How to bring a case to court

Having determined which court, in which Member State, is competent to hear a case, what happens next?

If you wish to bring a case to court, you should bear in mind that there are certain national procedural rules to be followed. These vary depending on the way in which a case is referred to court, but their essential purpose is to help you to present the relevant matters of fact and law in a sufficiently clear and complete manner to allow the court to assess the admissibility and the merits of your case.

The ways in which a case is referred to court vary from one Member State to another. There are also variations within a Member State depending on the nature and circumstances of the application and the type of court. Referral to some courts for particular types of cases may require you to fill in a form or to assemble a whole file on the case. In some cases, it can be done orally.

These variations are explained by the fact that the disputes brought before the courts are also very diverse: by their nature they may be more or less difficult to resolve. It is very important to ensure that nothing is missing, to facilitate the work of the judge, allow the other party to defend itself properly and ensure that the whole procedure goes smoothly.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

When you are involved in litigation in a case where not all the facts of the case are connected with the same country you should check which law will be applied by the court in making a decision.

Last update: 17/11/2021

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Kif tipproċedi? - Belġju

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

F’xi każijiet ikun aħjar li wieħed juża l-”Iskema ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim” (ara l-pakkett ta’ informazzjoni rilevanti).

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

L-iskadenza biex titressaq kawża quddiem il-qorti tvarja minn kawża għall-oħra. Avukat jew dipartiment li jipprovdi liċ-ċittadini b’tagħrif dwar l-aċċess għall-ġustizzja, jista’ jwieġeb għall-mistoqsijiet dwar l-iskadenzi.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara l-pakkett ta’ informazzjoni ‘Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara l-pakkett ta’ informazzjoni ‘Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati – Il-Belġju

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara l-pakkett ta’ informazzjoni ‘Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati – Il-Belġju

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Fil-prinċipju, skont l-Artikolu 728(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-partijiet iridu jkunu fiżikament preżenti jew iridu jiġu rappreżentati minn avukat (Gerechtelijk Wetboek).

B’hekk, minbarra għall-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Hof van Cassatie) (l-Artikoli 478 u 1080 tal-Kodiċi Ġudizzjarju), il-partijiet jistgħu jkunu fiżikament preżenti fil-qrati ordinarji u jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom u jiddefendu lilhom infushom. Madankollu, il-qorti għandha l-awtorità li tneħħi din l-għażla jekk tara li, minħabba l-emozzjonijiet jew in-nuqqas ta’ esperjenza tagħhom, il-partijiet ma jkunux jistgħu jiddiskutu l-każ tagħhom b’mod xieraq jew ċar biżżejjed (l-Artikolu 758 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Il-partijiet li jiddeċiedu ma jressqux il-proċedimenti quddiem il-qorti personalment, jistgħu jirrikorru għas-servizzi ta’ avukat.

Il-Kodiċi Ġudizzjarju, fil-prinċipju, jirriżerva r-rappreżentanza tal-partijiet quddiem il-qrati għall-avukati. l-Artikolu 440 tal-Kodiċi Ġudizzjarju tistipula li l-prerogattivi tal-monopolju tar-rappreżentanza jorbtu mad-dritt li wieħed jindirizza l-qorti, li jidher u li jkollu terza persuna tiddefendih. Il-membri tal-avukatura wkoll għandhom monopolju fl-iffirmar tat-talbiet unilaterali, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor mil-liġi (l-Artikolu 1026(5) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

F’dak li jirrigwarda l-Qorti tal-Kassazzjoni, l-intervent ta’ avukat li jkollu t-titolu ta’ konsulent legali tal-Qorti tal-Kassazzjoni huwa rekwiżit ġuridiku. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-parte ċivile fi kwistjonijiet kriminali (l-Artikolu 478 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Madankollu, il-liġi xorta waħda tipprevedi għadd ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju tat-Taqsima 728 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, li jistipula li l-partijiet iridu jidhru personalment jew iridu jiġu rappreżentati minn avukat mal-ftuħ tal-proċedimenti u ulterjorment (l-Artikolu 728(1) u (2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Id-dritt li wieħed jirrappreżenta lil xi parti fil-proċedimenti jinkludi wkoll id-dritt li dan jagħti bidu għall-proċedimenti msemmija.

Quddiem il-maġistrat ċivili, il-qorti tal-kummerċ u t-tribunali industrijali, il-partijiet mhux biss jistgħu jiġu rappreżentati minn avukat imma wkoll mill-konjuġi tagħhom jew minn xi dixxendent jew qarib miż-żwieġ li jkollu prokura bil-miktub li tiġi aċċettata mill-qorti (l-Artikolu 728(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Quddiem it-tribunali industrijali (l-Artikolu 728(3) tal-Kodiċi Ġudizzjarju):

  • l-impjegat (ħaddiem jew operatur) jiġi rrappreżentat mid-delegat ta’ organizzazzjoni rappreżentattiva tal-impjegati (rappreżentant tat-trejdjunjin) li jkollu prokura bil-miktub. Ir-rappreżentant tat-trejdjunjin jista’ jwettaq l-azzjonijiet kollha marbuta mar-rappreżentanza f’isem l-impjegat, jista’ jindirizza lill-qorti u jista’ jirċievi l-komunikazzjonijiet kollha dwar il-proċedimenti u l-aġġudikazzjoni tat-tilwima;
  • il-persuni li jaħdmu għal rashom ukoll jistgħu jiġu rappreżentati mid-delegat ta’ organizzazzjoni rappreżentattiva tal-ħaddiema għal rashom, fit-tilwim relatat mad-drittijiet u l-obbligi tagħhom, f’din il-kapaċità jew fil-kapaċità ta’ persuni b’diżabbiltà;
  • fit-tilwim relatat mal-applikazzjoni tal-liġi tas-7 ta’ Awwissu 1974 li timplimenta d-dritt għal livell minimu ta’ sussistenza u fit-tilwim relatat mal-applikazzjoni tal-Liġi Organika tat-8 ta’ Lulju 1976 dwar iċ-Ċentri Pubbliċi għas-Servizzi Soċjali (openbare centra voor maatschappelijk welzijn – OCMW), il-parti interessata tista’ wkoll tiġi megħjuna jew rappreżentata minn delegat ta’ organizzazzjoni soċjali li tirrappreżenta l-interessi tal-persuni msemmija fil-leġiżlazzjoni.

L-entitajiet legali, bħalma huma l-kumpaniji tan-negozjar, jistgħu jidhru biss personalment (jiġifieri, permezz tal-intervent ta’ korpi kompetenti) jew jistgħu jkunu rappreżentati minn avukat. Ma jistgħux jagħmlu użu mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 728(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, imsemmija aktar fid-dettall hawn taħt.

Apparti l-eċċezzjonijiet iċċitati, hemm għadd ta’ eċċezzjonijiet statutorji li jirrigwardaw il-kustodja u s-sekwestru tal-minorenni.

Aktar speċifikament dawn jikkonċernaw kawżi mressqa abbażi ta’:

  • il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tas-sekwestru internazzjonali tal-minorenni, li tipprevedi r-ritorn tal-minorenni, ir-rispett lejn id-dritt għall-kustodja jew id-dritt tal-ġenituri li jaraw lil uliedhom, jew l-organizzazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’pajjiż ieħor u
  • il-Konvenzjoni Ewropea tal-20 ta’ Mejju 1980 dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’ Deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kustodja ta’ Minorenni u dwar ir-Restituzzjoni tal-Kustodja ta’ Minorenni.

F’dawn il-każijiet, ir-rikorrent jista’ jiġi rappreżentat mill-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (l-Artikolu 1322quinquies tal-Kodiċi Ġudizzjarju) meta dan ir-rikorrent ikun ressaq it-talba tiegħu lill-awtorità ċentrali.

Il-proċedura biex jiġi determinat jekk persuna tistax tibda proċedimenti waħedha jew jekk għandhiex titlob l-assistenza ta’ avukat, ġiet deskritta inġenerali hawn fuq. Għandha ssir ukoll distinzjoni skont il-mod kif titressaq kawża quddiem il-qorti.

Il-liġi Belġjana tipprovdi diversi modi biex titressaq kawża quddiem il-qorti. Din tista’ titressaq permezz ta’ rikors ġuramentat, ta’ dehra volontarja, ta’ talba inter partes jew inkella ta’ talba unilaterali (ara hawn taħt). Kawża titressaq quddiem il-qorti billi tiġi ppreżentata talba, jiġifieri azzjoni legali, biex wieħed jiddefendi d-drittijiet tiegħu.

Fil-prinċipju, kawża titressaq quddiem il-qorti permezz ta’ ċitazzjoni mingħand il-bailiff, li tħarrek lill-parti biex tidher fil-qorti (l-Artikolu 700 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Id-dehra volontarja, it-talba inter partes u t-talba unilaterali huma eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju.

It-tabelli ta’ hawn taħt jindikaw min iressaq il-kawża u jekk ikunx hemm bżonn ta’ rappreżentanza minn avukat jew le, skont b’liema mod tkun tressqet il-kawża.

Awtur tal-att skont b’liema mod tkun tressqet il-kawża:

Il-mod li bih tkun tressqet il-kawża

Awtur tal-att

Rikors ġuramentat (l-Artikoli 727 sa 730 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

L-applikant (jew l-avukat tiegħu) jitlob lill-bailiff biex jippreżenta ċ-ċitazzjoni.

Dehra volontarja (l-Artikolu 706 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

Il-partijiet involuti fit-tilwima (jew l-avukati tagħhom) imorru personalment il-qorti.

Talba inter partes (l-Artikoli 1034a sa 1034sexies tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

L-applikant (jew l-avukat tiegħu) iressaq il-kawża hu stess.

Talba unilaterali (l-Artikoli 1025 sa 1034 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

Minbarra l-każijiet eċċezzjonali speċifikati fil-liġi, l-intervent ta’ avukat huwa obbligatorju għall-iffirmar u l-preżentata tar-rikors (l-Artikoli 1026(5) u 1027, l-ewwel sentenza tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Rappreżentanza minn avukat jew le, skont b’liema mod tkun tressqet il-kawża:

Il-mod li bih tkun tressqet il-kawża

Rappreżentanza minn avukat

Rikors ġuramentat (l-Artikoli 727 sa 730 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

Intervent possibbli iżda mhux obbligatorju.

Dehra volontarja (l-Artikolu 706 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

Intervent possibbli iżda mhux obbligatorju.

Talba inter partes (l-Artikoli 1034a sa 1034sexies tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

Intervent possibbli iżda mhux obbligatorju.

Talba unilaterali (l-Artikoli 1025 sa 1034 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

Minbarra l-każijiet eċċezzjonali speċifikati fil-liġi, l-intervent ta’ avukat huwa obbligatorju għall-iffirmar u l-preżentata tar-rikors (l-Artikoli 1026(5) u 1027, l-ewwel sentenza tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Il-kontenut kopert skont b’liema mod tkun tressqet il-kawża:

Normalment kawża titressaq quddiem il-qorti permezz ta’ rikors ġuramentat: ma hemm l-ebda restrizzjoni rigward is-suġġett li tittratta.

It-talba inter partes (l-Artikoli 1034a sa 1034sexies tal-Kodiċi Ġudizzjarju) tista’ tintuża f’għadd ta’ każijiet stabbiliti mil-liġi. L-aktar dispożizzjonijiet importanti marbuta mal-introduzzjoni ta’ proċedimenti permezz ta’ talba inter partes huma t-Taqsimiet 704, 813, 1056(2), 1193a, 1239, 1344a 1371a, 1320(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju u t-Taqsimiet 228, 331, 331a, 340f, 340f tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek).

Dawn l-Artikoli b’mod partikolari jirrigwardaw:

  • l-intervent volontarju;
  • l-appell;
  • ċertu bejgħ ta’ proprjetà immobbli;
  • il-manteniment (talbiet għall-għoti, għaż-żieda, għat-tnaqqis jew għat-tneħħija tal-manteniment);
  • talbiet relatati ma’ ftehimiet ta’ lokazzjoni/kiri;
  • Il-protezzjoni tal-persuni;
  • kawżi marbuta mad-drittijiet u l-obbligi ġejjin minn relazzjonijiet tal-familja;
  • id-divorzju;
  • il-baġit provviżorju għas-sekwestri.

Il-kawżi jitressqu permezz ta’ talba bil-miktub li tiġi ppreżentata lir-reġistrar tal-qorti jew li tintbagħat lir-reġistru tal-qorti bil-posta reġistrata. Il-partijiet jitħarrku mir-reġistrar tal-qorti biex jidhru f’ġurnata stabbilita għas-smigħ mill-imħallef.

It-talba unilaterali (l-Artikoli 1025 sa 1034 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) tista’ tintuża biss fil-każijiet speċifikament stipulati mil-liġi, b’mod partikolari fl-Artikoli 584, 585, 588, 594, 606, 708, 1149, 1168, 1177, 1186 sa 1189, 1192 u 1195 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Tintuża wkoll fil-każijiet fejn ma jkunux jistgħu jitressqu proċedimenti kontradittorji minħabba li ma jkun hemm l-ebda parti kontradittriċi preżenti.

Għalhekk, it-talba unilaterali prinċipalment tintuża għal proċedimenti unilaterali, pereżempju f’kawżi ta’ ħtieġa assoluta.

It-talba unilaterali trid tiġi ffirmata minn avukat, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi, inkella titqies bħala bla effett.

Konsegwentement, ir-rappreżentanza minn avukat, fil-prinċipju, hija obbligatorja sabiex tkun tista’ titressaq kawża fuq talba unilaterali.

Id-dehra volontarja: meta t-tilwima tkun tirrigwarda suġġett li jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ waħda mill-qrati segwenti, il-partijiet jistgħu jidhru volontarjament quddiem:

  • il-qorti tal-prim’istanza;
  • it-tribunal industrijali;
  • il-qorti kummerċjali;
  • il-maġistrat ċivili jew
  • it-tribunal tal-pulizija, għal kawżi ċivili.

Fil-każ tad-dehra volontarja, il-partijiet li jitolbu li tittieħed deċiżjoni, iridu jiffirmaw id-dikjarazzjoni tagħhom fin-naħa t’isfel tal-proċess verbali mfassal mill-qorti.

It-tilwimiet kontroversjali kollha jistgħu jitressqu quddiem il-qorti kompetenti b’dan il-mod li jgħin biex jiġu ffrankati l-ispejjeż u l-ħin.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Kwalunkwe persuna li tkun tixtieq tressaq kawża quddiem il-qorti tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-uffiċċju tal-akkoljenza jew lir-reġistru tal-qorti.

Meta l-att promotur huwa ċitazzjoni, il-bailiff jiżgura li ċ-ċitazzjoni tiġi nnotifikata, u jitlob lir-reġistru tal-qorti biex jirreġistraha fil-lista tal-kawżi wara s-sottomissjoni tal-oriġinal jew, skont fejn ikun meħtieġ, tal-kopja taċ-ċitazzjoni ppreżentata (l-Artikolu 718 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Ir-reġistru li fuqu jiġu elenkati l-kawżi kollha (il-lista tal-kawżi) jinsab fir-reġistru tal-qorti. L-entrati fil-lista tal-kawżi jkunu validi biss jekk isiru sa mhux aktar tard minn lejliet il-ġurnata stabbilita għas-smigħ li għalih tkun ġiet ippreżentata ċ-ċitazzjoni. Il-lista tal-kawżi ġenerali hija disponibbli għall-pubbliku (l-Artikolu 719 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Għalhekk il-konvenut jista’ jivverifika jekk il-kwistjoni li għaliha jkun tħarrek iddaħħlitx fil-lista tal-kawżi ġenerali.

Fil-każ tad-dehra volontarja, il-partijiet jew l-avukati tagħhom jitolbu lir-reġistru tal-qorti jdaħħal il-kawża fil-lista tal-kawżi.

It-talba inter partes tiġi ppreżentata lir-reġistru tal-qorti jew tintbagħat lir-reġistrar tal-qorti bil-posta reġistrata mill-applikant jew mill-avukat tiegħu, f’numru ta’ kopji li jikkorrispondi għan-numru ta’ partijiet (l-Artikolu 1034quinquies tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

It-talba unilaterali tiġi indirizzata f’żewġ kopji mill-avukat lill-qorti msejħa biex tieħu deċiżjoni dwar it-talba. Din tiddaħħal ukoll fir-reġistru tal-qorti (l-Artikolu 1027 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

F’dak li jirrigwarda l-użu tal-lingwi, għandha ssir referenza għall-Att tal-15 ta’ Ġunju 1935 dwar l-użu tal-lingwi fi kwistjonijiet ġudizzjarji (wet van 15 juni 1935 op het gebruik de talen in gerechtszaken)(ippubblikat fil-Moniteur belge/Belgisch Staatsblad fit-22 ta’ Ġunju 1935). Dan l-Att jirregola l-użu tal-lingwi fil-qrati ċivili u kummerċjali tal-Belġju.

Fil-prinċipju, il-lingwa hija ddeterminata mill-pożizzjoni ġeografika tal-qorti kompetenti. Skont l-Artikolu 42 tal-Att, hemm tliet reġjuni lingwistiċi: ir-reġjun lingwistiku Franċiż, dak Olandiż u dak Ġermaniż. Hemm ukoll l-agglomerazzjoni bilingwa ta’ Brussell (Franċiża/Olandiża) li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-liġi, tinkludi l-muniċipalitajiet segwenti: Anderlecht, Auderghem, Berchem-Sainte-Agathe, Brussell, Etterbeek, Evere, Forest, Ganshoren, Ixelles, Jette, Koekelberg, Molenbeek-Saint-Jean, Saint-Gilles, Saint-Josse-ten-Noode, Schaerbeek, Uccle, Watermael-Boitsfort, Woluwé-Saint-Lambert u Woluwé-Saint-Pierre.

Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, kwistjoni tista’ tiġi riferuta għal qorti li tuża lingwa proċedurali differenti. Taħt ċerti kundizzjonijiet, jista’ jintalab li tinbidel il-lingwa proċedurali, fil-prinċipju fil-bidu tal-proċedimenti.

Il-formulazzjoni tal-pretensjoni: pretensjoni li tiġi introdotta b’ċitazzjoni, b’talba inter partes jew b’talba unilaterali, trid titfassal bil-miktub u tkun trid tikkonforma ma’ ċerti rekwiżiti proċedurali. Ladarba l-kwistjoni tiddaħħal fil-lista tal-kawżi ġenerali ta’ qorti, ir-reġistrar tal-qorti jiftaħ fajl tal-proċedura. Il-fajl tal-proċedura jintbagħat lill-qorti li quddiemha tkun se titressaq il-kawża; f’każ li jkun se jsir appell quddiem xi qorti tat-tieni istanza jew quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni, dan jintbagħat ukoll lir-reġistru tal-qorti suprema.

Attwalment mhux possibbli li titressaq kawża bil-faks jew bil-posta elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Fil-liġi ma hemmx formoli stampati minn qabel biex jinbdew il-proċedimenti. Madankolli l-kawża trid tinkludi ċerta informazzjoni; jekk ma tkunx inkluża, il-kawża titqies nulla u bla effett skont il-liġi.

Iċ-ċitazzjonijiet, it-talbiet inter partes u t-talbiet unilaterali jridu jikkonformaw ma’ għadd ta’ rekwiżiti statutorji stabbiliti fil-Kodiċi Ġudizzjarju, inkella jitqiesu bħala nulli u bla effett. Dawn l-elementi, li jridu jiġu inklużi bilfors, jirrigwardaw prinċipalment tagħrif personali dwar il-partijiet involuti, is-suġġett tat-talba, l-indikazzjoni tal-imħallef kompetenti u d-data tas-seduta ta’ smigħ.

Għalhekk, iċ-ċitazzjoni trid tinkludi, fost l-oħrajn, l-informazzjoni segwenti (l-Artikoli 43 u 702 tal-Kodiċi Ġudizzjarju):

  • il-firma tal-bailiff tal-qorti;
  • il-kunjom, l-isem u l-post tar-residenza tar-rikorrent u fejn ikun xieraq, l-indirizz attwali tar-reġistru nazzjonali jew in-numru tal-kumpanija;
  • il-kunjom, l-isem u l-post tar-residenza jew, f’każ li ma jkunx hemm residenza permanenti, l-indirizz attwali, tal-persuna destinatarja taċ-ċitazzjoni;
  • is-suġġett u deskrizzjoni fil-qosor tal-argumenti tal-kawża;
  • il-qorti li quddiemha tkun qed titressaq il-kawża;
  • il-ġurnata, ix-xahar, is-sena u l-post fejn tkun ġiet ippreżentata ċ-ċitazzjoni u
  • id-dettalji tal-post, id-data u l-ħin tas-seduta ta’ smigħ.

It-talba inter partes (l-Artikolu 1034ter tal-Kodiċi Ġudizzjarju) trid tinkludi:

  • il-ġurnata, ix-xahar u s-sena;
  • il-kunjom, l-isem u l-post tar-residenza tar-rikorrent u, fejn ikun hemm bżonn, it-titolu u r-reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru nazzjonali jew in-numru tal-kumpanija;
  • il-kunjom, l-isem, il-post tar-residenza u, fejn ikun hemm bżonn, it-titolu tal-persuna destinatarja taċ-ċitazzjoni;
  • is-suġġett u deskrizzjoni fil-qosor tal-argumenti tal-kawża;
  • il-qorti li quddiemha tkun qed titressaq il-kawża;
  • il-firma tar-rikorrent jew tal-avukat tiegħu.

It-talba unilaterali trid tinkludi l-informazzjoni segwenti (l-Artikolu 1026 tal-Kodiċi Ġudizzjarju):

  • il-ġurnata, ix-xahar u s-sena;
  • il-kunjom, l-isem u l-post tar-residenza tar-rikorrent u, fejn ikun hemm bżonn, it-titolu u r-reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru nazzjonali jew in-numru tal-kumpanija;
  • is-suġġett u deskrizzjoni ġenerali qasira tal-argumenti tal-kawża;
  • indikazzjoni tal-imħallef li jkun se jisma’ l-kawża;
  • il-firma tal-avukat tal-parti, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mil-liġi.

Fil-każ ta’ dehra volontarja fil-grad ta’ prim’istanza (fil-qorti tal-prim’istanza, it-tribunal tax-xogħol, il-qorti tal-kummerċ, il-qorti tal-maġistrat ċivili jew it-tribunal tal-pulizija fir-rigward ta’ kawżi ċivili), il-kawża tista’ ssir permezz ta’ rikors konġunt tal-partijiet. Huma jridu jiffirmaw u jniżżlu d-data ta’ dan ir-rikors, inkella jitqies null u bla effett. Ir-rikors jiġi ppreżentat lir-reġistrar tal-qorti jew jintbagħat lir-reġistru tal-qorti bil-posta reġistrata. Il-preżentata tar-rikors fir-reġistru tal-qorti jew il-konsenja bil-posta rreġistrata jitqiesu bħala notifika. Ir-rikors jiddaħħal fil-lista ta’ kawżi wara li jitħallsu t-tariffi tar-reġistru, fejn xieraq. Jekk il-partijiet jew waħda minnhom jagħmlu/tagħmel talba għal dan il-għan, jew jekk il-qorti tqis li huwa meħtieġ, hija tagħżel data għal seduta ta’ smigħ fi żmien ħmistax mill-preżentata tar-rikors. Ir-reġistratur tal-qorti mbagħad iħarrek lill-partijiet, u, fejn ikun xieraq, l-avukati tagħhom b’ittra ordinarja biex jidhru għas-seduta deċiża mill-qorti (l-Artikolu 706 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iva, effettivament iridu jitħallsu l-ispejjeż tal-qorti.

Meta jiġi ppreżentat ir-rikors, ir-rikorrent irid iħallas it-tariffa msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-Att tad-19 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi fond għall-għajnuna legali tat-tieni linja (Wet van 19 maart 2017 tot instelling van een begrotingsfonds voor tweedelijnsrechtsbijstand), li attwalment jammonta għal EUR 20.

Matul il-proċedimenti, il-partijiet iridu jħallsu ċerti spejjeż marbuta mal-proċedimenti, li jiddependu mill-proċeduri deċiżi mill-qorti (miżuri investigattivi, tariffi u spejjeż tal-esperti, spejjeż tal-ivvjaġġar, eċċ).

Wara l-proċedimenti, il-qorti tordna lill-parti t-telliefa, jew fin-nuqqas tagħha, lir-rikorrent biex iħallas it-tariffa tal-ippjanar, li tvarja fl-ammont skont il-każ. Dawn l-ammonti huma stabbiliti kif ġej fl-Artikolu 2691 tal-Kodiċi dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Ipoteki u t-Tariffi tal-Qorti (Wetboek der registratie-, hypotheek- en griffierechten):

  • il-qrati tal-maġistrat ċivili u t-tribunali tal-pulizija: tariffa ta’ EUR 5;
  • qrati tal-ewwel istanza u qrati tal-kummerċ: tariffa ta’ EUR 165;
  • qrati tal-appell: tariffa ta’ EUR 400;
  • qorti tal-Kassazzjoni: tariffa ta’ EUR 650.

Ċerti każijiet huma eżentati mit-tariffa tal-ippjanar, b’mod partikolari dawk li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tat-tribunali industrijali u dawk marbuta mal-falliment u r-riorganizzazzjoni ġudizzjarja.

Barra minn hekk, fi kwalunkwe deċiżjoni finali, l-ispejjeż jiġu imposti fuq il-parti telliefa fis-sentenza finali, skont kif ikun xieraq u b’mod sistematiku, f’konformità mal-Artikolu 1017 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Dawn l-ispejjeż iridu jitħallsu jew jiġu rifużi lill-parti l-oħra. L-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti jinkludu (l-Artikolu 1018 tal-Kodiċi Ġudizzjarju):

  1. id-diversi tariffi tar-reġistru u reġistrazzjoni tal-qorti, kif ukoll it-taxxa tal-boll imħallsa qabel it-tħassir tal-Kodiċi tat-Taxxa tal-Boll (Wetboek der zegelrechten);
  2. il-prezz u l-emolumenti u r-rimunerazzjoni assoċjati mad-dokumenti ġudizzjarji;
  3. il-prezz għall-konsenja tas-sentenza;
  4. l-ispejjeż marbuta mal-miżuri investigattivi kollha, inkluż it-tariffi tax-xhieda u tal-esperti;
  5. l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tal-maġistrati, ir-reġistraturi tal-qorti u tal-partijiet, jekk ikunu ġew ordnati jivvjaġġaw mill-qorti, u l-ispejjeż tad-dokumenti, jekk dawn ikunu ġew imfassla biss għall-iskopijiet tal-proċedimenti;
  6. il-kontribuzzjoni legalment prevista lejn l-ispejjeż tal-avukat tal-parti l-oħra, kif stipulat fl-Artikolu 1022;
  7. it-tariffi, l-emolumenti u t-tariffi tal-medjatur maħtur skont l-Artikolu 1734;
  8. il-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-Att tad-19 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi fond għall-għajnuna legali tat-tieni linja. Il-miżati u d-drittijiet tal-avukat mhumiex inklużi fl-ispejjeż tal-qorti. Dawn isir ftehim dwarhom bejn l-avukat u l-klijent tiegħu. Għalhekk, kull parti trid tħallas il-miżati u d-drittijiet tal-avukat tagħha.
    Il-parti t-telliefa trid tħallas kontribuzzjoni stabbilita mil-liġi għall-ispejjeż tar-rappreżentanza legali tal-parti l-oħra (l-Artikoli 1018 u 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Din tkun kontribuzzjoni ta’ ammont fiss għall-miżati u għad-drittijiet tal-avukat tal-parti rebbieħa. L-ammont ta’ dawn id-drittijiet u l-mod kif jiġi kkalkulat u mogħti, huma stipulati fid-Digriet Irjali tas-26 ta’ Ottubru 2007 (koninklijk besluit van 26 oktober 2007).

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

(Ara l-pakkett informattiv "L-għajnuna legali")

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Il-kawża effettivament titressaq quddiem il-qorti ladarba tkun iddaħħlet fil-lista tal-kawżi ġenerali, anke fil-każ ta’ dehra volontarja.

Il-kawżi fuq talba u t-talbiet għal miżuri provviżorji jiddaħħlu fil-lista tal-kawżi speċjali, li tiddetermina quddiem liema qorti għandhom effettivament jitressqu.

Il-partijiet involuti ma jirċievu l-ebda konferma, iżda jistgħu jikkonsultaw il-lista tal-kawżi ġenerali biex jiżguraw li l-kwistjoni tagħhom tkun iddaħħlet fil-lista. Hekk kif il-kawża tiddaħħal fil-lista tal-kawżi, tkun ir-responsabbiltà tal-qorti li tiddeċiedi dwar il-kwistjoni.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

B’mod ġenerali, l-informazzjoni dwar l-andament tal-proċedimenti tingħata mill-avukat tal-parti meta din tkun rappreżentata minn avukat. L-informazzjoni tista’ tinkiseb ukoll mir-reġistru tal-qorti fejn il-kawża tkun għadha pendenti. Iċ-ċitazzjoni jkun fiha wkoll xi informazzjoni, partikolarment id-data tas-seduta ta’ smigħ u l-indikazzjoni tal-qorti li quddiemha tkun tressqet il-kawża.

Fl-ewwel stadju, tingħata informazzjoni speċifika dwar is-smigħ inizjali.

Fil-każ ta’ rikors ġuramentat, il-bailiff jinforma lill-applikant bid-data tas-smigħ inizjali, li jikkostitwixxi l-ewwel stadju tal-proċedimenti.

Fil-każ ta’ talba inter partes jew ta’ dehra volontarja, il-partijiet jiġu nnotifikati mir-reġistrar.

Fil-każ ta’ talba unilaterali, ma ssir l-ebda seduta ta’ smigħ. Madankollu, l-applikant jista’ jiġi kkonvokat mir-reġistrar, jekk l-imħallef ikun jixtieq isaqsih xi mistoqsijiet.

Fit-tieni stadju, il-każ jitħejja għall-proċess. Kull parti tingħata skadenza stipulata mil-liġi (l-Artikolu 747(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju) biex tippreżenta d-dokumenti u s-sejbiet tagħha (l-argumenti u d-difiża bil-miktub). Meta dawn l-iskadenzi ma jiġux rispettati, jistgħu jiġu imposti s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 747(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

Meta kollox ikun lest għall-proċess u l-kawża tkun lesta biex tinstema’, il-partijiet jitolbu li tiġi stabbilita data għas-seduta ta’ smigħ. Il-perjodu li fih trid tiġi stabbilita ġurnata għas-seduta ta’ smigħ jiddependi mill-piż tax-xogħol li jkollha l-qorti u minn kemm tista’ talloka ħin biex tisma’ l-kawża inkwistjoni. Minħabba li f’ċerti każijiet jinqalgħu xi kwistjonijiet proċedurali (evalwazzjonijiet, smigħ tal-partijiet, interrogatorju tax-xhieda, eċċ.), jaf ikun diffiċli jiġi ddeterminat minn qabel kemm ikunu se jieħdu żmien b’kollox il-proċedimenti. Wara kollox, il-proċedimenti jistgħu jiġu interrotti jew sospiżi, jew jistgħu saħansitra jiġu kkanċellati minħabba dawn il-kwistjonijiet proċedurali.

Fi tmiem is-smigħ, it-trattazzjonijiet jingħalqu u l-imħallef jiddiferixxi l-kawża għad-deliberazzjoni. Fil-prinċipju, l-imħallef irid jagħti d-deċiżjoni tiegħu xahar wara li jkun iddiferixxa l-kawża għad-deliberazzjoni, skont l-Artikolu 770 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

L-aħħar aġġornament: 23/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Bulgarija

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Li wieħed imur il-qorti hija waħda minn diversi alternattivi disponibbli għas-soluzzjoni tat-tilwim.

Qabel ma jmorru l-qorti, il-partijiet jistgħu l-ewwel jippruvaw isolvu t-tilwima tagħhom barra mill-qorti.

Jekk ma jkunux jistgħu jagħmlu dan waħedhom, il-partijiet jistgħu jirrikorru għall-medjazzjoni. Il-medjazzjoni hija proċedura volontarja u kunfidenzjali ta’ soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li fiha medjatur terz jassisti fl-isforzi tal-partijiet biex jilħqu ftehim. Il-parteċipazzjoni fil-proċedura hija volontarja u l-partijiet jistgħu jirtiraw fi kwalunkwe ħin.

Il-medjatur jaġixxi b’mod imparzjali u ma jimponix soluzzjoni għat-tilwima. Fi proċedura ta’ medjazzjoni, il-kwistjonijiet kollha jiġu solvuti bi ftehim reċiproku bejn il-partijiet.

Id-deliberazzjonijiet relatati mat-tilwima huma kunfidenzjali. Il-parteċipanti involuti fil-medjazzjoni huma meħtieġa li ma jiżvelaw l-ebda ċirkostanza, fatt u dokument li jkunu saru jafu bihom matul il-proċedura.

Lista ta’ medjaturi li l-partijiet jistgħu javviċinaw, jekk jixtiequ jużaw il-medjazzjoni sabiex isolvu t-tilwima tagħhom barra mill-qorti, hija disponibbli fis-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja. Ħafna qrati stabbilew ċentri għas-soluzzjoni tat-tilwim u għall-medjazzjoni, li jaħdmu mal-medjaturi li jinsabu fuq il-lista.

L-arbitraġġ huwa disponibbli wkoll bħala rimedju extraġudizzjarju alternattiv. Dan jista’ jintuża f’tilwim dwar proprjetà, ħlief għal tilwim li jikkonċerna drittijiet in rem jew pussess ta’ proprjetà immobbli, manteniment bejn il-miżżewġin u manteniment għat-tfal jew drittijiet tal-impjieg. Is-servizzi ta’ arbitraġġ jistgħu jiġu pprovduti minn korp permanenti. Inkella, jistgħu jinbdew proċedimenti ddedikati biex tiġi solvuta tilwima partikolari (arbitraġġ ad hoc ). L-arbitraġġ iseħħ jekk il-partijiet f’tilwima jkunu kkonkludew ftehim ta’ arbitraġġ. Il-kunsens tal-partijiet biex jissottomettu għall-arbitraġġ it-tilwim kollu jew parti minnu li seta’ jew jista’ jinqala’ bejniethom fir-rigward ta’ relazzjoni kuntrattwali jew mhux kuntrattwali partikolari huwa stabbilit fi ftehim ta’ arbitraġġ. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ klawżola ta’ arbitraġġ f’kuntratt ieħor jew ta’ ftehim separat. Il-ftehim ta’ arbitraġġ irid ikun bil-miktub. Dan jitqies li jkun bil-miktub jekk ikun stabbilit f’dokument iffirmat mill-partijiet jew fi skambju ta’ ittri, messaġġi tat-telex, telegrammi jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni.

Ftehim ta’ arbitraġġ jitqies li jeżisti wkoll meta l-konvenut, bil-miktub jew permezz ta’ talba li tkun ġiet irreġistrata fit-traskrizzjoni tas-seduta ta’ arbitraġġ, ikun ta l-kunsens tiegħu biex it-tilwima tinstema’ quddiem tribunal tal-arbitraġġ jew, meta l-konvenut jipparteċipa fil-proċedimenti ta’ arbitraġġ billi jippreżenta kontroreplika, jagħti evidenza, jippreżenta kontrotalba jew jidher fis-seduta ta’ arbitraġġ, mingħajr ma tiġi kkontestata l-ġuriżdizzjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ.

Fil-ftehim ta’ arbitraġġ, il-partijiet jispeċifikaw l-istituzzjoni tal-arbitraġġ li għaliha jixtiequ jissottomettu t-tilwima tagħhom jew l-arbitru partikolari li jixtiequ jaħtru u r-regoli tal-arbitraġġ li taħthom jixtiequ li tiġi solvuta t-tilwima. Il-proċedimenti ta’ tribunal tal-arbitraġġ normalment ikunu ggwidati mir-Regoli tal-Arbitraġġ.

Għal aktar informazzjoni, ara wkoll Ġuriżdizzjoni tal-qrati.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-terminu biex jitressqu kawżi quddiem il-qrati jvarja skont il-każ. Jista’ jkun hemm perjodi ta’ preskrizzjoni differenti (li jtemmu d-dritt sostantiv innifsu) jew perjodi ta’ preskrizzjoni (li jtemmu biss id-dritt li tressaq kawża quddiem qorti). Għal aktar informazzjoni, ara Termini proċedurali.

Sabiex tiżgura li tressaq kawża qabel ma tgħaddi l-iskadenza, huwa rrakkomandat li tikkonsulta avukat f’kull kawża.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara Ġuriżdizzjoni tal-qrati.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ir-regola ġenerali hija li kawża titressaq quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn il-konvenut ikollu l-indirizz permanenti jew l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

Madankollu, hemm regoli speċjali għal ċerti tipi ta’ talbiet, skont il-locus standi tal-parti jew is-suġġett tat-tilwima. Għalhekk:

Kawżi kontra minorenni jew persuni mingħajr kapaċità ġuridika jitressqu quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn ikun residenti r-rappreżentant legali tal-parti.

Kawżi kontra persuni mingħajr indirizz magħruf jitressqu quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn ikun residenti l-avukat jew ir-rappreżentant legali tal-persuna, jew, jekk il-persuna ma jkollhiex avukat jew rappreżentant legali, il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn ikun residenti l-attur.

Kawżi kontra persuni ġuridiċi jitressqu quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn il-persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Kawżi fir-rigward ta’ tilwim li jkunu rriżulta minn relazzjonijiet diretti ma’ diviżjonijiet jew fergħat ta’ tali istituzzjonijiet jew persuni jistgħu b’mod alternattiv jitressqu quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn tkun tinsab id-diviżjoni jew il-fergħa.

Kawżi kontra l-Istat u l-istituzzjonijiet tal-gvern, inklużi d-dipartimenti u l-fergħat tagħhom, jitressqu quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn ikunu nħolqu r-relazzjonijiet ġuridiċi li wasslu għat-tilwima, ħlief għal kawżi li għandhom jitressqu quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli jew fejn ikun se jiġi amministrat it-testment. Meta r-relazzjonijiet ġuridiċi jkunu nħolqu f’pajjiż ieħor, il-kawża titressaq quddiem il-qorti kompetenti f’Sofija.

Jekk it-talba tkun tikkonċerna d-drittijiet in rem fi proprjetà, id-diviżjoni tal-koproprjetà jew l-istabbiliment tal-konfini jew l-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet ta’ sjieda fi proprjetà immobbli, il-kawża titressaq quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn tkun tinsab il-proprjetà. Kawżi fir-rigward ta’ atti li jistabbilixxu jew jittrasferixxu drittijiet in rem fi proprjetà immobbli u l-annullament, in-nullità u t-tħassir ta’ atti fir-rigward tad-drittijiet in rem fi proprjetà immobbli jitressqu wkoll quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn tkun tinsab il-proprjetà.

Kawżi fir-rigward ta’ wirt, l-irtirar sħiħ jew parzjali ta’ testmenti, id-diviżjoni ta’ wirt jew l-annullament ta’ diviżjoni volontarja ta’ proprjetà jitressqu quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn ikun se jiġi amministrat it-testment. Jekk it-testatur ikun ċittadin Bulgaru iżda t-testment ikun amministrat f’pajjiż ieħor, it-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn it-testatur ikollu l-aħħar indirizz permanenti tiegħu fil-Bulgarija jew quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn tkun tinsab il-proprjetà.

Kawżi fir-rigward ta’ talbiet pekunarji li jirriżultaw minn kuntratti jistgħu jitressqu wkoll quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn id-debitur ikollu l-indirizz attwali tiegħu.

Kawżi fir-rigward ta’ manteniment bejn il-miżżewġin u manteniment għat-tfal jistgħu jitressqu wkoll quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn l-attur ikollu l-indirizz permanenti tiegħu.

Kawżi minn u kontra konsumaturi jitressqu quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn il-konsumatur ikollu l-indirizz attwali tiegħu, jew, fin-nuqqas ta’ indirizz attwali, fiż-żona fejn il-konsumatur ikollu l-indirizz permanenti tiegħu.

Il-ħaddiema jistgħu wkoll iressqu kawża kontra l-impjegatur tagħhom quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn ikun jinsab il-post tax-xogħol abitwali tagħhom.

Jekk tkun ġarrabt dannu inġust, tista’ tressaq kawża quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn ikun seħħ id-dannu.

Parti li sofriet dannu tista’ tressaq kawża għal kumpens skont il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni (Kodeks za zastrahovaneto) kontra assiguratur, kontra l-Fond ta’ Garanzija u kontra l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Assiguraturi Bulgari tal-Vetturi tat-Triq quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn, fiż-żmien meta seħħ l-avveniment assigurat, l-attur kellu l-indirizz attwali jew permanenti, l-uffiċċju reġistrat jew il-post tal-assigurazzjoni tiegħu. Kawża kontra konvenuti minn distretti ġudizzjarji differenti jew fir-rigward ta’ proprjetà li tinsab f’distretti ġudizzjarji oħra titressaq, skont l-għażla tal-attur, quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni f’wieħed minn dawn id-distretti.

Il-ġuriżdizzjoni attribwita mil-liġi ma tistax tinbidel mill-partijiet. Madankollu, il-partijiet f’tilwima dwar proprjetà jistgħu ma japplikawx ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni territorjali billi jiffirmaw ftehim li jikkonferixxi l-ġuriżdizzjoni lil qorti partikolari. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal qrati li għandhom ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli.

Il-kuntratti li fihom klawżoli dwar l-għażla tal-ġuriżdizzjoni għal tilwim relatat mal-protezzjoni tal-konsumatur jew li jirriżulta permezz tal-liġi tax-xogħol huma validi biss jekk jiġu ffirmati wara li tinqala’ tilwima.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ir-regoli ġenerali biex titressaq kawża, skont in-natura tal-kawża u l-valur tat-talba, huma kif ġej:

Il-qorti distrettwali għandha l-ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-kawżi ċivili kollha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk fejn il-qrati provinċjali jkollhom il-ġuriżdizzjoni inizjali. Il-qorti provinċjali, li taġixxi bħala qorti tal-ewwel istanza, għandha ġuriżdizzjoni fuq:

  1. kawżi li jfittxu li jistabbilixxu jew jikkontestaw filjazzjoni, itemmu adozzjoni, jiddikjaraw li persuna tkun taħt interdizzjoni ġudizzjarja jew jirrevokaw dik l-interdizzjoni;
  2. kawżi li jikkonċernaw is-sjieda u drittijiet oħra in rem fir-rigward ta’ proprjetà b’valur ta’ aktar minn BGN 50 000;
  3. kawżi relatati ma’ kwistjonijiet ċivili u kummerċjali b’valur ta’ aktar minn BGN 25 000, bl-eċċezzjoni ta’ talbiet fir-rigward ta’ manteniment bejn il-miżżewġin u manteniment għat-tfal, talbiet skont il-liġi tax-xogħol jew għall-irkupru ta’ nefqa mhux awtorizzata;
  4. kawżi li jfittxu l-annullament tal-entrati f’reġistri u n-nullità taċ-ċirkostanzi fir-reġistru pubbliku fir-rigward ta’ tali entrati, meta dan ikun previst mil-liġi;
  5. talbiet, irrispettivament mill-valur tagħhom, f’rikors wieħed b’talba fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti provinċjali, jekk ikunu jridu jinstemgħu fl-istess proċedimenti;
  6. kawżi li huma soġġetti għal aġġudikazzjoni mill-qorti provinċjali skont liġijiet oħra.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

L-attur jista’ jagħżel li jressaq kawża personalment jew permezz ta’ rappreżentant awtorizzat. Ir-rappreżentanti tal-partijiet bi prokura jistgħu jkunu:

  1. avukati;
  2. il-ġenituri, it-tfal jew il-konjuġi tal-parti kkonċernata;
  3. konsulenti legali jew impjegati oħra bi sfond legali fl-istituzzjoni, in-negozju, il-persuna ġuridika u l-proprjetarju uniku rispettivi;
  4. gvernaturi provinċjali awtorizzati mill-Ministru għall-Finanzi jew mill-Ministru għall-Iżvilupp Reġjonali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, fejn il-parti rrappreżentata hija l-gvern, u
  5. persuni oħra previsti mil-liġi.

Il-prokura li tawtorizza lir-rappreżentant għandha tinhemeż mar-rikors.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikorsi normalment jiġu ppreżentati lir-reġistru tal-qorti u aċċettati matul il-ħinijiet tax-xogħol tal-qorti minn skrivan tal-qorti. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu wkoll bil-posta, indirizzati lill-qorti rilevanti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Ir-rikorsi għandhom jinkitbu bil-Bulgaru u jiġu ppreżentati lill-qorti bil-miktub. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu bil-posta, imma ma jistgħux jintbagħtu b’faks jew bil-posta elettronika. Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Grazhdanski protsesualen kodeks) jistipula li d-dokumenti kollha li l-partijiet jissottomettu f’lingwi barranin għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjonijiet bil-Bulgaru, li ġew iċċertifikati mill-partijiet.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ir-rikorsi għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub. Ma hemm l-ebda formola speċjali li għandha tintuża għal dan il-għan, ħlief għall-mudell ta’ rikors għal ordni ta’ ħlas u dokumenti oħra approvati mill-Ministeru għall-Ġustizzja b’rabta mal-proċedura tal-ordni ta’ ħlas skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi għadd ta’ rekwiżiti minimi għar-rikorsi mingħajr ma jippreskrivi xi forma speċifika. Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, rikors għandu jinkludi: indikazzjoni tal-qorti; l-isem u l-indirizz tal-attur u tal-konvenut, ir-rappreżentanti jew il-mandatarji legali tagħhom, jekk applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni personali tal-attur u n-numru tal-faks u tat-telex tal-attur, jekk ikun hemm; il-valur tat-talba meta tkun tista’ tiġi vvalutata; dikjarazzjoni taċ-ċirkostanzi li fuqhom ikun ibbażat ir-rikors, is-suġġett tar-rikors, u l-firma tal-persuna li tkun ippreżentat ir-rikors. Fir-rikors, l-attur għandu jindika x’evidenza qed iressaq u x’fatti beħsiebu jipprova bihom u jippreżenta l-evidenza kollha bil-miktub li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu.

Ir-rikors għandu jkun iffirmat mill-attur jew mir-rappreżentant tiegħu. Jekk titressaq kawża minn rappreżentant f’isem l-attur, ir-rikors għandu jkun akkumpanjat minn prokura li tikkonferma li r-rappreżentant huwa awtorizzat iressaq il-kawża. Jekk l-attur ma jkunx jaf kif jiffirma r-rikors jew ma jkunx jista’ jagħmel dan, għandu jiġi ffirmat minn persuna awtorizzata b’indikazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma ffirmahx l-attur. Ir-rikors jiġi ppreżentat lill-qorti b’daqstant kopji daqs kemm ikun hemm konvenuti.

Ir-rikors għandu jkun akkumpanjat minn: prokura meta r-rikors jiġi ppreżentat minn mandatarju; dokument li jikkonferma l-ħlas ta’ tariffi u spejjeż tal-qorti, jekk applikabbli; kopji tar-rikors u tal-annessi tiegħu, waħda għal kull konvenut.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

It-tressiq ta’ kawża tinvolvi l-ħlas ta’ tariffi tal-qorti, li jiddependu fuq il-valur tat-talba u l-ispejjeż tal-proċedimenti, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi. Meta l-valur tat-talba ma jkunx jista’ jiġi vvalutat, it-tariffi tal-qorti jiġu ddeterminati mill-qorti. Il-valur tat-talba huwa indikat mill-attur. Din hija l-valutazzjoni monetarja tas-suġġett tal-kawża.

Il-konvenut jew il-qorti ex officio jistgħu jqajmu mistoqsijiet dwar il-valur tat-talba sa mhux aktar tard mill-ewwel seduta. Jekk l-ammont indikat ma jkunx realistiku, il-valur tat-talba jiġi ddeterminat mill-qorti.

Hemm żewġ tipi ta’ tariffi tal-qorti — sempliċi u proporzjonati. It-tariffi sempliċi jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-ispejjeż materjali, tekniċi u amministrattivi tal-proċeduri. It-tariffi proporzjonati huma bbażati fuq l-imgħax. It-tariffa tal-qorti tinġabar mal-preżentata tar-rikors għal protezzjoni jew rimedju u mal-ħruġ tad-dokument li għalih jitħallsu t-tariffi, f’konformità mat-tariffa approvata mill-Kunsill tal-Ministri.

It-tariffi tal-qorti normalment jitħallsu bi trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti wara l-preżentata tar-rikors. Kull parti għandha tħallas lill-qorti l-ispejjeż tas-servizz mitlub bil-quddiem. Fuq talba taż-żewġ partijiet jew b’inizjattiva tal-qorti, l-ispejjeż kollha jitħallsu miż-żewġ partijiet jew minn parti waħda minnhom skont iċ-ċirkostanzi. L-ispejjeż li għandhom jitħallsu jiġu ddeterminati mill-qorti.

It-tariffi u l-ispejjeż tal-qorti ma għandhomx jitħallsu minn: atturi li huma ħaddiema, impjegati u membri ta’ kooperattivi f’rikorsi li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ impjieg; f’talbiet ta’ manteniment bejn il-miżżewġin u manteniment għat-tfal; f’kawżi mressqa mill-prosekutur; mill-atturi f’kawżi għal danni illeċiti li jirriżultaw mill-kriminalità, b’rabta ma’ kundanna li għandha s-saħħa ta’ res judicata; jew minn rappreżentanti speċjali maħtura mill-qorti ta’ parti li l-indirizz tagħha ma jkunx magħruf.

