

Sib informazzjoni għal kull reġjun
F’xi każijiet ikun aħjar li wieħed juża l-”Iskema ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim” (ara l-pakkett ta’ informazzjoni rilevanti).
L-iskadenza biex titressaq kawża quddiem il-qorti tvarja minn kawża għall-oħra. Avukat jew dipartiment li jipprovdi liċ-ċittadini b’tagħrif dwar l-aċċess għall-ġustizzja, jista’ jwieġeb għall-mistoqsijiet dwar l-iskadenzi.
Ara l-pakkett ta’ informazzjoni ‘Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati‘
Ara l-pakkett ta’ informazzjoni ‘Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati – Il-Belġju‘
Ara l-pakkett ta’ informazzjoni ‘Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati – Il-Belġju‘
Fil-prinċipju, skont l-Artikolu 728(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-partijiet iridu jkunu fiżikament preżenti jew iridu jiġu rappreżentati minn avukat (Gerechtelijk Wetboek).
B’hekk, minbarra għall-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Hof van Cassatie) (l-Artikoli 478 u 1080 tal-Kodiċi Ġudizzjarju), il-partijiet jistgħu jkunu fiżikament preżenti fil-qrati ordinarji u jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom u jiddefendu lilhom infushom. Madankollu, il-qorti għandha l-awtorità li tneħħi din l-għażla jekk tara li, minħabba l-emozzjonijiet jew in-nuqqas ta’ esperjenza tagħhom, il-partijiet ma jkunux jistgħu jiddiskutu l-każ tagħhom b’mod xieraq jew ċar biżżejjed (l-Artikolu 758 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).
Il-partijiet li jiddeċiedu ma jressqux il-proċedimenti quddiem il-qorti personalment, jistgħu jirrikorru għas-servizzi ta’ avukat.
Il-Kodiċi Ġudizzjarju, fil-prinċipju, jirriżerva r-rappreżentanza tal-partijiet quddiem il-qrati għall-avukati. l-Artikolu 440 tal-Kodiċi Ġudizzjarju tistipula li l-prerogattivi tal-monopolju tar-rappreżentanza jorbtu mad-dritt li wieħed jindirizza l-qorti, li jidher u li jkollu terza persuna tiddefendih. Il-membri tal-avukatura wkoll għandhom monopolju fl-iffirmar tat-talbiet unilaterali, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor mil-liġi (l-Artikolu 1026(5) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).
F’dak li jirrigwarda l-Qorti tal-Kassazzjoni, l-intervent ta’ avukat li jkollu t-titolu ta’ konsulent legali tal-Qorti tal-Kassazzjoni huwa rekwiżit ġuridiku. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-parte ċivile fi kwistjonijiet kriminali (l-Artikolu 478 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).
Madankollu, il-liġi xorta waħda tipprevedi għadd ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju tat-Taqsima 728 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, li jistipula li l-partijiet iridu jidhru personalment jew iridu jiġu rappreżentati minn avukat mal-ftuħ tal-proċedimenti u ulterjorment (l-Artikolu 728(1) u (2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).
Id-dritt li wieħed jirrappreżenta lil xi parti fil-proċedimenti jinkludi wkoll id-dritt li dan jagħti bidu għall-proċedimenti msemmija.
Quddiem il-maġistrat ċivili, il-qorti tal-kummerċ u t-tribunali industrijali, il-partijiet mhux biss jistgħu jiġu rappreżentati minn avukat imma wkoll mill-konjuġi tagħhom jew minn xi dixxendent jew qarib miż-żwieġ li jkollu prokura bil-miktub li tiġi aċċettata mill-qorti (l-Artikolu 728(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).
Quddiem it-tribunali industrijali (l-Artikolu 728(3) tal-Kodiċi Ġudizzjarju):
L-entitajiet legali, bħalma huma l-kumpaniji tan-negozjar, jistgħu jidhru biss personalment (jiġifieri, permezz tal-intervent ta’ korpi kompetenti) jew jistgħu jkunu rappreżentati minn avukat. Ma jistgħux jagħmlu użu mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 728(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, imsemmija aktar fid-dettall hawn taħt.
