Sib Nutar
1. Ħarsa ġenerali
"Sib nutar" huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE asbl), u kmamar oħrajn tan-nutara parteċipanti. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja f'kuntest transfruntier billi ċ-ċittadini u l-ġuristi tal-UE jkunu jistgħu jsibu nutar faċilment madwar l-UE.
2. Termini u Kundizzjonijiet
Bl-użu ta' dan is-servizz inti taqbel li tintrabat bit-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin.
Inti taqbel li tuża dan is-servizz esklussivament għall-fini maħsub għalih – li ssib professjonist ġuridiku (nutar) biex tfittex is-servizzi tiegħu jew biex tikkuntattja professjonist kollega. M'intix se tuża s-servizz, jew kwalunkwe dejta personali mogħtija mis-servizz, bi ħsieb jew intenzjoni oħra u b'mod partikolari fir-rigward ta' attivitajiet kummerċjali, pubbliċitarji jew ta' reklamar.
M'intix permess tikkopja b'mod awtomatizzat (harvest), u / jew tqassam id-dejta li tirċievi mis-servizz "Sib nutar" permezz ta' kull mezz ieħor. Għandek il-permess toħloq ħolqa għall-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja u l-paġni kollha tagħha.
Barra dawn it-Termini, it-Termini u ċ-ċaħda rigward il-privatezza applikabbli għall-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja. Tista' tikkonsultahom hawnhekk.
Il-Kummissjoni Ewropea tista' tirrevedi dawn it-termini f'kull mument mingħajr avviż minn qabel u għandek dejjem tirreferi għall-verżjoni kurrenti ta' dawn it-Termini kif ippubblikati f'dan is-sit.
Il-liġi applikabbli hija l-liġi Belġjana u l-qrati Belġjani huma kompetenti f'każ ta' tilwim.
3. Limitazzjoni tar-Responsabbiltà
Dan is-servizz huwa pprovdut "kif inhu" u fuq bażi tal-"aqwa tentattiv". Il-Kummissjoni Ewropea, is-CNUE u l-kmamar tan-nutara nazzjonali parteċipanti jiċħdu kull u kwalunkwe responsabbiltà, kemm espliċita u kemm implikata. B'mod partikolari ma nistgħux niggarantixxu l-istat aġġornat tad-dejta jew kemm tkun korretta, jew niżguraw id-disponibilità tas-servizz mingħajr interruzzjoni.
4. Użu ta' cookies
Nużaw cookies bl-uniku għan li nipprovdulek esperjenza pjaċevoli bħala utent. Aħna ma nżommu l-ebda dejta personali f'dawn il-cookies, u lanqas ma naqsmuhom ma' terzi.
5. Mistoqsijiet frekwenti
Mistoqsija: Minn fejn tiġi d-dejta?
Tweġiba: Id-dejta dwar in-nutara tiġi mir-reġistri tal-kmamar tan-nutara nazzjonali parteċipanti kif ipprovduti mis-CNUE u korpi kompetenti oħrajn.
Mistoqsija: It-tfittxija ssir f'ħin reali?
Tweġiba: Iva, it-tfittxija ssir f'ħin reali.
Mistoqsija: Għaliex ma nistax infittex fl-Istati Membri tal-UE kollha?
Tweġiba: F'ċerti Stati Membri tal-UE ma teżistix il-professjoni ta' nutar. Bħalissa qed naħdmu għall-interkonnessjoni tar-reġistri fir-Renju Unit u l-Irlanda fejn teżisti l-professjoni ta' nutara pubbliċi.
Mistoqsija: Qed nesperjenza diffikultà teknika / is-servizz mhux disponibbli, tistgħu tirranġawh?
Tweġiba: Ma nistgħux niżguraw id-disponibilità kull ħin u kuljum tas-servizz jew tad-disponibilità tiegħu. Jekk tesperjenza nuqqas ta' disponibilità tas-servizz sistematiku jew kwistjoni teknika oħra tista' tinnotifikana u l-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex tirrettifika l-problema malajr kemm jista' jkun.