It-tariffi u l-ispejjeż tal-qorti mhumiex imposti fuq persuni fiżiċi li jkunu rikonoxxuti mill-qorti bħala persuni li ma għandhomx mezzi suffiċjenti. Fil-każ ta’ talba għal eżenzjoni, il-qorti tqis id-dħul tal-persuna u tal-familja tagħha, l-assi ċċertifikati, l-istat ċivili, is-saħħa, l-impjieg, l-età u ċirkostanzi oħra. F’dawn il-każijiet l-ispiża tal-litigazzjoni titħallas mill-ammonti allokati fil-baġit tal-qorti. Fil-każ ta’ rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment ippreżentat mid-debitur, ma jinġabrux tariffi tal-qorti. Dawn jinġabru mill-beni tal-insolvenza meta l-proprjetà tinqasam skont l-Att dwar il-Kummerċ (Targovski zakon).

Meta rikors jirnexxi kompletament jew parzjalment, il-qorti tordna lill-konvenut iħallas lill-attur parti mill-ispejjeż tal-proċedura bi proporzjona ma’ kemm irnexxa r-rikors (it-tariffi tal-qorti, it-tariffi tal-avukat, l-ispejjeż relatati ma’ dehriet il-qorti u l-ġbir tal-evidenza). Jekk l-attur jingħata għajnuna legali b’xejn, il-konvenut jiġi ordnat jirrimborża l-ispejjeż proporzjonalment mal-parti li rnexxiet tar-rikors. Meta l-kawża ma titkompliex, il-konvenut ikun intitolat għar-rimborż tal-ispejjeż u meta l-qorti tiċħad ir-rikors, il-konvenut ikun intitolat jitlob ħlas għall-ispejjeż imġarrba proporzjonalment mal-parti miċħuda tar-rikors.

It-tariffi tal-avukat ikunu bi qbil bejn il-klijent u l-avukat u normalment jitħallsu mal-iffirmar tal-kuntratt għad-difiża legali jew skont it-termini tal-ħlas. L-użu ta’ avukat biex titressaq kawża u matul il-proċedimenti tal-qorti mhuwiex obbligatorju.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Kwalunkwe persuna fiżika tista’ titlob għajnuna legali jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet legali biex tagħmel dan. L-għajnuna legali tinvolvi l-għoti ta’ parir legali bla ħlas.

Rikors għall-għajnuna legali jiġi ppreżentat bil-miktub lill-qorti li quddiemha tkun pendenti l-kawża. Fid-digriet li tilqa’ r-rikors, il-qorti għandha tispeċifika t-tip u l-grad tal-għajnuna legali li għandha tingħata. Id-digriet li tagħti għajnuna legali jidħol fis-seħħ mid-data meta jiġi ppreżentat rikors sakemm il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor. Id-digriet jingħata f’seduta fil-magħluq sakemm il-ġudikatura ma tqisx li huwa meħtieġ li tisma’ lill-parti sabiex jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi kollha. Jista’ jitressaq appell kontra digriet li jirrifjuta l-għajnuna legali billi jitressaq appell privat. Id-digriet maħruġ mill-qorti tal-appell huwa finali.

F’kawżi ċivili u amministrattivi, tingħata għajnuna legali meta, abbażi ta’ evidenza pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-qorti jew il-President tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Għajnuna Legali jiddetermina li l-parti ma għandhiex mezzi biex tħallas it-tariffa tal-avukat. Għall-finijiet ta’ din id-determinazzjoni, il-qorti tqis dan li ġej:

  1. l-introjtu tal-parti fil-kawża jew tal-familja tagħha;
  2. il-proprjetà u l-assi tal-parti fil-kawża ċċertifikati b’dikjarazzjoni;
  3. l-istat ċivili tal-parti fil-kawża;
  4. l-istat tas-saħħa tal-parti fil-kawża;
  5. jekk il-parti fil-kawża hijiex impjegata;
  6. l-età tal-parti fil-kawża;
  7. ċirkostanzi oħra.

Ma tingħatax għajnuna legali:

  1. meta l-għoti ta’ għajnuna legali ma jkunx iġġustifikat f’termini tal-benefiċċju li jġib lill-persuna li titlob l-għajnuna legali;
  2. meta t-talba tkun manifestament infondata, mhux ġustifikata jew inammissibbli;
  3. f’kawżi li jinvolvu tilwim kummerċjali u fiskali skont Il-Kodiċi tal-Proċedura tat-Taxxa u l-Assigurazzjoni (Danachno-osiguritelen protsesualen kodeks), ħlief jekk il-parti fil-kawża li titlob l-għajnuna legali tkun persuna fiżika u tkun eliġibbli għall-għajnuna legali.

L-għajnuna legali titwaqqaf:

  1. meta sseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li minħabba fihom ingħatat l-għajnuna legali;
  2. mal-mewt tal-persuna fiżika lil min ingħatat l-għajnuna legali.

Il-qorti, li taġixxi ex officio jew fuq talba tal-parti fil-kawża jew tal-avukat maħtur mill-qorti, tordna t-terminazzjoni sħiħa jew parzjali tal-għajnuna legali mogħtija sa miż-żmien meta sseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li minħabba fihom tkun ingħatat l-għajnuna legali.

Il-qorti, li taġixxi ex officio jew fuq talba tal-parti fil-kawża jew tal-avukat maħtur mill-qorti, tordna l-kanċellazzjoni sħiħa jew parzjali tal-għajnuna legali, jekk jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ingħatat l-għajnuna legali ma kinux jeżistu b’mod parzjali jew bis-sħiħ.

Fil-każ ta’ kanċellazzjoni tal-għajnuna legali, il-parti fil-kawża hija meħtieġa tħallas jew tħallas lura kwalunkwe somma li minnha kienet eżentata indebitament, flimkien mat-tariffa tal-avukat maħtur mill-qorti li jirrappreżenta l-parti fil-kawża.

L-avukat maħtur mill-qorti jkompli jaqdi dmirijietu sad-dħul fis-seħħ tad-digriet li jtemm jew iħassar l-għajnuna legali, meta dan ikun meħtieġ biex il-parti fil-kawża tiġi protetta minn konsegwenzi legali avversi. It-terminu għall-preżentata ta’ appell jiġi sospiż fl-intervall bejn id-data meta l-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar it-terminazzjoni jew il-kanċellazzjoni tal-għajnuna legali u d-data meta d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Ladarba jiskadi dan l-intervall, jerġa’ jibda jiddekorri t-terminu għall-preżentata ta’ appell.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Rikorsi u korrispondenza oħra li jaslu bil-posta u dokumenti li jiġu kkonsenjati personalment waqt il-ħinijiet tax-xogħol tal-qorti jiġu rreġistrati mill-qorti fil-logbook tal-korrispondenza li daħlet fil-jum tal-wasla. Kawża titqies li tkun infetħet uffiċjalment fil-jum meta r-rikors jasal għand il-qorti. Jekk ir-rikors jintbagħat bil-posta jew jasal għand qorti b’oħra jitqies li wasal dakinhar li ntbagħat bil-posta jew dakinhar li wasal fil-qorti l-ħażina. Il-qorti tivverifika l-korrettezza tar-rikors. Jekk ir-rikors ikun irregolari jew jekk mhux id-dokumenti meħtieġa kollha jkunu mehmuża, l-attur jintalab isolvi d-diskrepanzi fi żmien ġimgħa u jkun infurmat ikunx eliġibbli għall-għajnuna legali. Meta l-indirizz tal-attur ma jkunx indikat u l-qorti ma tkunx tafu, il-messaġġ jiġi kkomunikat billi jintwera f’avviż f’post magħżul fil-qorti għal perjodu ta’ ġimgħa. Meta l-attur jonqos milli jsolvi d-diskrepanzi fil-ħin, ir-rikors, flimkien mal-annessi, jiġi rritornat. Jekk l-indirizz tal-attur ma jkunx magħruf, ir-rikors jinżamm fir-reġistru tal-qorti biex ikun disponibbli għall-attur. L-istess japplika meta d-diskrepanzi fir-rikors jiġu aċċertati matul il-proċedimenti. Il-kawża titqies li tkun infetħet uffiċjalment fil-jum meta jasal ir-rikors emendat.

Jekk, wara li tivverifika r-rikors, il-qorti ssibu li mhux ammissibbli, hija tirritorna r-rikors.

Ir-ritorn tar-rikors lill-attur ma jipprekludix il-preżentata mill-ġdid tar-rikors lill-qorti, imma f’dawn il-każijiet, il-kawża titqies li nfetħet fil-jum meta r-rikors ikun ġie ppreżentat mill-ġdid.

L-awtoritajiet ġudizzjarji ma jibagħtux dokument speċjali li jikkonferma li l-kawża nfetħet kif suppost, imma jitwettqu ċerti proċeduri li juru li dan ikun il-każ. Il-konvenut ikun mitlub jippreżenta risposta bil-miktub fi żmien terminu stabbilit u jingħadlu x’informazzjoni għandu jkun fiha. Il-konvenut jingħata parir ukoll dwar il-konsegwenzi jekk jonqos milli jwieġeb jew milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu, u dwar il-possibbiltà li juża l-għajnuna legali, jekk il-konvenut ikun jeħtieġ u jkun intitolat għal tali għajnuna. Ir-risposta bil-miktub tal-konvenut għandu jkun fiha: indikazzjoni tal-qorti u n-numru tal-kawża; l-isem u l-indirizz tal-konvenut u r-rappreżentant jew il-mandatarju legali tiegħu, jekk applikabbli; il-pożizzjoni tal-konvenut fir-rigward tal-ammissibbiltà u l-mertu tar-rikors; il-pożizzjoni tal-konvenut fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fuqhom huwa bbażat ir-rikors; argumenti kontra r-rikors u ċ-ċirkostanzi li jirfdu dawk l-argumenti; il-firma tal-persuna li tkun ippreżentat ir-risposta. Fir-risposta għar-rikors, il-konvenut għandu jindika x’evidenza qed iressaq u x’fatti beħsiebu jipprova bihom u jippreżenta l-evidenza bil-miktub kollha li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu. Ir-risposta għandha tkun akkumpanjata minn prokura meta r-risposta tiġi ppreżentata minn mandatarju; kopji tar-risposta u l-annessi tagħha, waħda għal kull attur. Jekk, saż-żmien stipulat, il-konvenut jonqos milli jippreżenta r-risposta bil-miktub, jippreżenta pożizzjoni, iqajjem eċċezzjonijiet, jikkontesta l-veraċità ta' dokument ippreżentat mar-rikors, jew milli jeżerċita d-drittijiet tiegħu biex jippreżenta kontrotalba, rikors inċidentali jew isejjaħ parti terza intitolata li tintervjeni f’ismu, huwa jitlef il-possibbiltà li jagħmel dan aktar tard, sakemm l-ommissjoni tiegħu ma tkunx dovuta għal ċirkostanzi imprevisti speċifiċi.

Wara l-verifika tal-korrettezza u l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati, il-qorti tiddeċiedi kif se tipproċedi bil-kawża u twieġeb it-talbiet u l-eċċezzjonijiet mill-partijiet dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ qabel il-proċess u l-ammissjoni tal-evidenza. Il-qorti tista’ wkoll tordna medjazzjoni jew mezzi oħra ta’ riżoluzzjoni volontarja tat-tilwim.

Il-qorti tagħżel id-dati għas-smigħ pubbliku tal-kawża u tħarrek lill-partijiet biex jidhru. L-iskrivan tal-qorti jibgħat taħrika lill-partijiet li lilhom tiġi nnotifikata kopja tad-deċiżjoni tal-qorti.

F’kawżi kummerċjali, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistipula skambju reċiproku ta’ dokumenti bejn il-partijiet avversarji. Ladarba tkun waslet ir-risposta, il-qorti tibgħat kopja, flimkien mal-annessi, lill-attur, li jista’ jippreżenta rikors addizzjonali fi żmien ġimagħtejn. Fir-rikors addizzjonali, l-attur jista’ jissupplimenta u jiċċara l-oriġinal. Wara li jasal ir-rikors addizzjonali, il-qorti tibgħat kopja, flimkien mal-annessi, lill-konvenut, li jista’ jippreżenta risposta fi żmien ġimagħtejn. Fir-risposta addizzjonali, il-konvenut għandu jwieġeb ir-rikors addizzjonali.

Wara l-verifika tal-korrettezza tad-dokumenti skambjati u l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati, inklużi l-ammonti tagħhom u t-talbiet u l-eċċezzjonijiet mill-partijiet, il-qorti tiddeċiedi kwalunkwe kwistjoni ta’ qabel il-proċess u l-ammissjoni tal-evidenza. Il-qorti tiffissa d-data tal-kawża f’seduta pubblika, u tħarrek lill-partijiet billi tibgħat ir-risposta addizzjonali lill-attur, u tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-partijiet. Hija tista’ tordna medjazzjoni jew mezzi oħra ta’ riżoluzzjoni volontarja tat-tilwim. Meta tkunu ġiet ippreżentata l-evidenza kollha permezz tal-iskambju ta’ dokumenti u meta jkun hemm qbil li mhux neċessarju li l-partijiet jattendu s-smigħ, u jekk il-partijiet ikunu jixtiequ hekk, il-qorti tista’ tisma’ l-kawża in camera, u tagħti l-opportunità lill-partijiet biex jippreżentaw id-difiżi u r-risposti tagħhom bil-miktub.

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jinkludi dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti regoli proċedurali - proċedimenti sommarji, proċedimenti f’kawżi matrimonjali, kwistjonijiet tal-istat ċivili, interdizzjoni ġudizzjarja, diviżjoni ġudizzjarja, protezzjoni u restituzzjoni tad-drittijiet ta’ sjieda fuq proprjetà, atti pubbliċi, azzjonijiet kollettivi u talbiet għal mandat eżekuttiv, proċedimenti kawtelatorji, rikorsi għall-protezzjoni u proċedimenti għall-eżekuzzjoni. Hemm regoli speċjali stabbilita fl-Att Kummerċjali dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza u rikorsi relatati.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Meta seduta pubblika tkun ġiet skedata f’seduta magħluqa, il-qorti tħarrek lill-partijiet għas-smigħ tal-kawża. Jekk il-kawża tkun aġġornata b’seduta pubblika, il-partijiet li jkunu ġew imħarrka debitament ma jirċevux taħrika għas-seduta li jmiss jekk ikunu ġew infurmati bid-data fis-seduta pubblika. It-taħrika tinħareġ mhux aktar tard minn ġimgħa qabel is-seduta. Din ir-regola ma tapplikax fi proċedimenti għall-eżekuzzjoni. It-taħrika tinkludi: il-qorti li toħroġha, l-isem u l-indirizz tal-persuna mħarrka, f’liema kawża u f’liema kapaċità qed titħarrek, il-post u l-ħin tas-seduta u l-konsegwenzi legali jekk il-persuna mħarrka tonqos milli tidher.

Il-qorti tipprovdi kopja ta’ kull deċiżjoni li tkun suġġetta għal appell separat lill-partijiet.

Il-partijiet jirċievu notifika tat-termini stabbiliti mill-qorti għat-twettiq tal-proċedimenti, iżda mhux tat-termini stabbiliti mil-liġi, ħlief għat-termini għall-appell kontra deċiżjoni tal-qorti. Il-qorti hija obbligata tiddikjara fi kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja l-awtorità li quddiemha jista’ jitressaq appell u t-terminu biex isir dan.

L-aħħar aġġornament: 23/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Repubblika Ċeka

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Kulħadd għandu d-dritt li jippreżenta rikors mal-qorti għall-protezzjoni ta’ dritt li jkun ġie mhedded jew miksur. Huwa dejjem irrakkomandat li l-ewwel tipprova ssolvi t-tilwima b’mod amikevoli. Jistgħu jintużaw ukoll metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. F’ċerti oqsma tad-dritt ċivili, l-Istat jippermetti lill-partijiet fir-relazzjoni legali kkonċernata li jafdaw tilwima legali lil korp privat ieħor. Fir-Repubblika Ċeka, dan iseħħ permezz ta’ arbitraġġ, irregolat mill-Att Nru 216/1994 dwar il-proċedimenti tal-arbitraġġ u dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ, kif emendat. Il-proċedimenti tal-arbitraġġ jirriżultaw f’deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li torbot liż-żewġ partijiet fit-tilwima u li għandha l-piż ta’ titolu eżekuttiv. Il-medjazzjoni f’materji mhux kriminali hija rregolata mill-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni u li jemenda ċerti Atti (l-Att dwar il-Medjazzjoni). Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għal “Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim – Ir-Repubblika Ċeka”.

Anki wara li tkun ressaqt rikors quddiem il-qorti, huwa possibbli, skont in-natura tal-kawża, li tipproponi li l-qorti tfittex soluzzjoni bonarja (ara l-Artikoli 67-69 u l-Artikolu 99 tal-Att Nru 99/1963 – il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Soluzzjoni ġudizzjarja approvata għandha l-istess effett bħal sentenza finali. Hija wkoll titolu għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja (eżekuzzjoni). Soluzzjoni ġudizzjarja approvata tikkostitwixxi ostakolu għal kawża deċiża.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini jvarjaw skont kawżi individwali, li hija r-raġuni għala huwa preferibbli li jintalab parir legali mill-aktar fis possibbli. Azzjoni trid titressaq quddiem il-qorti kompetenti qabel jiskadi l-perjodu ta’ limitazzjoni (l-azzjoni trid tiġi nnotifikata quddiem il-qorti fil-perjodu ta’ limitazzjoni).

Fil-każ ta’ preskrizzjoni li tirriżulta mill-iskadenza tal-perjodu statutorju, l-obbligu ta’ debitur ma jitħassarx, iżda jiddgħajjef. Dan ifisser li ma jistax jinfeda jekk id-debitur jinvoka l-istatut tal-limitazzjonijiet. L-istatut tal-limitazzjonijiet huwa rregolat b’mod ġenerali fl-Artikoli 609 – 653 tal-Att Nru 89/2012 (il-Kodiċi Ċivili). Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ tliet snin u jibda mill-jum meta d-dritt ikun jista’ jiġi eżerċitat għall-ewwel darba. It-tul ta’ perjodu ta’ limitazzjoni speċjali individwali jiddependi fuq in-natura tad-dritt eżerċitat.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara “Ġuriżdizzjoni – Ir-Repubblika Ċeka”.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tiġi stabbilita mir-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali, ratione materiae u funzjonali.

Il-ġuriżdizzjoni territorjali tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni ta’ qrati individwali tal-istess tip. Hija tiddetermina liema qorti speċifika tal-prim’istanza għandha tisma’ u tiddeċiedi dwar kawża speċifika. Ir-regoli bażiċi tal-ġuriżdizzjoni territorjali huma stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 89a tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu li, f’ċerti każijiet, il-ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tiġi rregolata mil-liġi tal-UE li tapplika direttament, li tieħu preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, li mhux biss jirregola l-ġuriżdizzjoni internazzjonali, iżda wkoll territorjali), li jfisser li r-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali skont il-liġi Ċeka mhux dejjem japplikaw.

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali hija l-qorti ġenerali tal-parti li kontriha ssir il-pretensjoni (il-konvenut), sakemm ma jiġix previst mod ieħor fl-Att. Il-qorti ġenerali dejjem tkun qorti distrettwali. Meta qorti reġjonali jkollha ġuriżdizzjoni fil-prim’istanza (ara l-mistoqsija 2.1), il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun tal-qorti reġjonali (distrettwali) tal-parti li l-qorti ġenerali tkun tinsab fid-distrett tagħha. Meta ssir pretensjoni kontra diversi konvenuti, il-qorti ġenerali ta’ kwalunkwe wieħed minnhom għandha ġuriżdizzjoni territorjali.

  • Il-qorti ġenerali ta’ persuna fiżika hija l-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha jkollha r-residenza tagħha, u jekk il-parti ma jkollha ebda residenza, tkun il-qorti lil-persuna tkun qed toqgħod fid-distrett tagħha. Residenza tinftiehem bħala li tfisser il-post fejn jgħix individwu bl-intenzjoni li joqgħod hemmhekk b’mod permanenti (huwa possibbli li jkun hemm għadd ta’ postijiet bħal dawn, f’liema każ dawn il-qrati kollha jkunu l-qorti ġenerali).
  • Il-qorti ġenerali ta’ persuna fiżika involuta fin-negozju hija, għall-kawżi li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ negozju, il-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha hija jkollha l-post tan-negozju tagħha (il-post tan-negozju huwa l-indirizz imdaħħal fir-reġistru pubbliku); jekk hija ma jkollha ebda post tan-negozju, il-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha jkollha r-residenza tagħha u, jekk il-parti ma jkollha ebda residenza, il-qorti distrettwali li l-parti tkun qed toqgħod fid-distrett tagħha.
  • Il-kriterju sabiex tiġi ddeterminata l-qorti ġenerali ta’ entità ġuridika huwa l-uffiċċju rreġistrat tagħha – ara l-Artikoli 136–137 tal-Att Nru 89/2012 (il-Kodiċi Ċivili).
  • Il-qorti ġenerali ta’ fiduċjarju f’insolvenza matul il-qadi tal-mandat tiegħu hija l-qorti distrettwali li jkollu uffiċċju rreġistrat fid-distrett tagħha.
  • Japplikaw regoli speċjali għall-qorti ġenerali tal-Istat (il-qorti li fid-distrett tagħha l-unità organizzattiva tal-Istat b’ġuriżdizzjoni skont regolament legali speċjali jkollu l-uffiċċju rreġistrat tagħha u, jekk il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata b’dan il-mod, il-qorti li fid-distrett tagħha seħħew iċ-ċirkostanzi li wasslu sabiex jintalab id-dritt), muniċipalità (il-qorti li fid-distrett tagħha tinsab il-muniċipalità) u unità territorjali superjuri ta’ awtogovernanza (il-qorti li fid-distrett tagħha l-korpi amministrattivi tagħha jkollhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom).

Jekk il-konvenut, bħala ċittadin tar-Repubblika Ċeka, ma jkollu ebda qorti ġenerali, jew ma jkollu ebda qorti ġenerali fir-Repubblika Ċeka, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti li fid-distrett tagħha huwa kellu l-aħħar residenza magħrufa tiegħu fir-Repubblika Ċeka. Id-drittijiet tal-proprjetà jistgħu jiġu eżerċitati kontra xi ħadd li ma għandu ebda qorti kompetenti oħra fir-Repubblika Ċeka, mill-qorti li fid-distrett tagħha jinsabu l-assi tiegħu.

Azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) kontra persuna barranija tista’ titressaq ukoll quddiem qorti li fid-distrett tagħha fir-Repubblika Ċeka jinsabu l-impjant tagħha, jew unità organizzattiva tal-impjant tagħha.

Il-ġuriżdizzjoni ratione materiae tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni bejn tipi individwali ta’ qorti billi tiddetermina liema qorti se tisma’ l-kawża fil-prim’istanza. Fi proċeduri tal-qorti ċivili, il-ġuriżdizzjoni ratione materiae tal-qrati tgħid li l-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni fuq il-proċedimenti fil-prim’istanza, sakemm il-liġi ma tiddikjarax espressament li l-qrati reġjonali jew il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka għandhom ġuriżdizzjoni ratione materiae.

Il-ġuriżdizzjoni funzjonali tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta’ tipi differenti involuti fis-smigħ tal-istess kawżi dwar suċċessjoni f’sitwazzjonijiet li jinvolvu t-tressiq ta’ appelli ordinarji u straordinarji (fi kliem ieħor, hija tiddefinixxi liema qorti se tiddeċiedi dwar appelli ordinarji u straordinarji).

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Kif ġie rrimarkat diġà hawn fuq (ara r-risposta għall-mistoqsija nru 4), il-ġuriżdizzjoni ratione materiae tal-qrati fi proċeduri tal-qorti ċivili tgħid li l-proċedimenti fil-prim’istanza huma essenzjalment taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati distrettwali.

Saru eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju favur il-qrati reġjonali, li jisimgħu u jiddeċiedu dwar il-kawżi elenkati fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2) tal-Att Nru 99/196 (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, kif emendat). Dan jikkonċerna primarjament deċiżjonijiet dwar materji li, minħabba n-natura tagħhom, jirrikjedu ċertu livell ta’ speċjalizzazzjoni u dwar materji li huma fattwalment u legalment aktar kumplessi. Il-qrati reġjonali jiddeċiedu bħala qrati tal-prim’istanza fil-każijiet li ġejjin:

  1. f’tilwimiet bejn min iħaddem u l-benefiċjarju dwar il-ftehim reċiproku ta’ pagamenti eċċessivi ta’ allowance tal-assigurazzjoni tal-pensjoni, assigurazzjoni tal-mard, appoġġ soċjali mill-Istat u assistenza għal ħtiġijiet materjali u f’tilwimiet dwar il-ftehim reċiproku tal-kumpens rigressiv imħallas bħala riżultat tad-dritt għall-benefiċċju tal-assigurazzjoni tal-mard,
  2. f’tilwimiet li jikkonċernaw l-illegalità ta’ strajk jew lock-out,
  3. f’tilwimiet li jikkonċernaw Stat barrani jew persuni li jgawdu minn immunitajiet diplomatiċi u privileġġi, jekk dawn it-tilwimiet jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati Ċeki,
  4. f’tilwimiet li jikkonċernaw l-annullament tad-deċiżjoni tal-arbitru dwar l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn ftehim kollettiv,
  5. f’kawżi li jirriżultaw mir-relazzjonijiet legali konnessi mal-istabbiliment ta’ kumpaniji tan-negozju, ġeneralment kumpaniji benefiċjarji, dotazzjonijiet u fondi ta’ dotazzjoni u f’tilwimiet bejn korporazzjonijiet kummerċjali, is-sħab jew il-membri tagħhom, kif ukoll f’tilwimiet reċiproċi bejn is-sħab u l-membri, li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-korporazzjoni kummerċjali,
  6. f’tilwimiet bejn korporazzjonijiet kummerċjali, is-sħab jew il-membri tagħhom u l-membri tal-korpi statutorji tagħhom jew il-likwidaturi, fir-rigward tar-relazzjonijiet li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tal-mandat tal-membri tal-korpi statutorji jew il-likwidazzjoni,
  7. f’tilwimiet li jirriżultaw mil-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur,
  8. f’tilwimiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet miksura jew mhedda minn kompetizzjoni inġusta jew restrizzjonijiet illegali fuq il-kompetizzjoni,
  9. f’materji li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-isem u r-reputazzjoni ta’ persuna ġuridika,
  10. f’tilwimiet li jikkonċernaw il-garanzija finanzjarja u tilwimiet li jirrigwardaw kambjali, ċedoli u strumenti ta’ investiment,
  11. f’tilwimiet li jirriżultaw minn komoditajiet innegozjati fil-borża,
  12. f’materji li jirrigwardaw l-Assemblej Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tas-Sidien u tilwimiet li jirriżultaw minnhom, bl-eċċezzjoni tat-tilwimiet li jikkonċernaw il-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-Assoċjazzjoni għall-immaniġġjar tad-djar u tal-artijiet, it-tilwimiet li jikkonċernaw il-ħlasijiet akkont għas-servizzi u l-metodu tad-distribuzzjoni tal-ispiża tas-servizzi,
  13. f’materji li jirrigwardaw it-trasformazzjoni ta’ kumpaniji u kooperattivi, (inklużi kwalunkwe proċedimenti ta’ kumpens), skont regolament legali speċjali,
  14. f’tilwimiet li jikkonċernaw ix-xiri ta’ impjant, il-lokazzjoni ta’ impjant jew parti minnu,
  15. f’tilwimiet li jikkonċernaw kuntratti għal xogħol ta’ bini, li huma kuntratti pubbliċi ’l fuq mil-limitu, inklużi l-provvisti meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti bħal dawn,
  16. f’materji ta’ responsabbiltà ġuridika fejn parti tonqos milli taġixxi bid-diliġenza dovuta,
  17. f’tilwim li jiġi mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-gruppi tan-negozju,
  18. f’tilwim li jikkonċerna s-salvagwardjar tat-talbiet tal-kredituri meta l-kapital tal-ishma tal-kumpanija jkun tnaqqas jew meta l-investiment bażiku mill-membri ta’ kooperattiva jitnaqqsu.

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka għandha ġuriżdizzjoni fl-ewwel u l-unika istanza fi proċedimenti sabiex tirrikonoxxi sentenzi barranin dwar materji matrimonjali (dan ma japplikax għar-rikonoxximent ta’ sentenzi minn Stati Membri oħrajn tal-UE, jekk japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000) u f’materji li jiddeterminaw u jiċħdu l-filjazzjoni skont il-para. 1 tal-Artikoli 51 u 55 tal-Att Nru 91/2012 dwar id-dritt internazzjonali privat.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ma hemm ebda obbligu ġenerali fil-proċedimenti tad-dritt ċivili Ċeki sabiex il-persuni kkonċernati jkunu rrappreżentati minn avukat.

Il-kapaċità li persuna tħarrek u li tiġi mħarrka

Kulħadd jista’ jaġixxi b’mod indipendenti quddiem il-qorti bħala parti fi proċedimenti legali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kapaċità ġuridika tiegħu/tagħha (l-Artikolu 20(1) tal-Att Nru 99/1963 [il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, kif emendat]). Persuna fiżika takkwista kapaċità sħiħa li tħarrek meta jkollha età maġġuri. L-età maġġuri tintlaħaq meta l-persuna tagħlaq tmintax-il sena. Qabel tintlaħaq din l-età, l-età maġġuri tista’ tintlaħaq permezz tal-għoti ta’ rikors għall-kapaċità ġuridika – ara l-Artikolu 37 tal-Att Nru 89/2012, (il-Kodiċi Ċivili) – jew billi l-persuna tiżżewweġ. F’każ li parti fil-proċedimenti ma jkollhiex kapaċità sħiħa li tħarrek, hija tista’ tkun irrappreżentata fil-proċedimenti. Jista’ jkun ukoll li persuna ta’ età maġġuri li jkollha kapaċità ġuridika ristretta ma jkollhiex il-kapaċità li tħarrek u li tiġi mħarrka.

Ir-rappreżentanza tinħoloq fuq il-bażi tal-liġi jew ta’ deċiżjoni minn aġenzija tal-gvern (rappreżentanza statutorja) jew fuq il-bażi ta’ prokura. Kull min jattendi proċedimenti bħala rappreżentant ta’ parti jrid jipprovdi evidenza ta’ tali rappreżentanza.

Persuna fiżika li ma tkunx tista’ taġixxi b’mod indipendenti quddiem il-qorti trid tkun irrappreżentata minn kustodju jew kuratur tagħha (l-Artikoli 22-23 u l-Artikolu 29an. tal-Att Nru 99/1963, [il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat]).

Il-partijiet fil-proċedimenti (b’kapaċità ġuridika) jistgħu jkunu rrappreżentati wkoll minn persuna tal-għażla tagħhom fuq il-bażi ta’ prokura (l-Artikoli 24-28a tal-Att Nru 99/1963 [il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat]).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Azzjoni (rikors għall-bidu tal-proċedimenti) tiġi ddepożitata mal-qorti li għandha ġuriżdizzjoni ratione materiae, territorjali u funzjonali. L-indirizzi tal-qrati Ċeki individwali jinsabu fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-partijiet kollha għandhom status ugwali fil-proċeduri tal-qorti ċivili u għandhom id-dritt għal seduta ta’ smigħ fil-qorti bil-lingwa materna tagħhom (ara l-Artikolu 18 tal-Att Nru 99/1963 [il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat]). Id-dritt għal smigħ fil-qorti fil-lingwa materna ta’ dak li jkun huwa limitat għall-proċeduri orali tal-qorti u ma japplikax għall-komunikazzjoni bil-miktub bejn il-qorti u l-partijiet (u viċi versa) – għalhekk talba trid tiġi ppreżentata biċ-Ċek.

Talba għall-ftuħ tal-proċedimenti tista’ ssir bil-miktub – ara l-Artikolu 42 tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Preżentata bil-miktub issir fuq karta jew f’forma elettronika permezz ta’ netwerk ta’ data pubblika jew b’faks. Preżentata bil-miktub li jkun fiha rikors fuq il-merti ppreżentata permezz ta’ faks jew f’forma elettronika għandha tiġi segwita, fi żmien mhux aktar minn tlett ijiem, mill-preżentazzjoni tat-test oriġinali jew preżentazzjoni bil-miktub tat-test identiku. Meta l-preżentata ssir f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata (skont l-Att Nru 227/2000 dwar il-firma elettronika, kif emendat) jew f’forma elettronika skont regolament legali speċjali (l-Att Nru 300/2008 dwar l-atti elettroniċi u l-konverżjoni tad-dokument awtorizzat), ma tkun meħtieġa ebda preżentazzjoni sussegwenti tad-dokumenti oriġinali.

Rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti u talba għal ordni għall-eżekuzzjoni tista’ ssir biss bil-fomm u tiġi rreġistrata (ara l-Artikolu 14 tal-Att Nru 292/2013 dwar il-proċedimenti ġudizzjarji, kif emendat) fil-każ ta’ proċedimenti li jistgħu jinbdew ukoll mingħajr rikors jew proċedimenti għall-awtorizzazzjoni għaż-żwieġ, proċedimenti għall-protezzjoni kontra l-vjolenza domestika, proċedimenti għad-determinazzjoni jew għaċ-ċaħda tal-proċedimenti ta’ filjazzjoni u adozzjoni. Kull qorti distrettwali hija mitluba li ddaħħal il-preżentata fir-reġistri u li tibgħatha mingħajr dewmien lill-qorti kompetenti. Din ix-xorta ta’ preżentata għandha l-istess effett daqs li kieku saret lill-qorti kompetenti.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma hemm l-ebda formola preskritta għat-tressiq ta’ azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti). Azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) trid tinkludi dettalji ġenerali (ara l-Artikolu 42(4) tal-Att Nru 99/1963 [il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat]) u dettalji speċjali (ara l-Artikolu 79(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Id-dettalji ġenerali jinkludu l-indikazzjoni tal-qorti li r-rikors jiġi indirizzat lilha u l-indikazzjoni tal-persuna li tressaq l-azzjoni. Mill-azzjoni jrid jidher b’mod ċar ukoll liema kawża tikkonċerna u x’qiegħda tfittex u trid tiġi ffirmata u datata.

Id-dettalji speċjali jinkludu l-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-partijiet, jew id-dati tat-twelid jew in-numri ta’ identifikazzjoni tal-partijiet (l-isem tan-negozju jew l-isem u l-uffiċċju rreġistrat ta’ persuna ġuridika, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem tal-pajjiż u l-unità organizzattiva rilevanti tal-Istat li qed jidher quddiem il-qorti f’isimhom), jekk ikun meħtieġ, anki tar-rappreżentanti tagħhom, deskrizzjoni tal-fatti ewlenin u deskrizzjoni tal-evidenza invokata mill-appellant u trid tindika b’mod ċar x’qiegħed jiġi mfittex mill-appellant.

Jekk ir-rikors ma jkunx fih id-dettalji meħtieġa, jew jekk dawn ikunu inkomprensibbli jew mhux ċari, il-qorti titlob lill-parti sabiex tirrimedja dawn id-difetti f’ċertu perjodu. Jekk dan ma jsirx u, b’riżultat ta’ dan, il-proċedimenti ma jkunux jistgħu jkomplu, il-qorti tirrifjuta r-rikors għall-bidu tal-proċedimenti. Il-qorti tinjora kwalunkwe preżentati oħrajn sakemm jiġu kkoreġuti jew ikkompletati kif suppost – ara l-Artikolu 43 tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Ir-rikors irid jiġi ppreżentat fl-għadd meħtieġ ta’ kontropartijiet sabiex jiġi żgurat li tinżamm kontroparti waħda mill-qorti u li kull parti tirċievi kontroparti waħda, jekk meħtieġ – ara l-para. 4 tal-Artikolu 42 tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, kif emendat).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

It-tariffi tal-qorti jiġu imposti għall-proċedimenti li jsiru quddiem il-qrati fir-Repubblika Ċeka, għall-atti elenkati fit-Tariffa tal-Ħlasijiet u għall-atti individwali mwettqa mill-qrati u l-atti mwettqa mill-amministrazzjoni tal-qorti. L-ammonti ta’ dawn it-tariffi huma stabbiliti fl-Att Nru 549/1991, dwar it-tariffi tal-qorti, kif emendat. It-tariffi tal-qorti jiġu stabbiliti bħala somma fissa, jew jiġu ddeterminati bħala rata perċentwali bbażata fuq il-valur tas-suġġett tal-proċedimenti ġudizzjarji.

Għadd ta’ kawżi (primarjament dawk li ma jiġux ikkontestati) huma eżentati minn dawn it-tariffi. Il-kawżi li huma “materjalment eżentati” kienu jinkludu kwistjonijiet li jikkonċernaw it-tutela, l-adozzjoni, l-obbligi ta’ manteniment bejn il-ġenituri u t-tfal, eċċ. Dawn il-proċedimenti huma kompletament eżentati mit-tariffi.

L-appellanti fil-proċedimenti sabiex jiġu ddeterminati l-ħlasijiet ta’ manteniment, il-kumpens għall-ħsara lis-saħħa, il-korrimenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkaġunat mix-xogħol, eċċ. huma personalment eżentati mit-tariffi. Jekk l-attur fi proċediment partikolari jkun personalment eżentat mit-tariffi u l-qorti tilqa’ l-pretensjoni tiegħu, il-konvenut jinżamm responsabbli għall-ħlas tat-tariffa.

Huwa possibbli wkoll li jiġu ammessi l-hekk imsejħa eżenzjonijiet individwali li jirrigwardaw is-sitwazzjoni soċjali u finanzjarja tal-partijiet fil-proċedimenti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-kawża li tkun qed tinstema’. Jekk l-attur ikollu ħtiġijiet materjali b'riżultat ta’ qgħad fit-tul, marda serja, eċċ., huwa jista’ jippreżenta rikors il-qorti għal eżenzjoni sħiħa jew parzjali mit-tariffi. Ir-rikors rilevanti preferibbilment għandu jiġi mehmuż mal-azzjoni oriġinali. Meta tiddeċiedi dwar l-eżenzjonijiet mill-ħlas tat-tariffi, il-qorti tqis il-proprjetà globali tar-rikorrent, iċ-ċirkostanzi soċjali u finanzjarji, l-ammont tat-tariffi tal-qorti, in-natura tal-pretensjoni ppreżentata, eċċ. Madankollu, dan ma għandux ikun eżerċizzju arbitrarju jew evidentement bla tama jew tfixkil tad-drittijiet. Ara wkoll “Għajnuna Legali – Ir-Repubblika Ċeka”.

It-tariffa titħallas ladarba jiġi ppreżentat ir-rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti. Jekk hija ma tkunx tħallset fl-istess ħin li jiġi ppreżentat ir-rikors, il-qorti titlob lill-parti sabiex tħallas it-tariffa u tgħarrafha li, jekk it-tariffa ma titħallasx fiż-żmien allokat, il-proċedimenti jiġu sospiżi.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara “Għajnuna Legali – Ir-Repubblika Ċeka”.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Il-proċedimenti ġudizzjarji jibdew dakinhar li tintbagħat it-talba lill-qorti (ara l-Artikolu 82 tal-Att Nru 99/1963 [il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat]) jew meta tkun inħarġet deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċedimenti mingħajr talba mill-qorti (ara l-para. 2 tal-Artikolu 13 tal-Att Nru 292/2013 dwar proċedimenti ġudizzjarji speċjali, kif emendat). Il-fatt li l-azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) titressaq fil-qorti jfisser li jinbdew il-proċedimenti u l-qorti ma toħroġ ebda konferma speċjali li l-proċedimenti nfetħu. Jekk azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) titressaq personalment fir-reġistru tal-qorti, dan jista’ jiġi kkonfermat permezz ta’ kopja tal-azzjoni ttimbrata.

Jekk ir-rikors jkollu xi nuqqasijiet (ma jkunx fih id-dettalji preskritti, ma jkunx ċar jew ikun inkomprensibbli), il-qorti titlob lill-parti sabiex tirranġahom. Jekk dawn in-nuqqasijiet ma jitneħħewx fil-perjodu stabbilit mill-qorti u l-proċedimenti ma jkunux jistgħu jkomplu għal din ir-raġuni, il-qorti tirrifjuta r-rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti u tissospendi l-proċedimenti.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Hekk kif jibdew il-proċedimenti, il-qorti tipproċedi mingħajr rikorsi ulterjuri sabiex tiżgura li l-kawża tinstema’ u tiġi deċiża mill-aktar fis possibbli – ara l-Artikolu 100(1) tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili kif emendat). Il-qorti hija meħtieġa li tikkonsenja l-azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) lill-partijiet l-oħrajn fil-proċedimenti personalment (ara l-Artikolu 79(3) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Matul il-proċedimenti, il-qorti tagħti struzzjonijiet lill-partijiet dwar id-diversi drittijiet u obbligi tagħhom. F’każ li jkun irid jitwettaq att proċedurali speċifiku, il-qorti tistabbilixxi terminu għat-twettiq tiegħu.

Il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt li jispezzjonaw il-fajl tal-qorti, bl-eċċezzjoni tar-rekord tal-votazzjoni, u li jieħdu siltiet minnu u jagħmlu kopji tiegħu. L-imħallef li jippresjedi jippermetti lil kull min għandu interess leġittimu, jew li għandu raġunijiet validi sabiex jagħmel dan, li jispezzjona l-fajl u li jieħu siltiet minnu u jagħmel kopji tiegħu, sakemm ma jkunx fajl li l-kontenut tiegħu jkun meħtieġ bil-liġi li jinżamm kunfidenzjali – ara l-Artikolu 44 tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat).

L-aħħar aġġornament: 27/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Ġermanja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista’ jagħmel sens li tintuża soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Irreferi għall-iskeda informattiva dwar il-“Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni”.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien biex titressaq kawża quddiem il-qrati. Madankollu, id-drittijiet li jiġu invokati matul il-kawża huma soġġetti għal preskrizzjoni. Jekk dritt ikun preskritt, u l-parti avversarja tinvokah fil-proċedimenti, it-talba tiġi miċħuda. Il-limiti ta’ żmien jiddependu fuq il-liġi sostantiva tal-każ aktar milli fuq il-liġi proċedurali. Dawn ivarjaw minn każ għal ieħor. Din il-mistoqsija tista’ tiġi ċċarata billi jittieħdu pariri legali.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara “Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sistemi ġudizzjarji”.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara “Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠuriżdizzjoni - il-Ġermanja”.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara “Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠuriżdizzjoni - il-Ġermanja”.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Il-kwistjoni dwar jekk għandekx tkun rappreżentat minn avukat sabiex tressaq kawża quddiem il-qorti tiddependi minn liema qorti jkollha ġurisdizzjoni fuq it-talba.

Fil-qrati reġjonali (Landgerichten) u l-qrati reġjonali superjuri (Oberlandesgerichten) il-partijiet iridu jiġu ppreżentati minn avukat. F’ħafna każijiet familjari (eż. divorzju, tilwim dwar il-manteniment, tilwim dwar proprjetà), fejn il-qorti distrettwali tkun kompetenti, huwa obbligatorju li wieħed ikollu avukat.

Fil-proċeduri l-oħra kollha quddiem il-qorti lokali, il-parti mġarrba nnifisha tista’ tressaq kawża u tmexxi l-proċedimenti.

Fil-proċedura simplifikata għall-kisba ta’ ordni ta’ ħlas eżekuttiva (għal talba ta’ ħlas), il-qorti b’ġuriżdizzjoni hija l-qorti lokali. Ir-rikorrent jista’ għalhekk jagħmel talba għal ordni/ ta’ ħlas quddiem qorti anki mingħajr avukat.

Tista’ wkoll tippreżenta talba mingħajr avukat fil-qorti industrijali (Arbeitsgericht).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

B’mod ġenerali, talba għandha tiġi ppreżentata bil-miktub quddiem il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni.

Madankollu, jekk il-qorti lokali jkollha ġuriżdizzjoni għall-proċedimenti, talba tista’ tiġi rreġistrata oralment fl-uffiċċju tal-qorti (Geschäftsstelle des Amtsgerichts). It-talba tista’ tiġi rreġistrata fl-uffiċċju ta’ kwalunkwe qorti lokali. L-uffiċċju mbagħad għandu jibgħat mingħajr dewmien ir-reġistrazzoni tat-talba lill-qorti rilevanti.

L-istess japplika għall-proċediment quddiem il-qorti industrijali. Talba quddiem il-Qorti Industrijali tista’ tiġi rreġistrata wkoll fl-uffiċċju tal-qorti industrijali.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa tal-qrati hija l-Ġermaniż. Għaldaqstant, it-talba trid tiġi ppreżentata bil-Ġermaniż.

Ġeneralment, talba trid tiġi preżentata bil-miktub. Fi proċedimenti quddiem il-qorti lokali jew il-qorti industrijali, it-talba tista’ ssir ukoll oralment fl-uffiċċju tal-qorti (ara l-mistoqsija 7).

Talba tista’ wkoll tiġi ppreżentata bil-faks. Il-faks għandu juri l-firma tal-parti jew tal-avukat, jekk ikun qed jaġixxi avukat. Għandu jkun ċar min iffirma l-oriġinal biex juri li huwa responsabbli għat-talba.

Fl-aħħar nett, talba tista’ tintbagħat bħala dokument elettroniku bl-użu ta’ mezzi ta’ trażmissjoni siguri (De-Mail (Servizz ta’ komunikazzjoni elettronika tal-Gvern Ġermaniż), kaxxi postali elettroniċi speċjali) jew, dment li jkollha firma elettronika kwalifikata, permezz ta’ kaxxa postali elettronika ġudizzjarja u amministrattiva (EGVP). Mhux possibbli li jintbagħtu dokumenti elettroniċi bil-posta elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Jeżistu formoli standardizzati għall-użu fi proċedimenti simplifikati - jiġifieri applikazzjonijiet għal ordni ta’ ħlas (Mahnbescheid) jew għal ordni ta’ eżekuzzjoni (Vollstreckungsbescheid) f’talbiet ta’ flus. Iridu jintużaw dawn il-formoli. Jekk applikazzjoni ma tiġix ippreżentata bil-formola xierqa fi żmien l-iskadenza, din tiġi rrifjutata bħala inammissibbli.

Ma hemm l-ebda formola standardizzata għal talba. Id-dikjarazzjoni tat-talba għandu jkollha forma speċifika u kontenut speċifiku:

  • Trid tagħti l-ismijiet u l-indirizzi korretti tal-partijiet u tar-rappreżentanti legali tagħhom. Il-Qorti li għandha ġurisdizzjoni għat-talba għandha tkun indikata wkoll.
  • It-talba trid tiddikjara b’mod ċar is-suġġett tal-ilment u dak li l-qorti qed tintalab tagħti lir-rikorrent (l-ordni mitlub).
  • Is-suġġett tat-talba u l-fatti li fuqhom il-parti li qed tieħu azzjoni tibbaża t-talba tagħha għandhom ukoll jiġu deskritti b’mod komprensiv u ċar.
  • Id-dikjarazzjoni tat-talba trid tiġi ffirmata personalment. Jekk il-parti li tippreżenta r-rikors tkun irrappreżentata minn avukat, il-firma ta’ avukat awtorizzat jew ir-rappreżentant tiegħu hija meħtieġa.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-ispejjeż tal-qorti huma mitluba għall-proċedimenti quddiem il-qrati li jittrattaw kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. Dawn it-tariffi huma t-tariffi u l-ispejjeż tal-qorti. Wara l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-talba, il-qorti tiffattura tariffa tal-qorti li tikkorrispondi għall-ammont tat-tariffi statutorji tal-qorti mitluba mil-liġi. Bħala regola, it-talba ma tiġix notifikata lill-kontroparti qabel ma l-parti li tippreżenta r-rikors tkun ħallset l-ispejjeż tal-qorti.

L-istess japplika għall-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas.

Ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ ħlas bil-quddiem fi proċedimenti quddiem il-qorti tax-xogħol.

Jekk avukat ikun qed jaġixxi, it-tariffi tal-avukat ikollhom jitħallsu wkoll. Filwaqt li dawn it-tariffi tal-avukati huma, fil-prinċipju, dovuti biss wara t-tlestija tal-proċedimenti jew wara deċiżjoni dwar l-ispejjeż tal-qorti, l-avukat jista’, qabel id-dikjarazzjoni tat-talba jitlob ħlas bil-quddiem li jikkorrispondi għat-tariffa tax-xogħol sussegwenti tiegħu.

L-ispejjeż tal-proċedimenti, l-ispejjeż tal-qorti u tal-avukat, inklużi l-ispejjeż li diġà tħallsu, għandhom fl-aħħar mill-aħħar jitħallsu mill-parti li titlef il-kawża.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Kull min ma jistax jiffinanzja l-kawża tal-qorti tiegħu stess jista’ japplika għall-għajnuna legali. Il-Qorti teżamina jekk it-talba għandhiex xi prospett ta’ suċċess li mhijiex malizzjuża u jekk hemmx ħtieġa finanzjarja. Jekk il-qorti tagħti għajnuna legali, allura l-parti li tressaq il-proċedimenti ma jkollha għalfejn tavvanza l-ebda spejjeż għas-servizz tat-talba.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Jekk kawża tkun mingħajr difetti u l-ispejjeż tal-qorti jkunu tħallsu lill-qorti, din tintbagħat lill-parti avversarja mingħajr dewmien. Il-kawża li tkun bdiet meta tiġi nnotifikata lill-parti opposta.

Jekk ikun hemm żball fit-talba, il-qorti tagħti l-opportunità lill-parti li tressaq il-kawża li tikkoreġi dan l-iżball. Jekk l-iżball ma jitneħħiex, il-qorti tiċħad it-talba bħala inammissibbli.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Man-notifika tat-talba, l-imħallef li jippresjedi jew jistabbilixxi data tal-bidu minn kmieni għall-ewwel seduta ta’ smigħ jew jew jordna proċedimenti preliminari bil-miktub. Iż-żewġ partijiet jiġu nnotifikati bid-data tas-seduta ta’ smigħ jew bil-fatt li ġew ordnati proċedimenti preliminari bil-miktub. Il-Qorti tista’ tordna lill-partijiet biex jidhru personalment f’kull seduta ta’ smigħ.