Apparti l-eċċezzjonijiet iċċitati, hemm għadd ta’ eċċezzjonijiet statutorji li jirrigwardaw il-kustodja u s-sekwestru tal-minorenni.
Aktar speċifikament dawn jikkonċernaw kawżi mressqa abbażi ta’:
F’dawn il-każijiet, ir-rikorrent jista’ jiġi rappreżentat mill-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (l-Artikolu 1322quinquies tal-Kodiċi Ġudizzjarju) meta dan ir-rikorrent ikun ressaq it-talba tiegħu lill-awtorità ċentrali.
Il-proċedura biex jiġi determinat jekk persuna tistax tibda proċedimenti waħedha jew jekk għandhiex titlob l-assistenza ta’ avukat, ġiet deskritta inġenerali hawn fuq. Għandha ssir ukoll distinzjoni skont il-mod kif titressaq kawża quddiem il-qorti.
Il-liġi Belġjana tipprovdi diversi modi biex titressaq kawża quddiem il-qorti. Din tista’ titressaq permezz ta’ rikors ġuramentat, ta’ dehra volontarja, ta’ talba inter partes jew inkella ta’ talba unilaterali (ara hawn taħt). Kawża titressaq quddiem il-qorti billi tiġi ppreżentata talba, jiġifieri azzjoni legali, biex wieħed jiddefendi d-drittijiet tiegħu.
Fil-prinċipju, kawża titressaq quddiem il-qorti permezz ta’ ċitazzjoni mingħand il-bailiff, li tħarrek lill-parti biex tidher fil-qorti (l-Artikolu 700 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Id-dehra volontarja, it-talba inter partes u t-talba unilaterali huma eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju.
It-tabelli ta’ hawn taħt jindikaw min iressaq il-kawża u jekk ikunx hemm bżonn ta’ rappreżentanza minn avukat jew le, skont b’liema mod tkun tressqet il-kawża.
Awtur tal-att skont b’liema mod tkun tressqet il-kawża: |
|
Il-mod li bih tkun tressqet il-kawża |
Awtur tal-att |
Rikors ġuramentat (l-Artikoli 727 sa 730 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) |
L-applikant (jew l-avukat tiegħu) jitlob lill-bailiff biex jippreżenta ċ-ċitazzjoni. |
Dehra volontarja (l-Artikolu 706 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) |
Il-partijiet involuti fit-tilwima (jew l-avukati tagħhom) imorru personalment il-qorti. |
Talba inter partes (l-Artikoli 1034a sa 1034sexies tal-Kodiċi Ġudizzjarju) |
L-applikant (jew l-avukat tiegħu) iressaq il-kawża hu stess. |
Talba unilaterali (l-Artikoli 1025 sa 1034 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) |
Minbarra l-każijiet eċċezzjonali speċifikati fil-liġi, l-intervent ta’ avukat huwa obbligatorju għall-iffirmar u l-preżentata tar-rikors (l-Artikoli 1026(5) u 1027, l-ewwel sentenza tal-Kodiċi Ġudizzjarju). |
Rappreżentanza minn avukat jew le, skont b’liema mod tkun tressqet il-kawża: |
|
Il-mod li bih tkun tressqet il-kawża |
Rappreżentanza minn avukat |
Rikors ġuramentat (l-Artikoli 727 sa 730 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) |
Intervent possibbli iżda mhux obbligatorju. |
Dehra volontarja (l-Artikolu 706 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) |
Intervent possibbli iżda mhux obbligatorju. |
Talba inter partes (l-Artikoli 1034a sa 1034sexies tal-Kodiċi Ġudizzjarju) |
Intervent possibbli iżda mhux obbligatorju. |
Talba unilaterali (l-Artikoli 1025 sa 1034 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) |
Minbarra l-każijiet eċċezzjonali speċifikati fil-liġi, l-intervent ta’ avukat huwa obbligatorju għall-iffirmar u l-preżentata tar-rikors (l-Artikoli 1026(5) u 1027, l-ewwel sentenza tal-Kodiċi Ġudizzjarju). |
Il-kontenut kopert skont b’liema mod tkun tressqet il-kawża:
Normalment kawża titressaq quddiem il-qorti permezz ta’ rikors ġuramentat: ma hemm l-ebda restrizzjoni rigward is-suġġett li tittratta.
