

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Tabilħaqq, jista’ jkun xieraq li jintużaw "metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim". Ara s-suġġett rilevanti.
Hemm perjodi ta’ limitazzjoni differenti għat-tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qorti, skont il-każ. Id-dettalji dwar il-limitazzjoni rigward it-tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qorti jistgħu jiġu pprovduti minn konsulent legali jew uffiċċju ta’ pariri għaċ-ċittadini.
Ara "Il-qrati kompetenti".
Ara "Il-qrati kompetenti - Il-Greċja"
Ara "Il-qrati kompetenti - Il-Greċja".
Il-proċedura li trid tiġi segwita għat-tressiq ta’ azzjoni legali.
L-azzjoni trid titressaq minn avukat, ħlief fil-każijiet li ġejjin: (1) kawżi mressqa quddiem qorti ċivili distrettwali (Irinodikio), (2) rimedji provviżorji, (3) sabiex jiġi evitat periklu imminenti (l-Artikolu 94(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) u (4) il-proċedimenti tax-xogħol imwettqa quddiem il-qorti tal-prim’istanza bi mħallef jew maġistrat wieħed (Monomelos Protodikio) jew il-qorti ċivili distrettwali (l-Artikolu 665(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Għalhekk, bħala regola ġenerali, għandu jkun hemm rappreżentant legali preżenti. Hemm ċerti proċeduri, pereżempju, rimedji provviżorji, tilwim minuri, tilwim industrijali, eċċ., li fihom il-persuna kkonċernata tista’ tidher għan-nom tagħha stess.
Sabiex tinbeda kawża fil-qorti, irid jiġi ppreżentat rikors lir-reġistru tal-qorti kompetenti. Sabiex tfassal l-azzjoni, il-persuna kkonċernata għandha tikkuntattja avukat, li jippreżentaha lir-reġistru tal-qorti kompetenti.
(a) Ir-rikors irid isir biss bil-Grieg;
(b) bħala regola ġenerali, irid isir bil-miktub. Huwa jista’ jiġi ppreżentat verbalment lil qorti ċivili distrettwali jekk ma jkunx hemm avukati maħtura jew konsulenti legali lokali mhux liċenzjati (dikolavoi) fil-post fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha. F’dak il-każ, għandu jitfassal rapport (l-Artikoli 111, 115 u 215(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili); u
(ċ) ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat ukoll b’mod elettroniku, diment li jkun ġie ffirmat b’firma elettronika avvanzata (l-Artikoli 117(2) u 119(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili; id-Digriet Presidenzjali 25/2012).
Ma hemm ebda formola speċjali sabiex titressaq azzjoni. Il-fajl jinkludi l-azzjoni, fejn meħtieġ (dan mhuwiex obbligatorju għall-qrati ċivili distrettwali u l-miżuri ta’ prekawzjoni) u meta l-evidenza bil-miktub tiġi ppreżentata mill-parti fil-kawża.
L-imposti tal-qorti jitħallsu kif ġej: Il-parti fil-kawża għandha tkopri l-ispejjeż u l-imposti rilevanti. B’hekk, il-pretendent għandu jħallas it-taxxa tal-boll, it-taxxa tal-boll tal-qorti u t-tariffi għad-diversi fondi (pereżempju; il-Fond tal-Avukati [TN], il-Fond tal-Benesseri tal-Avukati ta’ Ateni [TPDA], eċċ.), li jitħallsu meta tiġi ddepożitata l-azzjoni. Meta u kif għandu jitħallas l-avukat jiġi miftiehem mal-parti fil-kawża.
Iva tista’, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 194-204 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż tal-qorti mingħajr ma tikkomprometti l-għajxien tagħha u dak tal-familja tagħha). Huma meħtieġa d-dokumenti li ġejjin: (1) Ċertifikat mis-sindku jew mill-president tal-komunità fejn jgħix il-pretendent, rigward l-istatus professjonali, finanzjarju u tal-familja tiegħu, u (2) ċertifikat mill-kap tal-eżattorija tal-post fejn jgħix il-pretendent, dwar jekk huwa ppreżentax dikjarazzjoni tat-taxxa fl-aħħar tliet snin għat-taxxa fuq l-introjtu jew għal kwalunkwe taxxa diretta oħra, kif ukoll verifika tal-preċiżjoni tad-dikjarazzjoni tat-taxxa.
Il-passi sussegwenti li jridu jittieħdu b’konnessjoni mal-azzjoni.
L-azzjoni titqies bħala li tressqet meta tiġi ppreżentata lir-reġistru tal-qorti li tkun indirizzata lilha u meta tiġi nnotifikata kopja tagħha lill-konvenut (l-Artikolu 215 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). It-tfassil u l-preżentazzjoni ta’ rapport jikkostitwixxu konferma li l-azzjoni tressqet. Malli tiġi ppreżentata l-azzjoni lill-qorti kompetenti, jitfassal att ta’ preżentazzjoni u tiġi stabbilita data tas-seduta ta’ smigħ, sabiex il-pretendent jiġi pprovdut bid-dettalji tal-preżentazzjoni.
Id-data tas-smigħ tal-azzjoni tiġi stabbilita mir-reġistru tal-qorti kompetenti u l-parti fil-kawża tiġi mħarrka għal kull sessjoni sussegwenti tal-qorti jew għal kull att meħud matul il-kawża. Kwalunkwe parti fil-kawża għandha d-dritt li tħaffef is-seduta ta’ smigħ. Tingħata wkoll gwida mill-avukat awtorizzat.
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-mistoqsijiet kollha, il-preżenza ta’ avukat hija obbligatorja f’qorti tat-tieni istanza, jiġifieri qorti tal-appell, anki jekk il-preżenza ta’ rappreżentant legali ma kinitx obbligatorja fil-qrati tal-prim’istanza msemmija hawn fuq f’dawn il-kawżi partikolari (l-ewwel mistoqsija). Naturalment, dan japplika wkoll għall-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Suprema Ċivili u Kriminali tal-Greċja (Arios Pagos).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.