Mistoqsija: Jiena nutar irreġistrat f'organizzazzjoni parteċipanti u s-servizz ma jagħtix riżultat b'ismi / l-informazzjoni hija żbaljata / nistieq nitneħħa. Lil min għandi nikkuntattja?
Tweġiba: Ikkuntattja lill-kamra rilevanti tiegħek tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni ma għandhiex aċċess u lanqas ma tista' timmodifika bl-ebda mod id-dejta tan-nutara. Tista' ssib l-informazzjoni ta' kuntatt hawn taħt.
Mistoqsija: Għandi mistoqsija oħra, lil min nista' nikkuntattja?
Tweġiba: Ara hawn taħt.
6. Informazzjoni ta' kuntatt
Il-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja u s-servizz "Sib nutar" huma ġestiti mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ġustizzja, Unità B.3. Il-persuna responsabbli (kontrollur tad-dejta) hija Cristian NICOLAU, Kap tal-Unità.
Għal mistoqsijiet ġenerali, biex tirrapporta problema teknika jew tressaq idea, tista' tikkuntattja l-Kummissjoni Ewropea bil-posta jew bil-posta elettronika fl-indirizzi:
European Commission
DG JUST Unit B3 B-1049 Brussels BelgiumJUST-E-JUSTICE@ec.europa.eu
Jekk tkun trid tressaq ilment kontra kwalunkwe att tal-ipproċessar tad-dejta mwettaq fir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, tista' tikkuntattja lis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta:
European Data Protection Supervisor (EDPS) 60 Rue Wiertz (MO 63) B-1047 Brussels Belgium telefown: +32 2 283 19 00 faks: +32 2 283 19 50Informazzjoni ta' kuntatt dwar il-fornituri tad-dejta parteċipanti jistgħu jinstabu hawn taħt. Jekk ikollok kwistjoni jew mistoqsija, rigward id-dejta mogħtija mis-servizz "Sib nutar" għandek tikkuntattja l-kamra tan-nutara responsabbli direttament. Dan japplika wkoll jekk ikollok talbiet jew tħassib partikolari rigward l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek.
Il-Belġju: |
La Fédération Royale du Notariat Belge (F.R.N.B) |
Chambre des notaires de Bulgarie |
|
Ir-Repubblika Ċeka: |
La Chambre des Notaires de la République Tchèque |
Il-Ġermanja: |
The German Federal Chamber of Notaries |
L-Estonja: |
The Estonian Chamber of Notaries |
Irlanda: |
The Faculty of Notaries Public in Ireland |
Il-Greċja: |
Le Conseil National du Notariat Hellénique |
Spanja: |
ANCERT-Agencia Notarial de Certificatión C/O Consejo General del Notariado Español |
Franza: |
Le Conseil supérieur du Notariat |
Il-Kroazja: |
Croatian Notaries Chamber |
L-Italja: |
Le Consiglio Nazionale del Notariato |
Il-Latvja: |
The Council of Sworn Notaries of Latvia |
Il-Litwanja: |
The Lithuanian Chamber of Notaries |
L-Ungerija: |
The Hungarian Chamber Of Civil Law notaries |
Malta: |
The Notarial Council of Malta |
Il-Pajjiżi l-Baxxi: |
The Royal Netherlands Notarial Organisation (KNB) |
L-Awstrija: |
The Austrian Chamber of Civil Law Notaries |
Il-Lussemburgu: |
La Chambre des Notaires Du Grand-Duché de Luxembourg |
Il-Polonja: | Krajowa Rada Notarialna / Polish National Council of Notaries |
Portugall: | Ordem dos Notários |
Ir-Rumanija: |
The National Union of Civil Law Notaries of Romania |
Is-Slovenja: |
Notarska Zbornica Slovenije |
Is-Slovakkja: |
La Chambre des Notaires de la République Slovaque |
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.