It-talba inter partes (l-Artikoli 1034a sa 1034sexies tal-Kodiċi Ġudizzjarju) tista’ tintuża f’għadd ta’ każijiet stabbiliti mil-liġi. L-aktar dispożizzjonijiet importanti marbuta mal-introduzzjoni ta’ proċedimenti permezz ta’ talba inter partes huma t-Taqsimiet 704, 813, 1056(2), 1193a, 1239, 1344a 1371a, 1320(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju u t-Taqsimiet 228, 331, 331a, 340f, 340f tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek).
Dawn l-Artikoli b’mod partikolari jirrigwardaw:
Il-kawżi jitressqu permezz ta’ talba bil-miktub li tiġi ppreżentata lir-reġistrar tal-qorti jew li tintbagħat lir-reġistru tal-qorti bil-posta reġistrata. Il-partijiet jitħarrku mir-reġistrar tal-qorti biex jidhru f’ġurnata stabbilita għas-smigħ mill-imħallef.
It-talba unilaterali (l-Artikoli 1025 sa 1034 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) tista’ tintuża biss fil-każijiet speċifikament stipulati mil-liġi, b’mod partikolari fl-Artikoli 584, 585, 588, 594, 606, 708, 1149, 1168, 1177, 1186 sa 1189, 1192 u 1195 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Tintuża wkoll fil-każijiet fejn ma jkunux jistgħu jitressqu proċedimenti kontradittorji minħabba li ma jkun hemm l-ebda parti kontradittriċi preżenti.
Għalhekk, it-talba unilaterali prinċipalment tintuża għal proċedimenti unilaterali, pereżempju f’kawżi ta’ ħtieġa assoluta.
It-talba unilaterali trid tiġi ffirmata minn avukat, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi, inkella titqies bħala bla effett.
Konsegwentement, ir-rappreżentanza minn avukat, fil-prinċipju, hija obbligatorja sabiex tkun tista’ titressaq kawża fuq talba unilaterali.
Id-dehra volontarja: meta t-tilwima tkun tirrigwarda suġġett li jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ waħda mill-qrati segwenti, il-partijiet jistgħu jidhru volontarjament quddiem:
Fil-każ tad-dehra volontarja, il-partijiet li jitolbu li tittieħed deċiżjoni, iridu jiffirmaw id-dikjarazzjoni tagħhom fin-naħa t’isfel tal-proċess verbali mfassal mill-qorti.
It-tilwimiet kontroversjali kollha jistgħu jitressqu quddiem il-qorti kompetenti b’dan il-mod li jgħin biex jiġu ffrankati l-ispejjeż u l-ħin.
Kwalunkwe persuna li tkun tixtieq tressaq kawża quddiem il-qorti tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-uffiċċju tal-akkoljenza jew lir-reġistru tal-qorti.
Meta l-att promotur huwa ċitazzjoni, il-bailiff jiżgura li ċ-ċitazzjoni tiġi nnotifikata, u jitlob lir-reġistru tal-qorti biex jirreġistraha fil-lista tal-kawżi wara s-sottomissjoni tal-oriġinal jew, skont fejn ikun meħtieġ, tal-kopja taċ-ċitazzjoni ppreżentata (l-Artikolu 718 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Ir-reġistru li fuqu jiġu elenkati l-kawżi kollha (il-lista tal-kawżi) jinsab fir-reġistru tal-qorti. L-entrati fil-lista tal-kawżi jkunu validi biss jekk isiru sa mhux aktar tard minn lejliet il-ġurnata stabbilita għas-smigħ li għalih tkun ġiet ippreżentata ċ-ċitazzjoni. Il-lista tal-kawżi ġenerali hija disponibbli għall-pubbliku (l-Artikolu 719 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Għalhekk il-konvenut jista’ jivverifika jekk il-kwistjoni li għaliha jkun tħarrek iddaħħlitx fil-lista tal-kawżi ġenerali.