Bi tħejjija għal kwalunkwe seduta ta’ smigħ, il-qorti tista’ titlob lill-partijiet biex jissupplimentaw jew jiċċaraw is-sottomissjonijiet tagħhom, u tista’ tistabbilixxi limiti ta’ żmien biex jipprovdu dikjarazzjonijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi li jeħtieġ li jiġu ċċarati. Il-Qorti tista’ tordna lill-partijiet fil-kawża jew partijiet terzi biex jipprovdu dokumenti u oġġetti għall-ispezzjoni u tista’ titlob informazzjoni minn sorsi uffiċjali.

Il-partijiet iridu jkunu informati b’dawn l-ordnijiet kollha.

L-aħħar aġġornament: 25/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Kif tipproċedi? - Estonja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

It-tilwim jista' jiġi solvut permezz ta' mezzi ġudizzjarji jew extraġudizzjarji.

Mod extraġudizzjarju ta’ soluzzjoni ta’ tilwim huwa l-konċiljazzjoni. Il-konċiljazzjoni hija mod extraġudizzjarju ta’ soluzzjoni ta’ tilwim volontarju li ssir minn konċiljatur indipendenti u imparzjali. Konċiljatur jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn il-partijiet u jsib soluzzjoni għat-tilwim. In-negozjati tal-konċiljazzjoni huma kunfidenzjali u konċiljatur ma jistax imexxi l-konċiljazzjoni b’mod li jagħti impressjoni li l-konċiljatur għandu s-setgħa li jagħmel deċiżjonijiet vinkolanti. Konċiljatur jista’ jkun nutar pubbliku, avukat jew kwalunkwe persuna fiżika oħra maħtura mill-partijiet għat-tilwima u awtorizzata biex topera permezz ta’ persuna ġuridika (bħal konċiljaturi ma’ korp ta’ konċiljazzjoni ta’ assigurazzjoni permezz tal-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni Estonjana (Eesti Kindlustusseltside Liit) u l-Uffiċċju ta’ Assigurazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur Estonjan (Eesti Liikluskindlustuse Fond)). Korp ta’ konċiljazzjoni huwa entità affiljata ma’ stat jew aġenzija governattiva lokali, bħall-kumitat għad-drittijiet tal-awtur (autoriõiguse komisjon). Ftehim ta’ soluzzjoni milħuq bħala riżultat ta’ proċedimenti ta’ konċiljazzjoni jikkostitwixxi titolu eżekuttiv skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi, sakemm il-ftehim ikun iddikjarat eżekutorju bil-qorti, u jista’ jiġi ppreżentat lill-uffiċjal ġudizzjarju għal eżekuzzjoni obbligatorja. Jekk konċiljatur ikun nutar pubbliku jew avukat, jista’ jiġi awtentiċizzat ftehim ta’ soluzzjoni li jikkonċerna talba ta’ proprjetà jew ftehim ta’ soluzzjoni li jikkonċerna talba mhux ta’ proprjetà minn nutar pubbliku fuq it-talba tal-partijiet ta’ konċiljazzjoni u suġġett għal eżekuzzjoni obbligatorja immedjata, sakemm ikun jista’ jsir ftehim ta’ kompromess fir-rigward tat-talba mhux ta’ proprjetà. F’każ bħal dan, il-ftehim ta’ soluzzjoni ma jridx jiġi ddikjarat eżekutorju bil-qorti. Ftehim ta’ soluzzjoni vvalidat minn korp ta’ konċiljazzjoni huwa vinkolanti fuq il-partijiet u ma jridx jiġi ddikjarat eżekutorju bil-qorti. L-arbitraġġ huwa metodu ieħor ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Billi l-membri tal-bord ta’ arbitraġġ jinħatru mill-partijiet infushom, jistgħu jibqgħu ċerti mill-għarfien, l-esperjenza u l-imparzjalità tal-arbitri. Il-partijiet għandhom ukoll id-dritt jagħżlu liema lingwa se tintuża għall-proċedimenti, liema liġi se tapplika u r-regoli proċedurali. Bord ta’ arbitraġġ jista' jinħatar għal kawża individwali (ad hoc) jew jaħdem fuq bażi permanenti. Bord ta’ arbitraġġ permanenti fl-Estonja huwa l-Bord ta’ Arbitraġġ tal-Kamra tan-Nutara (Notarite Koja vahekohus). Fl-Estonja, it-tilwim li jkun ġej min-negozju transfruntiera spiss jissolva fil-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Estonjana tal-Kummerċ u l-Industrija (Eesti Kaubandus-Tööstuskoja (EKTK) arbitraažikohus). Sentenza li tingħata mill-bord ta’ arbitraġġ Estonjan li jopera fuq bażi permanenti tikkostitwixxi titolu eżekuttiv mingħajr ma jkollha tiġi dikjarata eżekutorja bil-qorti. Is-sentenzi mogħtija minn bordijiet oħra tal-arbitraġġ, inklużi bordijiet ta’ arbitraġġ ad hoc, u minn dawk ta’ stati oħra, biex jiġu soġġetti għal eżekuzzjoni obbligatorja, l-ewwel iridu jiġu ddikjarati eżekutorji bil-qorti. Barra mill-arbitraġġ u l-konċiljazzjoni, hemm ukoll kumitati għal riżoluzzjoni ġudizzjarja ta’ ċertu tip ta’ tilwim.

Pereżempju, it-tilwim industrijali jista’ l-ewwel jiġi riferut għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakumitat dwar it-tilwim industrijali (töövaidluskomisjon). Kumitat dwar it-tilwim industrijali huwa korp indipendenti li jsolvi tilwim industrijali individwali li għalih jistgħu jirrikorru kemm l-impjegati kif ukoll l-impjegaturi. Is-soluzzjoni ta’ tilwim industrijali f’kumitat dwar it-tilwim industrijali hija regolata mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Industrijali (individuaalse töövaidluse lahendamise seadus). Ma jintalbu ebda tariffi tal-istat għal riżoluzzjoni tat-tilwim bl-użu ta’ kumitat dwar it-tilwim industrijali. Kumitat dwar it-tilwim industrijali jista' jintuża biex jiġu solvut tilwim minħabba relazzjonijiet industrijali. Meta jiġi eżerċitat id-dritt għal rikors għal kumitat dwar it-tilwim industrijali, huwa importanti li jiġi nnutat li l-kumitat jiddeċiedi talbiet finanzjarji li ma jaqbżux l-EUR 10,000. It-talbiet li jaqbżu l-EUR 10,000 iridu jiġu deċiżi bil-qorti. Ir-rikors ippreżentat quddiem il-kumitat dwar it-tilwim industrijali għandu jindika ċ-ċirkostanzi rilevanti għat-tilwima. Pereżempju, meta ssir oġġezzjoni għal sensja jridu jingħataw ir-raġunijiet u l-ħin għalt-tkeċċija. Ir-rikors għandu jiddeskrivi n-natura tat-tilwim bejn il-partijiet, jiġifieri dak li l-impjegat jew l-impjegatur naqas li jagħmel jew li fl-opinjoni tar-rikorrent, għamel kontra l-liġi. L-evidenza għandha tiġi inkluża mar-rikors bħala appoġġ għat-talbiet li jsiru fih (eż. kuntratt ta’ xogħol, ftehimiet reċiproċi jew korrispondenza bejn l-impjegat u l-impjegatur, eċċ.) jew b’referenza għal kwalunkwe evidenza jew xhieda oħra. Jekk ir-rikorrent iqis li jkollu jiġi mistieden xhud għas-smigħ, l-isem u l-indirizz tax-xhud għandhom jiġu indikati fir-rikors. Deċiżjoni minn kumitat dwar it-tilwim industrijali li tkun saret effettiva, tikkostitwixxi titolu eżekuttiv u tista’ tiġi sottomessa lill-uffiċjal ġudizzjarju għall-eżekuzzjoni obbligatorja. Skont ċerti ċirkostanzi, kumitat dwar it-tilwim industrijali jista’ jiddikjara d-deċiżjoni tiegħu eżekutorja mingħajr dewmien. Jekk parti għat-tilwima ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-kumitat dwar it-tilwim industrijali, il-parti tista’ tiftaħ kawża ma’ qorti tal-kontea (maakohus) biex l-istess tilwima industrijali terġa’ tinstema’ u tagħmel dan fi żmien xahar mill-jum ta’ wara r-riċevuta tat-traskrizzjoni tad-deċiżjoni. F’dan il-każ, id-deċiżjoni mill-kumitat dwar it-tilwim industrijali ma ssirx effettiva.

Talbiet li ġejjin minn kuntratt bejn konsumatur u negozjant jistgħu jiġu deċiżi mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKumitat għat-Tilwim tal-Konsumatur (tarbijakaebuste komisjon). Is-soluzzjoni ta’ tilwim tal-konsumaturi hija regolata mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (tarbijakaitseseadus). Il-Kumitat għat-Tilwim tal-Konsumatur huwa kompetenti biex isolvi kemm tilwim domestiku kif ukoll dak transfruntiera li joriġina minn kuntratti bejn konsumaturi u negozjanti u li jiġi inizjalat minn konsumatur jekk parti tat-tilwima tkun negozjant li l-post ta’ stabbiliment tiegħu jkun fir-Repubblika tal-Estonja.     Il-Kumitat huwa kompetenti wkoll biex jiddeċiedi kull tilwim marbut ma' telf ikkawżat minn prodott b'difett, sakemm it-telf jista' jiġi determinat. Jekk ġie stabbilit li ġie kkawżat telf iżda l-ammont eżatt tat-telf ma jistax jiġi kkwantifikat, pereżempju f'każ ta' telf mhux fi flus jew telf li għad irid iseħħ, l-ammont ta' kumpens jiġi stabbilit bil-qorti. Il-Kumitat ma jsolvix it-tilwim relatat mal-forniment ta’ servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali, is-servizzi edukattivi offruti minn persuni ġuridiċi fil-liġi pubblika jew is-servizzi tal-kura tas-saħħa pprovduti minn professjonisti tal-kura tas-saħħa lill-pazjenti sabiex jivvalutaw, iżommu jew jirrestawraw l-istat ta’ saħħa tagħhom, inklużi l-preskrizzjoni, l-għoti u l-forniment ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku. Barra minn hekk, il-Kumitat ma jsolvix tilwim rigward talbiet li jirriżultaw minn mewt, dannu fiżiku jew dannu għas-saħħa, jew tilwim li għalih il-proċedura ta’ riżoluzzjoni hija preskritta minn Atti oħra. Tilwim bħal dan jiġi solvut minn istituzzjonijiet jew qrati kompetenti (eż. apparti mill-qrati, tilwim li jirriżulta minn kuntratti ta’ kiri ta’ abitazzjonijiet jista’ jiġi riżolt ukoll minn kumitati ta’ kiri). Rikors ippreżentat minn konsumatur jinstema’ u l-eżitu tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim issir disponibbli lill-partijiet fi żmien 90 jum minn meta jintlaqa’ r-rikors tal-konsumatur għal reviżjoni. Fil-każ ta’ tilwim kumpless, it-terminu msemmi jista’ jiġi estiż. Għandu jkun hemm konformità ma’ deċiżjoni tal-Kumitat għat-Tilwim tal-Konsumatur fi żmien 30 jum mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit web tal-Bord tal-Protezzjoni tal-Konsumatur (Tarbijakaitseamet) sakemm ma jkunx previst mod ieħor mid-deċiżjoni. Lista ta’ negozjanti li naqsu milli jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Kumitat hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Bord tal-Protezzjoni tal-Konsumatur; madankollu, id-deċiżjoni tal-Kumitat ma tistax tkun soġġetta għal eżekuzzjoni obbligatorja li jfisser li ma tistax tiġi sottomessa lil uffiċjal ġudizzjarju għal skop bħal dan. Negozjant imdaħħal fil-lista jitħassar mil-lista meta l-kummerċjant jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kumitat wara li jkun iddaħħal fil-lista jew meta jkunu għaddew aktar minn 12-il xahar mid-dħul tan-negozjant fil-lista. Jekk il-partijiet fit-tilwima ma jaqblux mad-deċiżjoni meħuda mill-Kumitat u ma jikkonformawx magħha, huma jistgħu jirrikorru għal qorti tal-kontea biex issolvi l-istess tilwima. Negozjant jinnotifika lill-Bord tal-Protezzjoni tal-Konsumatur bil-miktub dwar il-fatt li d-deċiżjoni ġiet imħarsa jew li l-kawża tkun ġiet riferuta lil qorti tal-kontea filwaqt li jinkludi kopja tar-rikors ippreżentat lill-qorti tal-kontea. Il-Bord tal-Protezzjoni tal-Konsumatur innifsu jista’, bil-kunsens u bħala r-rappreżentant tal-konsumatur, jirreferi t-tilwima riżolta mill-Kumitat lil qorti tal-kontea għal smigħ jekk il-kummerċjant ikun naqas milli jikkonforma mad-deċiżjoni u t-tilwima tkun rilevanti għall-applikazzjoni ta’ Att jew ta’ leġiżlazzjoni oħra jew għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

Tilwim li jirriżulta minn kuntratti ta’ kiri ta’ abitazzjonijiet jista’ jiġi riżolt minn kumitat ta’ kiri. Is-soluzzjoni ta’ tilwim dwar kiri hija regolata mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim dwar il-Kiri (individuaalse töövaidluse lahendamise seadus). Il-kumitati ta’ kiri ma jsolvux it-tilwim li jinvolvi talbiet finanzjarji li jaqbżu l-EUR 3,200. Kumitat tal-kiri jista’ jiġi stabbilit minn gvern lokali u jsolvi tilwim ta’ kiri li jinqala’ fit-territorju tiegħu. Fl-Estonja, ġie stabbilit kumitat ta’ kiri biss f’Tallinn. Rikors quddiem kumitat ta’ kiri għandu jindika t-talba tar-rikorrent u l-fatti li fuqhom huwa bbażat u r-rikors għandu jinkludi l-kuntratt ta’ kera u l-evidenza li tipprova l-allegazzjonijiet iddikjarati fir-rikors kif ukoll evidenza dokumentata rilevanti oħra. Deċiżjoni minn kumitat ta’ kiri li tkun saret effettiva tikkostitwixxi titolu eżekuttiv u tista’ tiġi ppreżentata lil uffiċjal ġudizzjarju għall-eżekuzzjoni obbligatorja. F’każ li parti fit-tilwima ma taqbilx mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-kumitat tal-kiri, il-parti tista’ tirreferi l-istess tilwima ta’ kiri lil qorti tal-kontea fi żmien 20 jum mill-jum wara li tirċievi d-deċiżjoni tal-kumitat. F’dan il-każ, id-deċiżjoni mill-kumitat tal-kiri ma ssirx effettiva. Is-soluzzjoni ta’ tilwim mill-kumitati msemmija hawn fuq ma tikkostitwix proċedimenti preliminari obbligatorji, jiġifieri jekk il-partijiet ma jkunux jixtiequ jew ma jkunux jistgħu jsolvu t-tilwima permezz ta’ mezzi extraġudizzjarji, huma jistgħu jirreferu t-talba tagħhom lil qorti. L-istess talbiet ma jistgħux jinstemgħu fl-istess ħin kemm minn qorti kif ukoll minn kumitat kompetenti extraġudizzjarju.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Relazzjonijiet ta’ dritt privat huma rregolati mill-prinċipju ta’ awtonomija privata, li jfisser li kreditur huwa liberu li jiddeċiedi meta jinforza t-talba tiegħu kontra debitur. Madankollu, fl-interessi taċ-ċarezza legali u l-istabbiltà tal-liġi, debitur jista’ jirreferi għal perjodu ta’ limitazzjoni jekk il-kreditur ikun naqas milli jippreżenta t-talba tiegħu f’ċertu perjodu ta’ żmien. Qorti jew kwalunkwe entità għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim oħra jinfurzaw biss perjodu ta’ limitazzjoni jekk il-persuna obbligata titlob dan. Għaldaqstant, it-talba tal-kreditur ma tiskadix mal-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni. Madankollu, jekk it-talba tkun preskritta u l-persuna obbligata tirreferi għall-perjodu ta’ limitazzjoni, il-qorti la tisma’ t-talba u lanqas tagħmel ġudizzju materjali fir-rigward tagħha.

  • Il-preskrizzjoni għal talbiet dwar tranżazzjoni hija ta' tliet snin.
  • Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal talbiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ikun ta’ għaxar snin jekk il-persuna obbligata tonqos deliberatament milli tissodisfa l-obbligi tagħha.
  • Il-preskrizzjoni għal talbiet relatati mat-trasferiment ta' proprjetà immobbli, l-iskrizzjoni ta' dritt reali fuq proprjetà immobbli, it-trasferiment jew terminazzjoni ta' dritt reali jew l-emenda tal-kontenut ta' dritt reali hija ta' għaxar snin.
  • Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal talba li tirriżulta mil-liġi huwa ta’ għaxar snin mill-mument li t-talba tkun dovuta, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi.
  • Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal talba li tirriżulta minn dannu kkawżat illegalment huwa ta’ tliet snin mill-mument li l-persuna intitolata saret jew missha saret taf bid-dannu u bil-persuna obbligata li tikkumpensa d-dannu.
  • Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal talba li tirriżulta minn arrikkiment inġust huwa tliet snin mill-mument li l-persuna intitolata saret jew missha saret taf bil-kisba tat-talba li tirriżulta minn arrikkiment inġust.
  • Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal talba għat-twettiq ta’ obbligi rikorrenti, bl-eċċezzjoni ta’ talbiet għat-twettiq ta’ obbligi ta’ manteniment tat-tfal, huwa ta’ tliet snin għal kull obbligu separat irrispettivament mill-bażi legali għat-talba.
  • Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal talba għat-twettiq tal-obbligi ta’ manteniment tat-tfal huwa ta’ għaxar snin għal kull obbligu separat.
  • Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal talbiet ta’ restituzzjoni li jirriżultaw minn dritt ta’ sjieda u għal talbiet li jirriżultaw mil-liġi tal-familja jew mil-liġi tas-suċċessjoni huwa ta’ 30 sena minn meta t-talba tkun dovuta sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi.
  • Talba ta’ restituzzjoni li tirriżulta minn dritt ta’ sjieda kontra detentur arbitrarju ma tiskadix.

Ċerti talbiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ impjieg għandhom terminu ta’ preskrizzjoni għal rikors għal qorti. Pereżempju, il-perjodu biex titressaq talba quddiem kumitat dwar it-tilwim industrijali jew qorti għar-rikonoxximent ta’ drittijiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ impjieg u l-protezzjoni ta’ drittijiet miksura huwa ta’ erba’ xhur. Kawża l-qorti jew rikors għal kumitat dwar it-tilwim industrijali għal revoka ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg jistgħu jitressqu fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tasal id-dikjarazzjoni ta’ terminazzjoni; fi żmien 30 jum kalendarju mill-wasla ta’ dikjarazzjoni ta’ terminazzjoni, impjegat jista’ jippreżenta rikors quddiem qorti jew kumitat dwar it-tilwim industrijali biex jikkontesta t-terminazzjoni bħala li tmur kontra l-prinċipju ta’ bona fide, sakemm l-impjegatur ma jkunx temm il-kuntratt minħabba ksur tal-kuntratt tal-impjieg mill-impjegat; it-terminu għall-preżentazzjoni ta’ talba għall-pagi huwa ta’ tliet snin.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Iċ-ċirkustanzi li fihom kawża tista’ tinstema’ minn qorti Estonjana huma determinati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni internazzjonali. Kawża taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti Estonjana jekk qorti Estonjana tista’ tisma’ l-kawża skont id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kompetenza u l-ġuriżdizzjoni tagħha jew abbażi ta’ ftehim dwar il-ġuriżdizzjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi jew minn ftehim internazzjonali. Il-ġuriżdizzjoni internazzjonali mhijiex ġuriżdizzjoni esklużiva, sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor mil-liġi jew minn ftehim internazzjonali. Id-dispożizzjonijiet tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Ċivili tal-Estonja (tsiviilkohtumenetluse seadustik) dwar il-ġuriżdizzjoni internazzjonali japplikaw biss sa fejn dan mhuwiex regolat b’mod ieħor minn ftehim internazzjonali jew mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin:

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali;

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000;

(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment;

(4) Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni;

(5) Ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għal Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Il-Qorti fejn tista’ titressaq kawża kontra persuna u fejn atti proċedurali oħra jistgħu jitwettqu fir-rigward ta’ persuna hija stabbilita b’ġuriżdizzjoni ġenerali, sakemm ma tkunx prevista mil-liġi li l-kawża trid titressaq quddiem qorti oħra jew li l-att jitwettaq minn qorti oħra.

Il-ġuriżdizzjoni fakultattiva tistabbilixxi l-qorti fejn jistgħu jitressqu kawżi kontra persuna u fejn jistgħu jitwettqu atti proċedurali oħra fir-rigward ta’ persuna minbarra l-ġuriżdizzjoni ġenerali.

Il-ġuriżdizzjoni esklużiva tistabbilixxi l-unika qorti li tista’ tiddeċiedi kawża ċivili. Il-ġuriżdizzjoni f’kawżi mhux kontenzjużi hija esklussiva sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi.

Taħt il-ġuriżdizzjoni ġenerali titressaq kawża kontra persuna fiżika quddiem il-qorti tal-post tar-residenza tagħha u tiġi ppreżentata kawża kontra persuna ġuridika quddiem il-qorti tas-sede tagħha. Jekk il-post ta’ residenza ta’ persuna fiżika ma jkunx magħruf, tista’ titressaq kawża kontra l-persuna quddiem il-qorti tal-aħħar post tar-residenza magħruf tagħha.

Jekk, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali, kawża ma tkunx taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti jew ġuriżdizzjoni Estonjana ma tkunx tista’ tiġi determinata u ftehim jew liġi internazzjonali ma jipprovdix mod ieħor, il-kawża tinstema’ mill-Qorti tal-Kontea ta’ Harju (Harju Maakohus) jekk:

  • il-kawża trid tinstema’ fir-Repubblika tal-Estonja skont ftehim internazzjonali;
  • ir-rikorrent ikun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew għandu residenza fl-Estonja, u r-rikorrent m’għandu l-ebda possibbiltà li jiddefendi d-drittijiet tiegħu jew tagħha fi stat barrani jew ir-rikorrent ma jistax ikun mistenni jagħmel dan;
  • il-kawża tikkonċerna l-Estonja sa punt sinifikanti minħabba raġuni oħra u r-rikorrent ma għandu l-ebda possibbiltà li jiddefendi d-drittijiet tiegħu jew tagħha fi stat barrani jew ir-rikorrent ma jistax ikun mistenni jagħmel dan.

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju tisma’ kawża ukoll jekk il-kawża taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti Estonjana iżda ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat liema qorti Estonjana jkollha ġuriżdizzjoni fil-kawża. Dan japplika wkoll jekk il-ġuriżdizzjoni Estonjana tkun ġiet miftiehma mingħajr ma jiġi speċifikat liema qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni.

Taħt il-ġuriżdizzjoni esklussiva (obbligatorja), rikorsi b’dawn l-oġġetti li ġejjin jiġu ppreżentati quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli:

  1. talba relatata mar-rikonoxximent tal-eżistenza tad-dritt ta’ sjieda, dritt reali limitat jew interess ta’ garanzija reali ieħor li jikkonċerna proprjetà immobbli, jew rikonoxximent ta’ nuqqas ta’ tali drittijiet jew impedimenti, jew talba relatata ma’ drittijiet oħra fi proprjetà immobbli;
  2. id-determinazzjoni ta’ konfini jew diviżjoni ta’ proprjetà immobbli;
  3. il-protezzjoni tal-pussess tal-proprjetà immobbli;
  4. talba ta’ dritt ta’ proprjetà li tirriżulta minn proprjetà ta’ appartament;
  5. talba relatata ma’ infurzar obbligatorju rigward proprjetà immobbli;
  6. talba li tirriżulta minn kuntratt ta’ kiri jew kuntratt ta’ kiri kummerċjali li jikkonċerna proprjetà immobbli jew kuntratt ieħor għall-użu ta’ proprjetà immobbli skont il-liġi tal-obbligi, jew mill-validità ta’ tali kuntratti.

Kawża relatata ma’ servitù, gravami jew dritt ta’ prelazzjoni fir-rigward ta’ proprjetà tiġi ppreżentata lill-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha tinsab il-proprjetà.

Taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva (obbligatorja), rikors għar-revoka ta’ terminu standard inġust jew għat-terminazzjoni u l-irtirar tar-rakkomandazzjoni tat-terminu mill-persuna li tirrakkomanda l-applikazzjoni tat-terminu jiġi ppreżentat lill-qorti tal-post tan-negozju tal-konvenut jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-qorti tar-residenza jew is-sede tal-konvenut. Jekk il-konvenut ma għandux post tan-negozju, ta’ residenza jew ta’ sede fl-Estonja, ir-rikors jitressaq quddiem il-qorti li taħt il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha ġie applikat it-terminu standard.

Rikors minn persuna ġuridika għal revoka ta’ deċiżjoni minn korp jew li tiġi ddikjarata nulla u bla effett jiġi ppreżentat taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva mal-qorti tas-sede tal-persuna ġuridika

Qorti Estonjana tista’ tisma’ kawża matrimonjali jekk:

  1. mill-inqas wieħed mill-konjuġi jkun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew kien ċittadin meta ġie ċċelebrat iż-żwieġ;
  2. iż-żewġ konjuġi jkollhom residenza fl-Estonja;
  3. wieħed mill-konjuġi jkollu residenza fl-Estonja, ħlief fejn is-sentenza li għandha tingħata ma tkunx rikonoxxuta b’mod ċar fil-pajjiż tan-nazzjonalità ta’ wieħed mill-konjuġi.

Taħt il-ġuriżdizzjoni esklussiva kawża matrimonjali biex tinstema’ minn qorti Estonjana tiġi ppreżentata fil-qorti tar-residenza konġunta tal-konjuġi u fin-nuqqas tagħha, il-qorti tar-residenza tal-konvenut. Jekk ir-residenza tal-konvenut ma tkunx fl-Estonja, il-kawża tiġi ppreżentata fil-qorti tar-residenza ta’ wild minuri konġunt tal-partijiet u, fin-nuqqas ta’ wild minuri konġunt, il-qorti tar-residenza tar-rikorrent.

Jekk il-kustodja tkun ġiet stabbilita fuq il-proprjetà ta’ persuna assenti minħabba li l-persuna għebet, jew ikun inħatar kuratur għal persuna minħabba l-kapaċità legali attiva limitata tagħha jew jekk persuna tkun ġiet ikkundannata l-ħabs, tista’ tiġi ppreżentata wkoll kawża ta’ divorzju kontra din il-persuna quddiem il-qorti tar-residenza tar-rikorrent.

Qorti Estonjana tista’ tisma’ kawża ta’ filjazzjoni jekk mill-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew mill-inqas waħda mill-partijiet ikollha residenza fl-Estonja. Kawża ta’ filjazzjoni li għandha tinstema’ minn qorti Estonjana tiġi ppreżentata taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti tar-residenza tal-minuri. Jekk ir-residenza tal-minuri ma tkunx fl-Estonja, il-kawża tiġi ppreżentata fil-qorti tar-residenza tal-konvenut. Jekk ir-residenza tal-konvenut ma tkunx fl-Estonja, il-kawża tiġi ppreżentata fil-qorti tar-residenza tar-rikorrent. L-istess japplika għall-kawżi ta’ manteniment.

Taħt il-ġuriżdizzjoni fakultattiva, kawża li tinvolvi talba ta’ proprjetà tista’ tiġi ppreżentata kontra persuna fiżika anki quddiem il-qorti tal-post tiegħu jew tagħha jekk il-persuna tibqa’ f’tali post għal perjodu ta’ żmien itwal minħabba relazzjoni ta’ impjieg jew servizz, studji jew għal raġuni oħra bħal din. Kawża relatata mal-attivitajiet ekonomiċi jew professjonali tal-konvenut tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti tal-post tan-negozju.

Persuna ġuridika bbażata fuq is-sħubija, inkluża kumpannija, jew membru, soċju jew azzjonist tagħha tista’, taħt ġuriżdizzjoni fakultattiva, tippreżenta kawża li tirriżulta minn tali sħubija jew holding kontra membru, soċju jew azzjonist tal-persuna ġuridika wkoll quddiem il-qorti tas-sede tal-persuna ġuridika.

Jekk persuna jkollha residenza jew sede fi stat barrani, kawża li tinvolvi talba ta’ proprjetà tista’, taħt ġuriżdizzjoni fakultattiva, tiġi ppreżentata wkoll kontra tali persuna quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jinsabu l-assi relatati mat-talba jew mal-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jinsabu l-assi l-oħra tal-persuna. Jekk assi ddaħħal f’reġistru pubbliku, din il-kawża tista’ tiġi ppreżentata fil-qorti tal-post tar-reġistru li fih huwa rreġistrat l-assi. Jekk l-assi huwa talba skont il-liġi tal-obbligi, din il-kawża tista’ tiġi ppreżentata fil-qorti tar-residenza jew is-sede tad-debitur. Jekk it-talba tkun garantita minn oġġett, il-kawża tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti li l-oġġett ikun jinsab fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

Rikors għall-ġbir ta’ talba garantita b’ipoteka jew b’rabta ma’ gravami fi proprjetà jew rikors ieħor bħal dan li jinvolvi talba simili jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha tinsab il-proprjetà immobbli, dment li d-debitur ikun is-sid tal-proprjetà immobbli rreġistrata li tkun garantita permezz tal-ipoteka jew soġġetta għal gravami.

Kawża kontra sid ta’ appartament li toriġina minn relazzjoni legali relatata mas-sjieda tal-appartament tista’ tiġi ppreżentata wkoll quddiem il-qorti li taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha jinsab l-appartament ikkonċernat.

Kawża li tirriżulta minn kuntratt jew kawża għal dikjarazzjoni ta’ nullità tal-kuntratt tista’ tiġi ppreżentata wkoll quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jkun se jitwettaq l-obbligu kuntrattwali kkonċernat.

Konsumatur jista’ taħt il-ġuriżdizzjoni fakultattiva jippreżenta kawża li tirriżulta minn kuntratt jew relazzjoni speċifikata fl-Artikoli 35, 46 jew 52, is-Subartikolu 208 (4), l-Artikoli 379 jew 402, is-Subartikolu 635 (4) jew l-Artikoli 709, 734 jew 866 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar l-Obbligi (võlaõigusseadus) jew kawża li tirriżulta minn kwalunkwe kuntratt ieħor konkluż ma’ impriża li għandha sede jew post ta’ negozju fl-Estonja wkoll mal-qorti tar-residenza tal-konsumatur. Dan ma japplikax għal kawżi li jirriżultaw minn kuntratti ta’ trasport.

Detentur ta’ polza, benefiċjarju jew persuna oħra intitolata li titlob il-prestazzjoni mill-assiguratur fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni jista’ taħt il-ġuriżdizzjoni fakultattiva jippreżenta kawża li tirriżulta mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni kontra l-assiguratur ukoll mal-qorti tar-residenza jew is-sede tal-persuna.

Fil-każ ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà, jew assigurazzjoni ta’ bini, proprjetà immobbli jew mobbli flimkien ma’ bini jew proprjetà immobbli, kawża kontra l-assiguratur tista’ taħt ġuriżdizzjoni fakultattiva tiġi ppreżentata wkoll quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jkun seħħ l-att jew l-event li kkawża d-dannu jew fejn ikun seħħ id-dannu.

Impjegat jista’ taħt ġuriżdizzjoni fakultattiva jippreżenta rikors li jirriżulta mill-kuntratt ta’ impjieg tiegħu wkoll quddiem il-qorti tar-residenza jew il-post tax-xogħol tiegħu.

Rikors għal kumpens għal dannu kkawżat illegalment jista’ taħt ġuriżdizzjoni fakultattiva jiġi ppreżentat wkoll lill-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha jkun seħħ l-att jew l-event li kkawża d-dannu jew il-post fejn ikun seħħ id-dannu.

Kawża li l-għan tagħha huwa l-istabbiliment tad-dritt tas-suċċessjoni, talba ta’ suċċessur kontra l-possessur tal-patrimonju, talba li tirriżulta minn kuntratt ta’ legat jew ta’ suċċessjoni jew talba għal porzjon obbligatorju jew għal diviżjoni ta’ proprjetà tista’ taħt ġuriżdizzjoni fakultattiva tiġi ppreżentata wkoll quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha l-mejjet kien residenti fil-mument tal-mewt tiegħu jew tagħha. Jekk il-mejjet kien ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja iżda fil-mument tal-mewt ma kellu l-ebda residenza fl-Estonja, din il-kawża tista’ tiġi ppreżentata wkoll quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha l-mejjet kien residenti l-aħħar fl-Estonja. Jekk il-mejjet ma kellux residenza fl-Estonja, il-kawża tista’ titressaq quddiem il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju.

Tista’ titressaq kawża kontra diversi konvenuti quddiem il-qorti tar-residenza jew is-sede ta’ wieħed mill-kokonvenuti skont l-għażla tar-rikorrent.

Jekk ikunu jistgħu jiġu ppreżentati diversi rikorsi kontra konvenut wieħed fuq il-bażi tal-istess ċirkostanzi, jistgħu jiġu ppreżentati r-rikorsi kollha quddiem il-qorti li magħha jkun jista’ jiġi ppreżentat rikors li jikkonċerna talba waħda jew uħud mit-talbiet li jirriżultaw mill-istess fatt.

Tista’ tiġi ppreżentata kontrotalba lill-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat ir-rikors, dment li l-kontrotalba ma taqax taħt il-ġuriżdizzjoni esklussiva. Dan japplika wkoll fejn, skont dispożizzjonijiet ġenerali, il-kontrotalba għandha titressaq quddiem qorti ta’ stat barrani.

Rikors minn parti terza b’talba indipendenti jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li qed tisma’ l-kawża prinċipali.

Kawża li tikkonċerna proċedimenti ta’ falliment jew falliment ta’ patrimonju kontra persuna falluta, fiduċjarju f’falliment jew membru tal-kumitat tal-falliment, inkluża kawża għall-esklużjoni ta’ proprjetà minn patrimonju ta’ falliment, tista’ tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti li ddikjarat il-falliment. Rikors biex tiġi aċċettata talba jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti li ddikjarat il-falliment.

Fallut jista’ jippreżenta wkoll kawża li tikkonċerna l-proprjetà ta’ falliment, inkluża rikors għall-irkupru, quddiem il-qorti li ddikjarat il-falliment.

Jekk tippreżenta rikors ma’ qorti differenti minn dik tal-ġuriżdizzjoni ġenerali tal-konvenut, trid tiġġustifika dan lill-qorti.

Jekk kawża tkun tista’ fl-istess ħin taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ diversi qrati Estonjani, ir-rikorrent ikollu d-dritt li jagħżel il-qorti biex jippreżenta r-rikors. F’dak il-każ, il-kawża tinstema’ mill-qorti li kienet l-ewwel li rċeviet it-talba għal rikors.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Fl-Estonja, il-ġuriżdizzjoni ma tiġix determinata min-natura tal-kawża jew mill-valur konċernat.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-partijiet (ir-rikorrent, il-konvenut, il-parti terza) jistgħu jipparteċipaw fil-proċedimenti personalment jew permezz ta’ rappreżentant b’kapaċità ġuridika attiva fi proċedimenti ċivili Il-parteċipazzjoni personali f’kawża ma ċċaħħadx lil parti waħda fil-proċedimenti mid-dritt li jkollha rappreżentant jew konsulent fil-kawża.

Il-kapaċità ġuridika attiva fi proċedimenti ċivili tfisser il-kapaċità ta’ persuna li teżerċita drittijiet proċedurali ċivili u twettaq obbligi proċedurali ċivili fil-qorti permezz tal-azzjonijiet tagħha. Persuna ta’ mill-inqas 18 sena tgawdi minn kapaċità ġuridika attiva sħiħa. Persuni b’kapaċità ġuridika limitata wkoll m’għandhomx kapaċità ġuridika attiva fi proċedimenti ċivili, sakemm ir-restrizzjoni ta’ kapaċità ġuridika attiva ta’ adult ma tkunx relatata mal-eżerċizzju ta’ drittijiet proċedurali ċivili u t-twettiq ta’ obbligi proċedurali ċivili. Minuri ta’ mill-anqas 15-il sena għandu d-dritt li jipparteċipa fil-proċedimenti flimkien mar-rappreżentant legali tiegħu.

Rappreżentant kuntrattwali fil-qorti jista’ jkun avukat jew kwalunkwe persuna oħra li tkun kisbet mill-inqas Grad ta’ Masters rikonoxxut mill-istat fil-qasam tal-liġi, kwalifika korrispondenti skont it-tifsira tas-Subartikolu 28 (22) tal-Att dwar l-Edukazzjoni tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRepubblika tal-Estonja (Eesti Vabariigi haridusseadus) jew kwalifika barranija korrispondenti.

Persuna ġuridika tkun rappreżentata fil-qorti minn membru tal-bord maniġerjali tagħha jew minn korp li jissostitwixxi l-bord ta’ ġestjoni (rappreżentant legali) sakemm il-liġi jew l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha ma jipprevedux dritt konġunt ta’ rappreżentanza. Il-membru tal-bord maniġerjali jista’ jiddelega t-trattament tal-kawża fil-qorti lil rappreżentant kuntrattwali. L-eżistenza ta’ tali rappreżentant ma tippreġudikax il-parteċipazzjoni tar-rappreżentant legali, jiġifieri membru tal-bord ta’ tmexxija tal-persuna ġuridika fil-proċedimenti.

Rappreżentant għal persuna jinħatar bil-qorti fejn il-liġi tkun teħtieġ hekk.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Rikors għandu jindika l-isem tal-qorti li quddiemha huwa maħsub li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni. Rikors jista’ jiġi ppreżentat ukoll b’mod elettroniku permezz tal-portal disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-toimik.ee/ permezz ta’ lloggjar fis-sistema b’karta tal-identità. Rikors jista’ jiġi ppreżentat ukoll b’mod elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-faks jew billi jintbagħat fl-indirizz elettroniku magħżul għal skop bħal dan. Meta tippreżenta rikors il-qorti personalment, dan għandu jitressaq fl-uffiċċju tat-tribunal rilevanti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-proċedimenti quddiem il-qrati u l-proċeduri amministrattivi fil-qrati jsiru bil-lingwa Estonjana. Ir-rikors irid jitressaq bil-lingwa Estonjana u bil-miktub. Rikors irid jitressaq quddiem qorti f’format iffirmat; jista’ jiġi ppreżentat ukoll f’format diġitalment iffirmat permezz tal-portal disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-toimik.ee/ billi tilloggja permezz tal-karta tal-identità, jew tista’ tintbagħat bil-posta elettronika f’format iffirmat b’mod diġitali. Talba għal rikors tista’ tintbagħat biss permezz ta’ fakas jew posta elettronika f’format li ma jiġix iffirmat b’mod diġitali jekk rikors iffirmat jiġi ppreżentat quddiem il-qorti kemm jista’ jkun malajr.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma hemm l-ebda formola standard għar-rikorsi. Ir-rikorsi jridu jindikaw dan li ġej:

  • l-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-parteċipanti fil-proċedimenti u ta’ kwalunkwe rappreżentant;
  • l-isem tal-qorti;
  • it-talba espressa b'mod ċar tar-rikorrent (is-suġġett tal-kawża);
  • iċ-ċirkostanzi fattwali li jikkostitwixxu l-bażi għall-kawża (il-bażi għall-kawża);
  • evidenza li turi ċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu l-kawża tar-rikors, u referenza speċifika għall-fatti li r-rikorrent jixtieq jipprova ma’ kull biċċa evidenza;
  • jekk ir-rikorrent jaqbilx mal-kawża li tiġi riveduta fi proċedimenti bil-miktub jew jekk iridx li l-kawża tinstema’ f’seduta tal-qorti;
  • il-valur tal-kawża sakemm ir-rikors ma jkunx qed ifittex li jikseb il-ħlas ta’ somma speċifika ta’ flus;
  • lista ta’ annessi mar-rikors;
  • il-firma jew, għal dokument trażmess b’mod elettroniku, firma diġitali tal-parteċipant fi proċedimenti jew tar-rappreżentant tiegħu.

Jekk ir-rikorrent jixtieq li l-kawża tinstema' fi proċedura dokumentarja, ir-rikorrent irid jindika din ix-xewqa fir-rikors.

Jekk ir-rikorrent ikun irrappreżentat fil-proċedimenti minn rappreżentant, il-kawża trid tistabbilixxi wkoll id-dettalji tar-rappreżentant. Jekk ir-rikorrent irid ikun assistit fi proċedimenti minn interpretu jew traduttur, ir-rikorrent irid jindika dan fir-rikors u jniżżel, jekk possibbli, id-dettalji tal-interpretu jew tat-traduttur.

Jekk tippreżenta rikors ma’ qorti differenti minn dik tal-ġuriżdizzjoni ġenerali tal-konvenut, trid tiġġustifika dan lill-qorti.

Minbarra l-informazzjoni speċifikata hawn fuq, ir-rikorsi f’kawża ta’ divorzju jridu jindikaw ukoll l-ismijiet u d-dati tat-twelid tat-tfal minorenni konġunti tal-konjuġi, tal-persuna li tmantni u trabbi t-tfal u tal-persuna li magħha jirrisjiedu t-tfal, kif ukoll proposta dwar id-drittijiet tal-ġenituri u t-trobbija tat-tfal wara d-divorzju.

Jekk rikorrent jew konvenut ikun persuna ġuridika mdaħħla f’reġistru pubbliku, tiġi annessa mar-rikors traskrizzjoni tal-kard tar-reġistru, silta mir-reġistru jew ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, sakemm il-qorti ma tkunx tista’ tivverifika tali data mir-reġistru b’mod indipendenti. Fil-każ ta’ persuni ġuridiċi oħra, iridu jiġu pprovduti provi oħra dwar l-eżistenza u l-kapaċità ġuridika tagħhom.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Tiġi imposta tariffa tal-istat għar-reviżjoni ta’ petizzjoni, appell jew rikors. Ir-rati tat-tariffi tal-istat jew jiddependu fuq il-valur tal-kawża ċivili (fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAnness 1 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Tariffi tal-Istat (riigilõivuusdus)) jew huma stabbiliti bħala somom speċifiċi soġġetti għat-tip ta’ talba. Ma tiġix imposta tariffa tal-istat biex issir seduta ta’ smigħ ta’ rikors għal għajnuna legali, meta tiġi ppreżentata talba għal remunerazzjoni ta’ pagi jew għal manteniment u f’kawżi oħra previsti mill-Att dwar it-Tariffi tal-Istat.

Titħallas tariffa tal-istat qabel ma tintalab l-eżekuzzjoni ta’ att. Qabel ma titħallas it-tariffa tal-istat, ir-rikors ma jiġix trażmess lill-konvenut jew ma jitkomplewx proċeduri oħra li jirriżultaw minn att li għalih tkun qed tiġi imposta tariffa tal-istat. Jekk it-tariffa tal-istat ma titħallasx kollha, il-qorti tagħti lir-rikorrent limitu ta’ żmien li fih għandu jħallas l-ammont sħiħ. Jekk it-tariffa tal-istat ma titħallasx sad-data dovuta, ir-rikors ma jiġix aċċettat għal reviżjoni. Jekk l-ammont tat-tariffa tal-istat imħallsa għal talba aċċettata għal reviżjoni jkun inqas minn dak preskritt mil-liġi, il-qorti tkun teħtieġ il-ħlas tat-tariffa tal-istat fl-ammont preskritt mil-liġi. Jekk ir-rikorrent jonqos milli jħallas it-tariffa tal-istat sad-data stipulata mill-qorti, il-qorti ma tismax il-kawża sal-limitu korrispondenti tat-talba.

Mal-ħlas ta’ tariffa tal-istat, l-att li għalih titħallas it-tariffa tal-istat irid jiġi indikat fid-dokument ta’ pagament. Jekk titħallas tariffa tal-istat għal persuna oħra, l-isem ta’ dik il-persuna jiġi indikat ukoll. Jekk wara li jitressaq rikors, il-qorti titlob il-ħlas ta’ tariffa tal-istat addizzjonali, in-numru ta’ referenza stabbilit mill-qorti jrid jiġi indikat ukoll meta titħallas it-tariffa tal-istat permezz ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

L-ispejjeż neċessarji u raġonevoli ta’ rappreżentant kuntrattwali huma ġeneralment ordnati li jitħallsu mill-parti li kontriha tkun inqatgħet is-sentenza. Sabiex jingħata kumpens għall-ispejjeż ta’ rappreżentant kuntrattwali, il-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż ma għandux ikun evidenzjat; fattura maħruġa għall-provvista ta’ servizzi legali hija biżżejjed biex wieħed jirċievi kumpens. Il-kodiċi ta’ Proċedura Ċivili ma jirregolax il-pagament li għandu jsir lil rappreżentant kuntrattwali qabel id-diviżjoni u d-determinazzjoni tal-ispejjeż proċedurali mill-qorti; dan għandu jiġi miftiehem bejn il-fornitur tas-servizzi legali u l-persuna li għandha tkun rappreżentata fil-kuntratt għal servizzi legali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

L-għajnuna legali tingħata lil parteċipant fi proċedimenti li huwa persuna fiżika u li, fil-ħin tal-preżentazzjoni tar-rikors għal għajnuna legali, ikollu residenza fir-Repubblika tal-Estonja jew fi Stat Membru ieħor tal-UE jew ikun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew Stat Membru ieħor tal-UE. Ir-residenza tiġi ddeterminata abbażi tal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Parteċipanti oħra fi proċedimenti li huma persuni naturali jingħataw għajnuna legali biss jekk din tkun prevista minn ftehim internazzjonali.

L-għajnuna legali tingħata lill-persuna li titlobha jekk:

  • il-persuna li tkun qed titlob l-għajnuna legali ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż proċedurali minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha jew tkun tista’ tħallas dawk l-ispejjeż biss parzjalment jew bin-nifs; u
  • ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jemmen li l-proċeduri maħsuba se jkunu ta’ suċċess.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedimenti hija preżunta li tkun suċċess jekk ir-rikors li għall-preżentazzjoni tiegħu tintalab l-għajnuna legali jistabbilixxi r-raġunijiet b’mod legalment konvinċenti u l-fatti jsostnu dan. L-importanza tal-kawża għall-persuna li titlob l-għajnuna legali titqies ukoll meta jiġi evalwat is-suċċess tal-parteċipazzjoni tal-persuna fil-proċedimenti.

Persuna fiżika ma tingħatax għajnuna legali jekk:

(1) l-ispejjeż proċedurali ma jiġux preżunti li jaqbżu d-doppju tad-dħul medju fix-xahar tal-persuna li tkun qed titlob l-għajnuna legali kkalkulat fuq il-bażi tad-dħul medju fix-xahar tal-aħħar erba’ xhur qabel il-preżentazzjoni tar-rikors mingħajr kwalunkwe taxxa u ħlas obbligatorju ta’ assigurazzjoni, l-ammonti preskritti biex jiġi ssodisfat obbligu ta’ manteniment li jirriżulta mil-liġi u l-ispejjeż raġonevoli għall-akkomodazzjoni u t-trasport;

(2) il-persuna li titlob l-għajnuna legali tkun tista’ tkopri l-ispejjeż proċedurali mill-assi eżistenti li jistgħu jinbiegħu mingħajr xi diffikultajiet kbar u li fir-rigward tagħhom tkun tista’ ssir talba għall-ħlas skont il-liġi;

Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, l-assoċjazzjonijiet jew il-fondazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ biss li ddaħħlu fil-lista ta’ assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jibbenefikaw minn inċentivi tat-taxxa fuq id-dħul jew assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li huma ugwali għalihom li għandhom sede fl-Estonja jew fi Stat Membru ieħor tal-UE għandhom id-dritt li japplikaw għal għajnuna legali sabiex jilħqu l-objettivi tagħhom, dment li r-rikorrenti jagħtu prova li qed japplikaw għal għajnuna legali fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali jew tal-konsumatur jew fi kwalunkwe interess pubbliku predominanti ieħor sabiex tiġi evitata ħsara potenzjali għad-drittijiet protetti legalment ta’ għadd kbir ta’ persuni u dment li ma jistgħux jiġu preżunti li jkopru l-ispejjeż mill-assi tagħhom jew li huma kapaċi jħallsu għal tali spejjeż biss parzjalment jew f’pagamenti bin-nifs. L-għajnuna legali li persuni ġuridiċi Estonjani oħra jistgħu japplikaw għaliha hija rilaxx sħiħ jew parzjali mill-ħlas ta’ tariffa tal-istat fuq l-appell. Persuni ġuridiċi barranin oħra jingħataw għajnuna legali biss fuq il-bażi ta’ ftehim internazzjonali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Kawża titqies li tressqet meta tasal quddiem il-qorti. Dan japplika biss jekk il-kawża tiġi nnotifikata lill-konvenut f'data ulterjuri. Jekk il-qorti tirrifjuta li taċċetta r-rikors għal reviżjoni, il-qorti ma tinnotifikax il-kawża lill-konvenut.  Jekk ir-rikors jikkonforma mar-rekwiżiti statutorji, il-qorti tieħu deċiżjoni u tilqgħu għar-reviżjoni. Jekk ir-rikors ma jikkonformax mar-rekwiżiti, il-qorti tagħti data ta’ skadenza lir-rikorrent biex jikkoreġih. Il-qorti tieħu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni tar-rikors għal reviżjoni jew dwar ir-rifjut li jsir dan jew dwar l-għoti ta’ skadenza għall-korrezzjoni fi żmien raġonevoli.  Il-qorti tinforma lir-rikorrent bl-aċċettazzjoni tar-rikors għal reviżjoni.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-qorti tinnotifika lill-parteċipant bil-progress tal-proċedimenti permezz ta’ deċiżjonijiet amministrattivi. Permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva, il-qorti tistabbilixxi skadenza għall-konvenut biex iwieġeb, u li tinforma wkoll lill-konvenut li r-rikors għal reviżjoni jkun intlaqa’.

