzjonali tal-Avukati tal-Finlandja |
Persuna ta’ kuntatt |
Minna Melender Eric Puchner |
Indirizz postali |
PL 194, FI-00101 Helsinki |
Nru tat-telefown |
+358 9 68661213 |
Faks |
+358 9 68661299 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
Svezja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Sveriges Advokatsamfund |
Persuna ta’ kuntatt |
Magnus Andersson |
Indirizz postali |
Box 27321, SE-102 54 Stockholm |
Nru tat-telefown |
+46 8 4590303 |
Faks |
+46 8 6600779 |
Websajt: |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
Isem il-Pajjiż |
in-Norveġja |
Isem il-Kumitat nazzjonali tal-Avukati |
Norwegian Bar Association |
Persuna ta’ kuntatt |
Vegard Fløtre |
Indirizz postali |
Kristian Augustsgt. 9, 0164 Oslo, Norway |
Nru tat-telefown |
+47 91 30 30 94 |
Faks |
+44 131 225 3642 |
Websajt: |
https://www.advokatforeningen.no/om/om-medlemskapet/english/ |
Indirizz tal-posta elettronika |
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.