Fil-każ tad-dehra volontarja, il-partijiet jew l-avukati tagħhom jitolbu lir-reġistru tal-qorti jdaħħal il-kawża fil-lista tal-kawżi.
It-talba inter partes tiġi ppreżentata lir-reġistru tal-qorti jew tintbagħat lir-reġistrar tal-qorti bil-posta reġistrata mill-applikant jew mill-avukat tiegħu, f’numru ta’ kopji li jikkorrispondi għan-numru ta’ partijiet (l-Artikolu 1034quinquies tal-Kodiċi Ġudizzjarju).
It-talba unilaterali tiġi indirizzata f’żewġ kopji mill-avukat lill-qorti msejħa biex tieħu deċiżjoni dwar it-talba. Din tiddaħħal ukoll fir-reġistru tal-qorti (l-Artikolu 1027 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).
F’dak li jirrigwarda l-użu tal-lingwi, għandha ssir referenza għall-Att tal-15 ta’ Ġunju 1935 dwar l-użu tal-lingwi fi kwistjonijiet ġudizzjarji (wet van 15 juni 1935 op het gebruik de talen in gerechtszaken)(ippubblikat fil-Moniteur belge/Belgisch Staatsblad fit-22 ta’ Ġunju 1935). Dan l-Att jirregola l-użu tal-lingwi fil-qrati ċivili u kummerċjali tal-Belġju.
Fil-prinċipju, il-lingwa hija ddeterminata mill-pożizzjoni ġeografika tal-qorti kompetenti. Skont l-Artikolu 42 tal-Att, hemm tliet reġjuni lingwistiċi: ir-reġjun lingwistiku Franċiż, dak Olandiż u dak Ġermaniż. Hemm ukoll l-agglomerazzjoni bilingwa ta’ Brussell (Franċiża/Olandiża) li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-liġi, tinkludi l-muniċipalitajiet segwenti: Anderlecht, Auderghem, Berchem-Sainte-Agathe, Brussell, Etterbeek, Evere, Forest, Ganshoren, Ixelles, Jette, Koekelberg, Molenbeek-Saint-Jean, Saint-Gilles, Saint-Josse-ten-Noode, Schaerbeek, Uccle, Watermael-Boitsfort, Woluwé-Saint-Lambert u Woluwé-Saint-Pierre.
Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, kwistjoni tista’ tiġi riferuta għal qorti li tuża lingwa proċedurali differenti. Taħt ċerti kundizzjonijiet, jista’ jintalab li tinbidel il-lingwa proċedurali, fil-prinċipju fil-bidu tal-proċedimenti.
Il-formulazzjoni tal-pretensjoni: pretensjoni li tiġi introdotta b’ċitazzjoni, b’talba inter partes jew b’talba unilaterali, trid titfassal bil-miktub u tkun trid tikkonforma ma’ ċerti rekwiżiti proċedurali. Ladarba l-kwistjoni tiddaħħal fil-lista tal-kawżi ġenerali ta’ qorti, ir-reġistrar tal-qorti jiftaħ fajl tal-proċedura. Il-fajl tal-proċedura jintbagħat lill-qorti li quddiemha tkun se titressaq il-kawża; f’każ li jkun se jsir appell quddiem xi qorti tat-tieni istanza jew quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni, dan jintbagħat ukoll lir-reġistru tal-qorti suprema.
Attwalment mhux possibbli li titressaq kawża bil-faks jew bil-posta elettronika.
Fil-liġi ma hemmx formoli stampati minn qabel biex jinbdew il-proċedimenti. Madankolli l-kawża trid tinkludi ċerta informazzjoni; jekk ma tkunx inkluża, il-kawża titqies nulla u bla effett skont il-liġi.