L-aħħar aġġornament: 02/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Irlanda

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Li tmur il-qorti ħafna drabi tkun l-aħħar soluzzjoni meta jkunu fallew tentattivi oħrajn sabiex tissolva tilwima. Alternattiva għall-qorti hija li tuża proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. (Ara l-Iskeda Informattiva dwar "Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim").

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini għat-tressiq ta’ azzjoni fil-qorti jvarjaw skont il-każ. Din il-kwistjoni tat-termini tista’ tiġi ċċarata ma’ konsulent legali jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaf’uffiċċju ta’ informazzjoni liċ-ċittadini dwar l-aċċess għal-liġi.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara l-Iskeda Informattiva dwar "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Fil-qrati inferjuri (jiġifieri l-Qrati taċ-Ċirkwit u l-Qrati Distrettwali), il-qorti xierqa fejn għandek tressaq pretensjoni tiġi ddeterminata mill-post fejn il-konvenut jew wieħed mill-konvenuti normalment ikun jirrisjedi jew iwettaq kwalunkwe professjoni, negozju jew mestier. Fil-biċċa l-kbira tal-kawżi, id-Distrett jew iċ-Ċirkwit xieraq huwa dak fejn allegatament ikun sar il-kuntratt; f’kawżi ta’ delitt, fejn allegatament ikun twettaq id-delitt; fi proċedimenti tal-familja, fejn ikun jirrisjedi l-attur; u, f’kawżi li jirrigwardaw kirja jew titolu għal proprjetà immobbli, fejn ikunu jinsabu l-bini jew l-artijiet li huma s-suġġett ta’ dawn il-proċedimenti.

Għal aktar dettalji dwar il-ġuriżdizzjonijiet tal-qrati, jekk jogħġbok ara l-Iskeda Informattiva dwar "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati"

Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati tal-Irlanda jipprovdi informazzjoni dwar l-istruttura tal-qrati. Huwa jippubblika wkoll ktejjeb intitolat Explaining the Courts għall-informazzjoni pubblika. Aktar dettalji dwar is-sistema tal-qrati huma disponibbli wkoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Bord ta’ Informazzjoni liċ-Ċittadini.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Il-qorti xierqa fejn għandek tressaq pretensjoni tiġi ddeterminata min-natura (kuntratt, delitt, eċċ.) u l-valur tagħha.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Iskeda Informattiva dwar "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Mhux dejjem ikun meħtieġ li jintuża intermedjarju, huwa f’idejk li tiddeċiedi u dan se jkun jiddependi fuq il-kumplessità tal-kawża tiegħek. Jekk tiddeċiedi li tuża intermedjarju, trid tuża avukat.  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaThe Law Society hija l-korp li jakkredita u jirregola l-professjoni tal-avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors irid jiġi ddepożitat fl-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati xieraq, skont l-ammont ta’ kumpens li tkun qed titlob (għal aktar dettalji dwar il-qorti xierqa, jekk jogħġbok ara l-Iskeda Informattiva "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati"). L-uffiċċji tas-Servizz tal-Qrati jinstabu madwar l-Irlanda kollha, u d-dettalji tal-indirizzi u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom jinsabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fl-Irlanda, ir-rikors jista’ jsir bl-Ingliż jew bl-Irlandiż. Ir-rikors irid isir fuq formola speċjali, li tkun speċifika għall-ġuriżdizzjoni li fiha tagħmel il-pretensjoni tiegħek. Ir-rikors ma jistax jintbagħat b’faks jew bil-posta elettronika, iżda jrid jiġi ppreżentat personalment fl-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati xieraq. Ir-rikors ma jistax isir bil-fomm.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Hemm formoli speċjali għat-tressiq tal-azzjonijiet, li ħafna minnhom jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u l-bqija jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafir-Regoli tal-Qorti. Dawn il-formoli jindikaw liema elementi jridu jiġu inklużi fil-fajl. Tista’ tintalab xi gwida limitata mingħand uffiċjali fis-Servizz tal-Qrati, iżda dawn l-uffiċjali jistgħu jagħtu biss informazzjoni proċedurali, minħabba li ma jistgħux jagħtu pariri fuq il-merti ta’ pretensjoni jew jirrakkomandaw kif għandha tiġi pproċessata.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Id-drittijiet tal-qorti, magħrufa wkoll bħala tariffi tal-qorti, għandhom jitħallsu fuq ħafna tipi ta’ rikors. It-tariffi jridu jitħallsu meta jiġi ddepożitat ir-rikors fl-Uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati xieraq. Id-dettalji tat-tariffi differenti jinsabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati. Il-ħlasijiet lil avukat, jekk tuża wieħed, huma differenti, u mhumiex kwistjoni għas-Servizz tal-Qrati. Jekk tagħti struzzjonijiet lil avukat, dan jagħtik parir dwar l-ammont tat-tariffa li tiġi imposta u meta għandha titħallas.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara l-Iskeda Informattiva dwar "L-Għajnuna Legali".

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Azzjoni titressaq b’mod uffiċjali meta tinħareġ il-pretensjoni mill-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati. Skont il-ġuriżdizzjoni li fiha tressaq il-pretensjoni tiegħek, din ma tistax tinħareġ qabel ma tiġi nnotifikata lill-parti l-oħra. Fil-Qorti għal Talbiet Żgħar, ir-reġistratur tal-qorti jibgħat il-pretensjoni tiegħek lill-parti l-oħra. Fi qrati oħrajn, ikollok tinnotifika l-pretensjoni inti stess jew inkella tqabbad intermedjarju sabiex jagħmel dan għalik. Tista’ ssir taf fl-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati fejn iddeċidejt li tagħmel il-pretensjoni tiegħek. L-uffiċjali tas-Servizz tal-Qrati jgħarrfuk jekk ma tkunx issodisfajt il-ħtiġijiet proċedurali kollha sabiex tiddepożita l-pretensjoni tiegħek, iżda huwa f’idejn l-imħallef li jiddeċiedi jekk il-kawża tiegħek hijiex ippreżentata kif suppost.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli ta’ kull qorti jispeċifikaw it-termini u tista’ tiċċekkja din l-informazzjoni mal-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati fejn tiddepożita l-pretensjoni tiegħek

L-aħħar aġġornament: 08/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Greċja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Tabilħaqq, jista’ jkun xieraq li jintużaw "metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim". Ara s-suġġett rilevanti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Hemm perjodi ta’ limitazzjoni differenti għat-tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qorti, skont il-każ. Id-dettalji dwar il-limitazzjoni rigward it-tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qorti jistgħu jiġu pprovduti minn konsulent legali jew uffiċċju ta’ pariri għaċ-ċittadini.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara "Il-qrati kompetenti".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara "Il-qrati kompetenti - Il-Greċja"

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara "Il-qrati kompetenti - Il-Greċja".

Il-proċedura li trid tiġi segwita għat-tressiq ta’ azzjoni legali.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

L-azzjoni trid titressaq minn avukat, ħlief fil-każijiet li ġejjin: (1) kawżi mressqa quddiem qorti ċivili distrettwali (Irinodikio), (2) rimedji provviżorji, (3) sabiex jiġi evitat periklu imminenti (l-Artikolu 94(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) u (4) il-proċedimenti tax-xogħol imwettqa quddiem il-qorti tal-prim’istanza bi mħallef jew maġistrat wieħed (Monomelos Protodikio) jew il-qorti ċivili distrettwali (l-Artikolu 665(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Għalhekk, bħala regola ġenerali, għandu jkun hemm rappreżentant legali preżenti. Hemm ċerti proċeduri, pereżempju, rimedji provviżorji, tilwim minuri, tilwim industrijali, eċċ., li fihom il-persuna kkonċernata tista’ tidher għan-nom tagħha stess.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Sabiex tinbeda kawża fil-qorti, irid jiġi ppreżentat rikors lir-reġistru tal-qorti kompetenti. Sabiex tfassal l-azzjoni, il-persuna kkonċernata għandha tikkuntattja avukat, li jippreżentaha lir-reġistru tal-qorti kompetenti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

(a) Ir-rikors irid isir biss bil-Grieg;

(b) bħala regola ġenerali, irid isir bil-miktub. Huwa jista’ jiġi ppreżentat verbalment lil qorti ċivili distrettwali jekk ma jkunx hemm avukati maħtura jew konsulenti legali lokali mhux liċenzjati (dikolavoi) fil-post fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha. F’dak il-każ, għandu jitfassal rapport (l-Artikoli 111, 115 u 215(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili); u

(ċ) ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat ukoll b’mod elettroniku, diment li jkun ġie ffirmat b’firma elettronika avvanzata (l-Artikoli 117(2) u 119(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili; id-Digriet Presidenzjali 25/2012).

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma hemm ebda formola speċjali sabiex titressaq azzjoni. Il-fajl jinkludi l-azzjoni, fejn meħtieġ (dan mhuwiex obbligatorju għall-qrati ċivili distrettwali u l-miżuri ta’ prekawzjoni) u meta l-evidenza bil-miktub tiġi ppreżentata mill-parti fil-kawża.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-imposti tal-qorti jitħallsu kif ġej: Il-parti fil-kawża għandha tkopri l-ispejjeż u l-imposti rilevanti. B’hekk, il-pretendent għandu jħallas it-taxxa tal-boll, it-taxxa tal-boll tal-qorti u t-tariffi għad-diversi fondi (pereżempju; il-Fond tal-Avukati [TN], il-Fond tal-Benesseri tal-Avukati ta’ Ateni [TPDA], eċċ.), li jitħallsu meta tiġi ddepożitata l-azzjoni. Meta u kif għandu jitħallas l-avukat jiġi miftiehem mal-parti fil-kawża.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Iva tista’, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 194-204 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż tal-qorti mingħajr ma tikkomprometti l-għajxien tagħha u dak tal-familja tagħha). Huma meħtieġa d-dokumenti li ġejjin: (1) Ċertifikat mis-sindku jew mill-president tal-komunità fejn jgħix il-pretendent, rigward l-istatus professjonali, finanzjarju u tal-familja tiegħu, u (2) ċertifikat mill-kap tal-eżattorija tal-post fejn jgħix il-pretendent, dwar jekk huwa ppreżentax dikjarazzjoni tat-taxxa fl-aħħar tliet snin għat-taxxa fuq l-introjtu jew għal kwalunkwe taxxa diretta oħra, kif ukoll verifika tal-preċiżjoni tad-dikjarazzjoni tat-taxxa.

Il-passi sussegwenti li jridu jittieħdu b’konnessjoni mal-azzjoni.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

L-azzjoni titqies bħala li tressqet meta tiġi ppreżentata lir-reġistru tal-qorti li tkun indirizzata lilha u meta tiġi nnotifikata kopja tagħha lill-konvenut (l-Artikolu 215 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). It-tfassil u l-preżentazzjoni ta’ rapport jikkostitwixxu konferma li l-azzjoni tressqet. Malli tiġi ppreżentata l-azzjoni lill-qorti kompetenti, jitfassal att ta’ preżentazzjoni u tiġi stabbilita data tas-seduta ta’ smigħ, sabiex il-pretendent jiġi pprovdut bid-dettalji tal-preżentazzjoni.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Id-data tas-smigħ tal-azzjoni tiġi stabbilita mir-reġistru tal-qorti kompetenti u l-parti fil-kawża tiġi mħarrka għal kull sessjoni sussegwenti tal-qorti jew għal kull att meħud matul il-kawża. Kwalunkwe parti fil-kawża għandha d-dritt li tħaffef is-seduta ta’ smigħ. Tingħata wkoll gwida mill-avukat awtorizzat.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-mistoqsijiet kollha, il-preżenza ta’ avukat hija obbligatorja f’qorti tat-tieni istanza, jiġifieri qorti tal-appell, anki jekk il-preżenza ta’ rappreżentant legali ma kinitx obbligatorja fil-qrati tal-prim’istanza msemmija hawn fuq f’dawn il-kawżi partikolari (l-ewwel mistoqsija). Naturalment, dan japplika wkoll għall-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Suprema Ċivili u Kriminali tal-Greċja (Arios Pagos).

L-aħħar aġġornament: 24/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Kif tipproċedi? - Spanja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

It-tilwim jista’ jiġi solvut mingħajr ma tmur il-qorti permezz tal-medjazzjoni – ara “Medjazzjoni fil-pajjiżi tal-UE - Spanja”.

Il-partijiet jistgħu jfittxu wkoll il-medjazzjoni wara li jkunu nbdew il-proċedimenti legali.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-terminu għat-tressiq ta’ kawża fil-qorti jvarja skont il-każ. Il-kwistjoni tat-termini jew tal-perjodi ta’ preskrizzjoni hija legalment kumplessa u l-aħjar parir li tista’ tingħata huwa li tikkonsulta avukat jew ċentru legali li jipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja.

Bħala regola ġenerali u għal skopijiet illustrattivi biss:

  1. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-pretensjonijiet għal djun kuntrattwali huwa ta’ ħames snin.
  2. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għat-talbiet għal danni mhux kuntrattwali huwa ta’ sena.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Jekk tagħżel li ssolvi t-tilwima permezz tal-qrati, mela trid tmur f’qorti f’dan l-Istat Membru.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Jekk jogħġbok ara r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni fuq “Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli - Spanja”.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Jekk jogħġbok ara r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni fuq “Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli - Spanja”.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Bħala regola ġenerali, sabiex tmur il-qorti fi Spanja, jeħtieġ li tqabbad:

  1. rappreżentant proċedurali tal-qorti (procurador), u
  2. avukat li jaġixxi għalik fil-qorti.

Ma huwiex meħtieġ li tqabbad lil dawn il-prattikanti fil-każijiet li ġejjin:

  1. Meta l-ammont li tkun qed titlob ma jaqbiżx l-EUR 2 000.
  2. Sabiex tippreżenta rikors skont proċedura rapida speċjali magħrufa bħala “proċedura ta’ ordni ta’ ħlas” (monitorio), dment li tipprovdi evidenza dokumentarja tad-dejn. F’dawn il-każijiet, ma hemm ebda limitu fuq l-ammont tal-pretensjoni.
  3. Sabiex tapplika għal miżuri urġenti qabel jibdew il-proċedimenti. Dan ikopri miżuri provviżorji fi proċedimenti ta’ annullament, separazzjoni jew divorzju. Il-miżuri huma maħsuba sabiex jindirizzaw l-aktar ħtiġijiet personali u finanzjarji urġenti tal-konjuġi u t-tfal tagħhom, meta wieħed mill-konjuġi jkollu l-ħsieb li jressaq proċedimenti ta’ annullament, separazzjoni jew divorzju (l-intervent ta’ dawn l-individwi professjonisti jkun meħtieġ għad-dokumentazzjoni bil-miktub u l-azzjonijiet sussegwenti kollha).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikorsi jridu jiġu ppreżentati lir-Reġistru tal-Qorti għall-post inkwistjoni. Ir-rikorsi jiġu ttrattati minn:

  1. l-Iskrivan tal-Qorti responsabbli għar-Reġistru u s-servizzi komuni ġenerali, jew
  2. l-uffiċjal tar-Reġistru maħtur sabiex jaġixxi taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà tal-Iskrivan.

L-Iskrivani tal-qorti u l-uffiċjali maħtura minnhom huma l-uniċi persuni li jistgħu jikkonfermaw id-data u l-ħin li fihom ġew ippreżentati t-talbiet, l-atti promoturi u kwalunkwe dokument ieħor li hemm termini obbligatorji għalihom.

It-talbiet ċivili jew kummerċjali ma jistgħux jiġu ppreżentati lil xi korp pubbliku ieħor, inkluż lill-maġistrat tal-għassa.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fil-prinċipju, l-Ispanjol irid jintuża fil-proċedimenti tal-qorti. F’dawk il-Komunitajiet Awtonomi li għandhom il-lingwa tagħhom (il-Katalonja, Valenzja, il-Gżejjer Baleariċi, il-Galizja u l-Pajjiż Bask), tista’ tintuża wkoll dik il-lingwa.

Kwalunkwe persuna oħra li tieħu sehem fil-proċedimenti tista’ tuża l-Ispanjol jew il-lingwa tal-Komunità Awtonoma fejn ikunu qegħdin isiru l-proċedimenti, kemm f’dokumenti bil-miktub kif ukoll fi proċedimenti orali. Jekk xi ħadd ma jkunx jista’ jifhem il-lingwa tal-Komunità Awtonoma, il-qorti taħtar interpretu sabiex jipprovdi traduzzjoni għall-Ispanjol. Ħatra bħal din issir jew fejn stipulat mil-liġi jew inkella fuq talba mill-persuna li titlob iċ-ċaħda ta’ proċess ġust. Jekk xi ħadd, minbarra parti, jagħti xhieda f’lingwa differenti minħabba li ma jafx jitkellem bl-Ispanjol jew bil-lingwa tal-Komunità Awtonoma, il-parti li tipproponi dik ix-xhieda tkun responsabbli sabiex tipprovdi interpretu.

Il-proċedimenti jridu dejjem jinbdew bil-miktub f’dokument magħruf bħala “talba” (demanda), li huwa dokument sempliċi għall-każijiet ta’ taħt l-EUR 2 000. Dan irid ikun fih l-informazzjoni li ġejja:

  1. id-dettalji personali u l-indirizz tar-rikorrent, kif ukoll id-dettalji personali u l-indirizz tal-parti l-oħra, meta jkunu magħrufa, u
  2. x’qiegħed jitlob eżattament ir-rikorrent mingħand il-parti l-oħra.

Il-persuni li ma jkunux se jqabbdu rappreżentant proċedurali tal-qorti jistgħu jagħżlu jekk jittrattawx mal-qrati b’mod elettroniku jew le. Huma jistgħu jbiddlu l-metodu magħżul minnhom fi kwalunkwe ħin.

Il-ġuristi kollha huma mitluba jużaw is-sistemi ta’ preżentazzjoni elettronika jew mill-bogħod tal-qrati sabiex jippreżentaw kemm ir-rikors inizjali u d-dokumenti tat-talba sussegwenti, kif ukoll dokumenti oħrajn, bil-għan li jiżguraw li l-preżentati jkunu ġenwini u biex jipprovdu rekord affidabbli li d-dokumenti ntbagħtu u waslu kollha, kif ukoll id-data li fiha ntbagħtu u waslu.

L-organizzazzjonijiet u l-individwi li ġejjin huma wkoll meħtieġa li jittrattaw mal-qrati b’mod elettroniku:

  1. persuna ġuridika;
  2. entitajiet mingħajr personalità ġuridika;
  3. professjonisti li jaħdmu f’oqsma li jirrikjedu reġistrazzjoni f’organizzazzjoni professjonali għal kwalunkwe formalità u azzjoni li jwettqu mas-Servizzi tal-Qrati meta jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom;
  4. nutara u reġistraturi;
  5. rappreżentanti ta’ parti kkonċernata li jeħtiġilhom jittrattaw b’mod elettroniku mas-Servizz tal-Qrati; u
  6. uffiċjali tal-amministrazzjoni pubblika għal kwalunkwe azzjoni u pass li jwettqu minħabba l-pożizzjoni tagħhom.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Jeżistu formoli standard u dokumenti stampati għall-preżentata ta’ talbiet għal ammonti li ma jaqbżux l-EUR 2 000 kif ukoll għall-pretensjonijiet ippreżentati skont proċedura speċjali magħrufa bħala “proċedura ta’ ordni ta’ ħlas”. Ma hemm ebda limitu fuq l-ammont li jista’ jintalab skont il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas, iżda trid tipprovdi evidenza dokumentarja tad-dejn.

Dawn il-formoli (flimkien mal-gwidi tal-utenti) huma disponibbli fuq l-internet fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJuicio-Verbal (għal talbiet żgħar)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJuicio Monitorio (għall-proċedura speċjali)

Huma wkoll disponibbli għall-pubbliku fir-Reġistri tal-Qrati u fis-Servizzi Ċentrali għal kull distrett tal-qorti.

Għat-talbiet li ma jaqbżux l-EUR 2 000, dan huwa dokument sempliċi ħafna. Kulma jrid ikun fih huma d-dettalji personali tar-rikorrent, id-dettalji personali tal-parti l-oħra, meta jkunu magħrufa, u deskrizzjoni preċiża ta’ dak li qiegħed jitlob ir-rikorrent.

Għat-talbiet ta’ aktar minn EUR 2 000, id-dokument huwa aktar ikkumplikat u jrid jitfassal minn avukat minħabba li jrid jinkludi deskrizzjoni tal-fatti tal-każ, ir-raġunijiet legali għat-talba u lista f’ordni li tidentifika b’mod ċar id-dokumenti u evidenza oħra ppreżentata.

Fiż-żewġ każijiet, it-talba inizjali trid tkun akkumpanjata mill-evidenza dokumentarja kollha ta’ appoġġ għat-talba, flimkien ma’ kwalunkwe rapport ta’ xhieda esperti jew evidenza oħra relatata mal-każ. B’mod ġenerali, dawn id-dokumenti ma jistgħux jiġu ppreżentati f’data aktar tard, ħlief f’każijiet speċjali ħafna.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-individwi ma għandhomx bżonn iħallsu tariffa.

L-entitajiet ġuridiċi (kumpaniji, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet) iridu jħallsu tariffa sabiex iressqu talba fil-qrati ċivili, kummerċjali jew amministrattivi kontenzjużi u sabiex jappellaw kontra sentenza mogħtija fil-qrati soċjali. Ma titħallas l-ebda tariffa fil-qrati kriminali. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTasas judiciales (tariffi tal-qorti)

Fil-Komunità Awtonoma ta’ Katalonja, l-entitajiet ġuridiċi (iżda mhux l-individwi) iridu jħallsu tariffa:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaComunidad Autónoma de Cataluña - Tasa (Komunità Awtonoma ta’ Katalonja. Tariffi)

Ma hemm ebda tariffa standard għall-onorarji tal-avukati. Kemm il-livell tal-onorarji kif ukoll il-metodu tal-ħlas huma stabbiliti permezz ta’ ftehim reċiproku mal-klijent.

Hemm tariffa standard għall-ħlasijiet mitluba mir-rappreżentanti proċedurali tal-qorti.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArancel Procuradores (tariffa standard)

Ġeneralment, il-ġuristi jitolbu ħlas bil-quddiem sabiex ikopru l-ispejjeż tal-bidu, li jiġi paċut kontra l-onorarji totali. Il-proċedimenti jinqasmu fi stadji u l-ġuristi jistgħu jitolbu lill-klijenti tagħhom iħallsu l-perċentwal korrispondenti tal-onorarji totali fil-bidu ta’ kull stadju.

Ġeneralment, il-ġuristi ma jitolbux il-ħlas sħiħ tal-onorarji qabel ma tintemm il-kawża.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

In-nies li jistgħu juru bil-provi li m’għandhomx il-mezzi sabiex imorru l-qorti huma intitolati għal għajnuna legali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJusticia Gratuita (għajnuna legali, Ministeru tal-Ġustizzja)

Il-mezzi tan-nies jiġu vvalutati bl-użu ta’ indiċi magħruf bħala l-IPREM (indiċi tal-introjtu bażiku pubbliku).

Individwu jitqies li m’għandux il-mezzi sabiex imur il-qorti meta l-introjtu annwali tal-unità domestika tiegħu mis-sorsi kollha ma jkunx aktar minn:

  1. Darbtejn l-IPREM applikabbli fil-mument meta jsir ir-rikors, għal individwi li mhumiex parti minn unità domestika.
  2. Darbtejn u nofs l-IPREM fis-seħħ fil-mument li ssir it-talba, meta l-persuni inkwistjoni jkunu parti minn kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ unità domestika b’anqas minn erba’ membri.
  3. Tliet darbiet l-IPREM, għal individwi li huma parti minn unità domestika li fiha mill-inqas erba’ persuni.

Għall-2020, l-IPREM annwali hija ta’ EUR 6 778.80 (tnax-il pagament parzjali).

Ċerti organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jistgħu jikkwalifikaw ukoll għal għajnuna legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Rikors jitqies li tressaq b’mod uffiċjali mid-data li fiha jkun ġie ppreżentat, ladarba jkun ġie ppreżentat lill-uffiċċju tal-Iskrivan u tkun inħarġet ordni ta’ ammissjoni tat-talba għall-proċess, wara konferma li l-kwistjoni taqa’ fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti.

Inti tiġi nnotifikat bid-deċiżjoni tal-qorti tal-ammissjoni tat-talba għall-proċess u bid-deċiżjonijiet sussegwenti kollha permezz tar-rappreżentant proċedurali tal-qorti tiegħek, jekk ikollok wieħed. Meta ma jkunx meħtieġ rappreżentant proċedurali tal-qorti, tiġi nnotifikat direttament bil-konsenja rreġistrata fl-indirizz mogħti fit-talba.

Jekk it-talba jkun fiha żball li jfisser li ma tkunx tista’ tiġi ammessa għall-proċess, il-qorti tagħtik perjodu ta’ żmien li fih tikkoreġi dan l-iżball. Jekk l-iżball ma jkunx jista’ jiġi kkoreġut, l-Iskrivan tal-Qorti jgħarraf b’dan lill-Imħallef, li min-naħa tiegħu jiddeċiedi jekk jippermettix li t-talba tipproċedi jew le.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-partijiet jiġu nnotifikati minnufih bl-istadji jew l-avvenimenti kollha fil-proċedimenti, direttament jew permezz tar-rappreżentant proċedurali tal-qorti tagħhom, meta jkollhom wieħed.

Bħala regola ġenerali, ma hemm ebda skeda ta’ żmien stabbilita għall-proċedimenti, iżda hemm termini li jridu jintlaħqu.

L-aħħar aġġornament: 29/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Franza

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista’ jkun preferibbli li jintużaw metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Ara aktar dwar dan is-suġġett.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini għall-preżentata ta’ azzjonijiet ġudizzjarji jvarjaw skont il-każ. Din il-kwistjoni tat-termini fuq il-preżentata ta’ azzjonijiet ġudizzjarji tista’ tiġi kkjarifikata minn konsulent legali jew minn uffiċċju għall-pariri liċ-ċittadini.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara "Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Franza".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara "Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Franza".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara "Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - Franza".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

  • F’xi każijiet, jeħtieġlek li tkun assistit fil-qorti minn avukat sa mill-bidu tal-proċedimenti.

Bħala prinċipju, jeħtieġlek li tkun assistit minn avukat quddiem il-qorti kkombinata (tribunal judiciaire). Madankollu, hemm ċerti eċċezzjonijiet, pereżempju f’każijiet li jinvolvu kirjiet kummerċjali, jew kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti għat-tilwim dwar il-protezzjoni (juge des contentieux de la protection).

Quddiem il-qorti tal-familja (juge aux affaires familiales), ir-rappreżentanza minn avukat ma hijiex obbligatorja fi kwistjonijiet ta’ delega tal-awtorità tal-ġenituri, proċedimenti ta’ wara d-divorzju, l-awtorità tal-ġenituri, l-iffissar ta’ kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż ta’ żwieġ u l-obbligi ta’ manteniment.

Quddiem il-qorti kummerċjali (tribunal de commerce), il-qorti tal-eżekuzzjoni (juge de l’exécution), il-qorti tal-minorenni (juge des enfants), it-tribunal tal-affarijiet soċjali (tribunal des affaires sociales), it-tribunal industrijali (conseil des prud’hommes) jew it-tribunal tal-art agrikola (tribunal paritaire des baux ruraux), ma hijiex obbligatorja r-rappreżentazzjoni minn avukat.

  • Taħt il-liġi Franċiża jeżistu żewġ tipi ta’ preżentata.

Is-servizzi ta’ uffiċjal ġudizzjarju jridu jintużaw jekk il-proċedimenti għandhom isiru permezz ta’ ċitazzjoni. Madankollu, is-servizzi ta’ uffiċjal ġudizzjarju ma jkunux meħtieġa jekk il-proċedimenti jistgħu jinbdew permezz ta’ rikors ex parte jew konġunt.

Għandu jiġi nnotat li għar-rikorsi għal miżuri interim (référés), huwa obbligatorju li l-azzjoni titressaq permezz ta’ ċitazzjoni.

Fi kwistjonijiet ta’ divorzju, l-azzjoni tiġi ppreżentata permezz ta’ ċitazzjoni jew b’rikors konġunt.

Kawża tiġi ppreżentata quddiem imħallef tal-qorti tal-minuri minn wieħed mill-ġenituri, mit-tutur jew mill-minuri nnifsu permezz ta’ sempliċi rikors.

Sabiex kawża tiġi ppreżentata quddiem il-qorti tal-eżekuzzjoni (juge de l’exécution), taħrika hija obbligatorja, ħlief f’każijiet li jikkonċernaw il-proċedimenti tal-eżekuzzjoni marbuta ma’ deċiżjonijiet relatati mad-deportazzjoni.

Quddiem il-qorti kummerċjali (tribunal de commerce), il-proċedimenti li jwasslu għal ordnijiet ta’ ħlas li jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta’ sempliċi rikors jikkonċernaw djun li jirriżultaw minn ċekk bankarju (traite), kambjala (lettre de change), ċedola (billet à ordre) jew assenjazzjoni ta’ nota ta’ debitu (bordereau de cession). Fi kwistjonijiet oħrajn, l-azzjoni trid tiġi ppreżentata permezz ta’ taħrika.

Quddiem il-qorti industrijali, it-talba tista’ ssir b’rikors, li jista’ (iżda mhux bilfors) jintbagħat b’ittra reġistrata.

Il-partijiet jistgħu jippreżentaw talbiet quddiem il-qorti tal-art agrikola permezz ta’ rikors jew permezz tal-uffiċjal ġudizzjarju. Il-partijiet jistgħu jippreżentaw talbiet quddiem il-qorti wkoll permezz ta’ rikors konġunt, azzjoni konġunta li fiha jippreżentaw it-talbiet tagħhom quddiem l-imħallef. Dan ir-rikors jiġi ppreżentat lill-iskrivan tal-uffiċċju tal-qorti.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

It-talbiet kollha għall-informazzjoni għandhom isiru fl-uffiċċju tal-akkoljenza ta’ kull qorti. Barra minn hekk, konsultazzjonijiet legali mingħajr ħlas huma disponibbli fil-maġġoranza tal-qrati, taċ-ċentri tal-ġustizzja tal-komunità (maisons de justice et du droit) u tal-kunsilli lokali (mairies).

Sabiex tippreżenta talba legali, jeħtieġlek tressaq rikors quddiem l-uffiċċju tal-qorti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-Franċiż huwa l-unika lingwa aċċettata. Interpretu jista’ jassisti lil parti matul is-seduti, iżda l-imħallfin ma humiex obbligat li jużaw wieħed jekk huma jkunu jafu il-lingwa li biha tkun qed titkellem il-parti.

It-talbiet isiru bil-miktub.

Kif inhuma r-regolamenti bħalissa, ma huwiex possibbli li tressaq kawża quddiem qorti ċivili permezz ta’ faks jew ta’ ittra elettronika.

Sa mill-bidu tal-2021, sar disponibbli servizz ta’ preżentata online fuq il-portal għaċ-ċittadini involuti fi proċedimenti ġudizzjarji (Portail du justiciable). Dan il-portal huwa disponibbli għal rikorsi sabiex wieħed jingħaqad fi proċedimenti wara li l-vittma tkun irċeviet avviż mill-qorti, għal rikors lill-qorti tal-kurazija għall-ġestjoni ta’ miżuri sabiex jiġu protetti l-adulti u għal rikorsi quddiem il-qorti tal-familja għal proċedimenti mingħajr rappreżentazzjoni obbligatorja minn avukat.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Iċ-Ċentru Franċiż għar-Reġistrazzjoni u r-Reviżjoni tal-Formuli (CERFA) jipprovdi formoli għall-preżentati quddiem il-qrati permezz ta’ rikors. Il-fajl irid inkludi informazzjoni dwar ir-rikorrent u l-konvenut u d-dokumenti kollha li jirrigwardaw is-suġġett tal-kawża, li jridu jiġu ppreżentati, skont il-kawża, lill-uffiċċju tal-qorti meta titressaq l-azzjoni jew lill-imħallef fil-ħin tas-seduta.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-aċċess għall-qorti tal-prim’istanza huwa mingħajr ħlas. Bħala regola, ma hemmx imposti li jridu jitħallsu lill-Istat meta tiġi ppreżentata azzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mal-qrati kummerċjali, fejn ikun hemm imposti fissi tal-qorti.

L-ispejjeż jirrappreżentaw l-ispejjeż iġġenerati mit-tmexxija tal-proċedimenti. Dawn jinkludu l-kumpens lix-xhieda u l-ħlas tat-tariffi tal-esperti u l-ispejjeż tal-uffiċċjali ġudizzjarji u tal-avukati, inklużi t-tariffi. Xi spejjeż iridu jitħallsu fil-bidu tal-proċedimenti jew matulhom. Fi tmiem il-proċedimenti, bħala regola, l-ispejjeż jiġu imposti mill-qorti fuq il-parti telliefa, sakemm dik il-parti ma tkunx qed tirċievi għajnuna legali.

It-tariffi tal-avukati huma soġġetti għal ftehim ta’ ħlas stabbilit mal-klijent tagħhom. L-avukati jistgħu jitolbu ħlas ta’ riżerva, li huwa ammont imħallas bil-quddiem jew matul ix-xogħol imwettaq minnhom bħala pagament akkont mill-klijent.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Jekk il-mezzi ta’ persuna li titlob għajnuna legali ma jaqbżux limitu massimu ta’ eliġibbiltà li jiġi evalwat mill-ġdid kull sena, hija tista’ tirċievi għajnuna legali (EUR 1,043 fl-2020 għal għajnuna legali sħiħa u sa EUR 1,564 għal għajnuna legali parzjali). Il-limiti stabbiliti jistgħu jiġu emendati skont is-sitwazzjoni tal-familja tar-rikorrent (ara “Għajnuna legali – Franza”).

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

L-azzjoni tiġi ppreżentata:

  • billi tiġi sottomessa kopja tat-taħrika quddiem l-uffiċċju tal-qorti;
  • billi jiġi ppreżentat jew irreġistrat ir-rikors mal-uffiċċju tal-qorti.

Ir-rikorrenti ma jirċievu ebda konferma tal-validità tal-azzjoni tagħhom.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

L-uffiċċju tal-qorti jista’ jipprovdi informazzjoni dwar il-progress tal-proċedimenti u d-data tas-seduta li tkun ġiet iffissata.

Rabtiet relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 08/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Kif tipproċedi? - il-Kroazja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-partijiet jistgħu jsolvu tilwima fil-qorti, iżda jeżistu wkoll metodi ta’ soluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti. Fil-Kroazja, dawn il-metodi jinkludu l-arbitraġġ, il-medjazzjoni u kawżi l-qorti f’sens usa’ bl-għan li jsibu soluzzjoni bil-qorti.

Il-medjazzjoni f’tilwimiet ċivili, kummerċjali, industrijali u tilwimiet oħrajn rigward id-drittijiet li jistgħu jiġu eżerċitati liberament mill-partijiet hija rregolata mill-Att dwar il-Medjazzjoni (Zakon o mirenju) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nru 18/11). Medjazzjoni tfisser kwalunkwe proċedura, irrispettivament mill-isem użat (mirenje, medijacija, posredovanje, koncilijacija) li fiha l-partijiet ikollhom l-għan li jsolvu t-tilwima tagħhom billi jaslu għal ftehim reċiproku, jiġifieri billi jilħqu ftehim aċċettabbli b’mod reċiproku li jkun konformi mal-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom, bl-għajnuna ta’ parti terza newtrali – medjatur wieħed jew aktar (posrednik, medijator, koncilijator), li jgħinu lill-partijiet jilħqu ftehim, mingħajr is-setgħa li jimponu soluzzjoni vinkolanti. Il-medjazzjoni titmexxa b’mod maqbul mill-partijiet; il-proċedura hija kkaratterizzata min-natura mhux obbligatorja tagħha u mill-awtonomija tal-partijiet. Hija volontarja u kunsenswali, informali u kunfidenzjali, u l-partijiet huma ugwali fil-proċedimenti.

Kuntrarjament, l-arbitraġġ (arbitraža jew izbrano suđenje) huwa proċess li jsir quddiem qorti tal-arbitraġġ, irrispettivament minn jekk ikunx organizzat jew immexxi minn persuna ġuridika jew mill-korp ta’ persuna ġuridika li jorganizza u jmexxi x-xogħol tal-qrati tal-arbitraġġ. L-arbitraġġ huwa mod volontarju, rapidu, effiċjenti u mhux pubbliku ta’ kif jissolvew it-tilwimiet, fejn il-partijiet jistgħu jagħmlu l-arranġamenti fuq min se jaġixxi bħala mħallef f’każ li tinħoloq tilwima, il-post tal-arbitraġġ, il-liġi proċedurali u sostantiva applikabbli, il-lingwa/i li biha/bihom jitmexxa l-arbitraġġ u d-deċiżjoni ta’ qorti tal-arbitraġġ dwar il-fatti tal-każ għandha s-saħħa ta’ deċiżjoni definittiva tal-qorti.

L-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku (NN Nri 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 84/08, 96/08, 123/08, 57/11, 25/13, 89/14 u 70/19) jipprevedi li qorti tista’, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi kollha, speċjalment l-interessi tal-partijiet u tat-terzi relatati magħhom, id-durata tar-relazzjonijiet tagħhom u l-livell ta’ fiduċja reċiproka tagħhom, tieħu deċiżjoni, waqt seduta jew mod ieħor, li titlob lill-partijiet biex jiftħu proċedimenti ta’ medjazzjoni fi żmien tmint ijiem jew tipproponi li jfittxu li jsolvu t-tilwima tagħhom permezz tal-proċedimenti tal-medjazzjoni. Barra minn hekk, waqt is-seduta preliminari, il-qorti tinforma lill-partijiet li t-tilwima tista tiġi solvuta b’soluzzjoni bil-qorti jew bi proċedura ta’ medjazzjoni, u tispjegalhom dawk il-possibbiltajiet.

F’ċerti każijiet (il-preżentata ta kontra r-Repubblika tal-Kroazja), il-persuna li jkollha l-ħsieb li tippreżenta azzjoni bħal din hija obbligata, qabel tippreżentaha, li tikkuntattja lill-uffiċċju tal-avukat tal-Istat li għandu ġuriżdizzjoni ratione materiae u territorjali għal rappreżentanza quddiem qorti fejn se tiġi ppreżentata azzjoni kontra r-Repubblika tal-Kroazja, u titlob li tinstab soluzzjoni bonarja tat-tilwima, ħlief f’każijiet meta jkun hemm leġiżlazzjoni speċjali li tispeċifika data ta’ skadenza għall-preżentata ta’ rikors. It-talba għal soluzzjoni bonarja ta’ tilwima jrid ikun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għal rikors standard fil-qorti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-terminu għat-tressiq ta’ azzjoni fil-qorti jiddependi fuq it-tip u n-natura legali tal-azzjoni. Pereżempju, għall-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet relatati max-xogħol, hemm skadenza ta’ ħmistax-il jum sa meta l-impjegat irid jippreżenta rikors lill-qorti kompetenti sabiex jipproteġi d-dritt miksur, wara li jkun ippreżenta talba għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-impjegat lil min iħaddmu, ħlief fil-każ ta’ pretensjoni għad-danni jew pretensjoni monetarja oħra li tinħoloq mir-relazzjonijiet tax-xogħol.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Iva. Fil-Kroazja, fi proċeduri ċivili, il-qrati jiddeċiedu fil-limiti tal-ġuriżdizzjoni ratione materiae tagħhom, kif definita mil-liġi, u l-awtorità ġudizzjarja tiġi eżerċitata minn qrati ordinarji u speċjalizzati u mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Vrhovni sud Republike Hrvatske).

Il-qrati ordinarji huma l-qrati muniċipali (općinski sudovi) u l-qrati tal-kontej (županijski sudovi). Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati kummerċjali (trgovački sudovi), il-qrati amministrattivi (upravni sudovi), il-qrati tal-kontravvenzjonijiet (prekršajni sudovi), il-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki trgovački sud Republike Hrvatske), il-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki upravni sud Republike Hrvatske) u l-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki prekršajni sud Republike Hrvatske).

L-ogħla qorti tal-Kroazja hija l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.

Il-liġi tista’ tistabbilixxi qrati ordinarji u speċjalizzati oħrajn skont il-ġuriżdizzjoni ratione materiae tagħhom jew għal ċerti oqsma legali.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ir-regola ġenerali tgħid li l-qorti kompetenti hija l-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali għall-konvenut, jiġifieri l-qorti li tkopri ż-żona fejn il-konvenut ikollu r-residenza permanenti tiegħu. Jekk il-konvenut ma jkollu ebda residenza permanenti fir-Repubblika tal-Kroazja, il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali hija dik li tkopri ż-żona fejn il-konvenut ikollu r-residenza temporanja tiegħu.

Jekk il-konvenut, minbarra residenza permanenti, ikollu wkoll residenza temporanja fi kwalunkwe post ieħor, u minħabba ċ-ċirkostanzi jkun jista’ jiġi dedott li huwa se jirrisjedi hemmhekk għal perjodu ta’ żmien relattivament twil, il-qorti fil-post tar-residenza temporanja jkollha ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali.

Għall-proċessi f’tilwimiet kontra ċittadin Kroat residenti b’mod permanenti barra l-pajjiż, fejn huwa ġie assenjat sabiex jaħdem għal awtorità nazzjonali jew entità ġuridika, il-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali hija tal-qorti li tkopri l-aħħar residenza permanenti magħrufa tiegħu fir-Repubblika tal-Kroazja.

F’tilwimiet b’elementi internazzjonali, qorti fir-Repubblika tal-Kroazja hija kompetenti għall-proċess meta dan ikun speċifikat espliċitament mil-liġi jew minn trattat internazzjonali. Jekk il-liġi jew it-trattat internazzjonali ma jiddikjarawx espliċitament li qorti Kroata hija kompetenti għal tip speċifiku ta’ tilwima, mela qorti Kroata hija kompetenti għal proċess meta dan jirriżulta mid-dispożizzjonijiet legali rigward il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati fil-Kroazja.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Dak imsemmi hawn fuq jiddependi fuq it-tip ta’ tilwima u d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili li jirregolaw materji ta’ ġuriżdizzjoni ratione materiae u territorjali.

L-ammont involut fit-tilwima mhuwiex kriterju distint li jaffettwa l-ġuriżdizzjoni ratione materiae u territorjali tal-qrati fil-Kroazja.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Skont l-organizzazzjoni attwali tal-proċess ta’ litigazzjoni kif stabbilit mill-Att dwar il-Proċedura Ċivili, kwalunkwe parti – persuna ġuridika jew fiżika – tista’ tagħżel liberament jekk tridx tirrappreżenta lilha nnifisha fil-proċedimenti, jew tridx tkun rappreżentata minn intermedjarju, ġeneralment avukat, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor mill-Att dwar il-Proċedura Ċivili.

Madankollu, l-Artikolu 91 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili jillimita b’mod sinifikanti d-dritt tal-partijiet li jirrappreżentaw lilhom infushom: jekk, f’tilwimiet li jinvolvu pretensjonijiet tal-proprjetà, l-ammont fit-tilwima jkun ta’ aktar minn HRK 50,000, l-aġenti għall-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu biss persuni li jkunu għaddew mill-eżami tal-avukatura.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 91 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili jistipulaw li l-partijiet jippreżentaw rikors għal rieżami permezz tar-rappreżentant tagħhom, jiġifieri avukat, jew, b’mod eċċezzjonali, huma jistgħu jirrappreżentaw lilhom infushom, jekk ikunu għaddew minn eżami tal-avukatura jew jekk it-talba biex jippreżentaw rikors għal rieżami tkun tista’ ssir f’isimhom minn persuna li tkun awtorizzata f’konformità mal-Att dwar il-Proċedura Ċivili jew ma’ kwalunkwe liġi oħra sabiex tirrappreżentahom f’din il-kapaċità, minkejja li ma tkunx avukat, bil-kundizzjoni li dik il-persuna tkun għaddiet mill-eżami tal-avukatura.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Il-proċeduri ta’ qorti ċivili jinbdew permezz tal-preżentata ta’ azzjoni quddiem qorti kompetenti, direttament fl-uffiċċju tar-reġistru tal-qorti, bil-posta jew b’mod elettroniku.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-proċedimenti ċivili jitmexxew bil-lingwa Kroata u bl-użu tal-alfabett Latin, sakemm ma jkunx ġie introdott l-użu ta’ lingwa jew alfabett ieħor fi qrati individwali bil-liġi.

Il-partijiet u parteċipanti oħrajn fil-proċedimenti jippreżentaw l-azzjonijiet, id-denunzji u sottomissjonijiet oħrajn tagħhom lill-qorti bil-lingwa Kroata u bl-alfabett Latin.

Azzjoni tista’ tiġi ppreżentata direttament fl-uffiċċju tar-reġistru tal-qorti, bil-posta jew b’mod elettroniku, għalkemm l-aktar komuni hu li tiġi ppreżentata direttament fl-uffiċċju tar-reġistru jew bil-posta.

L-Att dwar il-Proċedura Ċivili jipprevedi l-possibbiltà li d-dokumenti jiġu ppreżentati b’mod elettroniku. Id-dokumenti ppreżentati b’mod elettroniku jridu jiġu ffirmati bl-użu ta’ firem elettroniċi kkwalifikati f’konformità ma’ leġiżlazzjoni speċjali.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Il-formoli jintużaw biss għall-proċeduri għal talbiet żgħar Ewropej. Aktar dettalji dwar dan huma disponibbli fil-fuljett intitolat “Talbiet Żgħar – Ir-Repubblika tal-Kroazja”.

L-Att dwar il-Proċedura Ċivili jistipula li r-rikors irid jinkludi dan li ġej: pretensjoni speċifika rigward il-merti u l-pretensjonijiet inċidentali, il-fatti li l-attur jibbaża l-pretensjoni fuqhom, l-evidenza li tappoġġa dawk il-fatti u informazzjoni oħra li trid tiġi mehmuża ma’ kull sottomissjoni (l-Artikolu 106 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).

Kull sottomissjoni, inklużi r-rikorsi, trid tinkludi dawn li ġejjin: l-isem tal-qorti, l-isem u r-residenza permanenti jew temporanja tal-partijiet, tar-rappreżentanti legali u tal-aġenti tagħhom, jekk ikun hemm, in-numru tal-identifikazzjoni personali tal-parti tal-preżentazzjoni, is-suġġett tat-tilwima u l-firma u d-dikjarazzjoni tal-parti tal-preżentazzjoni.

Il-parti jew ir-rappreżentant tagħha jiffirmaw l-ismijiet tagħhom fl-aħħar tas-sottomissjoni.

Jekk id-dikjarazzjoni jkun fiha pretensjoni, il-parti trid tiddikjara fis-sottomissjoni l-fatti li fuqhom tibbaża l-pretensjoni tagħha u l-evidenza, meta meħtieġ.

Il-qorti tipproċedi fuq it-talba anki jekk l-attur ma jkunx iddikjara r-raġunijiet legali għat-talba; anki jekk l-attur ikun iddikjara r-raġunijiet legali, il-qorti ma tkunx marbuta b’dan.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Il-partijiet iridu jħallsu t-tariffi tal-qorti rregolati mill-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Zakon o sudskim pristojbama) (NN Nri 74/95, 57/96, 137/02, 125/11, 112/12, 157/13 and 110/15).

It-tariffi tal-qorti preskritti mill-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti japplikaw għall-persuni li fuq talba tagħhom jew li fl-interess tagħhom jitwettqu ċerti azzjonijiet preskritti mil-liġi.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, hemm tariffi tal-qorti:

  • għas-sottomissjonijiet (rikorsi, rimedji legali, talbiet għall-eżekuzzjoni, eċċ.) fil-mument tas-sottomissjoni; u għas-sottomissjonijiet ippreżentati, meta jitlestew l-atti,
  • għas-sottomissjonijiet fid-difiża wara t-terminazzjoni finali tal-proċedimenti għal kull parti, b’mod proporzjonali għas-suċċess tagħhom fil-kawża,
  • għat-traskrizzjonijiet tal-qorti, meta jintalbu,
  • għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, meta l-parti jew ir-rappreżentant tagħha jiġu nnotifikati b’kopja tad-deċiżjoni,
  • għaċ-ċertifikati tas-suċċessjoni, meta jsiru finali,
  • għall-proċedimenti ta’ soluzzjoni sfurzata, falliment u likwidazzjoni, mal-ħruġ ta’ deċiżjoni dwar id-diviżjoni ewlenija jew mal-ħruġ ta’ deċiżjoni li tapprova soluzzjoni sfurzata,
  • għal azzjonijiet oħrajn, meta jintalbu jew meta tibda taġixxi l-qorti.

Ir-regola ġenerali għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ litigazzjoni hija li l-parti li titlef il-kawża fl-intier tagħha trid tkopri l-ispejjeż tal-parti opposta u tal-intervenjent tagħha fil-proċedimenti. L-intervenjent fuq in-naħa tal-parti li titlef il-kawża irid ikopri l-ispejjeż li jirriżultaw mill-azzjonijiet tiegħu.

L-ispejjeż tar-rappreżentanza minn avukati u r-rimunerazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż tal-avukati huma rregolati mill-Att dwar il-Professjoni Legali (Zakon o odvjetništvu) (NN Nri 9/94, 117/08 traduzzjoni, 50/09, 75/09 u 18/11).

Avukat huwa intitolat li jitħallas għas-servizzi legali li jipprovdi u għar-rimborż ta’ kwalunkwe spiża mġarrba b’konnessjoni max-xogħol imwettaq, skont it-tariffa stabbilita mill-Kamra tal-Avukati u approvata mill-ministru għall-ġustizzja; l-avukati jridu joħorġu fattura lill-klijent malli jitwettaq is-servizz. Fil-każ ta’ tħassir jew revoka tal-prokura, l-avukat joħroġ fattura fi żmien 30 jum minn dakinhar li titħassar jew tiġi rrevokata l-prokura.