Iċ-ċitazzjonijiet, it-talbiet inter partes u t-talbiet unilaterali jridu jikkonformaw ma’ għadd ta’ rekwiżiti statutorji stabbiliti fil-Kodiċi Ġudizzjarju, inkella jitqiesu bħala nulli u bla effett. Dawn l-elementi, li jridu jiġu inklużi bilfors, jirrigwardaw prinċipalment tagħrif personali dwar il-partijiet involuti, is-suġġett tat-talba, l-indikazzjoni tal-imħallef kompetenti u d-data tas-seduta ta’ smigħ.
Għalhekk, iċ-ċitazzjoni trid tinkludi, fost l-oħrajn, l-informazzjoni segwenti (l-Artikoli 43 u 702 tal-Kodiċi Ġudizzjarju):
It-talba inter partes (l-Artikolu 1034ter tal-Kodiċi Ġudizzjarju) trid tinkludi:
It-talba unilaterali trid tinkludi l-informazzjoni segwenti (l-Artikolu 1026 tal-Kodiċi Ġudizzjarju):
Fil-każ ta’ dehra volontarja fil-grad ta’ prim’istanza (fil-qorti tal-prim’istanza, it-tribunal tax-xogħol, il-qorti tal-kummerċ, il-qorti tal-maġistrat ċivili jew it-tribunal tal-pulizija fir-rigward ta’ kawżi ċivili), il-kawża tista’ ssir permezz ta’ rikors konġunt tal-partijiet. Huma jridu jiffirmaw u jniżżlu d-data ta’ dan ir-rikors, inkella jitqies null u bla effett. Ir-rikors jiġi ppreżentat lir-reġistrar tal-qorti jew jintbagħat lir-reġistru tal-qorti bil-posta reġistrata. Il-preżentata tar-rikors fir-reġistru tal-qorti jew il-konsenja bil-posta rreġistrata jitqiesu bħala notifika. Ir-rikors jiddaħħal fil-lista ta’ kawżi wara li jitħallsu t-tariffi tar-reġistru, fejn xieraq. Jekk il-partijiet jew waħda minnhom jagħmlu/tagħmel talba għal dan il-għan, jew jekk il-qorti tqis li huwa meħtieġ, hija tagħżel data għal seduta ta’ smigħ fi żmien ħmistax mill-preżentata tar-rikors. Ir-reġistratur tal-qorti mbagħad iħarrek lill-partijiet, u, fejn ikun xieraq, l-avukati tagħhom b’ittra ordinarja biex jidhru għas-seduta deċiża mill-qorti (l-Artikolu 706 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).
Iva, effettivament iridu jitħallsu l-ispejjeż tal-qorti.
Meta jiġi ppreżentat ir-rikors, ir-rikorrent irid iħallas it-tariffa msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-Att tad-19 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi fond għall-għajnuna legali tat-tieni linja (Wet van 19 maart 2017 tot instelling van een begrotingsfonds voor tweedelijnsrechtsbijstand), li attwalment jammonta għal EUR 20.
Matul il-proċedimenti, il-partijiet iridu jħallsu ċerti spejjeż marbuta mal-proċedimenti, li jiddependu mill-proċeduri deċiżi mill-qorti (miżuri investigattivi, tariffi u spejjeż tal-esperti, spejjeż tal-ivvjaġġar, eċċ).
Wara l-proċedimenti, il-qorti tordna lill-parti t-telliefa, jew fin-nuqqas tagħha, lir-rikorrent biex iħallas it-tariffa tal-ippjanar, li tvarja fl-ammont skont il-każ. Dawn l-ammonti huma stabbiliti kif ġej fl-Artikolu 2691 tal-Kodiċi dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Ipoteki u t-Tariffi tal-Qorti (Wetboek der registratie-, hypotheek- en griffierechten):
Ċerti każijiet huma eżentati mit-tariffa tal-ippjanar, b’mod partikolari dawk li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tat-tribunali industrijali u dawk marbuta mal-falliment u r-riorganizzazzjoni ġudizzjarja.