F’materji li jikkonċernaw il-liġi tal-proprjetà, l-avukati jistgħu jagħmlu l-arranġamenti sabiex jiksbu rimunerazzjoni għax-xogħol tagħhom mal-parti tagħhom b’mod proporzjonali għas-suċċess tagħhom fil-proċedimenti, jiġifieri fl-azzjonijiet legali li jwettqu f’isem il-parti, f’konformità mat-tariffa uffiċjali. Kuntratt bħal dan huwa validu biss jekk ikun ġie konkluż bil-miktub.

Għalhekk, f’materji li jikkonċernaw il-liġi tal-proprjetà, il-partijiet jistgħu jirregolaw ir-relazzjoni tagħhom mal-avukat tagħhom f’kuntratt bil-miktub.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Jekk parti tkun teħtieġ għajnuna legali professjonali, hija tista’ titlob parir legali mingħand avukat, li, f’konformità mal-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Professjoni Legali, ikun awtorizzat jipprovdi kull forma ta’ għajnuna legali fil-Kroazja, speċjalment biex jagħti pariri legali, iħejji l-azzjonijiet, id-denunzji, il-mozzjonijiet, it-talbiet, ir-rikorsi, ir-rimedji legali straordinarji u trattazzjonijiet oħrajn, kif ukoll biex jirrappreżenta lill-partijiet.

Barra minn hekk, il-partijiet jistgħu jagħmlu użu minn għajnuna legali bla ħlas. B’mod speċifiku, l-Att dwar l-Għajnuna Legali b’Xejn (Zakon o besplatnoj pravnoj pomoći) (NN Nri 143/2013 u 98/19) jipprovdi li tingħata għajnuna legali b’xejn lil ċittadini li ma jistgħux jiksbu għajnuna legali huma stess, iżda li għandhom bżonnha. L-informazzjoni dwar l-iskema ta’ għajnuna legali b’xejn fil-Kroazja tinsab fis-sit web li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/besplatna-pravna-pomoc/6184.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Proċedura ċivili tinfetaħ billi jiġi ppreżentat rikors u tibda billi l-kawża tiġi nnotifikata lill-konvenut.

Wara li jiġi ppreżentat ir-rikors, isiru t-tħejjijiet għall-proċess.

Dawn it-tħejjijiet jinkludu eżami preliminari tar-rikors, u, jekk ir-rikors ma jinftihemx jew ma jkunx fih dak kollu li jkun meħtieġ biex tittieħed azzjoni fuqu, il-qorti tordna lill-parti preżentattriċi tikkoreġi jew temenda s-sottomissjoni skont l-istruzzjonijiet mogħtija u tirritornah għall-finijiet ta’ korrezzjoni jew emenda.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-partijiet, l-avukati u r-rappreżentanti tagħhom jiġu infurmati bil-progress tal-kawża mill-uffiċjal tal-uffiċċju tar-reġistru fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-reġistru u l-atti.

L-informazzjoni tkun limitata għad-data rigward l-istadju tal-proċedimenti u l-imħallfin uniċi, il-presidenti tal-awla, il-membri tal-awla u l-konsulenti tal-qorti li jkunu qegħdin jisimgħu l-kawża.

Meta tiġi pprovduta informazzjoni, huwa pprojbit li jsiru dikjarazzjonijiet dwar il-korrettezza ta’ azzjonijiet individwali tal-qorti, kif ukoll dwar l-eżitu probabbli tal-proċedimenti.

L-informazzjoni tista’ tingħata bit-telefon, bil-posta elettronika u bil-miktub.

Mill-internet il-partijiet jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni rigward il-progress tal-proċedimenti u l-imħallfin uniċi, il-presidenti tal-awla, il-membri tal-awla u l-konsulenti tal-qorti li jkunu qegħdin jisimgħu l-kawża, jekk fil-kawża kkonċernata jkun qed jintuża s-servizz ta’ Aċċess Pubbliku għal Informazzjoni Bażika dwar il-Kawżi / Kawżi elettroniċi tal-Qorti (Javni pristup osnovnim podacima o sudskim predmetima – usluga e-Predmet).

L-iskadenzi biex il-partijiet jidhru quddiem il-qorti u passi oħrajn meħuda mill-partijiet jew mill-qorti huma preskritti mill-Att dwar il-Proċedura Ċivili.

Aktar informazzjoni dwar it-termini u t-tipi ta’ termini tinsab fil-pakkett ta’ informazzjoni intitolat “Termini proċedurali – Ir-Repubblika tal-Kroazja”.

L-aħħar aġġornament: 30/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Italja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-liġi Taljana tiggarantixxi l-aċċess għall-qrati bħala miżura ġenerali tal-ħarsien tad-drittijiet.

Madankollu, min irid jibda kawża dwar blokk ta' appartamenti, id-drittijiet reali, id-diviżjoni, is-suċċessjoni, il-ftehimiet familjali, il-lokazzjoni, il-kuntratti tal-komodat, il-lokazzjoni kummerċjali, il-kumpens għad-danni kkawżati mir-responsabbiltà medika u s-servizzi tas-saħħa u l-libell permezz ta' mezzi tal-istampa jew b'mezzi oħra ta' riklamar, kuntratti tal-assigurazzjoni, bankarji u finanzjarji, għandu, bl-għajnuna ta' avukat, l-ewwel nett jipprova l-proċess ta' medjazzjoni, li hija kundizzjoni għall-ammissibiltà tal-kawża nnifisha.

Alternattiva oħra hija l-arbitraġġ, fejn min jiddeċiedi t-tilwima hija persuna privata maħtura mill-partijiet: f'dan il-każ jinħtieġ il-kunsens taż-żewġ partijiet biex tintagħżel il-proċedura tal-arbitraġġ minflok kawża l-qorti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Trid tiġi osservata l-preskrizzjoni stabbilita mil-liġi. Il-preskrizzjoni ordinarja hija dik ta' 10 snin, madankollu hemm numru ta' preskrizzjonijiet iqsar skont il-każ (l-Artikoli 2934 – 2961 tal-Kodiċi Ċivili).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Sabiex tingħata sentenza li taqta' u tiddeċiedi t-tilwima li jkollha s-saħħa ta' sentenza definittiva trid tmur quddiem awtorità ġudizzjarja. L-għażla tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti tiddependi mit-tip ta' tilwima u tvarja skont il-kriterji ta' kompetenza indikati mid-dritt nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni Ewropea

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ir-regola ġenerali hija li wieħed għandu jidher quddiem il-qorti tal-post fejn huwa residenti l-konvenut (ġuriżdizzjoni territorjali: il-post fiżiku tal-persuni naturali). Skont l-ammont tal-pretensjoni (ġuriżdizzjoni skont il-valur) jiġifieri n-natura partikolari tas-suġġett (ġuriżdizzjoni skont is-suġġett) wieħed għandu jidher quddiem ġudikant speċifiku (kummissarju tal-Ġustizzja jew tribunal b'imħallef uniku jew iffurmat minn kulleġġ) jiġifieri f'post differenti mill-post ġenerali tal-persuni naturali (ġuriżdizzjoni skont it-territorju mhux derogabbli).

Ara t-tabella "quddiem liema mħallef nista' nippreżenta l-kawża tiegħi - jurisdiction of the court".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Għal kawżi dwar beni mobbli b'valur li ma jaqbiżx il-EUR 5 000, il-ġuriżdizzjoni hija tal-Kummissarju tal-Ġustizzja. Dan tal-aħħar għandu kompetenza sa EUR 20 000 jekk il-kawża tkun dwar kumpens għal danni kkawżati miċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi jew bastimenti. Għall-kawżi l-oħra b'valur superjuri huwa kompetenti t-Tribunal b'imħallef uniku. Hemm imbagħad ukoll suġġetti, ikun xi jkun il-valur tagħhom, assenjati lill-Kummissarju tal-Ġustizzja (l-Artikolu 7, 3 , tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ), lit-tribunal b'imħallef uniku (l-Artikolu409 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) jew lit-Tribunal iffurmat minn kulleġġ (l-Artikolu 50-bis tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Ara t-tabella "quddiem liema mħallef nista' nippreżenta l-kawża tiegħi - jurisdiction of the court".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ir-regola ġenerali trid li l-parti tkun megħjuna minn avukat (obbligu tad-difiża teknika). Hemm eċċezzjonijiet għal kawżi b'valur ekonomiku minimu (quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja sa massimu ta' EUR 1 000) u sitwazzjonijiet fejn il-parti għandha l-kwalità neċessarja biex taġixxi bħala difensur bi prokura quddiem l-imħallef presjedenti (l-Artikolu 86 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors jiġi indirizzat lill-parti l-oħra u ppreżentat fir-reġistru tal-Uffiċjal Ġudizzjarju kompetenti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Ir-rikors jista' jiġi ppreżentat oralment biss f'kawżi quddiem il-Kummissjarju tal-Ġustizzja (l-Artikolu 316 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili); fil-każijiet l-oħra jrid isir bil-miktub u bil-lingwa Taljana. Mhix ammissibbli l-preżentata ta' rikors bil-faks jew bil-posta elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma jeżistux mudelli jew formoli, ir-rikors irid ikun fih id-dettalji tal-partijiet, tal-imħallef, tal-oġġett u tat-titolu.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Trid titħallas somma lill-Istat, skont il-valur tat-tilwima dakinhar tal-preżentata tar-rikors (kontribut unifikat previst mit-Test Uniku tal-Ispejjeż Ġudizzjarji, DPR 115 / 2002).

Il-metodi u l-perjodi tal-ħlas tal-avukat jiddependu mill-ftehim milħuq mill-avukat u l-klijent tiegħu.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Kulħadd, ċittadini u mhux, jista' jibbenefika mill-assistenza legali mħallsa mill-Istat jekk ikollu r-rekwiżiti tal-qligħ stabbiliti mil-liġi (Test Uniku tal-Ispejjeż Ġudizzjarji DPR  115 / 2002).

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Ir-rikors jitiqies ippreżentat

  • meta jiġi nnotifikat lill-parti l-oħra f'każ ta' ċitazzjoni,
  • meta jiġi ppreżentat fir-reġistru tal-qorti f'każ ta' rikors.

Il-verifika tal-ammissibbiltà ssir waqt il-kawża kontenzjuża bejn il-partijiet, u mhux qabel.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi t-termini għad-dehra u l-azzjonijiet li jistgħu jieħdu l-partijiet u l-ġudikant. L-imħallef uniku, imbagħad, iwettaqhom permezz tal-kalendarju tal-proċess (l-Artikolu 81-bis d.att. tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

Ħoloq relatati

bringing a case to court articles codice procedura civilePDF(84 Kb)it

L-aħħar aġġornament: 21/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Ċipru

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Hemm alternattivi, fosthom soluzzjoni ekstraġudizzjarja għat-tilwima, arbitraġġ jew il-mekkaniżmu ta' medjazzjoni stipulat fl-Att dwar Ċerti Aspetti tal-Medjazzjoni f'Materji Ċivili 159(I)/2012.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Iva hemm. Skont l-Att dwar il-Limiti 66(Ι)/2012, l-ebda kawża ma tista' titressaq il-qorti jekk ikunu għaddew 10 snin mid-data tat-tmiem tal-bażi għar-rikors, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-liġi, bħal fil-każijiet li ġejjin:

Jekk rikors ikun jikkonċerna delitti ċivili, kuntratti, kambjali, ċekkijiet, ċedoli, eċċ., l-ebda kawża ma tista' titressaq wara li jgħaddi perjodu ta' sitt snin mid-data tat-tmiem tal-bażi tar-rikors.

Jekk rikors ikun jikkonċerna kumpens għal negliġenza, fastidju jew ksur ta' dmir istituzzjonali, l-ebda kawża ma tista' titressaq wara li jgħaddi perjodu ta' tliet snin mid-data tat-tmiem tal-bażi tar-rikors. Jekk il-limitu taż-żmien ikun jista' jiġi estiż mill-qorti fi żmien sentejn mid-data ta' skadenza, jekk rikors ikun jikkonċerna kumpens għal ħsara fuq il-persuna u/jew mewt ikkaġunat minn delitt ċivili.

Il-limitu ta' żmien biex tinfetaħ kawża relatata ma' proprjetà ta' persuna deċeduta, irrispettivament mis-sehem f'dik il-proprjetà, mil-legat u mill-validità tat-testment jiskadi tmien snin mid-data tal-mewt.

Il-limitu ta' żmien biex tinfetaħ kawża li tikkonċerna ipoteka jew rahan jiskadi wara li jgħaddi perjodu ta' 12-il sena mid-data tat-tmiem tal-bażi tar-rikors.

Jekk rikors ikun jikkonċerna sentenza tal-qorti , l-ebda kawża ma tista' titressaq wara li jgħaddi perjodu ta' 15-il sena mid-data tal-għoti tas-sentenza finali.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Jekk il-bażi tal-kawża jew id-dritt eżegwibbli jkun ġara fir-Repubblika ta' Ċipru jew f'territorju li huwa meqjus bħala t-territorju tar-Repubblika ta' Ċipru jew jekk il-bażi tal-kawża hija tali li tagħti l-ġuriżdizzjoni lir-Repubblika ta' Ċipru, ikollok tmur f'qorti tar-Repubblika ta' Ċipru.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

F'każ ta' tilwima ċivili, ikollok tmur fil-qorti distrettwali tad-distrett fejn:

  • tkun qamet kompletament jew parzjalment il-bażi tal-kawża;
  • l-intimat, jew kwalunkwe wieħed mill-intimati, ikunu għexu jew ħadmu fil-mument li tressaq ir-rikors;
  • tinsab iż-Żona ta' Bażi Sovrana, sakemm il-partijiet kollha fil-kawża jkunu ċittadini Ċiprijotti u l-bażi tal-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona tal-Bażi Sovrana jew l-intimat (jew kwalunkwe wieħed mill-intimati) ikunu jgħixu jew jaħdmu hemmhekk;
  • tinsab iż-Żona ta' Bażi Sovrana, sakemm il-bażi tal-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona ta' Bażi Sovrana minħabba l-użu ta' vettura bil-mutur minn persuna li kienet jew kellha tkun assikurata skont l-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Vetturi bil-Mutur (Assikurazzjoni ta' Terzi);
  • tinsab iż-Żona ta' Bażi Sovrana, sakemm il-bażi tal-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona ta' Bażi Sovrana minħabba inċident jew marda okkupazzjonali ta' impjegat li seħħ matul l-impjieg tiegħu fir-rigward tar-responsabilità tal-impjegatur li kien jew kellu jkun assikurat skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Vetturi bil-Mutur (Assikurazzjoni ta' Terzi);
  • tinsab il-proprjetà, li tkun l-oġġett ta' kawża relatata mad-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew kwalunkwe materja oħra li tikkonċerna dik il-proprjetà immobbli.

Jekk it-tilwima tikkonċerna tilwima industrijali li tinvolvi talba għal kumpens li tkun ugwali għas-salarji ta' sa sentejn, ikollok tmur fit-tribunal tat-tilwim industrijali tad-distrett fejn tkun qamet it-tilwima jew, fin-nuqqas ta' dan, f'dak fejn ir-rikorrent għandu d-domiċilju abitwali jew il-post ta' residenza permanenti tiegħu. Inkella, ikollok tmur fil-qorti distrettwali kompetenti.

Fil-każ ta' tilwima li tikkonċerna proprjetà mikrija, it-tribunal tal-kontroll tal-kera stabbilit mid-distrett fejn tinsab il-proprjetà jkollha l-ġuriżdizzjoni.

Fil-każ ta' tilwim familjari (eż. divorzju, tilwim fuq proprjetà, eċċ.), ikollok tmur fil-qorti tal-familja, u b'mod partikolari fil-qorti tal-familja tad-distrett fejn tgħix jew taħdem kwalunkwe waħda mill-partijiet fil-kawża, jew fil-każ ta' tilwim li jikkonċerna minuri, mal-qorti tal-familja tad-distrett fejn ikun jgħix il-minuri jew l-intimat.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara l-mistoqsija numru 4 hawn fuq.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Tista' tiftaħ kawża waħdek. Il-liġi ma titlobx li persuna tkun rappreżentata minn avukat jew intermedjarju ieħor (ħlief fil-każ ta' minuri jew persuni inkompetenti, kif definit fil-leġiżlazzjoni rilevanti).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Id-dokumenti ġudizzjarji meħtieġa biex tinfetaħ il-kawża (ċitazzjoni, rikors, eċċ.) għandhom jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qorti kompetenti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Ir-rikors għandu jsir dejjem bil-miktub u bil-Grieg. Kull rikors (jew dokumenti ġudizzjarji oħrajn) mibgħuta b'posta elettronika jew b'faks ma jiġux milqugħa.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Iċ-ċitazzjoni biex tinfetaħ kawża għandha ssir skont il-Formola 1 tar-Regoli ta' Proċedura Ċivili fil-każ ta' ċitazzjoni b'approvazzjoni ġenerali, jew skont il-Formola 2 fil-każ ta' ċitazzjoni b'approvazzjoni speċifika.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iva, ikollok tħallas dritt tat-taxxa tal-bolla. Id-dritt jitħallas mar-reġistrazzjoni tad-dokument li jrid jitħallas dritt għalih.

Jekk l-avukat jitħallasx bil-quddiem jew le jiddependi mill-ftehim li jkollok mal-avukat tiegħek.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Iva, meta l-proċedimenti ġuridiċi jitressqu quddiem il-qorti tal-familja jew fil-każ ta' proċedimenti li jikkonċernaw tilwim transfruntieri, jew persuni li jfittxu l-ażil, refuġjati jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li qegħdin fil-pajjiż illegalment, sakemm tintlaqa' t-talba għal għajnuna legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Mill-mument tar-reġistrazzjoni tal-kawża. Fil-każ ta' reġistrazzjoni invalida jew tardiva jew kull problema oħra assoċjata mar-reġistrazzjoni tal-kawża, inti tirċievi risposta mingħand id-dipartiment tar-reġistrazzjoni kompetenti.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Informazzjoni dwar skedi u attendenzi l-qorti tkun ipprovduta iktar 'il quddiem.

L-aħħar aġġornament: 30/08/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Latvja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Fil-Latvja, persuna tista' tmur il-qorti jew, jekk il-partijiet ikunu laħqu ftehim u kkonkludew ftehim ta' arbitraġġ, tmur quddiem bord tal-arbitraġġ (ħlief għal ċertu tilwim li ma jistax imur għall-arbitraġġ).

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-preskrizzjoni għall-ftuħ ta' kawża l-qorti tvarja skont il-każ partikolari. Jekk għandek xi mistoqsija dwar il-preskrizzjoni, ħu parir mingħand avukat jew aġenzija tal-informazzjoni pubblika.

Hemm diversi limiti taż-żmien ġenerali previsti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaliġi ċivili. Dawn jistgħu jiġu affettwati mis-suġġett u miċ-ċirkostanzi tat-talba, u jridu jiġu determinati każ b'każ, u jiġu meqjusa dawn li ġejjin:

Il-Liġi tal-Familja

Il-kawżi ġejjin minn wegħda taż-żwieġ jridu jitressqu fi żmien sena li jiġi kkalkulat mid-data meta titħassar l-għerusija jew minn meta waħda mill-partijiet tmur lura minn kelmitha, jew fejn l-għarusa tkun tqila, mid-data meta jitwieled il-wild, jekk f'dak il-perjodu l-għerusija tkun diġà tħassret jew il-parti ma tkunx żammet kelmitha.

Il-kawżi ġejjin mir-relazzjonijiet ta' proprjetà bejn il-konjuġi jridu jitressqu fi żmien sena mit-tranżazzjoni konkluża mill-konjuġi l-ieħor.

Ir-raġel ta' omm it-tifel jista' jikkontesta l-preżunzjoni ta' paternità fi żmien sentejn mill-ġurnata li fiha jiskopri li t-tifel mhux tiegħu. Omm it-tifel għandha l-istess dritt biex tikkontesta preżunzjoni ta' paternità. It-tifel innifsu jista' jikkontesta preżunzjoni ta' paternità fi żmien sentejn wara li jilħaq l-età adulta.

Il-kawżi ġejjin mir-rikonoxximent tal-paternità jridu jitressqu fi żmien sentejn minn meta l-parti ssir taf biċ-ċirkostanzi li jeskludu l-paternità, jew minn meta t-tifel jilħaq l-età adulta jekk it-talba ssir mit-tifel innifsu;

Il-kawżi ġejjin mir-relazzjonijiet bejn tutur u minuri jridu jitressqu fi żmien sena minn meta l-minuri jilħaq l-età adulta jew iseħħ waħda miċ-ċirkostanzi l-oħra stabbiliti mil-liġi.

Il-Liġi dwar il-Proprjetà

Il-kawżi dwar tfikxil fil-pussess jew l-ispoll iridu jitressqu fi żmien sena minn meta l-parti ssir taf bit-tifxkil jew l-ispoll.

Il-kawżi kontra persuna li għandha l-pussess ta' proprjetà u li tista' takkwistaha bil-preskrizzjoni jridu jitressqu fi żmien 10 snin minn meta l-parti l-oħra tinduna bil-pussess.

Il-kawżi mressqa minn sid ġdid minħabba żidiet li seħħew minħabba proċess naturali jridu jitressqu fi żmien sentejn.

Il-Liġi tal-obbligazzjonijiet

Id-drittijiet skont il-liġi tal-obbligazzjonijiet huma preskritti jekk il-persuna b'dawn id-drittjiet ma teżerċitahomx fiż-żmien stabbilit mil-liġi.

Kawżi ġejjin minn drittjiet skont il-liġi tal-obbligazzjonijiet li għalihom il-liġi ma tispeċifikax terminu iqsar iridu jitressqu fi żmien 10 snin; dawn it-tipi ta' drittijiet li għalihom il-liġi ma tispeċifikax terminu iqsar huma preskritti jekk il-persuna li tgawdi minn dawn id-drittijiet ma teżerċitahomx fi żmien 10 snin, ħlief għal xi drittijiet li ma jistgħux ikunu preskritti.

Id-dritt għall-annullament ta' kuntratt ta' bejgħ minħabba telf eċċessiv huwa preskritt jekk it-talba ma ssirx fi żmien sena mill-konklużjoni tal-kuntratt.

Il-kawżi dwar it-telf minħabba trasferiment, ċaħda jew ċediment iridu jitressqu fi żmien sena.

Il-kawżi kummerċjali

Il-kawżi ġejjin minn tranżazzjoni kummerċjali jridu jitressqu fi żmien tliet snin, sakemm ma jkunx hemm preskrizzjoni oħra prevista mil-liġi.

Il-kawżi LI ġejjin minn kuntratt ta' aġenzija kummerċjali jridu jitressqu fi żmien erba' snin mit-tmiem tas-sena bil-kalendarju li fiha qamet it-talba.

Il-kawżi kontra negozjant individwali minħabba l-mod kif qed imexxi n-negozju tiegħu jridu jitressqu fi żmien tliet snin wara t-tneħħija tiegħu mir-reġistru tal-kummerċ, sakemm it-talba ma tkunx soġġetta għal preskrizzjoni iqsar.

Il-kawżi li ġejjin minn projbizzjoni imposta fuq membru ta' sħubija li ma tħallihx jikkonkludi tranżazzjonijiet fl-istess tip ta' negozju tas-sħubija, jew milli jkun membru b'responsabbiltà sħiħa fi sħubija oħra li tmexxi l-istess tip ta' negozju mingħajr il-kunsens tal-bqija tal-membri, iridu jitressqu fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-membri l-oħra tas-sħubija jsiru jafu bil-ksur tal-projbizzjoni dwar il-kompetizzjoni, iżda mhux aktar tard minn ħames xhur minn meta jseħħ il-ksur.

Il-kawżi kontra membru ta' sħubija rigward l-obbligi tas-sħubija jridu jitressu fi żmien tliet snin minn meta t-terminazzjoni tas-sħubija tiddaħħal fir-reġistru, sakemm it-talba kontra s-sħubija mhix soġġetta għal preskrizzjoni iqsar.

Il-kawżi kontra l-fundaturi ta' kumpanija rigward l-obbligi li daħlet għalihom il-kumpanija qabel it-twaqqif tagħha jridu jitressqu fi żmien tliet snin minn meta l-kumpanija tniżżlet fir-reġistru tal-kummerċ.

Il-kawżi kontra l-fundaturi rigward telf speċifiku li tkun ġarrbet il-kumpanija u terzi li seħħ matul l-operat tal-kumpanija jridu jitressqu fi żmien ħamest ijiem minn meta l-kumpanija tniżżlet fir-reġistru tal-kummerċ. Din il-preskrizzjoni tapplika wkoll għall-persuni li jkunu għenu biex sar dan it-telf.

Il-kawżi li ġejjin minn drittijiet kontra l-kumpanija ta' kreditur li ma jistax jottjeni l-ħlas tat-talba tiegħu mill-kumpanija u jdur għall-persuni responsabbli skont il-liġi (il-fundaturi, terzi, eċċ) jridu jitressqu fi żmien ħames snin minn meta tkun saret it-talba.

Il-kawżi li ġejjin minn ksur ta' projbizzjoni tal-kompetizzjoni imposta fuq il-membri tal-bord ta' kumpanija jridu jitressqu fi żmien ħames snin mid-data tal-ksur.

Il-kawżi li ġejjin mit-telf ikkawżat lill-kumpanija, il-membri tagħha jew lill-kredituri tagħha matul ir-riorganizzazzjoni tagħha jridu jitressqu fi żmien ħames snin mid-data minn meta ssir effettiva r-riorganizzazzjoni.

Il-kawżi kontra speditur jridu jitressqu fi żmien tliet snin.

Il-kawżi kontra speditur rigward il-merkanzija, sakemm l-ispeditur ma kellux aġir in mala fede jew ippermetta negliġenza gravi, u l-kawżi kontra persuna li tieħu ħsieb il-maħżen, sakemm ma kellhiex aġir in mala fede jew ippermettiet negliġenza gravi, iridu jitressqu fi żmien sena.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara l-iskeda informattiva dwar "Il-Ġurisdizzjoni tal-Qrati".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara l-iskeda informattiva dwar "Il-Ġurisdizzjoni tal-Qrati - il-Latvja".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara l-iskeda informattiva dwar "Il-Ġurisdizzjoni tal-Qrati - il-Latvja".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ir-rikors jista' jiġi ppreżentat mir-rikorrent innifsu jew minn persuna awtorizzata. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi mehmuża mar-rikors. Mhemmx bżonn ta' avukat jew ta' konsulent legali ieħor.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors irid jiġi ppreżentat lill-qorti tal-ewwel istanza li għandha ġurisdizzjoni.

Ir-rikors irid jiġi ppreżentat fir-reġistru (kanceleja) tal-qorti mir-rikorrent jew minn persuna awtorizzata. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu wkoll bil-posta, u għandhom jiġu indirizzati lill-qorti rispettiva.

Ir-rikorsi jiġu aċċettati matul il-ħinijiet tax-xogħol minn impjegat maħtur mill-president tal-qorti - normalment ikun l-assistent tal-president tal-qorti jew impjegat tar-reġistru.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums), il-partijiet iridu jippreżentaw kwalunkwe dokumenti b'lingwi‑barranin flimkien ma' traduzzjoni ċċertifikata fil-lingwa uffiċjali, il-Latvjan, skont il-proċeduri stabbiliti mil-Liġi. Persuna eżenti mill-ispejjeż tal-qorti ma għandhiex għalfejn tehmeż traduzzjoni.

Il-qorti tista' taċċetta li ċerti passi proċedurali jsiru f'lingwa oħra jekk xi parti jekk titlob u jkun il-qbil tal-partijiet kollha. Il-minuti tas-seduti u d-deċiżjonijiet tal-qorti jsiru bil-Latvjan.

Il-kawża tinfetaħ permezz tal-preżentata ta' rikors bil-miktub quddiem il-qorti. Ir-rikors jista' jiġi ppreżentat mir-rikorrent innifsu jew minn persuna awtorizzata minnu, u jista' jintbagħat bil-posta, iżda mhux bil-faks jew bil-posta elettronika.

Għandu jingħad ukoll li d-dokumenti ċertifikati b'firma elettronika sigura jistgħu jintużaw għall-preżentata ta' kull tip ta' rikors sakemm il-liġi ma tkunx ipprovdiet għal proċedura speċifika għall-bidu tal-proċedimenti. Id-dokumenti elettroniċi mhux aċċettati għal ċerti tipi ta' dokumenti li jikkonċernaw il-proprjetà immobbli, il-familja u s-suċċessjoni u ċerti tipi ta' kuntratti ta' garanzija.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ir-rikors irid ikun miktub. Għall-maġġoranza tat-talbiet mhemmx formola apposta. Hemm formoli apposta għat-talbiet iż-żgħar (maza apmēra prasības, Kapitolu 30.3 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili); l-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti (saistību piespiedu izpildīšana brīdinājuma kārtība, Kapitolu 50.1 tal-Liġi); u r-rikorsi għall-protezzjoni provviżorja kontra l-vjolenza (pagaidu aizsardzība pret vardarbību, Kapitolu 30.5 tal-Liġi).

Fejn mhemmx formola apposta, l-informazzjoni essenzjali u d-data li jridu jiġu indikati fir-rikors huma stabbiliti mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Skont il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ir-rikors irid jindika dan li ġej:

  • l-isem tal-qorti li quddiemha tressaq ir-rikors;
  • l-isem, il-kunjom, in-numru tal-identità personali u l-post ta’ residenza rreġistrat, jew fin-nuqqas, il-post ta’ residenza de facto tar-rikorrent. f'każ ta' persuna ġuridika, l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat; jekk ir-rikorrent jaqbel li jikkomunika mal-qorti b’mezzi elettroniċi jew jekk huma nklużi fost il-persuni/entitajiet imniżżla fl-Artikolu 56(23) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, indirizz tal-posta elettronika u, fejn huma reġistrati fis-sistema online għall-korrispondenza mal-qorti, ir-referenza ta’ reġistrazzjoni jenħtieġ li tiġi indikata wkoll. Ir-rikorrent jista' jindika wkoll indirizz ieħor minħabba korrispondenza mal-qorti;
  • l-isem, kunjom, numru tal-identità personali, il-post ta' residenza dikjarata u kull indirizz addizzjonali ieħor ta-konvenut jew parti interessata, jew fin-nuqqas, post ta' residenza de facto; f'każ ta' persuna ġuridika, l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat. In-numru tal-identità personali jew ta' reġistrazzjoni tal-konvenut, jekk magħruf, irid jiġi indikat;
  • l-isem, kunjom, numru tal-identità personali u indirizz għall-korrispondenza mal-qorti tar-rappreżentant tar-rikorrent, jekk il-kawża ssir mir-rappreżentant, jew f'każ ta' persuna ġuridika, l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat; jekk ir-rappreżentant tar-rikorrent, b’post ta’ residenza rreġistrat jew indirizz għall-korrispondenza fil-Latvja, jaqbel li jikkomunika mal-qorti b’mezzi elettroniċi, jenħtieġ li jiġi indikat ukoll indirizz tal-posta elettronika u, fejn huwa rreġistrat fis-sistema online għall-korrispondenza mal-qorti, ir-referenza ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-post ta’ residenza rreġistrat jew l-indirizz għall-korrispondena tar-rappreżentant tar-rikorrent jinsabu barra l-Latvja, l-indirizz tal-posta elettronika jew ir-referenza għar-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema għall-korrispondenza mal-qorti jridu jiġu indikati wkoll. Jekk ir-rappreżentant tar-rikorrent huwa avukat, jenħtieġ li jkun hemm ukoll l-indirizz tal-posta elettronika tal-uffiċċju tiegħu;
  • l-isem tal-istituzzjoni ta’ kreditu u n-numru tal-kont fejn għandhom jitħallsu l-ammonti irkuprati u l-ispejjeż legali;
  • is-suġġett tat-talba;
  • l-ammont tat-talba, jekk it-talba tista' tiġi kwantifikata fi flus, flimkien mal-metodu ta' kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat jew qed jiġi kontestat;
  • il-fatti li fuqhom ir-rikorrent ibbaża t-talba tiegħu, u provi li jappoġġaw dawn il-fatti;
  • il-liġi li fuqha hija bbażata t-talba;
  • kull rapport ta’ medjazzjoni li ppruvat issir qabel infetħet kawża l-qorti;
  • it-talbiet tar-rikorrent;
  • lista tad-dokumenti mehmuża mar-rikors;
  • id-data li fiha sar ir-rikors, u kull informazzjoni oħra li tista' tkun rilevanti. Ir-rikorrent jista’ jindika n-numru tat-telefown tiegħu, jekk huwa jaqbel li jikkomunika mal-qorti bit-telefown.

Hija meħtieġa aktar informazzjoni mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili għal rikors partikolari (pereżempju ta' divorzju) u għal tipi speċjali ta' proċedimenti (pereżempju l-konferma jew l-annullament ta' adozzjoni, il-protezzjoni tas-suċċessjon u l-kurazija).

Ir-rikors irid jiġi ffirmat mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu, jew mir-rikorrent flimkien mar-rappreżentant tiegħu jekk titlob hekk il-qorti, ħlief fejn il-liġi tipprovdi mod ieħor. Jekk ir-rappreżentant irid jaġixxi f'isem ir-rikorrent, trid tiġi mehmuża mar-rikors il-prokura (pilnvara) jew dokument ieħor li jiċċertifika d-dritt tar-rappreżentant li jmexxi l-kawża.

Ir-rikors għandu jiġi sottomess lill-qorti f’numru ta’ kopji ekwivalenti għan-numru ta’ konvenuti u terzi involuti.

Kif stipulat mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u konvenzjonijiet internazzjonali, rikors għall-manteniment għandu jsir permezz tal-formoli indikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti u jista’ jiġi ppreżentat jew mibgħut permezz tal-awtoritajiet ċentrali Latvjani apposta għall-kooperazzjoni.

Ir-rikors irid jiġi akkumpanjat ukoll minn dokumenti li:

  • juru li tħallsu t-tariffi tal-Istat (valsts nodevas) u spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi u fl-ammonti korretti;
  • jikkonfermaw li ġew osservati l-proċeduri għall-istħarriġ ekstraġudizzarju tal-kwistjoni, fejn tali stħarriġ huwa rikjest mil-liġi;
  • jippruvaw il-fatti li fuqom hija bbażata t-talba.

Fis-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-portal tal-qrati Latvjani, taħt E-Pakalpojumi (“servizzi elettroniċi”), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaE-veidlapas (mudelli elettroniċi”), hemm numru ta' formoli għad-dokumenti proċedurali. Dawn il-formoli jistgħu jitniżżlu, jimtlew u jiġu ppreżentati f'forma stampata.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-ispejjeż tal-qorti jridu jitħallsu qabel il-preżentata tar-rikors (tariffa tal-Istat (valsts nodeva), tariffa tar-reġistru (kancelejas nodeva), u l-ispejjeż meħtieġa minħabba s-smigħ tal-kawża (ar lietas izskatīšanu saistītie izdevumi)); il-ħlas jista' jsir il-bank. Meta l-qorti taqta' s-sentenza favur parti minnhom, hjia tordna lill-parti t-telliefa biex tħallas l-ispejjeż kollha li tkun ġarrbet il-parti rebbieħa. Jekk it-talba tiġi milqugħa biss parzjalment, l-ispejjeż tal-qorti jitħallsu skont dak il-proporzjon. Jekk ir-rikorrent ma jkomplix bil-kawża jew il-kawża ma tinqatgħax, ir-rikorrent irid iħallas lura l-ispejjeż tal-qorti tal-konvenut (ħlief fil-każijiet stabbiliti mil-liġi fejn talba hija marbuta mal-ħruġ taċ-ċertifikat previst fir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill). F'dan il-każ il-konvenut ma jħallasx lura l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent, iżda jekk ir-rikorrent ma jkomplix bil-kawża għaliex il-konvenut volontarjament issodisfa t-talba tiegħu wara l-preżentata tar-rikors, il-qorti tista', b'talba tar-rikorrent, tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent.

Bl-istess mod, l-ispejjeż tat-tmexxija tal-kawża (it-tariffi tal-avukat, l-ispejjeż ta' kull dehra l-qorti u l-ispejjeż marbuta mal-kumpilazzjoni tal-provi) jitħallsu mill-konvenut favur ir-rikorrent jekk it-talba tar-rikorrent tiġi milqugħa kollha jew parti minnha, jew jekk ir-rikorrent ma jkomplix bil-kawża għaliex il-konvenut volontarjament issodisfa t-talba tiegħu wara l-preżentata tar-rikors Jekk il-kawża ma tiġix milqugħa, il-qorti tordna lir-rikorrent iħallas l-ispejjeż tad-difiża tal-konvenut.

It-tariffi tal-avukat jew konsulent legali jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-klijent u l-avukat jew konsulent legali.

10 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara l-iskeda informattiva dwar "L-Għajununa Legali".

11 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Id-dokumenti li jaslu bil-posta, jew matul il-ħinijiet tal-ftuħ, jiġu reġistrati mill-qorti f'reġistru għall-korrispondenza li tidħol kuljum dakinhar tal-wasla tagħhom. Rikors jitqies li tressaq dakinhar tal-wasla tiegħu. Il-preskrizzjoni għall kull pass proċedurali li jrid isir il-qorti tiskadi meta l-qorti tieqaf taħdem. Jekk ir-rikors, appell jew konsenja postali oħra jaslu għan l-operatur tal-komunikazzjoni sa nofsillejl fil-ġurnata finali taż-żmien imħolli għal dan il-għan, id-dokument jitqies li ġie ppeżentat fil-ħin.

Jekk ir-rikors ma jkunx ġie mfassal tajjeb, jew jekk ikun hemm xi dokumenti meħtieġa neqsin, l-imħallef jagħti deċiżjoni dettaljata fejn isib li ma tistax tittieħed azzjoni fuq dak ir-rikors. Kopa ta' dik id-deċiżjoni tintbagħat lir-rikorrent bi żmien speċifiku li fih irid jikkoreġi dawn in-nuqqasijiet. Dan il-limitu taż-żmien ma jistax ikun iqsar minn 20 ġurnata li jibdew jgħaddu mid-data tal-għotja tad-deċiżjoni. Jekk ir-rikorrent jikkoreġi dawn in-nuqqasijiet fiż-żmien mogħti lilu, ir-rikors jitiqies li ġie ppreżentat fid-data li fiha wasal għall-ewwel darba quddiem il-qorti. Jekk ir-rikorrent jonqos milli jagħmel il-korrezzjonijiet fil-ħin, ir-rikors jitqies li qatt ma ġie ppreżentat, u jintbagħat lura lir-rikorrent. Il-fatt li r-rikors ġie ritornat ma jfissirx li r-rikorrent ma jistax jerġa' jressqu quddiem il-qorti.

Konferma speċifika li r-rikors ġie ppreżentat fil-forma korretta: jekk ir-rikors jitfassal tajjeb, u jiġu mehmuża miegħu d-dokumenti kollha meħtieġa, l-imħallef jiddeċiedi fi żmien sebat ijiem mill-wasla tar-rikors il-qorti fejn jilqa' r-rikors u jagħti bidu għall-proċedimenti.

Meta jibdew il-proċedimenti, ir-rikors u l-kopji tad-dokumenti mehmuża miegħu jintbagħtu lill-konvenut flimkien ma' perjodu ta' żmien stabbilit għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet bil-miktub. B'notifika tal-osservazzjonijiet l-imħallef jibgħat kopja tagħhom lir-rikorrent u lill-partijiet interessati. L-imħallef jista' jitlob lir-rikorrent biex jagħti l-kummenti tiegħu dwar l-osservazzjonijiet. Hekk kif jaslu l-osservazzjonijiet, jekk jiskadi ż-żmien għall-preżentazzjoni tagħhom, l-imħallef jiffissa data għas-seduta ta' smigħ. L-iskrivan tal-qorti jibgħat ċitazzjoni lill-partijiet. Jekk il-kawża tkun se tinstema' permezz tal-proċedura bil-miktub, ma tingħatax data għas-smigħ, u ma tintbagħat l-ebda ċitazzjoni lill-partijiet.

12 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-partijiet jirċievu ċitazzjoni mill-qorti bil-ħin u l-post tas-seduta ta' smigħ jew ta' xi azzjoni proċedurali oħra. Iċ-ċitazzjoni tal-qorti tintbagħat fl-indirizz tal-post ta' residenza dikjarata, iżda persuna tista' tindika wkoll indirizz ieħor għall-korrispondenza mal-qorti.

Jekk il-konvenut ma jkollux post ta' residenza dikjarata fil-Latvja u r-rikorrent, għal raġunijiet oġġettivi, ma jkunx irnexxielu jiddetermina l-post ta' residenza tal-konvenut barra l-Latvja, il-qorti tista', b'rikors dettaljat tar-rikorrent, tagħmel użu mill-proċeduri ta' rintraċċar għall-indirizz tal-konvenut li hemm previsti fil-ftehimiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq il-Latvja jew fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Jekk l-indirizz tal-konvenut ma jistax jiġu traċċat bil-proċeduri previsti fil-ftehimiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq il-Latvja jew fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew jekk ikun impossibbli li jintbagħtu d-dokumenti lill-konvenut fl-indirizz stabbilit mir-rikorrent, jew jekk ikun impossibbli li jintbagħtu d-dokumenti lill-konvenut permezz tal-proċeduri previsti fil-ftehimiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq il-Latvja jew permezz tal-proċedura prevista fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili għall-kooperazzjoni internazzjonali fi proċedimenti ċivili, il-konvenut li ma għandux post ta' residenza dikjarat fil-Latvja jitħarrek mill-qorti permezz ta' avviż ippubblikat fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGazzetta Uffiċjali, Latvijas Vēstnesis.

Fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tal-qrati tal-Latvja, taħt E-pakalpojumi ("servizzi elettroniċi") u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTiesvedības gaita ("progress tal-proċedimenti ġudizzjarji"), tista' ssib informazzjoni dwar il-progress tal-proċedimenti ġudizzjarji billi ddaħħal in-numru tal-każ jew taċ-ċitazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Litwanja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja jipprevedu għadd ta’ għażliet ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Fl-2012, daħlet fis-seħħ Liġi riformulata dwar l-Arbitraġġ Kummerċjali (Komercinio arbitražo įstatymas) fil-Litwanja. Din il-Liġi tapplika għall-proċedimenti ta’ arbitraġġ li jseħħu fit-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew min-nazzjonalità tal-partijiet f’tilwima, kemm jekk ikunu persuni fiżiċi u kemm jekk ġuridiċi, jew minn jekk il-proċedimenti ta’ arbitraġġ ikunux organizzati minn korp ta’ arbitraġġ permanenti jew iseħħux fuq bażi ad hoc. L-arbitraġġ huwa alternattiva ekwivalenti għall-qrati tal-Istat. Huwa jipprovdi għażla sabiex il-biċċa l-kbira tat-tilwimiet tan-negozju jissolvew malajr u b’mod konvenjenti billi jitressqu quddiem persuni privati indipendenti, awtorevoli u ta’ reputazzjoni tajba, li jkunu aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, aktar milli għall-imħallfin. Il-partijiet għal arbitraġġ jistgħu jaqblu fuq ir-regoli li jirregolaw il-proċedimenti tal-arbitraġġ b’mod aktar liberu. Il-qorti tal-arbitraġġ tista’ tiltaqa’ fi kwalunkwe post li jkun konvenjenti għall-partijiet għat-tilwima u tista’ tagħżel liberament il-lingwa tal-proċedimenti u l-forma tad-deċiżjoni, eċċ. Il-ftehimiet ta’ arbitraġġ elettroniċi huma rikonoxxuti bħala ftehimiet bil-miktub.

Fl-2008 ġiet adottata l-Liġi dwar il-Medjazzjoni Konċiljatorja f’Tilwimiet Ċivili (Civilinių ginčų taikinamojo tarpininkavimo įstatymas). Il-medjazzjoni konċiljatorja f’tilwimiet ċivili (imsejħa wkoll medjazzjoni) hija proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim amikevoli li tinvolvi intermedjarju konċiljatorju imparzjali terz (medjatur). Il-liġi tispeċifika li l-medjazzjoni tista’ tintuża sabiex jissolvew tilwimiet ċivili (jiġifieri tilwimiet li jinvolvu l-familja u kwistjonijiet oħrajn) li jistgħu jinstemgħu minn qorti fi proċeduri ta’ qorti ċivili. Il-partijiet jistgħu jużaw din l-għażla sabiex isolvu t-tilwima tagħhom kemm qabel jirreferu t-tilwima tagħhom quddiem il-qorti (medjazzjoni ekstraġudizzjarja) kif ukoll wara li jkunu bdew il-proċeduri tal-qorti (medjazzjoni ġudizzjarja). Għandu jiġi nnotat li l-bidu tal-medjazzjoni jissospendi l-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ pretensjoni. B’hekk, anki jekk ma tinstabx soluzzjoni amikevoli ta’ tilwima, il-partijiet iżommu d-dritt tagħhom li jfittxu rimedju fil-qorti. Il-medjazzjoni ġudizzjarja tiġi pprovduta mingħajr ħlas. Barra minn hekk, jekk tagħżel li ssolvi t-tilwima tiegħek fi kwistjoni ċivili permezz ta’ medjazzjoni ġudizzjarja, tiffranka ammont sinifikanti kemm ta’ ħin u kemm ta' sforz, meta mqabbel mal-proċedimenti legali, kif ukoll ta’ flus, minħabba li, f’każ li l-proċedura ta’ medjazzjoni tintemm bi ftehim amikevoli, 75 % ta-tariffa tal-qorti mħallsa tingħata lura. Is-soluzzjoni ta’ tilwima permezz ta’ medjazzjoni ġudizzjarja tiggarantixxi l-kunfidenzjalità u kwalunkwe parti tista’ tirtira mill-medjazzjoni ġudizzjarja mingħajr ma tiddikjara r-raġunijiet tagħha.

Is-soluzzjoni ekstraġudizzjarja tat-tilwimiet li jirriżultaw minn kuntratti konklużi minn konsumaturi hija rregolata mil-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Vartotojų teisių apsaugos įstatymas), li daħlet fis-seħħ fl-2007 u li tinkorpora alternattiva għall-proċedimenti ġudizzjarji, inklużi r-regoli ta’ proċedura u l-istruttura istituzzjonali tagħha. Il-korpi involuti f’soluzzjoni alternattiva għat-tilwim fil-Litwanja huma s-Servizz tal-Istat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba), is-Servizz tar-Regolamentazzjoni tal-Komunikazzjoni (Ryšių reguliavimo tarnyba) u korpi oħrajn li jittrattaw tilwimiet f’setturi individwali (is-Servizz tar-Regolamentazzjoni tal-Komunikazzjoni jisma’ tilwimiet fl-oqsma tal-komunikazzjoni elettronika u s-servizzi postali u ta’ kurrier, il-Bank tal-Litwanja (Lietuvos bankas) jittratta t-tilwimiet tal-konsumaturi ma’ fornituri ta’ servizzi finanzjarji, eċċ.). Il-konsumaturi jistgħu jużaw assistenza legali matul soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, iżda l-ispejjeż tal-assistenza legali ma jingħatawx lura. L-għajnuna legali primarja u sekondarja garantita mill-Istat tiġi pprovduta lil dawk il-konsumaturi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni. Rikors lil korp għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ġeneralment ma jkollu ebda effett sospensiv fuq il-perjodu ta’ limitazzjoni. Għalhekk, minħabba l-iskadenzi relattivament twal għas-soluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi u ċerti perjodi ta’ limitazzjoni qosra għall-pretensjonijiet, hemm riskju serju li jinqabeż il-perjodu ta’ limitazzjoni.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ għaxar snin.

Il-leġiżlazzjoni Litwana tistabbilixxi perjodi ta’ limitazzjoni iqsar għal tipi partikolari ta’ pretensjonijiet.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ xahar għall-pretensjonijiet li jirriżultaw mir-riżultati tal-proċeduri tal-offerti.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ tliet xhur għall-pretensjonijiet sabiex id-deċiżjonijiet tal-korpi ta’ entità ġuridika jiġu ddikjarati invalidi.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ sitt xhur għal:

  1. pretensjonijiet li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni ta’ inadempjenza (multa, imgħax fuq ħlas tardiv);
  2. pretensjonijiet li jikkonċernaw id-difetti tal-oġġetti mibjugħa.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ sitt xhur għall-pretensjonijiet li jirriżultaw mir-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji tat-trasport u l-klijenti tagħhom fir-rigward tal-konsenji mibgħuta minn ġewwa l-Litwanja, filwaqt li jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni ta’ sena għall-konsenji mibgħuta barra mill-pajjiż.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ sena għall-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ tliet snin għall-pretensjonijiet għad-danni, inklużi pretensjonijiet għal danni li jirriżultaw mill-kwalità inadegwata tal-prodotti.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ ħames snin għall-pretensjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-imgħax u ta’ ħlasijiet perjodiċi oħrajn.

Il-pretensjonijiet rigward difetti fix-xogħlijiet imwettqa huma soġġetti għal perjodi ta’ limitazzjoni iqsar.

Il-pretensjonijiet li jirriżultaw mit-trasport ta’ merkanzija, passiġġieri u bagalji huma soġġetti għall-perjodi ta’ limitazzjoni stabbiliti fil-kodiċijiet (liġijiet) applikabbli għal modalitajiet tat-trasport speċifiċi.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Tilwima relatata ma’ obbligi kuntrattwali hija rregolata mil-liġi magħżula permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet involuti; jekk il-partijiet għażlu l-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja, huma jistgħu jiddefendu l-interessi legali tagħhom quddiem il-qrati Litwani. Dan il-ftehim tal-partijiet jista’ jiġi stabbilit fil-kuntratt jew stabbilit f’konformità maċ-ċirkostanzi fattwali tal-każ. Il-partijiet jistgħu jaqblu li l-liġi ta’ Stat partikolari tirregola l-kuntratt kollu jew parti(jiet) partikolari tal-kuntratt. Meta l-partijiet jiddeċiedu li l-liġi ta’ Stat barrani għandha tiġi applikata għal kuntratt, din ma tistax tintuża bħala bażi għar-rinunzja ta’ kwalunkwe regoli obbligatorji applikabbli fir-Repubblika tal-Litwanja jew fi kwalunkwe Stat ieħor li ma jistgħux jinbidlu jew jiġu rrinunzjati permezz ta’ ftehim tal-partijiet.

Jekk il-partijiet ma jindikawx liema liġi għandha tirregola l-kuntratt, għandha tapplika l-liġi tal-Istat li miegħu huwa assoċjat l-aktar mill-qrib l-obbligu kuntrattwali. Hemm preżunzjoni li l-obbligu kuntrattwali huwa assoċjat l-aktar mill-qrib mal-Istat li fit-territorju tiegħu:

  1. il-parti marbuta bl-obbligu l-aktar karatteristiku tal-kuntratt għandha l-post tar-residenza permanenti jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħha. Jekk l-obbligu jkun assoċjat aktar mill-qrib mal-liġi tal-Istat fejn jinsab in-negozju tal-parti għall-obbligu, tapplika l-liġi ta’ dak l-Istat;
  2. tinsab il-proprjetà immobbli, jekk is-suġġett tal-kuntratt ikun id-dritt għall-proprjetà immobbli jew id-dritt għall-użu tagħha;
  3. kien jinsab il-post tan-negozju ewlieni fil-mument tal-konklużjoni ta’ kuntratt tat-trasport, diment li l-Istat tal-post tan-negozju ewlieni tat-trasportatur ikun l-istess bħall-Istat li fih ġiet mgħobbija l-merkanzija, jew kien jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-konsenjatur, jew minn fejn intbagħtet il-merkanzija.

Il-ftehimiet ta’ arbitraġġ huma rregolati mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ewlieni. Jekk il-kuntratt ewlieni jkun invalidu, tapplika l-liġi tal-post fejn ikun ġie konkluż il-ftehim ta’ arbitraġġ; jekk din ma tkunx tista’ tiġi identifikata, mela tapplika l-liġi tal-Istat tal-arbitraġġ.

Id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mid-dannu huma rregolati, skont l-għażla tal-parti affettwata, jew mil-liġi tal-Istat li fih twettaq l-att rilevanti jew fejn jinsabu kwalunkwe ċirkostanzi oħrajn li jirriżultaw fid-dannu, jew inkella mil-liġi tal-Istat li fih kien imġarrab id-dannu.

Is-sistema ġuridika li tirregola l-proprjetà matrimonjali hija ddeterminata mil-liġi tal-Istat tar-residenza permanenti tal-konjuġi. Meta l-postijiet tar-residenza permanenti tal-konjuġi jkunu jinsabu fi Stati differenti, il-liġi li tirregola tkun il-liġi tal-Istat li ż-żewġ konjuġi huma ċittadini tiegħu. Meta l-konjuġi jkunu ċittadini ta’ Stati differenti u qatt ma kellhom post ta’ residenza komuni, il-liġi li tirregola tkun il-liġi tal-Istat fejn sar il-kuntratt taż-żwieġ. Is-sistema ġuridika li tirregola l-proprjetà matrimonjali definita mill-kuntratt hija l-liġi tal-Istat magħżul mill-konjuġi fil-kuntratt tagħhom. F’dan il-każ, il-konjuġi jistgħu jagħżlu l-liġi tal-Istat fejn għandhom jew se jkollhom il-post tar-residenza permanenti tagħhom, il-liġi tal-Istat fejn sar il-kuntratt taż-żwieġ jew il-liġi tal-Istat li wieħed mill-konjuġi huwa ċittadin tiegħu. Il-ftehim tal-konjuġi dwar il-proprjetà skont il-liġi applikabbli jkun validu sakemm ikun konformi mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Istat magħżul jew tal-liġi tal-Istat fejn ikun sar il-ftehim.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni huma stabbiliti fl-Artikoli 29–30 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas). Pretensjoni tista’ tiġi ppreżentata quddiem qorti skont il-post tar-residenza tal-konvenut. Pretensjoni kontra entità ġuridika għandha tiġi ppreżentata skont l-uffiċċju rreġistrat tal-entità ġuridika, kif indikat fir-reġistru tal-entitajiet ġuridiċi. Jekk il-konvenut ikun l-Istat jew muniċipalità, il-pretensjoni għandha tiġi ppreżentata skont l-uffiċċju rreġistrat tal-korp li jirrappreżenta l-Istat jew il-muniċipalità.

Pretensjoni kontra konvenut li l-post tar-residenza tiegħu ma jkunx magħruf tista’ tiġi ppreżentata skont il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà tiegħu jew skont l-aħħar post tar-residenza magħruf. Pretensjoni kontra konvenut li ma jkollux post tar-residenza fir-Repubblika tal-Litwanja tista’ tiġi ppreżentata skont il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà tiegħu jew skont l-aħħar post tar-residenza magħruf tiegħu fir-Repubblika tal-Litwanja. Pretensjoni relatata mal-attivitajiet ta’ fergħa ta’ entità ġuridika tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont l-uffiċċju rreġistrat tal-fergħa.

Pretensjoni għall-għoti ta’ manteniment u l-azzjoni għaċ-ċħid tal-paternità tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza tal-pretendent. Pretensjoni għal kumpens għad-dannu għas-saħħa ta’ persuna, inkluża mewt, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tal-pretendent jew il-post fejn kien imġarrab id-dannu. Pretensjoni għal kumpens għad-dannu għall-proprjetà ta’ persuna tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tal-pretendent jew il-post fejn sar id-dannu.

Pretensjoni dwar ftehim/kuntratt li jispeċifika l-post tal-eżekuzzjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tal-eżekuzzjoni indikat fil-ftehim/kuntratt.

Pretensjoni li tirrigwardja persuna li taġixxi fil-kapaċità ta’ gwardjan, kustodju jew amministratur tal-proprjetà tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tal-gwardjan, tal-kustodju jew tal-amministratur tal-proprjetà.

Pretensjoni dwar kuntratti konklużi minn konsumaturi tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza tal-konsumatur.

Pretendent għandu d-dritt li jagħżel bejn diversi qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni għall-kawża.

Il-pretensjonijiet għal drittijiet in rem fi proprjetà immobbli, l-użu ta’ proprjetà immobbli, ħlief għal rikorsi li jikkonċernaw il-likwidazzjoni ta’ beni tal-miżżewġin f’kawżi ta’ divorzju, u l-kanċellazzjoni tas-sekwestru ta’ proprjetà immobbli jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti fil-post tal-proprjetà immobbli jew il-parti ewlenija tal-proprjetà.

Il-pretensjonijiet minn kredituri ta’ suċċessjoni ppreżentati qabel ma l-eredi jkunu aċċettaw il-wirt jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti fil-post tal-wirt jew tal-parti ewlenija tal-wirt.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Il-kawżi ċivili kollha jinstemgħu mill-qrati distrettwali bħala qrati tal-prim’istanza, ħlief għall-kawżi li jinstemgħu minn qrati reġjonali jew mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius.

Il-qrati reġjonali jisimgħu l-kawżi ċivili li ġejjin bħala qrati tal-prim’istanza:

  1. mill-4 ta’ April 2013, azzjonijiet li jinvolvu pretensjonijiet li jaqbżu LTL 150.000, ħlief għall-kawżi li jikkonċernaw il-familja u r-relazzjonijiet industrijali u l-kawżi li jikkonċernaw il-kumpens għal dannu mhux materjali;
  2. kawżi rigward ir-relazzjonijiet legali ta’ drittijiet tal-awtur mhux relatati mal-proprjetà;
  3. kawżi rigward ir-relazzjonijiet legali f’offerti pubbliċi ċivili;
  4. kawżi rigward falliment jew ristrutturar, ħlief għall-kawżi relatati mal-falliment ta’ persuni fiżiċi;
  5. kawżi fejn waħda mill-partijiet tkun Stat barrani;
  6. kawżi bbażati fuq pretensjonijiet rigward il-bejgħ obbligatorju ta’ ishma (sehem, imgħax);
  7. kawżi bbażati fuq pretensjonijiet rigward l-investigazzjoni tal-attivitajiet ta’ entità ġuridika;
  8. kawżi rigward il-kumpens għal dannu materjali u mhux materjali li jirriżulta mill-ksur tad-drittijiet tal-pazjenti stabbiliti;
  9. kawżi ċivili oħrajn li jenħtieġ li jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala qrati tal-prim’istanza skont liġijiet speċifiċi.

Il-kawżi li ġejjin jinstemgħu biss mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius, bħala qorti tal-prim’istanza:

  1. kawżi rigward it-tilwimiet imsemmija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Liġi dwar il-Privattivi (Lietuvos Respublikos patentų įstatymas);
  2. kawżi rigward it-tilwimiet imsemmija fil-Liġi dwar it-Trademarks (Lietuvos Respublikos prekių ženklų įstatymas);
  3. kawżi rigward l-adozzjoni ta’ ċittadinanza Litwana għal persuna li tirrisjedi fir-Repubblika tal-Litwanja kif mitluba minn ċittadini ta’ Stati oħrajn;
  4. kawżi ċivili oħrajn li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni unika tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius bħala l-qorti tal-prim’istanza skont liġijiet speċifiċi.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Il-persuni jistgħu jressqu kawża l-qorti huma stess jew permezz tar-rappreżentanti tagħhom. Il-parteċipazzjoni ta’ persuna f’seduta ta’ smigħ ma ċċaħħadx lil dik il-persuna mid-dritt li jkollha rappreżentant fil-proċedimenti. Huwa meqjus bħala xieraq li rappreżentant jattendi seduta ta’ smigħ fil-qorti f’isem il-persuna li jkun qed jirrappreżenta, sakemm il-qorti ma tqisx li huwa meħtieġ li l-persuna li tkun qed tiġi rrappreżentata tkun preżenti.

Persuna jrid ikollha avukat fil-proċedimenti fil-kawżi speċifikati fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Kodiċi Ċivili (Civilinis kodeksas), pereżempju, jekk il-qorti tkun qed tisma’ kawża li tinvolvi persuna li tiġi ddikjarata bħala legalment inkapaċi, il-persuna inkwistjoni trid tkun irrappreżentata minn avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Il-persuni li juru x-xewqa li jippreżentaw dokumenti f’qorti jew li jiksbu dokumenti mingħandha jridu jikkuntattjaw lir-reġistru tal-qorti, li jispjega l-proċedura għall-preżentazzjoni, il-kisba jew ir-ritorn tad-dokumenti. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPunti ta’ kuntatt tal-qorti

Minn mindu tnieda l-portal tas-servizzi elettroniċi e.teismas.lt fl-1 ta’ Lulju 2013, kien possibbli li tiġi ppreżentata d-dokumentazzjoni ta’ kawża, jinżamm rendikont tal-proċedimenti, titħallas it-tariffa tal-qorti u jinkisbu servizzi oħrajn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonline.

Bil-għan li jiġi żgurat li l-kawżi jiġu ttrattati b’mod konsistenti, huwa stabbilit b’riżoluzzjoni li, mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kawżi pproċessati b’mod elettroniku minn qrati inferjuri u ttrasferiti lill-qrati tal-appell u tal-kassazzjoni kellhom jiġu pproċessati wkoll b’mod elettroniku.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-persuni li jipparteċipaw f’kawża jridu jipprovdu kopji oriġinali tad-dokumenti proċedurali. Barra minn hekk, il-qorti trid tirċievi numru suffiċjenti ta’ kopji ta’ dokumenti proċedurali stampati: kopja waħda għal kull parti opposta (f’kawżi li jinvolvu bosta konvenuti jew pretendenti, kopja waħda għal kull wieħed jew waħda minnhom, jew jekk ikunu nħatru rappreżentant jew persuna awtorizzata sabiex jirċievu d-dokumenti proċedurali relatati mal-kawża, sempliċiment kopja waħda għal dak ir-rappreżentant jew dik il-persuna awtorizzata) u għall-partijiet terzi, ħlief meta dokument proċedurali jiġi ppreżentat bl-użu ta’ komunikazzjoni elettronika. Kull anness mad-dokumenti proċedurali jrid jiġi ppreżentat fl-istess numru ta’ kopji bħad-dokumenti proċedurali, ħlief meta jiġi ppreżentat bl-użu ta’ komunikazzjoni elettronika jew jekk il-qorti tkun awtorizzat li l-annessi ma jiġux ipprovduti lill-partijiet minħabba li jkun hemm numru kbir minnhom.

Id-dokumenti proċedurali kollha u l-annessi tagħhom iridu jiġu ppreżentati lill-qorti bil-lingwa nazzjonali. Meta l-partijiet fil-proċedimenti li d-dokumenti proċedurali għandhom jiġu ppreżentati lilhom ma jkunux jitkellmu l-lingwa nazzjonali, il-qorti trid tirċievi traduzzjonijiet ta’ dawn id-dokumenti f’lingwa li jifhmu. Meta d-dokumenti pprovduti jkollhom jiġu tradotti f’lingwa barranija, il-partijiet iridu jipprovdu traduzzjonijiet debitament iċċertifikati.

Pretensjoni tista’ tiġi ppreżentata b’mod elettroniku permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-qrati Litwani Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://e.teismas.lt/lt/public/home/, li jista’ jiġi aċċessat fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali (Teismų administracija): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.teismai.lt/en.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Formola ta’ pretensjoni elettronika tista’ timtela fuq il-portal tas-servizzi elettroniċi tal-qrati Litwani Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://e.teismas.lt/lt/public/home/.

Kwalunkwe pretensjoni ppreżentata lill-qorti trid tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali applikabbli għall-kontenut tad-dokumenti proċedurali. (L-Artikolu 111 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Id-dokumenti proċedurali jridu jiġu ppreżentati lill-qorti bil-miktub. Kull dokument proċedurali ta’ parti fil-proċedimenti jrid jispeċifika:

  1. l-isem tal-qorti li tkun qed tiġi ppreżentata bid-dokument proċedurali;
  2. l-istatus proċedurali, l-ismijiet, il-kunjomijiet, in-numri tal-identifikazzjoni personali (jekk ikunu magħrufa) u l-postijiet tar-residenza tal-partijiet fil-proċedimenti; indirizzi oħrajn ta’ partijiet oħrajn fil-proċedimenti għan-notifika ta’ dokumenti proċedurali magħrufa mir-rikorrent; meta l-partijiet fil-proċedimenti jew waħda minnhom tkun persuna ġuridika, l-isem sħiħ, l-uffiċċju rreġistrat u kwalunkwe indirizzi oħrajn ta’ partijiet oħrajn fil-proċedimenti għan-notifika tad-dokumenti proċedurali magħrufa mir-rikorrent, il-kodiċijiet, in-numri tal-kontijiet kurrenti (jekk ikunu magħrufa) u d-dettalji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (jekk ikunu magħrufa);
  3. il-metodu li għandu jintuża għan-notifika tad-dokumenti proċedurali lill-parti u l-indirizz postali għall-korrispondenza, jekk ikun differenti mill-post tar-residenza jew mis-sede;
  4. in-natura u s-suġġett tad-dokument proċedurali;
  5. iċ-ċirkostanzi li jissostanzjaw is-suġġett tad-dokument proċedurali u kwalunkwe evidenza li tikkonferma dawk iċ-ċirkostanzi;
  6. kwalunkwe annessi jridu jiġu mehmuża mad-dokument proċedurali ppreżentat;
  7. il-firma tal-persuna li tippreżenta d-dokument proċedurali u d-data li tfasslet fiha.

Persuna fil-proċedimenti li tibbaża dokument proċedurali fuq regola ta’ interpretazzjoni adottata minn qorti internazzjonali jew qorti ta’ Stat barrani trid tipprovdi kopja tad-deċiżjoni tal-qorti li tistabbilixxi dik ir-regola u traduzzjoni debitament iċċertifikata tad-deċiżjoni fil-lingwa nazzjonali.

Dokument proċedurali ppreżentat lill-qorti minn rappreżentant irid ikun fih l-informazzjoni dwar ir-rappreżentant kif speċifikat fil-punti 2 u 3 ta’ hawn fuq u jrid ikun akkumpanjat minn dokument li jattesta d-drittijiet u l-obbligi tar-rappreżentant, diment li tali dokument ikun għadu ma ġiex ippreżentat jew ikun skada t-terminu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni inkluża fil-fajl.

Persuna awtorizzata minn parti fil-proċedimenti li ma tkunx tista’ tiffirma d-dokument proċedurali trid tiffirmah f’isem din tal-aħħar, filwaqt li tindika r-raġuni għelfejn il-parti ma tistax tiffirma d-dokument ippreżentat hija stess.

L-Artikolu 135 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jispeċifika li d-dikjarazzjoni tal-pretensjoni jrid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

  1. l-ammont tal-pretensjoni, fejn għandu jiġi ddeterminat valur fuq il-pretensjoni;
  2. iċ-ċirkostanzi li il-pretendent jibbaża l-pretensjoni tiegħu fuqhom (raġunijiet fattwali tal-pretensjoni);
  3. evidenza li tattesta ċ-ċirkostanzi stabbiliti mill-pretendent, il-postijiet tar-residenza tax-xhieda u l-post fejn tinstab evidenza oħra;
  4. x’qiegħed ifittex il-pretendent (is-suġġett tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni);
  5. l-opinjoni tal-pretendent dwar il-possibbiltà li tingħata sentenza f’kontumaċja jekk ma jkun hemm ebda rispons għall-pretensjoni jew għad-dokument proċedurali preliminari;
  6. informazzjoni dwar jekk il-kawża hijiex se titmexxa permezz ta’ avukat. Jekk iva, għandhom jiġu pprovduti l-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-uffiċċju tal-avukat;
  7. l-opinjoni tal-pretendent dwar il-possibbiltà li jiġi konkluż ftehim ta’ soluzzjoni jekk il-pretendent ikun jixtieq jipprovdi opinjoni bħal din.

Id-dikjarazzjoni tal-pretensjoni trid tkun akkumpanjata minn dokumenti jew evidenza oħra li fuqhom il-pretendent jibbaża l-pretensjonijiet tiegħu, prova tal-ħlas tat-tariffa tal-qorti u kwalunkwe talbiet għall-ġbir tal-provi li l-pretendent ma jkunx jista’ jippreżenta, filwaqt li tiġi indikata r-raġuni għal dan.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Dikjarazzjoni ta’ pretensjoni trid tkun akkumpanjata mid-dokumenti kollha li jsostnu l-pretensjonijiet tiegħek u prova tal-ħlas tat-tariffa tal-qorti. It-tariffa tal-qorti għal talbiet mhux finanzjarji hija ta’ LTL 100. F’tilwimiet finanzjarji, it-tariffa tal-qorti li għandha titħallas hija ugwali għal perċentwal tal-ammont mitlub, kif speċifikat minn liġijiet speċifiċi: 3 % u mill-inqas LTL 50 għal pretensjonijiet sa LTL 100 000; LTL 3 000 flimkien ma’ 2 % tal-ammont mitlub għal pretensjonijiet ta’ aktar minn LTL 100 000 u sa LTL 300 000; u LTL 7 000 flimkien ma’ 1 % tal-ammont mitlub għal pretensjonijiet ta’ aktar minn LTL 300 000. It-tariffa tal-qorti totali f’tilwimiet finanzjarji ma tistax tkun ta’ aktar minn LTL 30 000.

Liġijiet speċifiċi jipprevedu każijiet fejn il-pretendenti jkunu eżentati mit-tariffa tal-qorti. Barra minn hekk, il-qorti hija intitolata li tagħti eżenzjoni parzjali mill-ħlas tat-tariffa jew tiddifferiha sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ persuna. Kwalunkwe talba għal eżenzjoni mit-tariffa tal-qorti jew differiment minnha trid tkun ġustifikata u akkumpanjata minn prova tas-sitwazzjoni finanzjarja ħażina tal-persuna.

Fi proċedimenti dokumentarji, it-tariffa tal-qorti li għandha titħallas hija nofs it-tariffa li għandha titħallas għall-pretensjoni, iżda mhux inqas minn LTL 20.

Ma għandha titħallas ebda tariffa tal-qorti għal appelli separati, ħlief għal appelli separati li jitolbu l-applikazzjoni ta’ miżuri interim, li għalihom għandha titħallas tariffa tal-qorti ta’ LTL 100.

Meta d-dokumenti proċedurali jew l-annessi ma' dawn id-dokumenti jiġu ppreżentati lill-qorti bl-użu ta’ komunikazzjoni elettronika biss, it-tariffa li għandha titħallas hija ugwali għal 75 % tat-tariffa tal-qorti li għandha titħallas għad-dokument proċedurali inkwistjoni, soġġetta għal tariffa minima ta’ LTL 10.

Klijent irid jaqbel fuq il-forniment ta’ servizzi legali mal-avukat jew l-avukati tiegħu jew ma’ assoċjazzjoni professjonali ta’ avukati billi jiffirma ftehim. Il-parti trid tħallas it-tariffa miftiehma għas-servizzi legali pprovduti. Il-partijiet huma liberi li jaqblu fuq it-twaqqit tal-ħlas skont kif jixtiequ.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Il-Liġi dwar l-Għajnuna Legali Garantita mill-Istat (Lietuvos Respublikos valstybės garantuojamos teisinės pagalbos įstatymas) tiggarantixxi l-forniment ta’ għajnuna legali primarja u sekondarja f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti.

L-għajnuna legali primarja tiġi pprovduta lil ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja u ta’ Stati Membri oħrajn tal-UE, persuni li jirrisjedu legalment fir-Repubblika tal-Litwanja jew fi Stati Membri oħrajn tal-UE, u persuni intitolati għal tali għajnuna skont il-ftehimiet internazzjonali li r-Repubblika tal-Litwanja hija parti fihom . L-għajnuna primarja trid tiġi pprovduta minnufih. Meta dan ma jkunx possibbli, tiġi nnotifikat meta se tiġi aċċettata, li jrid ikun mhux aktar tard minn 5 ijiem mid-data tal-applikazzjoni. L-uffiċjali muniċipali u l-impjegati, l-avukati jew l-ispeċjalisti ta’ aġenziji pubbliċi li magħhom il-muniċipalità kkonkludiet kuntratt jagħtu pariri personali dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwima tiegħek, jipprovdu informazzjoni dwar l-ordinament ġuridiku, il-liġijiet u leġiżlazzjoni oħra u jgħinu fit-tfassil ta’ ftehim ta’ soluzzjoni jew fl-ikkompletar ta’ rikors għal għajnuna sekondarja. L-għajnuna legali primarja tista’ tiġi rrifjutata meta l-pretensjoni tal-attur ma tkunx ġustifikata b’mod ċar, meta l-attur ikun diġà rċieva konsultazzjoni estensiva dwar l-istess kwistjoni, meta jkun ċar li l-persuna tista’ tikseb il-pariri ta’ avukat mingħajr l-għajnuna legali garantita mill-Istat f’konformità mal-liġi, jew meta r-rikors ma jkunx jirrigwarda l-interessi leġittimi u d-drittijiet proprji tal-persuna, ħlief għall-każijiet ta’ rappreżentanza speċifikati skont il-liġi.

L-għajnuna legali sekondarja tista’ tiġi rċevuta mill-istess benefiċjarji, iżda l-forniment ta’ din l-għajnuna huwa soġġett ukoll għal-livell tal-introjtu totali tagħhom.

L-għajnuna legali sekondarja tista’ tiġi pprovduta lil kwalunkwe persuna residenti fir-Repubblika tal-Litwanja li l-assi u l-introjtu annwali tagħha ma jaqbżux il-livelli ta’ eliġibbiltà stabbiliti mill-Gvern fir-rigward tal-forniment tal-għajnuna legali. L-assi u l-introjtu huma kklassifikati fil-livelli I u II: għal-livell I, l-Istat ikopri 100 % tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja, filwaqt li għal-livell II, l-Istat ikopri 50 % tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja (bil-50 % li jifdal iridu jitħallsu mill-persuna).

Il-persuni li ġejjin huma intitolati li jirċievu għajnuna legali sekondarja mingħajr ħlas, irrispettivament mill-assi jew l-introjtu annwali tagħhom: persuni suspettati, persuni akkużati jew ikkundannati f’kawżi kriminali, fejn il-parteċipazzjoni ta’ avukat tad-difiża hija obbligatorja; vittmi f’kawżi li jirrigwardaw kumpens għad-dannu li jirriżulta minn reat kriminali, inklużi kawżi fejn il-kwistjoni tal-kumpens trid tiġi deċiża f’kawża kriminali; benefiċjarji tal-benefiċċji soċjali; persuni appoġġati minn stabbilimenti ta’ kura soċjali residenzjali; persuni kkonfermati li qegħdin isofru minn diżabilità severa jew rikonoxxuti bħala mhux tajbin għax-xogħol; persuni li laħqu l-età tal-irtirar u li ġew iġġudikati bħala li għandhom livell għoli ta’ bżonnijiet speċjali; tuturi (kustodji) ta’ tali persuni, fejn tkun meħtieġa għajnuna legali sabiex jiġu rrappreżentati u mħarsa d-drittijiet u l-interessi tal-persuni taħt it-tutela (il-kustodja) tagħhom; persuni li pprovdew prova (mandat ta’ qbid ta' proprjetà, eċċ.) li huma ma jistgħux, għal raġunijiet oġġettivi, jużaw il-proprjetà u l-fondi tagħhom u, b’riżultat ta’ dan, il-proprjetà u l-introjtu annwali tagħhom, li huma jkunu jistgħu jużaw kif jixtiequ, ma jaqbżux il-livell ta’ eliġibbiltà stabbilit mill-Gvern fir-rigward tal-forniment tal-għajnuna legali sekondarja; persuni li jsofru minn marda mentali serja, fejn ikun hemm ospitalizzazzjoni jew kura sfurzata; it-tuturi (il-kustodji) ta’ tali persuni, fejn tkun meħtieġa għajnuna legali sabiex jiġu rrappreżentati u mħarsa d-drittijiet u l-interessi ta’ dawn il-persuni; debituri, meta ssir pretensjoni kontra l-aħħar post tar-residenza tagħhom fejn qegħdin jgħixu bħalissa; il-ġenituri jew rappreżentanti statutorji oħrajn ta’ minuri, meta jkun hemm it-tneħħija tal-wild; minuri li mhumiex miżżewġin jew iddikjarati minn qorti bħala li għandhom kapaċità ġuridika sħiħa u li jmorru l-qorti f’isimhom stess fil-kawżi speċifikati f’liġijiet speċifiċi; persuni li jfittxu li jiġu ddikjarati bħala legalment inkapaċi f’kawżi li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni ta’ persuna fiżika bħala legalment inkapaċi; persuni li jfittxu li jirreġistraw twelid u kawżi oħrajn previsti fi ftehimiet internazzjonali li r-Repubblika tal-Litwanja hija parti fihom.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Qorti tiddeċiedi dwar l-ammissibilità billi tadotta riżoluzzjoni. Din il-proċedura hija meqjusa bħala l-bidu ta’ kawża ċivili. Jekk ikun hemm xi nuqqasijiet u persuna li tipparteċipa fil-kawża jew li tkun ippreżentat pretensjoni/dokument proċedurali telimina dak in-nuqqas skont ir-rekwiżiti u l-iskadenzi tal-qorti, il-pretensjoni/id-dokument jitqiesu bħala li ġew ippreżentati fid-data tal-konsenja tagħhom lill-qorti. Inkella, huma jitqiesu bħala li ma ġewx ippreżentati u jintbagħtu lura lill-attur, flimkien mal-annessi, permezz ta’ ordni tal-imħallef, sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara l-iskadenza għall-eliminazzjoni tan-nuqqasijiet.

Pretendent huwa intitolat li jirtira l-pretensjoni tiegħu, sakemm il-qorti ma tkunx bagħtet kopja tagħha lill-konvenut. Il-pretensjoni tista’ tiġi rtirata fi stadju aktar tard biss jekk il-konvenut jaqbel ma’ dan u l-pretensjoni tiġi rtirata qabel ma l-qorti tal-prim’istanza tadotta d-deċiżjoni tagħha.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-partijiet fil-proċedimenti jiġu informati dwar il-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ tal-qorti jew miżuri proċedurali individwali permezz ta’ taħrika jew avviż tal-qorti. Skeda tas-seduti ta’ smigħ tal-qorti hija disponibbli wkoll fuq l-internet permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Qrati Litwani aċċessibbli fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://liteko.teismai.lt/tvarkarasciai/

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Lussemburgu

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-medjazzjoni hija proċedura alternattiva ta’ soluzzjoni tat-tilwim li tista’ tevita li l-każ jittieħed il-qorti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini għall-preżentata ta’ azzjonijiet ġudizzjarji jvarjaw skont il-każ.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara "Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - il-Lussemburgu".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara "Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - il-Lussemburgu".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara "Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli? - il-Lussemburgu".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi fuq il-valur tal-pretensjoni u fuq is-suġġett tagħha.

B’mod ġenerali, japplika dan li ġej, bla ħsara għal eċċezzjonijiet partikolari stabbiliti mil-liġi:

  • Jekk il-pretensjoni ma tkunx teċċedi valur ta’ EUR 15,000, normalment ikun il-kummissarju tal-ġustizzja (juge de paix) li jieħu konjizzjoni tal-kawża. F’dawn il-qrati, inti tista’ tidher personalment jew tkun irrappreżentat kemm minn avukat kif ukoll minn persuna oħra li inti tkun tajtha prokura speċjali (mandat).
  • Jekk il-pretensjoni tkun teċċedi valur ta’ EUR 15,000, normalment tkun il-qorti distrettwali (tribunal d’arrondissement) li tieħu konjizzjoni tal-kawża. Hawnhekk jeħtieġlek tkun irrappreżentat minn avukat (avocat à la cour), ħlief f’rikorsi għal miżuri proviżorji (actions en référé), f’azzjonijiet taħt id-dritt kummerċjali, fejn tista’ tkun assistit jew irrappreżentat jew tista’ tidher personalment, u f’azzjonijiet quddiem il-qorti tal-familja (juge aux affaires familiales) għajr id-divorzju. Quddiem il-Qorti tal-Appell (Cour d’appel), li tifforma parti mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Cour supérieure de justice), jeħtieġ li tkun irrappreżentat minn avukat.
  • F’xi każijiet, il-kummissarji tal-ġustizzja għandhom ġuriżdizzjoni anke jekk l-ammont involut ikun ta’ valur ogħla minn EUR 15,000; dawn jinkludu tilwim bejn is-sid u l-inkwilin u rikorsi għall-manteniment (pensions alimentaires) ħlief meta jkunu marbuta ma’ rikors għad-divorzju jew għas-separazzjoni. Azzjoni quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja normalment tiġi ppreżentata permezz ta’ ċitazzjoni (citation) li tiġi nnotifikata lill-parti l-oħra mill-uffiċjal ġudizzjarju (huissier de justice). Iċ-ċitazzjoni trid tikkonforma ma’ ċerti rekwiżiti formali maħsuba b’mod partikolari sabiex jiżguraw li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża. F’xi każijiet, il-partijiet jistgħu jressqu l-azzjoni huma stess, mingħajr ma jinvolvu uffiċjal ġudizzjarju, billi jippreżentaw rikors bil-miktub (requête) quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja (li hija proċedura simplifikata li tiswa inqas milli kieku tmur fil-qorti distrettwali). Fiż-żewġ każijiet, inti tista’ tidher personalment jew tkun irrappreżentat minn avukat jew minn persuna oħra li lilha tkun tajt prokura speċjali (mandat).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

It-tweġiba tiddependi minn taħt liema kategorija msemmija hawn fuq jaqa’ l-każ tiegħek.

Fil-każ ta’ pretensjonijiet li l-valur tagħhom ma jeċċedix EUR 15,000, tista’ tirrikorri quddiem il-qorti tal-kummissarju tal-ġustizzja li għandha ġuriżdizzjoni kemm direttament permezz ta’ rikors bil-miktub (requête) jew indirettament b’ċitazzjoni (citation) innotifikata minn uffiċjal ġudizzjarju. Fil-prattika inti tipprteżenta r-rikors tiegħek lill-iskrivan tar-reġistru tal-qorti (greffier en chef).

Fil-każ ta’ pretensjonijiet li l-valur tagħhom jeċċedi EUR 15,000, normalment ikollok tqabbad avukat, li jagħmel l-arranġamenti mal-uffiċjal ġudizzjarju biex jinnotifika t-taħrika (assignation) lill-parti avversarja għan-nom tal-klijent tiegħu jew tagħha. L-avukat jippreżenta l-atti li jiftħu l-proċediment quddiem il-qorti distrettwali kompetenti jew quddiem il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Jista’ jintuża l-Franċiż, il-Ġermaniż jew il-Lussemburgiż, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għal ċerti tipi ta’ kawżi.

Il-proċedimenti jibdew bin-notifika ta’ taħrika (citation jew assignation), ħlief f’każijiet fejn jista’ jitressaq sempliċi rikors (requête) quddiem il-qorti. Ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet rari li jieħdu konjizzjoni tagħhom il-kummissarji tal-ġustizzja, ir-rikorsi lill-qrati jridu jsiru bil-miktub. Ma humiex ammissibbli dokumenti li jintbagħtu b’faks jew b’ittra elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

F’xi kwistjonijiet speċifiċi (eż. rikorsi għal ordnijiet ta’ ħlas ta’ ammonti ta’ flus dovuti jew ta’ kontijiet mhux imħallsa) hemm formoli li jistgħu jimtlew. Fil-prinċipju, iċ-ċitazzjonijiet biex wieħed jidher quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja, ir-rikorsi u t-taħrik quddiem il-qrati distrettwali u l-appelli quddiem il-qrati superjuri jridu jinkludu ċerta informazzjoni u jsegwu format speċifiku, inkella jiġu ddikjarati nulli u bla effett. Ma hemmx formoli prestabbiliti għal dawn il-finijiet.

Hemm ukoll formoli għar-rikorsi bbażati fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE. Dawn jinkludu rikorsi għal ordnijiet ta’ ħlas Ewropej ibbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006, u rikorsi skont il-proċedura Ewropea għat-talbiet iż-żgħar, ibbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 861/2007.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Bħala regola, it-tariffi tal-qorti jitħallsu meta tintemm il-kawża. Il-qorti tista’ tordna lill-parti telliefa biex tħallas indennizz proċedurali lill-parti rebbieħa (indemnité de procédure), jekk il-qorti jidhrilha li ma jkunx ġust li l-parti rebbieħa jkollha tħallas it-tariffi u l-ispejjeż kollha li tkun ġarrbet. Il-qorti tista’ wkoll tordna lil parti waħda jew iktar fil-proċedimenti biex tħallas garanzija jew avvanz (eż. meta l-qorti tordna li ssir perizja).

Ir-rimunerazzjoni tal-avukati mingħand il-klijenti tagħhom huma kwistjoni li għandhom jiftiehmu bejniethom. Fil-prattika, hija konswetudni li parti mit-tariffi tal-avukat jitħallsu bil-quddiem.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara "Għajnuna legali - il-Lussemburgu".

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

  • Rikorrenti li jirrappreżentaw lilhom infushom, fejn dan ikun permess mil-liġi, jirċievu risposta mill-qorti.
  • Meta kawża tiġi ppreżentata minn avukat f’isem il-klijent tiegħu, il-qorti twieġeb lill-avukat, bħala r-rappreżentant legali tal-klijent. L-avukat jista’ jipprovdi lill-klijent bid-dettalji tal-iskeda tal-avvenimenti meta dawn ikunu magħrufa jew prevedibbli.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti.

Fil-proċeduri bil-miktub, iż-żmien permess biex tidher quddiem il-qorti huwa ġeneralment stabbilit mil-liġi; il-qorti tista’ wkoll tiffissa t-termini speċjalment għas-smigħ ta’ kull waħda mill-partijiet jew terzi personalment. It-termini stabbiliti mil-liġi jvarjaw skont il-qorti u skont jekk l-intimat ikunx jgħix il-Lussemburgu jew f’pajjiż barrani. Għall-proċeduri orali, ir-rikorrent ġeneralment irid jindika lill-intimat data preċiża meta jrid jidher il-qorti.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/

L-aħħar aġġornament: 07/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Ungerija

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

It-talbiet għal pagamenti dovuti jistgħu jiġu eżegwiti permezz ta’ ordni għall-ħlas, filwaqt li talbiet speċifikati mil-liġi jistgħu jiġu eżegwiti biss permezz ta’ ordni għall-ħlas. Dawn il-proċedimenti barra l-qorti jsiru minn nutara tal-liġi ċivili. Ara s-suġġett Proċedura ta’ Ordni għall-Ħlas.

Fl-Ungerija huma disponibbli proċeduri għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim. Ara s-suġġett Soluzzjoni alternattiva tat-tilwim.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-preskrizzjoni għal kawża l-qorti u l-forma ta’ din il-preskrizzjoni tvarja skont il-każ. Pereżempju, f’każ ta’ propjetà ma hemmx preskrizzjoni biex tinfetaħ kawża, u lanqas ma japplika perjodu ta’ żmien. Min-naħa l-oħra, ma hemmx preskrizzjoni biex tinfetaħ kawża għal danni mhux kuntrattwali iżda din il-kawża hija soġġetta għal preskrizzjoni ġenerali (ħames snin) li l-qorti tqis fil-proċedimenti jekk din il-kwistjoni titqajjem mill-parti avversarja. Għal talbiet oħra, il-preskrizzjoni għall-ftuħ ta’ kawża tiġi stabbilita mil-liġi.

Għalhekk jiġi rakkomandat li l-kwistjoni tal-preskrizzjoni tiġi ċċarata ma’ avukat, konsulent legali jew mal-Uffiċċju ta’ Pariri għaċ-Ċittadini.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Il-kwistjoni ta’ ġuriżdizzjoni, li tiddetermina liema Stat Membru u l-qrati tiegħu għandhom ġuriżdizzjoni fuq diversi tipi ta’ kawżi b’lat barrani hija speċifikata mil-liġi tal-Unjoni Ewropea, mill-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u mir-regoli tad-dritt internazzjonali privat Ungeriż.

Leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE li ġeneralment tapplika f’materji ċivili u kummerċjali tinkludi r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (UE) Nru 1215/2012 u l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni l-ġdida ta’ Lugano (ippubblikata bid-Deċiżjoni Nru 2009/430/KE), ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.

Jekk ma tapplikax il-leġiżlazzjoni tal-UE jew xi konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali li l-Ungerija hija parti fihom, il-ġuriżdizzjoni tiġi ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt XXVIII tal-2017 dwar id-dritt internazzjonali privat.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara s-suġġett Ġuriżdizzjoni tal-Qrati - l-Ungerija.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara s-suġġett Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠuriżdizzjoni tal-Qrati - l-Ungerija.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Kull persuna tista’ tieħu sehem f’kawżi l-qorti kemm personalment kif ukoll bi prokura, jekk

a) ikollha kapaċità sħiħa skont ir-regoli tal-liġi ċivili,

b) tkun adulta parzjalment inabilitata iżda li l-kapaċità tagħha skont ir-regoli tal-liġi ċivili ma jkunux limitati rigward is-suġġett u l-atti proċedurali tal-kawża, jew

c) ikollha awtorità skont ir-regoli tal-liġi ċivili biex tagħti struzzjonijiet validi rigward is-suġġett tal-kawża.

Rappreżentant legali jaġixxi f’isem parti fil-kawża, jekk

a) dik il-parti ma jkollhiex kapaċità fil-kawża,

b) ġie maħtur rappreżentant legali għal dik il-parti mingħajr ma tkun affettwata l-kapaċità tagħha, sakemm il-parti tmexxi personalment jew bi prokura, jew

c) il-parti ma tkunx persuna fiżika.

Ir-rappreżentazzjoni minn rappreżentant legali hija obbligatorja skont l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt CXXX tal-2016 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (“is-CCP”) fi proċedimenti l-qorti. Is-CCP jeżenta l-każijiet quddiem il-qrati distrettwali tal-ewwel istanza u l-proċedimenti ġudizzjarji rigward il-liġi industrijali fil-kompetenza tal-qrati amministrattivi u industrijali mir-regola bażika tar-rappreżentazzjoni legali obbligatorja; f’dawn il-każijiet ir-rappreżentazzjoni legali mhix obbligatorja sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi.

Is-CCP jispeċifika wkoll min jista’ jaġixxi bħala rappreżentant legali. Ir-rappreżentanti legali tal-partijiet is-soltu jkunu avukati u ditti tal-avukati. Meta r-rappreżentazzjoni legali tkun obbligatorja, persuna li tkun għaddiet mill-eżami tal-warrant tista’ tmexxi l-kawża tagħha stess mingħajr rappreżentazzjoni legali, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi.

F’każijiet fejn il-preżenza ta’ avukat ma tkunx obbligatorja, ir-rikors li bih jinfetħu l-proċedimenti jista’ jiġi ppreżentat minn rappreżentant awtorizzat (pereżempju avukat) maħtur mill-parti jew mir-rappreżentant legali tiegħu. Ir-regoli dwar min jista’ jkun rappreżentant awtorizzat u min ma jistax jinsabu fis-CCP.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors irid jiġi ppreżentat direttament lill-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni u l-kompetenza biex tisma’ l-każ. Skont is-CCP, parti tista’ tmexxi mingħajr rappreżentazzjoni legali f’kawża quddiem qorti distrettwali jew fi proċedimenti quddiem qorti industrijali quddiem qorti amministrattiva u industrijali biex tippreżenta r-rikors tagħha oralment matul il-ħinijiet tal-uffiċċju u tiġi rreġistrata fil-formola x-xierqa quddiem il-qorti kompetenti tal-post ta’ residenza, l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tax-xogħol tagħha, jew fil-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-kawża.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa uffiċjali tal-proċedimenti fil-qorti hija l-Ungeriż. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi, att legali vinkolanti tal-Unjoni Ewropea jew konvenzjoni internazzjonali, sottomissjonijiet indirizzati lill-qorti jridu jiġu ppreżentati bl-Ungeriż u s-sottomissjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-qorti jingħataw bl-Ungeriż. Kulħadd għandu dritt juża lsien twelidu fil-proċedimenti ġudizzjarji, kif ukoll il-lingwa reġjonali jew minoritarja tiegħu fejn hekk jiġi provdut mill-konvenzjonijiet internazzjonali.

Meta ffirmat il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji, l-Ungerija ħadet l-obbligu li fir-rigward tal-Kroat, il-Ġermaniż, ir-Rumen, is-Serb, is-Slovakk, is-Sloven, ir-Romani u l-Boyash:

  • tħalli lill-parti li tidher personalment quddiem il-qorti tuża l-lingwa reġjonali jew minoritarja tagħha mingħajr ma jkollha għalfejn tħallas spejjeż żejda biex tagħmel dan,
  • u tippermetti li d-dokumenti u l-provi jiġu ppreżentati f’lingwa reġjonali jew minoritarja, bl-għajnuna ta’ interpreti u traduzzjonijiet, jekk meħtieġa.

Il-qorti tassenja interpretu, interpretu tal-lingwa bis-sinjali jew traduttur, jekk hekk ikun meħtieġ biex jiġi osservat id-dritt ta’ dik il-parti li tuża l-lingwa jew jekk ikun meħtieġ skont id-dispożizzjoni tas-CCP dwar l-użu tal-lingwa.

Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat bil-miktub quddiem il-qorti meta tkun se tinfetaħ il-kawża. Meta tkun obbligatorja jew tintgħażel il-komunikazzjoni elettronika, ir-rikors irid jiġi ppreżentat elettronikament, skont kif stipulat mil-liġi. Jekk il-komunikazzjoni ssir bil-miktub, ir-rikors irid jiġi ppreżentat bil-posta jew personalment (matul il-ħinijiet tal-uffiċċju fl-uffiċċju tal-amministrazzjoni jew matul il-ħinijiet tax-xogħol bit-tqegħid fil-kaxxa tal-ġbir li tinsab fid-daħla tal-qorti) iżda parti li tipproċedi mingħajr rappreżentazzjoni legali f’kawża quddiem qorti distrettwali jew fi proċedimenti quddiem qorti industrijali quddiem qorti amministrattiva u industrijali tista’ tippreżenta r-rikors tagħha oralment matul il-ħinijiet tal-uffiċċju u tirreġistraha fuq il-formola standard fil-qorti kompetenti tal-post ta’ residenza, l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tax-xogħol tagħha, jew quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-kawża.

Ir-rikorsi ma jistgħux jintbagħtu bil-fax.

Għal aktar informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ sottomissjoni elettronika, ara t-taqsima Ipproċessar Awtomatiku.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Il-kawża trid titressaq permezz ta’ rikors, jiġifieri sottomissjoni bil-miktub li jkun fiha t-talba. Ir-rekwiżiti dwar l-elementi ta’ rikors u d-dokumenti li jridu jiġu mehmuża mar-rikors huma speċifikati fid-dettall fis-CCP.

Parti li tipproċedi mingħajr rappreżentazzjoni legali f’kawża quddiem qorti distrettwali jew fi proċedimenti quddiem qorti industrijali quddiem qorti amministrattiva u industrijali trid tippreżenta r-rikors tagħha b’formola introdotta għal dan il-għan. It-talba tagħha tiġi megħjuna ħafna għaliex l-informazzjoni obbligatorja li trid tiġi inkluża fir-rikors tidher fuq il-formola u l-formola tagħmel referenza għall-annessi li jridu jiġu mehmuża. Il-formoli jiġu ppubblikati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafis-sit ċentrali tal-qrati.

Ir-rikors u l-annessi mehmuża miegħu jridu jiġu ppreżentati f’kopja aktar milli kemm hemm partijiet involuti fil-proċedimenti f’każ ta’ komunikazzjonijiet bil-miktub. Jekk diversi partijiet ikollhom rappreżentant komuni (bi prokura) jirċievu kopja waħda bejniethom.

Għal aktar informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ preżentata ta’ rikorsi elettronikament, ara t-taqsima Ipproċessar Awtomatiku.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Fil-proċedimenti ċivili jridu jitħallsu l-ispejjeż tal-qorti. L-ammont ta’ spejjeż tal-qorti li jridu jitħallsu għal kull proċediment huwa stabbilit fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt XCIII tal-1990 dwar it-Taxxi. Ir-rikorrent irid iħallas it-tariffi meta jippreżenta r-rikors, sakemm id-deċiżjoni dwar il-ħlas tat-tariffi ma tkunx se tittieħed aktar tard. F’dan il-każ it-tariffi jitħallsu mill-persuna li għandha dan l-obbligu skont il-qorti.

Qorti li jinfetħu proċedimenti ċivili quddiemha tiċħad rikors mingħajr ma titlob għal aktar informazzjoni jekk ir-rikorrent ma jkunx ħallas ammont f’tariffi proċedurali li jkun proporzjonali għall-ammont tat-talba indikata fir-rikors jew tariffa b’rata fissa speċifikata mil-liġi u ma jkunx ippreżenta rikors għall-għajnuna legali jew iċċita għajnuna legali bbażata fuq il-liġi.

Il-parti tista’ tingħata l-għajnuna legali sabiex tiġi assistita fl-osservazzjoni tad-drittijiet tagħha matul il-proċess.

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi, parti għandha dritt għall-għajnuna legali (“személyes költségmentesség”) u għal eżenzjoni personali mill-ħlas tal-ispejjeż bil-quddiem (“személyes költségfeljegyzési jog”) fuq talba bbażata fuq id-dħul u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, filwaqt li eżenzjoni personali mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti (“személyes illetékmentesség”) ibbażata fuq il-persuna tagħha tingħataex officio. Parti tingħata l-għajnuna legali (“tárgyi költségkedvezmény”) minħabba s-suġġett tal-kawża, filwaqt li tnaqqis tat-tariffi (“mérsékelt illeték”) jingħata ex officio jekk iseħħu atti speċifiċi matul il-kawża.

Eżenzjoni mit-tariffi tal-qorti jew teżenta lill-persuna soġġetta għal dawk id-drittijiet mill-ħlas tagħhom jew tiġi applikata fir-rigward tas-suġġett tat-tariffi. F’każ ta’ eżenzjoni mit-tariffi tal-qorti, il-parti tiġi eżentata mill-ħlas bil-quddiem ta’ dawk it-tariffi u, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi, mill-ħlas ta’ tariffi mhux imħallsa. Eżenzjoni mit-tariffi tal-qorti ma teżentax lill-parti mill-ħlas ta’ tariffi li ma ġewx imħallsa waqt proċedimenti ta’ eżekuzzjoni. L-Att dwar it-Taxxa jispeċifika liema entitajiet ġuridiċi jistgħu jingħataw eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti. Dawn jinkludu l-Istat Ungeriż, il-muniċipalitajiet, l-aġenziji baġitarji u l-knejjes.

Jekk l-eżenzjoni tingħata minħabba s-suġġett tal-każ, il-partijiet ikunu t-tnejn eżenti mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti irrispettivament mill-introjtu jew il-qagħda finanzjarja tagħhom. Eżenzjoni tingħata minħabba s-suġġett tal-każ, pereżempju, f’appelli minn deċiżjonijiet dwar l-għajnuna legali, kontrotalbiet ippreżentati f’kawża ta’ divorzju u talbiet għal rettifiki jew supplimenti għad-deċiżjonijiet.