Barra minn hekk, fi kwalunkwe deċiżjoni finali, l-ispejjeż jiġu imposti fuq il-parti telliefa fis-sentenza finali, skont kif ikun xieraq u b’mod sistematiku, f’konformità mal-Artikolu 1017 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Dawn l-ispejjeż iridu jitħallsu jew jiġu rifużi lill-parti l-oħra. L-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti jinkludu (l-Artikolu 1018 tal-Kodiċi Ġudizzjarju):
(Ara l-pakkett informattiv "L-għajnuna legali")
Il-kawża effettivament titressaq quddiem il-qorti ladarba tkun iddaħħlet fil-lista tal-kawżi ġenerali, anke fil-każ ta’ dehra volontarja.
Il-kawżi fuq talba u t-talbiet għal miżuri provviżorji jiddaħħlu fil-lista tal-kawżi speċjali, li tiddetermina quddiem liema qorti għandhom effettivament jitressqu.
Il-partijiet involuti ma jirċievu l-ebda konferma, iżda jistgħu jikkonsultaw il-lista tal-kawżi ġenerali biex jiżguraw li l-kwistjoni tagħhom tkun iddaħħlet fil-lista. Hekk kif il-kawża tiddaħħal fil-lista tal-kawżi, tkun ir-responsabbiltà tal-qorti li tiddeċiedi dwar il-kwistjoni.
B’mod ġenerali, l-informazzjoni dwar l-andament tal-proċedimenti tingħata mill-avukat tal-parti meta din tkun rappreżentata minn avukat. L-informazzjoni tista’ tinkiseb ukoll mir-reġistru tal-qorti fejn il-kawża tkun għadha pendenti. Iċ-ċitazzjoni jkun fiha wkoll xi informazzjoni, partikolarment id-data tas-seduta ta’ smigħ u l-indikazzjoni tal-qorti li quddiemha tkun tressqet il-kawża.
Fl-ewwel stadju, tingħata informazzjoni speċifika dwar is-smigħ inizjali.
Fil-każ ta’ rikors ġuramentat, il-bailiff jinforma lill-applikant bid-data tas-smigħ inizjali, li jikkostitwixxi l-ewwel stadju tal-proċedimenti.
Fil-każ ta’ talba inter partes jew ta’ dehra volontarja, il-partijiet jiġu nnotifikati mir-reġistrar.
Fil-każ ta’ talba unilaterali, ma ssir l-ebda seduta ta’ smigħ. Madankollu, l-applikant jista’ jiġi kkonvokat mir-reġistrar, jekk l-imħallef ikun jixtieq isaqsih xi mistoqsijiet.
Fit-tieni stadju, il-każ jitħejja għall-proċess. Kull parti tingħata skadenza stipulata mil-liġi (l-Artikolu 747(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju) biex tippreżenta d-dokumenti u s-sejbiet tagħha (l-argumenti u d-difiża bil-miktub). Meta dawn l-iskadenzi ma jiġux rispettati, jistgħu jiġu imposti s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 747(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju.
Meta kollox ikun lest għall-proċess u l-kawża tkun lesta biex tinstema’, il-partijiet jitolbu li tiġi stabbilita data għas-seduta ta’ smigħ. Il-perjodu li fih trid tiġi stabbilita ġurnata għas-seduta ta’ smigħ jiddependi mill-piż tax-xogħol li jkollha l-qorti u minn kemm tista’ talloka ħin biex tisma’ l-kawża inkwistjoni. Minħabba li f’ċerti każijiet jinqalgħu xi kwistjonijiet proċedurali (evalwazzjonijiet, smigħ tal-partijiet, interrogatorju tax-xhieda, eċċ.), jaf ikun diffiċli jiġi ddeterminat minn qabel kemm ikunu se jieħdu żmien b’kollox il-proċedimenti. Wara kollox, il-proċedimenti jistgħu jiġu interrotti jew sospiżi, jew jistgħu saħansitra jiġu kkanċellati minħabba dawn il-kwistjonijiet proċedurali.
Fi tmiem is-smigħ, it-trattazzjonijiet jingħalqu u l-imħallef jiddiferixxi l-kawża għad-deliberazzjoni. Fil-prinċipju, l-imħallef irid jagħti d-deċiżjoni tiegħu xahar wara li jkun iddiferixxa l-kawża għad-deliberazzjoni, skont l-Artikolu 770 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.