Minkejja l-introjtu jew il-qagħda finanzjarja tagħhom, il-partijiet jingħataw eżenzjoni mill-ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż minħabba s-suġġett tal-każ (“tárgyi illetékfeljegyzési jog”), pereżempju, fi proċedimenti marbuta mal-protezzjoni skont il-liġi ċivili ta’ persuni jew talbiet għad-danni kkawżati mill-eżerċizzju tas-setgħat amministrattivi. Kull min jingħata din l-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi bil-quddiem minħabba s-suġġett tal-kawża jkun eżentat milli jħallashom bil-quddiem. F’dan il-każ, l-ispejjeż jitħallsu fl-aħħar tal-proċedura mill-parti li tiġi ordnata tħallas mill-qorti.

Parti tiġi eżentata mill-ħlas ta’ parti mit-tariffi jekk tingħata tnaqqis fit-tariffi. It-tnaqqis tat-tariffi huwa forma ta’ għajnuna legali fundamentalment differenti mill-bqija għaliex tingħata meta jseħħu ċertu atti matul il-proċedimenti, mingħajr il-bżonn għal rikors, u mhux ibbażat fuq iċ-ċirkostanzi personali tal-parti jew mis-suġġett tal-kawża.

Il-benefiċċju li ma jitħallsux it-tariffi bil-quddiem huwa parti kemm mill-għajnuna legali kif ukoll mill-eżenzjoni mill-ħlas tal-ispejjeż bil-quddiem. L-għajnuna legali tista’ tingħata wkoll fuq bażi individwali jew minħabba n-natura tal-każ. It-tip ta’ każijiet fejn tista’ tingħata l-għajnuna legali minħabba s-suġġett tal-kawża u l-kriterji għall-għoti ta’ għajnuna legali personali huma stabbiliti mil-liġi. Eżempju ta’ każ fejn tista’ tingħata eżenzjoni mill-ħlas tal-ispejjeż minħabba s-suġġett tal-kawża huma l-proċedimenti ta’ tutela.

L-eżenzjoni mill-ħlas tal-ispejjeż bil-quddiem tista’ tingħata fuq bażi individwali jew minħabba n-natura tal-każ. Il-partijiet jingħataw eżenzjoni speċifika għall-każ mill-ħlas tal-ispejjeż bil-quddiem, pereżempju, fi proċedimenti ta’ filjazzoni jew fi proċedimenti rigward ir-responsabbiltà tal-ġenituri.

Skont l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-attivitajiet tal-avukati il-ħatra ta’ avukat tista’ tiġi nnegozjata liberament għal attivitajiet ta’ avukat, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mill-Att jew mill-Kodiċi Ċivili; għalhekk il-partijiet jistgħu jinnegozjaw liberament dwar it-tariffi tal-avukat fi ħdan il-limiti speċifikati mill-Att dwar l-attivitajiet tal-avukati. L-għajnuna legali tinkludi l-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-avukati jew il-ħlas tagħhom bil-quddiem. Ir-rappreżentazzjoni minn avukat hija awtorizzata mis-servizz tal-għajnuna legali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Il-parti tista’ tingħata l-għajnuna legali personali jew speċifika għall-każ sabiex tiġi assistita fl-osservazzjoni tad-drittijiet tagħha matul il-proċess. Persuna fiżika għandha dritt għall-għajnuna legali personali fuq talba bbażata fuq id-dħul u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u l-għajnuna legali speċifika għall-każ fuq bażi ex officio minħabba s-suġġett tal-proċedimenti. Jekk il-parti tingħata l-għajnuna legali, hija tiġi eżentata mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti bil-quddiem u mill-ħlas bil-quddiem ta’ kwalunkwe spejjeż li jistgħu jinqalgħu matul il-proċedimenti u t-tariffi mhux imħallsa, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi, kif ukoll mill-ħlas ta’ spejjeż bil-quddiem mill-Istat u mill-ħlas ta’ depożitu għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Il-kriterji marbuta mal-qagħda finanzjarja u tad-dħul li trid tissodisfa l-parti sabiex tingħata l-għajnuna legali personali huma speċifikati mil-liġi, kif inhuma l-każijiet fejn l-għajnuna legali tista’ tingħata minħabba s-suġġett tal-kawża.

Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini mhux tal-UE li jgħixu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru jistgħu jingħataw l-għajnuna legali personali u eżenzjoni personali mill-ħlas tal-ispejjeż bil-quddiem soġġetti għall-kundizzjonijiet applikabbli għaċ-ċittadini Ungeriżi, filwaqt li ċittadini barranin oħra jistgħu jingħataw dawn il-benefiċċji kif deskritti abbażi ta’ trattati internazzjonali.

L-għajnuna legali tinkludi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar minħabba seduta ta’ smigħ għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li jgħixu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru jekk il-preżenza ta’ dik il-parti fis-seduta tkun legalment obbligatorja.

Jekk il-liġi ta’ stat barrani tipprovdi benefiċċju ta’ livell ogħla għal parti Ungeriża quddiem qorti barranija mill-eżenzjoni speċifika għall-każ għall-ħlas tal-ispejjeż bil-quddiem, iridu jiġu applikati dawk ir-regoli iktar vantaġġużi matul is-seduta ta’ smigħ għall-benefiċċju tal-parti barranija involuta f’litigazzjoni quddiem qorti Ungeriża.

Jekk jogħġbok ikkonsulta wkoll it-taqsima Għajnuna Legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Bħala regola ġenerali, il-kawża titqies miftuħa meta r-rikors jasal il-qorti u jiġi rreġistrat fir-reġistru. Jekk il-komunikazzjoni ssir b’mezzi elettroniċi, bħala regola ġenerali, is-sottomissjoni trid titqies li saret meta s-sistema tal-IT tibgħat irċevuta ta’ rikonoxximent.

Il-kwistjoni ta’ meta kawża titqies miftuħa hija ta’ importanza partikolari f’każijiet fejn hemm il-preskrizzjoni sabiex tinfetaħ il-kawża. Il-preskrizzjoni tvarja kemm fit-tul ta’ żmien li tkopri u kemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ir-rikors jitqies li ddaħħal fil-ħin.

Dwar il-preskrizzjoni proċedurali, is-CCP jgħid li l-konsegwenzi ta’ preskrizzjoni li tkun skadiet ma jgħoddux jekk is-sottomissjoni lill-qorti ssir bil-posta reġistrata l-iktar tard fl-aħħar ġurnata tal-preskrizzjoni. Jekk il-komunikazzjoni matul il-proċedimenti saret b’mezzi elettroniċi, il-konsegwenzi minħabba nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ terminu - f’jiem, ġranet tax-xogħol, xhur jew snin - ma japplikawx jekk is-sottomissjoni lill-qorti saret elettronikament skont ir-rekwiżiti tal-IT, tal-inqas fl-aħħar ġurnata tat-terminu stabbilit. Madankollu, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, din ir-regola ma tapplikax għall-kalkolu tal-preskrizzjoni bil-liġi għas-sottomissjoni ta’ rikors. Ir-rikorsi jitqiesu li ddaħħlu fil-ħin jekk jaslu l-qorti l-aktar tard fl-aħħar ġurnata tal-preskrizzjoni għas-sottomissjoni tar-rikorsi.

Ir-rikorsi ppreżentati wara l-iskadenza jiġu miċħuda mill-qorti. Il-qorti tinnotifika l-ordni ta’ ċaħda tar-rikors fuq ir-rikorrent u tinnotifika lill-intimat bil-miżura li tkun ħadet. L-ordni huwa soġġett għal appell speċjali mir-rikorrent.

Għalhekk wieħed għandu jieħu parir mingħand konsulent legali, avukat jew l-Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini, sabiex jiċċara meta rikors jitqies li uffiċjalment ġie ppreżentat fil-ħin.

Jekk il-parti tmexxi mingħajr rappreżentazzjoni legali f’kawża quddiem qorti distrettwali jew fi proċedimenti quddiem qorti industrijali quddiem qorti amministrattiva u industrijali tista’ tissottometti r-rikors tagħha oralment matul il-ħinijiet tal-uffiċċju fil-qorti kompetenti tal-post ta’ residenza, tal-uffiċċju rreġistrat jew tal-post tax-xogħol tagħha, jew fil-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fil-kawża, imbagħad ir-rappreżentant tal-qorti jipprovdi gwida xierqa u jsejħilha biex tikkoreġi kwalunkwe nuqqas mingħajr dewmien. Il-qorti inkella ma tavżax lill-partijiet bis-sempliċi fatt li l-proċedimenti bdew. Kif tirċievi r-rikors, il-qorti teżaminah biex tara għandux ir-rekwiżiti kollha meħtieġa mil-liġi.

Jekk ir-rikors ikun xieraq biex tinfetaħ il-kawża, il-qorti tinnotifika r-rikors fuq l-intimat u fl-istess ħin issejjaħlu biex jissottometti l-kontratalba tiegħu fi żmien ħamsa u erbgħin jum mill-wasla tar-rikors. L-intimat iwieġeb billi jippreżenta l-kontrotalba.

Il-qorti tmexxi l-bidu tal-proċedimenti wara s-sottomissjoni tal-kontrotalba bil-miktub skont is-CCP, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, u mbagħad tagħlaq l-ewwel stadju tal-proċedimenti u tiffissa data għal seduta ta’ smigħ fuq il-mertu tal-kawża.

Għal aktar informazzjoni dwar is-sottomissjoni elettronika ta’ rikors u l-konferma tiegħu, ara t-taqsima Ipproċessar Awtomatiku.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Wara s-sottomissjoni ta’ rikors il-qorti tipproċedi skont kif deskritt fl-Artikolu 12. Skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, il-parti tista’ tirċievi aktar informazzjoni matul sottomissjonijiet miktuba ulterjuri, jekk dawn ikunu ġew ordnati, jew fis-seduta ta’ tħejjija għall-proċess u s-seduta ta’ smigħ dwar il-mertu tal-kawża, skont il-karatteristiċi individwali tal-kawża.

L-aħħar aġġornament: 14/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Malta

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Iva, biex tiftaħ kawża f’qorti Maltija trid tmur il-Qorti. Hemmhekk l-avukat jew il-Prokuratur legali jippreżenta rikors u jħallas tariffa fuqu. Jekk il-kawża tkun se tinfetaħ quddiem Qorti superjuri, il-persuna li tkun trid tiftaħ il-kawża jkollha bżonn tieħu ġurament.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Le, wieħed jista’ jiftaħ kawża l-Qorti meta jrid. Però l-intimat dejjem jista’ jqajjem l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri quddiem il-Qorti.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Il-persuna li tiftaħ il-kawża għandha tkun fiżikament preżenti fl-awla matul is-seduti. Fin-nuqqas ta’ dan, jista’ jidher għaliha avukat jew prokuratur legali. Jekk parti tkun assenti minn Malta jrid jiġi maħtur kuratur f'Malta sabiex jkun jista' jitkompla l-proċediment ġudizzjarju fl-assenza tal-parti.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Għalkemm f’Malta hemm bini tal-Qorti wieħed, dan il-bini jinqasam f’diversi Qrati differenti u dan skont il-materja tal-każ, skont il-valur tal-pretensjoni tar-rikorrent kif ukoll skont fejn ikun jirrisjedi ir-rikorrent. Hawn taħt qed jiġu indikati l-Qrati Ċivili differenti li jeżistu f’Malta:

a. Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) – tisma’ kwalunkwe talba marbuta mal-familja bħal separazzjoni, divorzju, manteniment, filjazzjoni u annullament.

b. Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Sezzjoni tal-Familja) – l-istess bħall-“a” iżda din il-Qorti jirrikorru fiha persuni li jridu jiftħu kawża kontra persuna li toqgħod Għawdex jew li għandha ir-residenza ordinarja tagħha ġewwa l-Gżira ta’ Għawdex;

c. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (sede Kostituzzjonali) – kawżi ta’ natura kostituzzjonali;

d. Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) – tisma’ u tiddeċiedi kawżi ta’ natura purament ċivili dwar il-pretensjonijiet kollha sal-ammont ta’ EUR 15 000 kontra persuni li joqogħdu jew li għandhom ir-residenza ordinarja tagħhom f’parti tal-Gżira ta’ Malta u kull pretensjoni oħra stipulata mill-liġi Maltija;

e. Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġuriżdizzjoni Inferjuri) - l-istess bħad-“d” iżda din il-Qorti jirrikorru fiha persuni li jridu jiftħu kawża kontra xi ħadd li joqgħod Għawdex jew li għandu r-residenza ordinarja tiegħu ġewwa l-Gżira ta’ Għawdex. Din għandha wkoll setgħat li huma mogħtija lill-Qorti Ċivili fil-Ġuriżdizzjoni Volontarja tagħha.

f. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili – tisma’ u tiddeċiedi kawżi ta’ natura purament ċivili dwar il-pretensjonijiet kollha li jammontaw għal aktar minn EUR 15 000, kif ukoll kwalunkwe kawżi (indipendentement mill-valur tat-talba) li fihom jidħlu kwistjonijiet dwar il-proprjetà ta’ beni immobbli, jew li għandhom x’jaqsmu ma’ servitujiet, piżijiet jew drittijiet oħrajn magħqudin mal-beni immobbli, inkluża kull talba għal żgumbrament jew tkeċċija minn beni immobbli kemm urbani kif ukoll rurali, mikrija jew okkupati minn persuni li joqogħdu jew li għandhom l-abitazzjoni ordinarja tagħhom fil-ġuriżdizzjoni ta’ dik il-qorti.

g. Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġuriżdizzjoni Superjuri) (Sezzjoni Ġenerali) – l-istess bħall-“f” iżda din il-Qorti jirrikorru fiha persuni li jridu jiftħu kawża kontra xi ħadd li joqgħod Għawdex jew li għandu ir-residenza ordinarja tiegħu ġewwa l-Gżira ta’ Għawdex;

h. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil- Ġuriżdizzjoni Volontarja tagħha - Din il-Qorti tisma’ kwistjonijiet li ma jkunux kontenzjużi, bħalma huma l-ftuħ ta’ testment sigriet, it-tutela u l-adozzjoni. Barra minn hekk, din il-Qorti tagħti awtorizzazzjoni jew permess sabiex wieħed ikun jista’ jikkuntratta. Din il-Qorti tagħti wkoll awtorizzazzjonijiet biex wieħed jagħmel dispożizzjonijiet li l-liġi ma tippermettix li jsiru mingħajr ma’ jkun hemm awtorizzazzjoni jew permess minn qabel għalihom.

Minbarra dawn il-Qrati, insibu wkoll għadd ta’ Tribunali. Fost dawn insibu t-Tribunal għal Talbiet Żgħar (li jisma’ u jaqta’ biss it-talbiet kollha ta’ flus ta’ ammont ta’ mhux iżjed minn EUR 5 000), it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u t-Tribunal Industrijali. F’Malta jeżisti wkoll iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ li jipprovdi servizzi relatati ma’ arbitraġġi. Il-liġi Maltija tistipula li f’ċertu ċirkostanzi il-partijiet iridu bilfors jirrikorru għall-arbitraġġ (arbitraġġ mandatorju). Wieħed għandu bilfors jirrikorri għall-arbitraġġ f’kawżi ta’ tilwim dwar kondominju u tilwim dwar it-traffiku ta’ vetturi bil-mutur.

Dawn il-Qrati huma kollha qrati ta’ prim’istanza u huma kollha qrati ordinarji. Għalhekk, appell minn deċiżjonijiet ta’ dawn il-qrati jista’ jsir fil-Qorti tal-Appell. Fil-każ ta’ appelli mit-Tribunal għal Talbiet Żgħar, miċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ jew mill-Qorti tal-Maġistrati, l-appell isir fil-Qorti tal-Appell fil-Ġuriżdizzjoni Inferjuri tagħha (ippreseduta minn imħallef wieħed). Fil-każ ta’ appelli mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, l-appell jiġi ppreżentat fil-Qorti tal-Appell fil-Ġuriżdizzjoni Superjuri tagħha (ippreseduta minn tliet imħallfin). Appell minn deċiżjonijiet tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) għandu jsir quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Appell minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kemm fl-attribuzzjoni inferjuri kif ukoll f’dik superjuri tagħha għandu jsir quddiem il-Qorti tal-Appell f'Malta.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 4.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Wieħed ikollu bżonn avukat jew prokuratur legali biex ikun jista’ jressaq kawża quddiem Qorti Inferjuri. Jekk il-kawża tinfetaħ quddiem Qorti Superjuri, wieħed għandu bżonn kemm avukat u kemm prokuratur legali.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Fir-reġistru tal-Qorti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Ir-rikors jrid jsir bil-lingwa Maltija. Dan irid jiġi ppreżentat bil-miktub u l-avukat jew il-prokuratur legali irid imur personalment sabiex jippreżentah.

Tista' wkoll issir talba biex il-proċeduri jinstemgħu bil-lingwa Ingliża jekk waħda mill-partijiet tkun stranġiera.

F’Malta ma hemmx il-fakultà li rikors jiġi ppreżentat bil-posta elettronika jew permezz ta’ faks.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Jeżistu formoli li tista’ timla jekk tkun trid tiftaħ kawża quddiem iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ jew quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar. Però ma jeżistu l-ebda formoli għall-kawżi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. Meta wieħed jiftaħ kawża quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, huwa importanti li r-rikors ikun fih:

(a) dikjarazzjoni li tfisser b’mod ċar u sewwa l-oġġett tal-kawża f’paragrafi numerati separatament, sabiex isaħħaħ it-talba tiegħu u jiddikjara wkoll liema fatti jaf bihom personalment;

(b) ir-raġuni tat-talba;

(c) it-talba jew it-talbiet li għandhom ikunu numerati; u

(d) f’kull rikors ġuramentat għandu jkun hemm stampat b’ittri ċari u preċiżi taħt l-intestatura tal-Qorti dan il-kliem li ġej:

Min jirċievi dan ir-rikors maħluf kontra tiegħu għandu jippreżenta r-risposta maħlufa tiegħu fi żmien għoxrin (20) jum mid-data tan-notifika, ċoè minn meta jirċiviha. Jekk ma tiġix ippreżentata r-risposta maħlufa bil-miktub kif trid il-liġi saż-żmien imsemmi, il-Qorti tgħaddi biex tagħti d-deċiżjoni skont il-liġi.

Għalhekk huwa fl-interess ta’ min jirċievi dan ir-rikors maħluf li jkellem avukat bla dewmien sabiex il-Qorti tisma x’għandu xi jgħid fil-kawża.”

(e) Flimkien mar-rikors ġuramentat għandhom jinġiebu d-dokumenti meħtieġa sabiex isaħħu t-talba.

(f) Ir-rikors ġuramentat għandu jiġi kkonfermat bil-ġurament quddiem ir-Reġistratur jew prokuratur legali maħtur bħala Kummissarju b’setgħa li jagħti ġurament taħt l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament (Kap. 79).

(g) L-attur għandu wkoll jagħti mad-dikjarazzjoni l-ismijiet tax-xhieda li jkun bi ħsiebu jġib, filwaqt li jiddikjara dwar kull wieħed minnhom x’fatti u xi prova bi ħsiebu jagħmel bix-xhieda tagħhom.

(h) Ir-rikors ġuramentat għandu jiġi nnotifikat lill-konvenut.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iva, meta tippreżenta rikors, trid tħallas it-tariffa abbinata ma' tali rikors. L-ammont ivarja skont it-tip ta’ kawża u/jew il-valur tat-talba.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Iva, persuna li m’għandhiex mezzi tista’ titlob għall-għajnuna legali. Talba għall-għajnuna legali għandha ssir b’rikors fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. Hija tista’ ssir ukoll bil-fomm lill-Avukat tal-Għajnuna Legali. Biex tingħata għajnuna legali hemm bżonn li wieħed jissodisfa ċertu kriterji u ċoè r-rikorrent irid jaħlef quddiem ir-Reġistratur u meta t-talba ssir bil-fomm jaħlef quddiem l-Avukat għall-Għajnuna Legali li:

(a) hu jidhirlu li għandu jedd tajjeb biex iħarrek jew jiddefendi ruħu, jew li jkompli jew ikun parti fi proċedimenti;

(b) minbarra l-oġġett fil-kawża hu ma għandu ebda xorta ta’ proprjetà li l-valur tagħha tammonta għal EUR 6 988,12 jew aktar, bla ma jitqiesu dawk l-oġġetti tad-dar ta’ kuljum li huma raġonevolment meħtieġa għall-użu tar-rikorrent u tal-familja tiegħu, u li l-qligħ tiegħu fis-sena jkun inqas mill-paga minima nazzjonali stabbilita għall-persuni li jkunu għalqu it-tmintax-il sena.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Meta wieħed jippreżenta rikors, il-kawża tiġi appuntata quddiem il-Qorti. Ir-rikorrent u l-kontroparti jiġu nnotifikati mill-Qorti bid-data tal-ewwel dehra (l-avviż tas-smigħ). Wieħed jista’ jiċċekkja wkoll jekk il-kawża tiegħu ġietx appuntata permezz tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Qrati tal-Ġustizzja. Il-partijiet ma jirċievu l-ebda konferma dwar jekk il-każ ġiex ippreżentat korrettament jew le, però għandu jingħad li r-reġistratur tal-Qorti m’għandu jirċievi l-ebda rikors ġuramentat li ma jkunx jissodisfa l-elementi indikati fil-mistoqsija numru 9.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Ir-rikorrent jiġi notifikat bl-avviż tas-smigħ. Id-data tas-seduta li jkun imiss tiġi ffissata seduta stante. Ċerta informazzjoni dwar il-kawża tista’ tinkiseb mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Qorti tal-Ġustizzja.

L-aħħar aġġornament: 07/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Olanda

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Le, mhux bilfors dejjem trid tmur il-qorti biex issolvi t-tilwima tiegħek. F’xi każijiet, ikun perfettament possibbli li tagħmel użu minn forom alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim, bħall-medjazzjoni u l-arbitraġġ.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Iva, spiss ikun hemm, iżda t-termini għall-ftuħ ta’ kawża l-qorti jvarjaw minn kawża għall-oħra u mhuwiex possibbli li tingħata tweġiba f’termini ġenerali. Għall-mistoqsijiet, l-aħjar li tikkuntattja avukat jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Kunsill għall-Assistenza Ġuridika (Juridisch loket).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Bħala regola bażika, il-konvenut jitħarrek mill-qorti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-kawża tiegħek trid titressaq quddiem il-qorti distrettwali fil-post tar-residenza tal-konvenut. Jekk il-post tar-residenza tal-konvenut fin-Netherlands ma jkunx magħruf, il-ġuriżdizzjoni tista’ tkun ukoll tal-qorti fil-post fejn din il-persuna tkun qed toqgħod effettivament. Għalhekk, trid issib f’liema indirizz u f’liema muniċipalità Netherlandiża qed jgħix il-konvenut. Jekk dak ikun magħruf, tista’ tikkonsulta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att dwar il-Klassifikazzjoni Ġudizzjarja (Wet op de rechterlijke indeling) biex issir taf f’liema distrett ġudizzjarju jinsab il-post tar-residenza jew tas-soġġorn. Abbażi ta’ dan, huwa possibbli li tiddetermina l-qorti distrettwali li trid tiġi ppreżentata l-kawża lilha.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Għat-tweġiba għal din il-mistoqsija, ara l-mistoqsija preċedenti. Għal aktar informazzjoni biex tiddetermina f’liema qorti għandek tiftaħ il-kawża tiegħek, nirreferuk għas-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDe Rechtspraak, li jispjega s-sistema ġudizzjarja Netherlandiża.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Fin-Netherlands, il-prinċipju legali huwa li l-partijiet iridu jkunu rrappreżentati minn avukat fil-kawżi ċivili u kummerċjali. F’dan ir-rigward, ma tagħmel ebda differenza jekk il-kwistjoni tkunx tinvolvi proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, proċedimenti mibdija b’rikors jew proċedimenti sommarji, proċedura għal mandat ta’ inibizzjoni interim jew, pereżempju, proċedimenti f’kontumaċja.

Tapplika eċċezzjoni biss għal pretensjonijiet li jammontaw sa massimu ta’ €25,000 jew għal pretensjonijiet ta’ valur indeterminat, iżda fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li l-valur li jirrappreżentaw ma jaqbiżx il-€25,000. F’dawn il-kawżi, hija l-qorti subdistrettwali (kantonrechter) li għandha l-ġuriżdizzjoni u l-partijiet jistgħu jaġixxu għan-nom tagħhom stess fil-proċedimenti. F’dak il-każ ma tkunx obbligat tqabbad avukat. Il-qorti subdistrettwali tittratta wkoll il-kawżi relatati mal-liġi industrijali, mal-lokazzjonijiet, mal-bejgħ lill-konsumaturi u mal-kreditu għall-konsumatur. F’dawn il-każijiet il-valur monetarju tal-pretensjoni huwa irrilevanti. Kwistjonijiet oħra ttrattati mill-qorti subdistrettwali jinkludu l-amministrazzjoni, it-tutela, il-kurazija u r-rinunzja jew l-aċċettazzjoni ta’ wirt.

Għal aktar informazzjoni dwar jekk intix obbligat tqabbad avukat jew le, agħfas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Id-dokumenti bil-miktub li bihom jistgħu jinbdew il-proċedimenti jridu jiġu indirizzati lill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti kompetenti. Jeħtieġ li hawnhekk wieħed iżomm f’moħħu d-differenza bejn il-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat u l-proċedimenti mibdija b’rikors. Fil-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, ir-rikors ġuramentat l-ewwel jiġi nnotifikat lill-konvenut u mbagħad jiġi rreġistrat fl-uffiċċju tal-iskrivan. Iż-żewġ azzjonijiet iridu jitwettqu minn uffiċjal ġudizzjarju. Wara dan, il-proċedimenti jitmexxew permezz tal-lista ta’ kawżi (lista ta’ kawżi li jinstemgħu matul is-sessjoni). Fil-proċedimenti mibdija b’rikors, ir-rikors jiġi ppreżentat direttament lill-uffiċċju tal-iskrivan u l-bqija tal-proċedimenti jitmexxew ukoll mill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti kompetenti. Ara wkoll “In-notifika tad-dokumenti”.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fin-Netherlands, l-Olandiż huwa l-lingwa uffiċjali tal-proċeduri tal-qorti. Dan ifisser li r-rikors ġuramentat jew ir-rikors (bil-miktub) li jibda l-proċedimenti jrid jitfassal bl-Olandiż. Bħala eċċezzjoni, id-dokumenti proċedurali f’kawża pendenti quddiem qorti stabbilita fil-provinċja ta’ Friesland jistgħu jitfasslu bil-lingwa ta’ Friesland.

Id-dokumenti jistgħu jiġu ddepożitati wkoll mal-uffiċċju tal-iskrivan ta’ qorti b’faks. Id-dokumenti mibgħuta b’faks li jaslu fl-uffiċċju tal-iskrivan qabel 24:00 tal-aħħar jum jitqiesu bħala li ġew ippreżentati fil-ħin. Hemm eċċezzjoni għal dan: ir-rikorsi fil-kawżi tal-familja ma jiġux aċċettati jekk ikunu ntbagħtu b’fax. Id-dokumenti ma jistgħux jiġu ppreżentati permezz tal-posta elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat

Fil-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, ir-rikors ġuramentat l-ewwel jiġi nnotifikat lill-konvenut u mbagħad jiġi rreġistrat fl-uffiċċju tal-iskrivan. It-taħrika trid tinkludi: l-isem tal-pretendent, x’inhi l-pretensjoni, l-isem tal-konvenut, ir-raġunijiet għall-pretensjoni u d-dokumenti li jissostanzjaw ippreżentati mill-pretendent b’sostenn għall-pretensjoni. It-taħrika tiddikjara wkoll id-data tas-seduta ta’ smigħ u l-qorti li fiha se tinstema’ l-kawża.

L-atti jrid ikun fihom id-dokumenti li ġejjin:

  1. Ir-rikors ġuramentat oriġinali - jekk ikun hemm bżonn: Rikors ġuramentat emendat u awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 117 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering);
  2. Jekk ir-rikors ġuramentat ikun irid jiġi nnotifikat barra l-pajjiż, id-dokumenti oriġinali li juru li dan sar b’mod korrett;
  3. Evidenza ta’ għajnuna legali ffinanzjata pubblikament jew rapport tal-introjtu jew kopja tat-talba għal għajnuna legali ffinanzjata pubblikament jew rapport tal-introjtu;
  4. Evidenza tal-għażla tad-domiċilju tal-konvenut;
  5. L-esebiti (id-dokumenti) li għandhom jiġu invokati fil-proċedimenti;
  6. In-notifika ta’ jekk il-medjazzjoni seħħitx qabel il-proċedimenti u, fil-każijiet elenkati hawn taħt, il-kopji tad-dokumenti li ġejjin ukoll jiġu ppreżentati:
  7. jekk issir talba għal rimborż tal-ispejjeż ta’ mandat ta' sekwestru, kopja tad-dokumenti tal-mandat ta' sekwestru;
  8. f’każijiet ta’ riferiment, id-deċiżjoni tar-riferiment u d-dokumenti inklużi sar-riferiment;
  9. jekk ir-rikors ġuramentat ikun irid jiġi ppubblikat jew tradott f’lingwa barranija, id-dokumenti li juru li dan seħħ.

Proċedimenti mibdija permezz ta’ rikors

Fil-proċedimenti mibdija b’rikors, ir-rikors jiġi ppreżentat direttament lill-uffiċċju tal-iskrivan u l-bqija tal-proċedimenti jitmexxew ukoll mill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti kompetenti.

Il-fajl irid ikun fih id-dokumenti li ġejjin:

  1. L-isem, il-kunjom u l-post tar-residenza jew, fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fin-Netherlands, il-post fejn attwalment qed jirrisjedi r-rikorrent, kif ukoll
  2. L-isem, l-indirizz, il-post tar-residenza jew, fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-post fejn attwalment qegħdin jirrisjedu kull intimat u kull parti interessata, sa fejn ikun jaf ir-rikorrent, kif ukoll
  3. Deskrizzjoni ċara tar-rikors u r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat, inklużi r-raġunijiet għall-ġuriżdizzjoni lokali tal-qorti, kif ukoll
  4. L-isem u n-numru tat-telefown tal-avukat assenjat għall-kawża;
  5. F’kawżi li jikkonċernaw wirt, ir-rikors irid jindika wkoll l-aħħar post tar-residenza tal-mejjet jew ir-raġuni għala mhuwiex possibbli li tingħata din l-informazzjoni.

Kwalunkwe parti li tinvoka kwalunkwe dokument fir-rikors ġuramentat, dikjarazzjoni bil-miktub jew nota ta’ informazzjoni hija mitluba li tehmeż kopja ta’ dak id-dokument.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iridu jitħallsu t-tariffi tal-qorti meta titressaq azzjoni fil-qorti. L-ammont tagħhom jiddependi mit-tip ta’ tilwima u mill-ammont involut. Fil-prattika, l-avukat tiegħek iħallas dan l-ammont bil-quddiem u mbagħad iżommlok tiegħu aktar tard. Jekk matul il-proċedimenti jkun meħtieġ li jissejjaħ espert (pereżempju, awditur, espert mediku jew espert tekniku), fl-aħħar mill-aħħar, il-qorti titlob li l-ispejjeż jitħallsu mill-parti telliefa, sakemm ma tiddeċidix mod ieħor (pereżempju, fil-kawżi tal-familja, fejn l-ispejjeż ġeneralment jitħallsu mill-parti li tkun ġarrbithom). L-istess japplika wkoll għall-ispejjeż tax-xhieda jew ta’ forom oħrajn ta’ evidenza.

L-avukati jitolbu onorarju għax-xogħol tagħhom li jkun ibbażat fuq rata fis-siegħa sakemm ma jkunx hemm intitolament għal għajnuna legali ssussidjata (ara wkoll il-mistoqsija 11). Fil-prinċipju, l-onorarji tal-avukati fin-Netherlands mhumiex fissi. Huwa rrakkomandat li tinkiseb informazzjoni dwar is-suġġett fi żmien xieraq mingħand l-avukat li jirrappreżentak jew mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Netherlandiża (Nederlandse Orde van Advocaten). Il-biċċa l-kbira tal-avukati jitolbu ħlas parzjali bil-quddiem u sussegwentement jitolbu l-ħlas għas-servizzi tagħhom matul il-proċedimenti, u jibagħtu fattura finali fl-aħħar.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Fin-Netherlands teżisti l-possibbiltà ta’ għajnuna legali ssussidjata. F’xi każijiet tista’ tikseb kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ pariri legali u assistenza fil-proċedimenti. Jekk ma tistax taffordja l-ispejjeż kollha ta’ avukat tista’, f’ċerti ċirkostanzi, tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-għajnuna legali. Il-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand) imbagħad iħallas parti mill-ispejjeż tal-avukat, u inti tħallas biss kontribuzzjoni li tiftaħ għaliha ddeterminata minn test tal-mezzi. Ir-rikors jiġi ppreżentat mill-avukat lill-Bord tal-Għajnuna Legali. Aktar informazzjoni dwar l-għajnuna legali tinstab fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Għajnuna Legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Fil-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, il-kawża tkun pendenti mid-data tat-taħrika u tiġi nnotifikata lill-konvenut mill-marixxall tal-qorti. Ir-rikors ġuramentat irid jiġi ppreżentat mill-attur lill-uffiċċju tal-iskrivan sa sal-aħħar jum tal-ftuħ tal-uffiċċju tal-iskrivan qabel id-data tal-lista ta’ kawżi stipulata fit-taħrika (id-data skedata għas-seduta ta’ smigħ). Jekk ir-rikors ġuramentat ma jiġix ippreżentat lill-uffiċċju tal-iskrivan sal-iskadenza, il-kawża titħassar mil-lista, sakemm ma jiġix ippreżentat rikors ġuramentat validu li jissostitwih fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-lista tal-kawżi indikata fit-taħrika.

Fil-proċedimenti mibdija b’rikors, il-kawża tkun pendenti meta r-rikors ikun ġie ppreżentat lill-uffiċċju tal-iskrivan.

B’mod ġenerali, ma tintbagħat ebda konferma li kawża tkun ġiet ippreżentata b’mod validu. F’kawżi mibdija b’rikors ġuramentat, jekk ir-rikors ġuramentat ikun nieqes minn xi ħaġa, f’xi każijiet, l-attur jingħata l-opportunità li jirrimedja dak in-nuqqas. L-istess japplika fil-każ ta’ proċedimenti mibdija permezz ta’ rikors. Madankollu, l-uffiċċju tal-iskrivan mhuwiex obbligat li joffri din l-opportunità.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

L-informazzjoni preċiża dwar l-iskeda għall-proċedimenti ma tistax tingħata immedjatament mill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew meta tinfetaħ il-kawża. Naturalment, tiġi nnotifikat dwar meta finalment tkun se tinstema’ l-kawża tiegħek. Iż-żewġ partijiet jirċievu stedina biex jattendu s-seduta ta’ smigħ f’ħin u f’post partikolari.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Kif tipproċedi? - Awstrija

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista’ jkun aħjar li wieħed jirrikorri għal mezzi alternattivi għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim qabel ma wieħed jirreferi għall-Qorti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini preskrittivi jvarjaw skont il-każ. Din il-kwistjoni għandha tiġi ċċarata meta jingħata parir legali.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara “Ġuriżdizzjoni”.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara “Ġuriżdizzjoni - l-Awstrija”.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara “Ġurisdizzjoni - l-Awstrija”.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

F’materji ċivili u kummerċjali, li jridu jitressqu quddiem il-qrati, il-kawżi li jiġu ppreżentati fil-Qrati Distrettwali (Bezirksgerichten) (li normalment ikollhom il-ġuriżdizzjoni meta l-valur tat-tilwima jasal sa EUR 15,000), iridu jiġu ffirmati minn avukat meta l-valur tat-tilwima jaqbeż il-EUR 5,000. Dan l-obbligu legali ta’ rappreżentanza minn avukat ma japplikax għall-kawżi li jridu jitressqu quddiem il-Qrati Distrettwali irrispettivament mill-ammont tat-tilwima (jiġifieri anki jekk it-tilwimiet jaqbżu l-EUR 15,000) (b’mod partikolari t-tilwim bejn il-konjuġi, sħab ċivili u membri tal-familja, it-tilwim dwar il-konfini tal-art, il-kunflitti dwar il-pussess tal-art, it-tilwim dwar il-proprjetà, it-tilwim li jinqala’ mir-relazzjoni kuntrattwali bejn l-ispedituri, it-trasportaturi, is-sidien u l-prinċipali tagħhom, il-vjaġġaturi u l-klijenti tagħhom, kif ukoll it-tilwim dwar il-bhejjem, eċċ.)

L-obbligu li jridu jiġu ppreżentati minn avukat ma jgħoddx lanqas għal talbiet li jsiru fi proċedimenti mhux kontenzjużi (proċedimenti ġudizzjarji ċivili, li huma aktar flessibbli u inqas formali mill-proċedimenti kontenzjużi skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili)(Zivilprozessordnung) (b’mod partikolari, kawżi mhux kontenzjużi bejn konjuġi, jew sħab ċivili u kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tat-tfal, kwistjonijiet ta’ protezzjoni/drittijiet tal-adulti mingħajr kapaċità legali, kwistjonijiet ta’ wirt, reġistri tal-artijiet u ta’ proprjetà, kwistjonijiet dwar il-kotba ta’ kumpaniji, kwistjonijiet dwar drittijiet ta’ okkupazzjoni residenzjali, eċċ.)

Sa fejn ma hemmx obbligu legali ta' rappreżentenza minn avukat quddiem il-Qrati Distrettwali, it-talbiet individwali u l-proċedimenti preliminari jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti minn kwalunkwe persuna.

F’materji ċivili u kummerċjali, li jinġiebu quddiem il-Qrati Reġjonali, (Landesgerichten) it-talbiet għandhom normalment jiġu ffirmati minn avukat. Il-kawżi kollha mressqa quddiem il-Qrati Reġjonali li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qrati Distrettwali u, irrispettivament mill-ammont tat-talba, jinkludu tilwim dwar drittijiet ta’ proprjetà industrijali, kompetizzjoni inġusta u kawżi għal mandat ta' inibizzjoni minn assoċjazzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumaturi.

Mhuwiex meħtieġ li avukat jiffirma talbiet fir-rigward ta’ liġi industrijali jew sigurtà soċjali (proċedimenti taħt l-Att dwar il-Qrati Industrijali u Soċjali - Arbeits- und Sozialgerichtsgesetz, ASGG) li jridu jitressqu quddiem il-Qrati Reġjonali. Dan japplika b’mod partikolari għal talbiet minn impjegati kontra l-impjegaturi tagħhom minħabba l-kuntratt ta’ impjieg tagħhom.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors bil-miktub irid jintbagħat fl-indirizz tal-Qorti Ġenerali għall-korrispondenza. Jekk waħda mill-partijiet tixtieq tippreżenta talba quddiem il-Qorti, hija tista’ twassalha fir-reception tal-Qorti jew tinpostaha fil-kaxxa postali tal-Qorti stess.

Jekk ma jkun hemm l-ebda obbligu li jiġi pprovdut avukat u l-parti ma tkunx irrappreżentata minn avukat, it-talba tista’ tiġi reġistrata bil-fomm fi kwalunkwe jum miftuħ għall-pubbliku (Amtstag, ġeneralment darba fil-ġimgħa) fil-Qorti Distrettwali li l-kawża taqa’fil-kompetenza tagħha jew fil-Qorti Distrettwali fid-distrett fejn tirrisjedi l-parti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa Ġermaniża għandha tintuża bħala lingwa uffiċjali quddiem il-qrati kollha. Xi qrati jippermettu wkoll l-użu tal-Kroat tal-Burgenland, l-Ungeriż jew is-Sloven, bħala lingwi uffiċjali għall-minoranzi lingwistiċi.

L-appell jew ir-rikorsi biex jingħata bidu għall-proċedimenti jridu jitressqu bil-miktub u jiġu ffirmati bil-miktub. Jekk ma jkunx hemm l-obbligu ta’ rappreżentanza minn avukat u l-parti ma tkunx rappreżentata minn avukat, it-talba jew ir-rikors jista’ wkoll jiġi ddikjarat bil-fomm, kif indikat fil-mistoqsija 7, quddiem il-Qorti Distrettwali kompetenti. It-talbiet jistgħu jsiru online permezz tas-sistema magħluqa tal-pjattaforma E-Ġustizzja Awstrijaka (ERV), li meħtieġ li wieħed jirreġistra għaliha (din hija finanzjarjament vijabbli biss għal dawk b’għadd kbir ta’ proċedimenti quddiem il-Qrati Awstrijaċi). Is-sottomissjoni bil-posta elettronika hija inammissibbli u talba preżentata permezz ta’ email ma tistax tiġi rettifikata wara d-data tal-għeluq. It-talbiet ippreżentati permezz ta’ faks ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali previsti mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (ZPO). Iżda jekk talba tintbagħat bil-faks, l-oriġinali tista’ tiġi ppreżentata aktar tard, u jitqies li tkun ġiet irrispettata d-data tal-għeluq.

Sa mill-bidu tal-2013, kien possibbli li jitressqu sottomissjonijiet u dokumenti mehmuża lill-qrati u lill-prosekuturi pubbliċi b’mod elettroniku bl-użu tal-funzjoni ta’ Kard taċ-Ċittadin (Bürgerkarte)(chip card jew firma tal-mowbajl) bl-użu tal-formoli online disponibbli fis-sit web “Sottomissjonijiet elettroniċi lill-qrati u l-prosekuturi pubbliċi” ("Elektronische Eingaben an Gerichte und Staatsanwaltschaften") (www.eingaben.justiz.gv.at).

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

L-uniċi formoli li l-użu tagħhom hu obbligatorju huma dawk għal talbiet għal pagamenti li nħarġet ordni ta’ ħlas kundizzjonali għalihom. It-talbiet għal pagamenti sa EUR 75 000 iridu jsiru fil-forma ta’ ordni ta’ ħlas taħt din il-proċedura (Mahnverfahren). Il-formoli applikabbli jistgħu jinkisbu mill-qrati jew jiġu stampati mis-sit web tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/).

Jeżistu formoli fakultattivi għal ordni tal-Qorti biex jintemm ftehim ta’ kiri residenzjali jew lokazzjoni ta’ proprjetà kummerċjali għal bini ta’ negozju wieħed jew aktar.

Kwalunkwe talba tista’, fil-prinċipju, tkun akkumpanjata minn kwalunkwe dokument mehmuż li jsostni t-talba (id-dokumenti jridu jiġu ppreżentati fl-istess għadd ta’ kopji bħat-talba nnifisha, ara l-mistoqsija 12). Kwalunkwe ftehim bil-miktub dwar il-ġuriżdizzjoni jew ġuriżdizzjoni domestika (ftehimiet li jikkonferixxu l-ġuriżdizzjoni) jista’ jinthemeż flimkien mat-talba. L-istess japplika għal ftehimiet bil-miktub dwar il-post ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt jekk ir-rikorrent jixtieq joqgħod fuq dik il-ġuriżdizzjoni, kif ukoll fil-każ ta’ oqsma partikolari oħra li jistgħu jkunu rilevanti għall-ġuriżdizzjoni jew proċeduri speċjali ta’ ġuriżdizzjoni (pereżempju l-proċedura għall-infurzar ta’ pagament ta’ kambjala).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

It-tariffi tal-qorti huma applikabbli minnufih għal kull talba ppreżentata quddiem il-Qorti, dawn huma maħsuba li jkopru l-ispiża ġenerali tal-kawża fl-ewwel Istanza. Bħala regola, l-ammont tat-talba huwa maqsum f’saffi, gradwali skont l-ammont tat-talba. L-ammont irid jitħallas meta ssir it-talba (fuq il-post fil-Qorti, imħallas fi flus kontanti jew b’karta ta’ kreditu jew bi trasferiment bankarju, li normalment irid jitħallas fil-kont tal-Qorti, fejn għandha tiġi speċifikata ir-referenza "Tariffi tal-Qorti" (“Gerichtsgebühren”) flimkien mal-ismijiet tal-partijiet).

It-tariffi tal-avukat huma bbażati fuq ftehim individwali; l-istess japplika għall-ammont li jrid jitħallas bħala spejjeż tal-avukat (sakemm ir-rimunerazzjoni ma tiġix miftiehma skont l-Att dwar it-Tariffi Legali (Rechtsanwaltstarifgesetz) jew il-Linji Gwida Ġenerali tat-Tariffi (“Allgemeine Honorar-Kriterien”)). Ir-rimborż jista’ jinkiseb mingħand il-parti avversarja ladarba tkun ingħatat is-sentenza finali, dejjem jiddependi wkoll mis-suċċess tal-kawża.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

L-għajnuna legali tingħata lill-persuni li ma jistgħux iħallsu għall-proċedimenti mingħajr ma jpoġġu l-għajxien tagħhom f’pożizzjoni prekarja. L-applikazzjoni għal għajnuna legali għandha tiġi ppreżentata bil-fomm jew bil-miktub lill-Qorti li l-proċedimenti jkunu se jitmexxew jew għandhom jitmexxew fiha. Jekk is-sede ta’ dik il-qorti jkun barra mid-distrett tal-post ta’ residenza li l-persuna tirrisjedi fih b’mod permanenti jew temporanju, l-applikazzjoni tista’ tiġi rreġistrata wkoll oralment fil-Qorti Distrettwali fil-post ta’ residenza tagħha.

Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet finanzjarji u sostantivi, l-għajnuna legali tista’ tiġi applikata qabel ma tiġi ppreżentata t-talba, għall-appell u/jew għall-proċedimenti sussegwenti kollha.

Għal aktar informazzjoni dwar l-għajnuna legali, ikkonsulta s-sit web tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at) fil-qasam tas-servizz taċ-ċittadini (Bürgerservice). Il-formola li għandha tintuża għall-applikazzjoni tista’ titniżżel mis-sit web, u fiha informazzjoni addizzjonali u pariri.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Talba titqies li tkun ġiet ippreżentata hekk kif tasal quddiem il-Qorti kompetenti (mill-inqas teoretikament) Talba titqies li tkun ġiet ippreżentata kif xieraq jekk ma tagħtix lok għal ċaħda minnufih jew proċedura ta’ korrezzjoni mill-qorti (fi kliem ieħor, jekk ikun evidenti li t-talba tkun tista’ tiġi ttrattata skont ir-regoli tal-proċedura) L-appell bil-miktub għandu jiġi ppreżentat fl-istess ammont ta’ kopji skont l-għadd ta’ partijiet għall-proċedimenti (kopja waħda għall-qorti, u kopja waħda għal kull parti avversarja). Jekk ikun hemm xi nuqqas fl-għamla u/jew fil-kontenut, huwa mistenni li l-qorti toħroġ struzzjonijiet biex dawn in-nuqqasijiet jiġu rrettifikati. L-istruzzjonijiet jindikaw il-konsegwenzi jekk il-korrezzjonijiet ma jsirux sad-data tal-għeluq stabbilita. Il-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni sseħħ biss jekk mitluba, sakemm ma tkunx saret permezz tal-pjattaforma elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja; f’dan il-każ il-konferma tkun awtomatika.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Fi proċedimenti ta’ ordni ta’ ħlas (Mahnverfahren) il-formola tat-talba diġà titlob is-sottomissjoni ta’ kopja valida tal-ordni ta’ ħlas. Għalhekk, l-applikant awtomatikament jirċievi kopja valida tal-ordni ta’ ħlas (titolu ta’ eżekuzzjoni (Exekutionstitel)) jew kopja jew notifika ta’ oġġezzjoni ppreżentata fil-ħin mill-parti avversarja, normalment flimkien ma’ ċitazzjoni għal seduta orali (li tagħti bidu għal proċedimenti ordinarji). Għadu ma jeżistix perjodu minimu għaċ-ċitazzjoni fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Distrettwali, iżda fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Reġjonali, il-perjodu huwa ta’ mill-inqas tliet ġimgħat.

Fil-proċedimenti għat-terminazzjoni ġudizzjarja ta’ ftehim ta’ kera għal proprjetà residenzjali jew bini ta’ negozju, għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni separata mis-sid għal kopja valida tal-avviż ta’ terminazzjoni. Jekk titqajjem oġġezzjoni fi żmien xieraq mill-persuna li tirċievi l-avviż (fi żmien erba’ ġimgħat), is-sid jiġi informat awtomatikament (normalment flimkien ma’ ċitazzjoni għas-seduta orali).

Għajr f’każijiet ta’ proċedimenti speċifiċi (bħall-proċedimenti għall-kisba ta’ ordni għal ħlas ta’ dejn, ħlas ta’ kambjala jew notifika ta’ terminazzjoni mingħand is-sid), hekk kif tasal it-talba (u tkun saret il-proċedura ta’ korrezzjoni) f’kawżi quddiem il-Qorti Distrettwali kompetenti, il-Qorti toħroġ talba lill-konvenut b’mod awtomatiku, flimkien ma’ ċitazzjoni għas-seduta ta’ smigħ u fl-istess ħin, tibgħat ċitazzjoni għas-seduta orali lill-konvenut. F’każijiet quddiem il-Qorti Reġjonali, il-konvenut awtomatikament jintalab jipprovdi l-eċċezzjonijiet bil-miktub (u jitfakkar li din trid tiġi ffirmata minn avukat) meta jiġi notifikat bil-kawża. Jekk il-konvenut jonqos milli jwieġeb it-talba fiż-żmien preskritt, tingħata sentenza f’kontumaċja fuq talba tal-attur li fin-nuqqas tagħha jiġu sospiżi l-proċedimenti. Jekk in-nota tal-eċċezzjonijiet tasal fil-ħin, l-attur għandu jirċievi kopja tagħha, normalment flimkien ma’ kopja taċ-ċitazzjoni għas-seduta orali.

Il-partijiet jistgħu jiksbu informazzjoni dwar is-sekwenza preċiża tal-istadji tal-proċedimenti diġà deċiżi mill-Qorti jew il-qagħda attwali tal-proċedimenti direttament (fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti) billi jċemplu lid-dipartiment kompetenti tal-Qorti (ir-reġistru, Kanzlei) matul is-sigħat uffiċjali u billi jikkwotaw in-numru tal-atti.

Fil-laqgħa preparatorja (l-ewwel sessjoni fil-proċedimenti orali), il-perjodu ta’ żmien sussegwenti u l-ordni tal-proċedimenti jiġu diskussi mal-partijiet, li jridu normalment jattendu personalment sakemm ir-rappreżentant tagħhom ma jkunx infurmat kif xieraq bil-fatti, li mbagħad jiġu determinati mill-Qorti. Din l-iskeda hija inkluża fir-reġistru fil-forma ta’ skeda ta’ żmien tal-kawża. Il-partijiet (jew ir-rappreżentanti tagħhom) jirċievu kopja tal-atti fir-reġistru. Kwalunkwe tibdil fil-programm tal-proċess għandu jitħabbar lill-partijiet u, fejn xieraq, jiġi diskuss magħhom meta konvenjenti.

L-aħħar aġġornament: 11/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Polonja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Alternattiva għat-tressiq ta’ kawża quddiem qorti hija li tirreferiha għal proċedimenti ta’ medjazzjoni. Medjazzjoni hija metodu ekstraġudizzjarju (amikevoli) ta’ soluzzjoni għat-tilwim, bil-parteċipazzjoni ta’ persuna jew istituzzjoni indipendenti u kkwalifikata (medjatur). Il-proċedimenti ta’ medjazzjoni huma volontarji (parti fit-tilwima tista’ fi kwalunkwe ħin iżżomm il-kunsens għall-medjazzjoni u tirtira mill-medjazzjoni) u kunfidenzjali (il-parteċipanti huma obbligati li jżommu l-informazzjoni miksuba matul il-medjazzjoni kunfidenzjali), u l-medjaturi huma imparzjali u indipendenti (huma ma jiħdux in-naħa ta’ parti jew ta’ oħra u fil-prinċipju ma jissuġġerixxu ebda soluzzjoni għat-tilwima).

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

B’mod ġenerali, l-azzjonijiet jistgħu jiġu ddepożitati mal-qorti fi kwalunkwe ħin, sakemm ma jkunx hemm regolamenti speċjali li jipprevedu terminu. Madankollu, parti li tiddepożita azzjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni tal-pretensjoni tirriskja li titlef il-kawża jekk il-parti l-oħra ssostni li l-azzjoni hija preskritta.

Il-perjodi ta’ limitazzjoni (terminy zawite) japplikaw skont il-liġi Pollakka. In-natura speċifika ta’ perjodu ta’ limitazzjoni tfisser li jekk il-parti intitolata tonqos milli twettaq azzjoni speċifika fil-perjodu ta’ limitazzjoni, id-dritt tal-parti li twettaq dik l-azzjoni speċifika jiskadi. Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (KPĊ, Kodeks postępowania cywilnego) ma fih ebda dispożizzjoni ġenerali li tirregola l-perjodi ta’ limitazzjoni, iżda jindika dawk il-perjodi fir-regolamenti li jikkonċernaw sitwazzjonijiet speċifiċi.

L-iskadenza tad-dritt bħala riżultat tal-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni hija vinkolanti fuq il-partijiet għar-relazzjoni legali, il-qorti jew awtorità oħra li teżamina l-kawża. L-awtorità tqis dan b’mod awtomatiku, mhux fuq talba ta’ parti jew bħala riżultat ta’ motiv imqajjem. Il-perjodu ta’ limitazzjoni jista’ jerġa’ jiddaħħal biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta n-nuqqas li dan jintlaħaq ma kienx dovut għall-ħtija tal-parti.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Sabiex jiġi stabbilit jekk qorti fit-territorju ta’ Stat Membru partikolari hijiex kompetenti biex tisma’ kawża speċifika, għandha tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni ta’ dik il-qorti.

Il-ġuriżdizzjoni ġenerali tal-qrati ordinarji fil-Polonja sabiex isolvu kawżi ċivili fit-territorju tagħha hija msejħa ġuriżdizzjoni nazzjonali u hija rregolata mill-KPĊ.

Il-kawżi li jridu jinstemgħu jkunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk il-konvenut ikun domiċiljat jew abitwalment residenti fil-Polonja jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fil-Polonja.

Barra minn hekk, il-ġuriżdizzjoni nazzjonali hija tal-qrati Pollakki fil-kawżi li ġejjin:

  • matrimonjali (il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tkun esklużiva jekk iż-żewġ konjuġi jkunu ċittadini Pollakki u jkunu domiċiljati u abitwalment residenti fil-Polonja);
  • dawk li jikkonċernaw ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal (il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tkun esklużiva jekk il-partijiet kollha jkunu ċittadini Pollakki u jkunu domiċiljati u abitwalment residenti fil-Polonja);
  • dawk li jikkonċernaw il-manteniment u li jirrigwardaw l-istabbiliment tal-filjazzjoni ta’ wild (huma jkunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk l-attur ikun parti intitolata domiċiljata jew abitwalment residenti fil-Polonja);
  • dawk li jikkonċernaw il-liġi tax-xogħol (il-kawżi li fihom l-attur ikun impjegat ikunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk ix-xogħol ġeneralment jitwettaq, twettaq jew kellu jitwettaq fil-Polonja);
  • dawk li jikkonċernaw l-assigurazzjoni (il-kawżi li jikkonċernaw relazzjoni ta’ assigurazzjoni u li jitressqu kontra l-assiguratur ikunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk l-attur ikun domiċiljat fil-Polonja jew jekk ikun hemm element ieħor li jindika l-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Polonja);
  • dawk li jikkonċernaw il-konsumaturi (il-kawżi li fihom konsumatur ikun l-attur ikunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk il-konsumatur ikun domiċiljat jew abitwalment residenti fil-Polonja u jkun wettaq l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jidħol fi ftehim fil-Polonja; f’kawżi bħal dawn, il-parti l-oħra fil-ftehim mal-konsumatur tiġi ttrattata bħala entità domiċiljata jew bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Polonja jekk hija jkollha impriża jew fergħa fil-Polonja u l-ftehim mal-konsumatur ikun ġie konkluż bħala parti min-negozju ta’ dik l-impriża jew il-fergħa).

Il-qrati Pollakki għandhom ukoll ġuriżdizzjoni nazzjonali esklużiva fuq: kawżi dwar drittijiet in rem għall-proprjetà immobbli u l-pussess ta’ proprjetà immobbli li tinsab fil-Polonja; kawżi dwar lokazzjoni (najem jew dzierżawa) u relazzjonijiet oħrajn li jinvolvu l-użu ta’ tali proprjetà immobbli (ħlief għall-kawżi dwar kera u ammonti oħrajn dovuti għall-użu jew għall-kisba ta’ benefiċċji mill-proprjetà immobbli); kawżi oħrajn fejn id-deċiżjoni tal-qorti tikkonċerna drittijiet in rem, il-pussess, jew l-użu ta’ proprjetà immobbli li tinsab fil-Polonja; kawżi għax-xoljiment ta’ persuna ġuridika jew unità organizzattiva li mhijiex persuna ġuridika, kif ukoll għat-tħassir jew l-annullament ta’ riżoluzzjonijiet tal-korpi ta’ governanza tagħhom, jekk il-persuna ġuridika jew l-unità organizzattiva li ma tkunx persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Polonja.

Barra minn hekk, jekk il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tkopri kawża mressqa skont it-talba ewlenija, din il-ġuriżdizzjoni tkopri wkoll il-kontrotalba.

Il-partijiet f’relazzjoni legali speċifikata jistgħu jaqblu bil-miktub li jippreżentaw il-kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-proprjetà li jinħolqu jew li jistgħu jinħolqu mir-relazzjoni lill-ġuriżdizzjoni tal-qrati Pollakki.

Il-qorti tqis awtomatikament in-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali f’kull stadju tal-kawża.

Jekk jinstab li l-ġuriżdizzjoni nazzjonali ma tapplikax, il-qorti tirrifjuta t-talba jew ir-rikors.

In-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali huwa raġuni għall-invalidità tal-proċedimenti.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Sabiex jiġi stabbilit liema qorti distrettwali (sąd rejonowy) jew qorti reġjonali (sąd okręgowy) hija kompetenti biex tisma’ l-kawża, għandha tiġi kkunsidrata l-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti. Skont il-liġi Pollakka, aħna nagħmlu distinzjoni bejn ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali, ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva u ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva.

a. ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali

B’mod ġenerali, l-azzjonijiet iridu jitressqu quddiem il-qorti tal-prim’istanza b’ġuriżdizzjoni territorjali fuq id-domiċilju tal-konvenut (skont il-Kodiċi Ċivili, id-domiċilju ta’ persuna fiżika huwa l-belt jew ir-raħal fejn tirrisjedi bl-intenzjoni li tibqa’ fuq bażi permanenti). Jekk il-konvenut ma jkunx domiċiljat fil-Polonja, il-ġuriżdizzjoni territorjali tiġi ddeterminata skont il-post tar-residenza tiegħu, u meta dak il-post ma jkunx magħruf jew ikun barra mill-Polonja – skont l-aħħar domiċilju tal-konvenut fil-Polonja. L-azzjonijiet kontra t-Teżor tal-Istat iridu jitressqu fil-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju rreġistrat tal-unità organizzattiva tal-Istat li tikkonċerna l-pretensjoni. L-azzjonijiet kontra persuna ġuridika jew entità oħra li ma tkunx persuna fiżika jridu jitressqu fil-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn ikun jinsab l-uffiċċju rreġistrat ta’ dik l-entità.

b. ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva

Abbażi tar-regolamenti dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva, l-atturi jistgħu – skont id-diskrezzjoni tagħhom – iressqu l-azzjoni quddiem il-qorti ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali jew quddiem qorti oħra speċifikata fil-leġiżlazzjoni bħala l-qorti kompetenti. Fil-proċeduri ċivili Pollakki, il-ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva hija prevista f’kawżi: għal talba għal manteniment u għall-istabbiliment tal-filjazzjoni ta’ wild; għal pretensjoni ta’ proprjetà kontra entità ta’ negozju; dwar tilwimiet taħt kuntratti; għal pretensjoni ta’ dannu; għall-ħlas ta’ ammont dovut għat-trattament ta’ kawża (tariffa li għandha titħallas lil avukat); għal pretensjoni taħt lokazzjoni (najem jew dzierżawa) ta’ proprjetà immobbli; dwar ċedola jew ċekk.

L-azzjonijiet għal talba għal manteniment u għall-istabbiliment tal-filjazzjoni ta’ wild u talbiet relatati jistgħu jitressqu skont id-domiċilju tal-parti intitolata. L-azzjonijiet għal pretensjoni ta’ proprjetà kontra entità ta’ negozju jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali jew il-fergħa, jekk il-pretensjoni tkun konnessa mal-attivitajiet tal-kwartieri ġenerali jew ta’ dik il-fergħa. L-azzjonijiet għall-konklużjoni ta’ ftehim, l-istabbiliment tal-kontenut tiegħu, l-emendar ta’ ftehim u l-istabbiliment tal-eżistenza ta’ ftehim, għall-eżekuzzjoni, it-terminazzjoni jew l-annullament ta’ ftehim, kif ukoll għat-talba għad-danni minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew ta’ eżekuzzjoni kif suppost ta’ ftehim jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim. Jekk ikun hemm xi dubji, il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim għandu jiġi kkonfermat b’dokument. L-azzjonijiet għal pretensjoni ta’ dannu jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li l-avveniment li kkawża d-dannu jkun seħħ fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha. L-azzjonijiet għall-ħlas ta’ ammont dovut għat-trattament ta’ kawża jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn ir-rappreżentant legali ttratta l-kawża. L-azzjonijiet għal pretensjoni taħt lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli (najem jew dzierżawa) jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-proprjetà immobbli. L-azzjonijiet kontra parti obbligata taħt ċedola jew ċekk jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-ħlas. Diversi partijiet obbligati taħt ċedola jew ċekk jistgħu jiġu mfittxija b’mod konġunt quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-ħlas jew quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni ġenerali għall-aċċettant jew l-emittent taċ-ċedola jew taċ-ċekk.

ċ. ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva huma obbligatorji. Huma jeskludu, f’ċerti kategoriji ta’ kawżi, il-possibbiltà li titressaq azzjoni quddiem il-qorti ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali u wkoll quddiem il-qorti ta’ ġuriżdizzjoni alternattiva, kif ukoll il-possibbiltà li l-kawża għal riżoluzzjoni tiġi riferuta lil qorti oħra permezz ta’ ftehim ta’ ġuriżdizzjoni. Fil-każ ta’ ġuriżdizzjoni esklużiva, qorti waħda biss minn fost il-qrati tal-istess livell hija kompetenti biex tisma’ kawża speċifika. Skont it-tip tal-kawża, din tkun qorti reġjonali jew distrettwali speċifika.

L-azzjonijiet għas-sjieda jew drittijiet in rem oħrajn fuq proprjetà immobbli, kif ukoll għall-pussess ta’ proprjetà immobbli, jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli. Jekk is-suġġett tat-tilwima jkun servitù tal-art, il-ġuriżdizzjoni tiġi ddeterminata skont il-post fejn tinsab il-proprjetà gravata. Il-ġuriżdizzjoni msemmija qabel tinkludi pretensjonijiet personali relatati ma’ drittijiet in rem u drittijiet segwiti b’mod konġunt ma’ dawk il-pretensjonijiet kontra l-istess konvenut. L-azzjonijiet dwar suċċessjoni, sehem riżervat, kif ukoll legati, struzzjonijiet jew dispożizzjonijiet testamentarji oħrajn, jistgħu jitressqu biss quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar post ta’ residenza abitwali tat-testatur, u jekk ma tkunx tista’ tiġi stabbilita r-residenza abitwali tat-testatur fil-Polonja, quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-wirt jew parti minnu. L-azzjonijiet dwar is-sħubija f’kooperattiva, sħubija, kumpanija jew assoċjazzjoni jistgħu jitressqu biss quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat. L-azzjonijiet dwar relazzjoni ta’ żwieġ jistgħu jitressqu biss quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha kienu domiċiljati l-aħħar il-konjuġi, anki jekk xi ħadd minnhom ikun għadu domiċiljat jew abitwalment residenti f’dik il-ġuriżdizzjoni. Fin-nuqqas ta’ tali bażi, il-qorti b’ġuriżdizzjoni esklużiva hija l-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-konvenut u, fin-nuqqas ukoll ta’ dik il-bażi - il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-attur. L-azzjonijiet dwar relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal u bejn l-adottant u l-persuna adottata jistgħu jitressqu b’mod esklużiv quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-attur, diment li ma jkun hemm ebda bażi għall-preżentata ta’ azzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali.

Barra minn hekk, jekk il-ġuriżdizzjoni ta’ diversi qrati tkun ġustifikata jew jekk l-azzjoni titressaq kontra diversi partijiet li għalihom huma kompetenti diversi qrati skont il-leġiżlazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni ġenerali, l-attur jista’ jagħżel minn fost dawk il-qrati. L-istess japplika jekk il-proprjetà immobbli, li l-post tagħha huwa l-bażi għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti, tkun tinsab f’diversi żoni ta’ ġuriżdizzjoni. Jekk il-qorti kompetenti ma tkunx tista’ tisma’ l-kawża jew tieħu passi oħrajn minħabba ostaklu, il-qorti superjuri tagħha taħtar qorti oħra f’sessjoni fil-magħluq. Jekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-KPĊ, ma tkunx tista’ tiġi stabbilita ġuriżdizzjoni territorjali fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi tal-każ, il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) taħtar il-qorti li għandha titressaq l-azzjoni quddiemha f’sessjoni fil-magħluq. Il-partijiet jistgħu jaqblu bil-miktub li jippreżentaw tilwima diġà eżistenti, jew kwalunkwe tilwimiet li jistgħu jirriżultaw fil-futur minn relazzjoni legali speċifikata, lil qorti tal-prim’istanza li ma għandha ebda ġuriżdizzjoni territorjali skont il-liġi. Dik il-qorti mbagħad ikollha ġuriżdizzjoni esklużiva, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor jew sakemm l-attur ma jkunx ippreżenta dikjarazzjoni ta’ pretensjoni fi proċedura elettronika permezz ta’ ordni ta’ ħlas (elektroniczne postępowanie upominawcze, EPU). Il-partijiet jistgħu wkoll jillimitaw, permezz ta’ ftehim bil-miktub, id-dritt tal-attur li jagħżel minn fost diversi qrati kompetenti għal tali tilwimiet. Madankollu, il-partijiet ma jistgħux ibiddlu ġuriżdizzjoni esklużiva.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Il-ġuriżdizzjoni materjali tal-qrati ordinarji (sądy powszechne) tar-Repubblika tal-Polonja hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Fi proċeduri ta’ qorti ċivili, il-qrati tal-prim’istanza huma qrati distrettwali u qrati reġjonali, filwaqt li l-qrati tat-tieni istanza huma qrati reġjonali u qrati tal-appell (sądy apelacyjne).

Fil-prinċipju, il-kawżi ċivili jinstemgħu fil-prim’istanza mill-qrati distrettwali, sakemm il-ġuriżdizzjoni ma tkunx riżervata għall-qrati reġjonali. Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati reġjonali fil-prim’istanza tkopri l-kawżi:

  • għal drittijiet mhux ta’ proprjetà (u pretensjonijiet ta’ proprjetà mfittxija flimkien ma’ dawk id-drittijiet), ħlief għall-kawżi sabiex tiġi stabbilita jew ikkontestata l-filjazzjoni ta’ wild, il-kawżi għall-annullament ta’ tagħrif ta’ tifel mill-missier u għax-xoljiment ta’ adozzjoni;
  • għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati, kif ukoll kawżi dwar invenzjonijiet, mudelli ta’ utilità, disinji industrijali, trademarks, indikazzjonijiet ġeografiċi u topografiji ta’ ċirkwiti integrati u kawżi għall-protezzjoni ta’ drittijiet oħrajn ta’ proprjetà intanġibbli;
  • għall-pretensjonijiet skont il-Liġi tal-Istampa;
  • għad-drittijiet tal-proprjetà fejn il-valur tas-suġġett tat-tilwima jkun ta’ aktar minn PLN 75 000 (ħlief għal kawżi ta’ manteniment, kawżi għall-ksur ta’ pussess, kawżi għall-istabbiliment tas-separazzjoni tal-proprjetà tal-konjuġi, kawżi għall-allinjament tal-kontenut ta’ reġistru tal-artijiet mal-istatus ġuridiku attwali u kawżi eżaminati fi proċedura elettronika permezz ta’ ordni ta’ ħlas);
  • għall-ħruġ ta’ sentenza minflok riżoluzzjoni sabiex tinqasam kooperattiva;
  • għat-tħassir, l-annullament jew l-istabbiliment tan-nuqqas ta’ eżistenza ta’ riżoluzzjonijiet tal-korpi ta’ governanza ta’ entitajiet ġuridiċi jew unitajiet organizzattivi li mhumiex persuni ġuridiċi, iżda li ngħataw personalità ġuridika bil-liġi;
  • għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta;
  • għal kumpens minħabba dannu kkawżat mill-ħruġ ta’ sentenza finali illegali.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Fil-prinċipju, fi proċeduri ta’ qorti ċivili, il-partijiet u l-korpi ta’ governanza tagħhom jew ir-rappreżentanti statutorji jistgħu jaġixxu quddiem il-qorti personalment jew permezz ta’ rappreżentanti.

Madankollu, il-KPĊ jipprevedi rappreżentanza obbligatorja minn avukat f’sitwazzjonijiet speċifikati. Fi proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema, il-partijiet iridu jkunu rrappreżentati minn avukati (adwokat) jew konsulenti legali (radca prawny). F’kawżi dwar proprjetà industrijali, huma jridu jkunu rrappreżentati wkoll minn aġenti tal-privattivi. Ir-rekwiżit ta’ rappreżentanza japplika wkoll għall-passi proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema, meħuda quddiem qorti inferjuri. Ir-rekwiżit ta’ rappreżentanza ma japplikax jekk il-proċedimenti jkunu jikkonċernaw rikors għal eżenzjoni mid-drittijiet tal-qorti, għall-ħatra ta’ avukat jew konsulent legali jew, jekk il-parti, il-korp ta’ governanza tagħha jew ir-rappreżentant statutorju jew ir-rappreżentant legali jkunu mħallef, prosekutur pubbliku, nutar jew professur tal-liġi jew inkella detentur ta’ lawrja postdottorali fil-liġi (doktor habilitowany nauk prawnych), kif ukoll jekk il-parti, il-korp ta’ governanza tagħha jew ir-rappreżentant statutorju jkunu avukat jew konsulent legali jew konsulent tal-Kunsill Ġenerali għat-Teżor tal-Istat (Prokuratoria Generalna Skarbu Państwa).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

L-azzjonijiet għandhom jiġu ddepożitati mal-qorti kompetenti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Is-sottomissjonijiet iridu jiġu ppreżentati lill-qorti bil-Pollakk jew bi traduzzjoni għall-Pollakk mehmuża magħhom. Id-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni għandha tkun bil-miktub. Eċċezzjoni hija sitwazzjoni (li tikkonċerna l-liġi tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali) li fiha impjegat jew persuna assigurata li jaġixxu mingħajr avukat jew konsulent legali jistgħu jippreżentaw azzjoni, il-kontenut ta’ rimedji legali u trattazzjonijiet oħrajn bil-fomm lill-qorti kompetenti, li għandhom jiġu inklużi fir-reġistri.

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ordni ta’ ħlas, sottomissjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni tad-data.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Dikjarazzjoni ta’ pretensjoni trid tiġi ppreżentata fuq formoli uffiċjali biss jekk tkun prevista minn dispożizzjoni speċjali. Hemm żewġ sitwazzjonijiet fejn id-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni trid tiġi ppreżentata fuq formola uffiċjali: meta l-attur ikun fornitur ta’ servizz jew bejjiegħ u jsegwi l-pretensjonijiet skont ftehim dwar suġġett speċifiku (il-forniment ta’ servizzi postali u tat-telekomunikazzjoni; it-trasport bil-massa ta’ nies u bagalji; il-provvista tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt tal-fjuwil; il-provvista tal-ilma u t-tneħħija tal-ilma mormi; ir-rimi tal-iskart u l-provvista ta’ enerġija termali) u fi proċedimenti sommarji (postępowanie uproszczone).

Dikjarazzjoni ta’ pretensjoni għandha tkun bil-miktub. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-liġi tax-xogħol u l-proċedimenti tas-sigurtà soċjali, li fihom impjegat jew persuna assigurata li jaġixxu mingħajr avukat jew konsulent legali jistgħu jippreżentaw azzjoni bil-fomm lill-qorti kompetenti, li għandha tiġi inkluża fir-reġistri.

Dikjarazzjoni ta’ pretensjoni trid:

  • tinkludi l-isem tal-qorti li tiġi ppreżentata lilha; l-ismijiet tal-partijiet, ir-rappreżentanti statutorji u r-rappreżentanti legali tagħhom;
  • tispeċifika t-tip ta’ sottomissjoni;
  • tinkludi l-valur tas-suġġett tat-tilwima jew tal-appell, jekk il-ġuriżdizzjoni materjali tal-qorti, l-ammont tat-tariffa jew l-ammissibilità ta’ rimedju legali jkunu jiddependu fuq dak il-valur u l-ammont ta’ flus speċifikat ma jkunx is-suġġett tal-kawża;
  • tispeċifika s-suġġett tat-tilwima;
  • tispeċifika d-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat u l-indirizz tal-partijiet u tar-rappreżentanti statutorji u r-rappreżentanti legali tagħhom;
  • tinkludi n-numru tal-PESEL (Sistema Elettronika Ġenerali tar-Reġistrazzjoni tal-Popolazzjoni) jew in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (NIP) tal-attur, jekk l-attur ikun persuna fiżika obbligata li jkollha dan in-numru jew inkella li jkollha dan in-numru mingħajr ma tkun obbligata li jkollha; jew tinkludi n-numru tar-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (KRS) tal-attur u, fin-nuqqas ta’ numru KRS – in-numru tal-attur f’reġistru jew rekord rilevanti ieħor, jew, jekk l-attur ma jkunx persuna fiżika u ma jkunx obbligat li jiddaħħal fir-reġistru jew ir-rekord rilevanti iżda jkun obbligat li jkollu NIP, tinkludi n-NIP tal-attur;
  • tinkludi s-sustanza tar-rikors jew tad-dikjarazzjoni u evidenza li ssostni ċ-ċirkostanzi invokati;
  • tispeċifika pretensjoni b’mod preċiż u, f’kawżi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-proprjetà, tindika wkoll il-valur tas-suġġett tat-tilwima, sakemm is-suġġett tat-tilwima ma jkunx ammont ta’ flus speċifikat;
  • tispeċifika d-data ta’ meta l-pretensjoni saret dovuta f’każijiet fejn ikun intalab ordni ta’ ħlas;
  • tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi fattwali li jiġġustifikaw il-pretensjoni u, jekk ikun meħtieġ, jiġġustifikaw ukoll il-ġuriżdizzjoni tal-qorti;
  • tindika jekk il-partijiet ippruvawx imorru għal medjazzjoni jew metodu ekstraġudizzjarju ieħor ta’ soluzzjoni għat-tilwim u, jekk ma jkunux saru tentattivi bħal dawn, ir-raġunijiet għaliex ma għamlux hekk;
  • ikollha l-firma tal-parti jew tar-rappreżentant statutorju jew ir-rappreżentant legali tagħha;
  • tinkludi lista ta’ appendiċi.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mad-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni:

  • il-prokura jew kopja attestata tagħha (jekk id-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni tiġi ppreżentata minn rappreżentant legali);
  • kopji tad-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni u tal-appendiċi tagħha, li għandhom jintbagħtu lill-partijiet li jipparteċipaw fil-kawża u, jekk id-dokumenti oriġinali tal-appendiċi ma jkunux ġew ippreżentati lill-qorti, kopja waħda ta’ kull wieħed għall-fajls tal-qorti (fi proċedura elettronika permezz ta’ ordni ta’ ħlas, għandhom jiġu mehmuża kopji attestati b’mod elettroniku tal-appendiċi mad-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni ppreżentata permezz tas-sistema ta’ trażmissjoni tad-data).

Barra minn hekk, dikjarazzjoni ta’ pretensjoni tista’ tinkludi: rikors għal miżuri ta’ prekawzjoni, għad-dikjarazzjoni tas-sentenza eżegwibbli immedjatament u għall-ipproċessar tal-kawża fin-nuqqas tal-attur; rikorsi li jirrigwardaw it-tħejjija tas-seduta ta’ smigħ (u, b’mod partikolari, rikorsi: għat-taħrika tax-xhieda u tal-esperti maħtura mill-qorti indikati mill-attur sabiex jattendu s-seduta ta’ smigħ; għat-twettiq ta’ spezzjoni viżwali; għall-għoti ta’ struzzjonijiet lill-konvenut sabiex jipprovdi, għas-seduta ta’ smigħ, dokument miżmum mill-konvenut u meħtieġ sabiex tinstema’ x-xhieda, jew l-oġġett tal-ispezzjoni viżwali; sabiex jintalab l-għoti tal-evidenza miżmuma minn qrati, uffiċċji jew partijiet terzi oħrajn għas-seduta ta’ smigħ).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Fil-prinċipju, it-twettiq tal-proċeduri tal-qorti jinvolvi spejjeż. L-ispejjeż tal-qorti jinkludu tariffi u spejjeż.

L-obbligu li tħallas l-ispejjeż tal-qorti huwa tal-parti li tiddepożita sottomissjoni lill-qorti (inkluża dikjarazzjoni ta’ pretensjoni) li hija soġġetta għal tariffa jew tiġġenera spejjeż. Jekk it-tariffa dovuta ma titħallasx, il-qorti tħarrek lill-parti sabiex tħallasha fi żmien ġimgħa, inkella s-sottomissjoni tiġi rritornata (jekk is-sottomissjoni tkun ġiet iddepożitata minn parti domiċiljata jew li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha barra l-pajjiż u li ma għandhiex rappreżentant fil-Polonja, it-terminu għall-ħlas tat-tariffa jkun ta’ mill-inqas xahar). Wara l-iskadenza tat-terminu mingħajr ma tkun tħallset it-tariffa, il-qorti tirritorna s-sottomissjoni lill-parti. Sottomissjoni rritornata ma għandha ebda effett assoċjat skont il-liġi mal-preżentata ta’ sottomissjoni lil qorti.

Jekk dispożizzjoni speċjali tistabbilixxi li sottomissjoni tista’ tiġi ddepożitata biss permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni tad-data (il-proċedura EPU), is-sottomissjoni tiġi ddepożitata flimkien mal-ħlas tat-tariffa.

Is-sottomissjonijiet iddepożitati minn avukat, konsulent legali jew aġent ta’ privattiva (jekk huma jkunu soġġetti għal tariffa f’ammont fiss jew proporzjonali kkalkolat abbażi tal-valur tas-suġġett tat-tilwima speċifikat mill-parti) li ma jkunux tħallsu debitament jiġu rritornati mill-qorti mingħajr ma l-parti tintalab tħallas it-tariffa (l-Artikolu 1302 tal-KPĊ). Il-parti tista’ tħallas it-tariffa dovuta fi żmien ġimgħa. Jekk it-tariffa titħallas fl-ammont meħtieġ, is-sottomissjoni jkollha effetti legali mid-data li fiha kienet ippreżentata oriġinarjament. Effett bħal dan ma jseħħx jekk is-sottomissjoni terġa’ tiġi rritornata għall-istess raġuni.

Il-kwistjonijiet li jikkonċernaw it-tariffi li għandhom jitħallsu lill-avukati jew lill-konsulenti legali (bħall-iskadenzi għall-ħlas) għandhom jiġu rregolati fi ftehim bejn il-klijent u r-rappreżentant legali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Kemm il-persuni fiżiċi kif ukoll il-persuni ġuridiċi jistgħu jitolbu l-għajnuna legali – rappreżentant legali maħtur mill-qorti sabiex jittratta l-kawża (pełnomocnik z urzędu).

Il-persuni fiżiċi jistgħu jitolbu li jinħatar avukat jew konsulent legali jekk huma jippreżentaw dikjarazzjoni li tgħid li mhux se jkunu jistgħu jħallsu l-onorarju ta’ avukat jew konsulent legali mingħajr tbatija għalihom infushom jew għall-familji tagħhom.

Il-persuni ġuridiċi (jew unitajiet organizzattivi oħrajn intitolati mil-liġi sabiex ikunu parti fil-proċeduri tal-qorti) jistgħu jitolbu li jinħatar avukat jew konsulent legali jekk juru li ma għandhomx biżżejjed fondi sabiex iħallsu l-onorarju ta’ avukat jew konsulent legali.

Il-qorti tilqa’ t-talba jekk hija ssib li l-parteċipazzjoni ta’ avukat jew konsulent legali fil-kawża tkun meħtieġa.

Il-kwistjoni tal-eżenzjoni mill-ispejjeż u l-assenjazzjoni ta’ rappreżentant legali maħtur mill-qorti f’tilwimiet transfruntiera hija rregolata mill-Att tas-17 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dritt għal għajnuna legali fi proċedimenti tad-dritt ċivili mwettqa fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u dwar id-dritt għal għajnuna legali sabiex tilwima tissolva b’mod amikevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Azzjoni titressaq quddiem il-qorti malli tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-pretensjoni. Il-KPĊ ma jipprevedi ebda ċertifikat li jikkonferma li l-kawża tressqet b’mod korrett quddiem il-qorti.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

L-informazzjoni dwar il-passi ppjanati jew imwettqa fil-kawża tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tas-Servizz tal-Klijenti tal-Qorti (Biuro Obsługi Interesanta, BOI) tal-qorti rilevanti. Tista’ tikseb informazzjoni dwar id-dati tas-sessjonijiet tal-qorti sussegwenti billi ċċempel fuq in-numru tal-Uffiċċju tas-Servizz tal-Klijenti speċifikat fuq is-sit web tal-qorti u tipprovdi n-numru tal-atti tal-kawża.

L-aħħar aġġornament: 12/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Portugall

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Fil-Portugall, mhux bilfors ikollok tmur il-qorti biex issolvi tilwima. Jeżistu mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim, jiġifieri:

  • ċentri ta’ arbitraġġ,
  • servizzi ta’ medjazzjoni,
  • il-Kummissarji tal-Ġustizzja, u
  • sistemi ta’ appoġġ għal dejn eċċessiv.

L-Uffiċċju għas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (Gabinete de Resolução Alternativa de Litígios, GRAL) huwa responsabbli biex jappoġġa l-ħolqien ta’ tali mezzi ekstraġudizzjarji għas-soluzzjoni ta’ tilwim u biex jimplimentahom fil-prattika.

Informazzjoni dwar kif tuża dawn il-mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni għat-tilwim hija disponibbli fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgpj.mj.pt/sections/gral

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Iva. Bil-liġi, id-dritt li wieħed imur il-qorti jrid jiġi eżerċitat f’ċertu perjodu, u wara dan id-dritt jintilef.

  • Ir-regoli ġenerali dwar id-dekadenza huma stabbiliti fl-Artikoli 332 u 327 (2) tal-Kodiċi Ċivili (Código Civil, CC).
  • Jeżistu regoli speċjali dwar id-dekadenza għal dawn li ġejjin:

a) id-dritt li tinfetaħ kawża għal azzjoni revokatorja (l-Artikolu 618 CC);

b) kawża biex jiġi annullat il-bejgħ ta’ oġġetti difettużi (l-Artikolu 917 CC);

c) kawżi għar-revoka ta’ donazzjonijiet (l-Artikolu 976 CC);

d) id-dritt ta’ terminazzjoni ta’ kuntratti ta’ lokazzjoni (l-Artikolu 1085 CC);

e) kawżi għaż-żamma u għall-irkupru tal-pussess (l-Artikolu 1282 CC);

f) kawżi dwar il-ksur ta’ wegħda ta’ żwieġ (l-Artikolu 1595 CC);

g) kawżi għall-annullament taż-żwieġ minħabba nuqqas ta’ xhieda (l-Artikolu 1646 CC);

h) kawżi għaċ-ċaħda tal-paternità (l-Artikoli 1842 u 1843 CC);

i) kawżi biex persuna tiġi skwalifikata minn suċċessjoni (l-Artikolu 2036 CC);

j) kawżi biex jitnaqqsu rigali li jaqbżu s-sehem tal-beni li t-testatur jista’ jiddisponi minnu mill-wirt (l-Artikolu 2178 CC);

k) kawżi biex jiġu riżolti dispożizzjonijiet testamentarji (l-Artikolu 2248 CC); u

l) kawżi biex jitħassru testmenti jew dispożizzjonijiet fihom (l-Artikolu 2308 CC).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Iva. Il-qrati Portugiżi għandhom ġuriżdizzjoni internazzjonali fil-każijiet li ġejjin:

  • meta l-kawża tista’ titressaq quddiem qorti Portugiża f’konformità mar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali Portugiża stabbiliti fil-liġi Portugiża;
  • meta l-fatt li jkun ta lok għall-kawża, jew il-fatti marbuta magħha, seħħ fuq territorju Portugiż;
  • meta d-dritt invokat ikun jista’ jiġi milqugħ biss permezz tal-kawża proposta fuq territorju Portugiż jew meta jkun hemm diffikultà sinifikanti għall-attur biex jiftaħ il-kawża barra l-pajjiż, għax ikun hemm konnessjoni importanti, personali jew reali, bejn is-suġġett tat-tilwima u s-sistema ġudizzjarja Portugiża.

Ir-regoli ġenerali dwar il-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qrati Portugiżi huma stabbiliti fl-Artikoli 59, 62, 63 u 94 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil, CPC).

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Għal tweġiba dettaljata għal din il-mistoqsija, ara l-iskeda informattiva f’din il-paġna intitolata “Ġuriżdizzjoni”.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Għal tweġiba dettaljata għal din il-mistoqsija, ara l-iskeda informattiva f’din il-paġna intitolata “Ġuriżdizzjoni”.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Bħala regola, il-partijiet jistgħu jressqu proċedimenti legali quddiem qorti huma stess.

Huwa obbligatorju li wieħed ikun rappreżentat minn avukat fil-każijiet indikati fl-Artikoli 40 u 58 CPC.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Bħala regola, ir-rikors promotur jiġi ppreżentat lill-qorti b’mezzi elettroniċi, f’konformità mat-termini stabbiliti fl-Ordni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2009: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIpproċessar elettroniku ta’ kawżi ġudizzjarji

L-Artikolu 144(7) CPC jipprevedi każijiet li fihom ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati fil-qorti b’wieħed mill-modi li ġejjin:

  • konsenja lir-reġistru tal-qorti;
  • konsenja bil-posta rreġistrata;
  • konsenja permezz ta’ fax.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa użata fi proċedimenti ġudizzjarji hija l-Portugiż, f’konformità mal-Artikolu 133 CPC.

Ċittadini barranin li jeħtieġ li jinstemgħu f’qorti Portugiża jistgħu jużaw lingwa differenti jekk ma jitkellmux bil-Portugiż.

Format tad-dokumenti proċedurali: b’mod ġenerali, id-dokumenti proċedurali jistgħu jiġu fformulati bil-fomm jew bil-miktub. Il-metodu magħżul għandu jkun dak li jikkorrispondi l-aħjar għall-għan maħsub (l-Artikolu 131 CPC).

Mezzi ta’ preżentazzjoni ta’ dokumenti proċedurali quddiem qorti: ara t-tweġiba għall-mistoqsija 7.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Iva, hemm. Minbarra l-formoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, fil-Portugall hemm formoli speċifiċi għal azzjonijiet eżekuttivi, li jistgħu jinkisbu mill-Portal Cito fil-link li ġej Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.citius.mj.pt/portal/Artigos.aspx?CategoryId=24

Il-liġi nazzjonali tipprevedi li d-dokumenti proċedurali jistgħu jikkonformaw mal-mudelli approvati mill-awtorità kompetenti; madankollu, il-mudelli li jikkonċernaw id-dokumenti tal-uffiċċju tal-qorti biss jitqiesu bħala obbligatorji (l-Artikolu 131 CPC).

L-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fil-fajl:

  • Fir-rikors promotur, l-attur irid:

a) jagħżel qorti u t-taqsima fejn se jiftaħ il-kawża u jidentifika lill-partijiet, jindika isimhom, ir-residenza jew l-uffiċċji reġistrati. F’dak li jirrigwarda l-attur (u, kull meta jkun possibbli, il-partijiet l-oħrajn), in-numri ta’ identifikazzjoni ċivili u tat-taxxa, professjonijiet u postijiet tax-xogħol iridu jiġu pprovduti wkoll;

b) jindika l-indirizz tal-uffiċċju tar-rappreżentant legali tiegħu;

c) jindika t-tip ta’ kawża;

d) iniżżel il-fatti essenzjali li taw lok għall-kawża u r-raġunijiet fil-liġi li jiffurmaw il-bażi tal-kawża;

e) ifassal ir-rikors;

f) jiddikjara l-ammont tat-talba;

g) jagħżel l-aġent għall-eżekuzzjoni li għandu responsabbiltà biex joħroġ it-taħrika jew ir-rappreżentant legali li jrid imexxih quddiem il-qorti.

  • Meta jrid jikkontesta kawża, il-konvenut irid:

a) jidentifika l-kawża;

b) jippreżenta r-raġunijiet legali u fattwali għaliex qed jikkontesta r-rikors tal-attur;

c) jippreżenta l-fatti essenzjali li l-oġġezzjonijiet imqajma huma bbażati fuqhom; u

d) jissottometti lista ta’ xhieda u jitlob forom oħra ta’ evidenza. meta l-konvenut jissottometti kontrotalba u l-attur iwieġeb, il-konvenut jitħalla jemenda t-talba oriġinali tiegħu għall-evidenza.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iva, bħala regola huwa meħtieġ li jitħallsu t-tariffi tal-qorti. L-ispejjeż proċedurali jinkludu t-tariffi tal-qorti, l-imposti u l-ispejjeż tal-parti.

Ir-regoli l-aktar rilevanti dwar l-ispejjeż proċedurali huma essenzjalment stabbiliti fl-Artikoli 145, 529, 530, 532 u 533 CPC u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafir-Regolament dwar l-Ispejjeż Proċedurali.

It-tariffi tal-qorti jitħallsu fil-punti li ġejjin (l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar l-Ispejjeż Proċedurali):

Każijiet fejn il-ħatra ta’ rappreżentanza legali hija obbligatorja:

  • L-ewwel jew l-uniku pagament tat-tariffi tal-qorti jrid jitħallas sa meta jiġi ppreżentat id-dokument proċedurali inkwistjoni.
  • Jekk it-tieni pagament għandu jitħallas, dan irid jsir fi żmien 10 ijiem min-notifika tas-seduta ta’ smigħ finali.

Każijiet fejn il-ħatra ta’ rappreżentanza legali mhijiex obbligatorja:

  • Jekk id-dokument jiġi ppreżentat direttament mill-parti, il-ħlas tal-tariffa tal-qorti minħabba ftuħ tal-kawża huwa dovut biss wara n-notifika, li jispeċifika perjodu ta’ 10 ijiem għall-ħlas u l-penali applikabbli jekk il-ħlas ma jsirx.

Simulatur tat-tariffi tal-qorti huwa disponibbli fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://justica.gov.pt/Servicos/Simulador-Taxas-de-justica.

It-tariffi tal-avukat huma inklużi fl-ispejjeż tal-parti u jitħallsu mill-parti telliefa f’konformità mal-Artikolu 533 CPC.

Il-partijiet intitolati għall-ispejjeż iridu jibagħtu fattura dettaljata u deskrittiva lill-qorti u lill-parti telliefa, skont it-termini u l-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament dwar l-Ispejjeż Proċedurali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Iva, tista’, sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna legali.

Il-Liġi Nru 34/2004 tad-29 ta’ Lulju 2004, li tirregola Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-aċċess għal-liġi u l-ġustizzja, tistabbilixxi r-rekwiżiti biex tintalab l-għajnuna legali u tistabbilixxi l-arranġamenti rilevanti.

It-talba għal għajnuna legali trid tiġi ppreżentata lis-servizzi tas-sigurtà soċjali Portugiżi (Segurança Social).

Il-formola għall-preżentazzjoni ta’ talba għal għajnuna legali, il-leġiżlazzjoni applikabbli u gwida prattika jinsabu hawnhekk:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.seg-social.pt/protecao-juridica.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Kawża titqies li tkun tressqet uffiċjalment fiż-żmien meta r-rikors promotur jitqies li jkun ġie ppreżentat, kif ġej:

  • Jekk ir-rikors jiġi ppreżentat b’mod elettroniku, jitqies li jkun ġie ppreżentat fid-data li fiha jintbagħat.
  • Jekk ir-rikors jiġi kkonsenjat lir-reġistru tal-qorti, jitqies li jkun ġie ppreżentat fil-ġurnata tal-konsenja.
  • Jekk ir-rikors jintbagħat bil-posta rreġistrata, jitqies li jkun ġie ppreżentat fid-data li jkun ġie rreġistrat fir-reġistru tal-posta rilevanti.
  • Jekk ir-rikors jintbagħat permezz ta’ fax, jitqies li jkun ġie ppreżentat fid-data li fiha jintbagħat.

(l-Artikoli 259 u 144 CPC)

Ir-reġistru tal-qorti huwa responsabbli biex jieħu l-passi xierqa biex iħarrek lill-konvenut u biex jinforma lill-attur dwar:

  • il-passi meħuda u, jekk ma ssir l-ebda taħrika, ir-raġunijiet għal dan;
  • il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe difiża, jekk il-konvenut ikun għamel dan.

(l-Artikoli 226 u 575 CPC)

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Iva. Il-partijiet għandhom id-dritt li jeżaminaw u jikkonsultaw il-fajl. Hija r-responsabbiltà tar-reġistri tal-qorti li jipprovdu din l-informazzjoni (l-Artikolu 163 CPC).

Matul is-seduta ta’ smigħ preliminari (permezz ta’ avviż), l-imħallef jippjana l-atti li għandhom jitwettqu matul is-seduta finali, l-għadd ta’ sessjonijiet u t-tul probabbli tagħhom, u d-dati rispettivi, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti legali involuti (l-Artikoli 591 u 593 CPC).

Leġiżlazzjoni applikabbli


Twissija

Il-Punt ta’ Kuntatt u l-qrati mhumiex marbuta bl-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva. It-testi legali fis-seħħ u l-emendi sussegwenti tagħhom iridu jiġu kkonsultati wkoll.

L-aħħar aġġornament: 24/08/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Rumanija

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Kwalunkwe persuna li għandha pretensjoni kontra persuna oħra trid tiddepożita rikors mal-qorti tal-ġustizzja li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-materja inkwistjoni. Il-materja tista’ tiġi riferuta lill-qorti biss wara li tkun tlestiet proċedura minn qabel, jekk il-liġi tipprovdiha espressament. Il-prova tat-tlestija tal-proċedura minn qabel trid tkun mehmuża mar-rikors.

Parti f’tilwima tista’ tiddependi wkoll fuq mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim.

Il-medjazzjoni hija fakultattiva qabel tmur il-qorti. Matul il-proċedimenti legali, l-awtoritajiet ġudizzjarji huma mitluba li jinfurmaw lill-partijiet bl-għażla u l-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Il-medjazzjoni tista’ sseħħ f’tilwimiet relatati mal-assigurazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-liġi tal-familja, il-kawżi ta’ responsabbiltà professjonali, it-tilwim industrijali u t-tilwim ċivili b’valur ta’ inqas minn RON 50 000, ħlief għal dawk li fir-rigward tagħhom tkun ingħatat sentenza eżekuttiva mill-qorti sabiex jinbdew proċedimenti ta’ insolvenza, azzjonijiet relatati mar-reġistru kummerċjali u kawżi li fihom il-partijiet jagħżlu l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 1.014 - 1.025 jew 1.026 - 1.033 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (ordnijiet ta’ ħlas jew talbiet żgħar).

Il-partijiet f’tilwima jistgħu jirrikorru wkoll għal arbitraġġ, li huwa ġuriżdizzjoni alternattiva privata. Il-persuni b’kapaċità sħiħa li jaġixxu jistgħu jaqblu li jsolvu t-tilwim permezz ta’ arbitraġġ, ħlief għal dawk li jirrigwardaw l-istat ċivili, il-kapaċità tal-persuni, il-proċedimenti ta’ suċċessjoni, ir-relazzjonijiet familjari u drittijiet li ma jistgħux jiġu deċiżi mill-partijiet.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Id-dritt ta’ azzjoni pekunjarja huwa soġġett għal preskrizzjoni, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mil-liġi. Fil-każijiet speċifikament previsti mil-liġi, drittijiet ta’ azzjoni oħrajn huma soġġetti wkoll għall-preskrizzjoni estintiva, irrispettivament mis-suġġett tagħhom (l-Artikolu 2501 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ tliet snin, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2517 tal-Kodiċi Ċivili.

Skont l-Artikolu 10(1) tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 39/2017 dwar kawżi għad-danni fir-rigward ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni u li temenda u tissupplimenta l-Liġi Nru 21/1996 dwar il-kompetizzjoni, b’deroga mill-Artikolu 2.517 tal-Kodiċi Ċivili, id-dritt li titressaq kawża għad-danni jiġi preskritt wara 5 snin.

Il-Kodiċi Ċivili jistabbilixxi perjodi ta’ preskrizzjoni speċjali li jippreskrivu ċerti materji, bħal:

  • il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin għal drittijiet reali li ma jkunux ġew iddikjarati mil-liġi bħala inderogabbli jew mhux soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ieħor; kumpens għad-dannu materjali/mhux materjali mġarrab minn persuna b'riżultat ta’ tortura jew atti ta’ barbariżmu jew, kif applikabbli, permezz ta’ vjolenza jew attakk sesswali kontra minuri jew persuni li ma jistgħux jiddefendu ruħhom jew jesprimu r-rieda tagħhom; kumpens għal ħsara lill-ambjent;
  • il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ sentejn għad-dritt ta’ azzjoni li jiddependi fuq relazzjoni ta’ (ri)assigurazzjoni; id-dritt ta’ azzjoni li jirrigwarda l-ħlas tal-kumpens dovut lill-intermedjarji għas-servizzi pprovduti skont ftehim ta’ intermedjazzjoni;
  • il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ sena għad-dritt ta’ azzjoni relatat mar-rifużjoni ta’ ammonti miġbura mill-bejgħ ta’ biljetti għal prestazzjoni li ma seħħitx; kejterers jew operaturi tal-lukandi għas-servizzi li jipprovdu; professuri, għalliema, maestri u artisti, għal lezzjonijiet fis-siegħa, fil-ġurnata jew fix-xahar; tobba, qwiebel, infermiera u spiżjara għal żjarat, proċeduri jew mediċini; bejjiegħa bl-imnut għall-ħlas ta’ merkanzija mibjugħa u provvisti kkonsenjati; ħaddiema tas-snajja’ għall-ħlas ta’ xogħolhom; avukati, kontra klijenti, għall-ħlas ta’ onorarji u spejjeż; in-nutara pubbliċi u l-uffiċjali ġudizzjarji, fir-rigward tal-ħlas tal-ammonti li jkunu intitolati għalihom għall-attivitajiet tagħhom; inġiniera, periti, servejers tal-art, kontabilisti u persuni oħrajn li jaħdmu għal rashom, għall-ħlas tal-ammonti li jkunu intitolati għalihom; id-dritt ta’ azzjoni li jirriżulta minn ftehim dwar it-trasport tal-merkanzija bl-art, bl-ajru jew bl-ilma kontra t-trasportatur.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ir-regoli dwar il-kompetenza internazzjonali f’tilwim b’implikazzjonijiet transfruntiera huma stipulati fil-Ktieb VII, Proċeduri Ċivili Internazzjonali, tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ktieb japplikaw għall-proċedimenti b’implikazzjonijiet transfruntiera skont id-dritt privat, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mit-trattati internazzjonali li ir-Rumanija hija parti fihom, mil-liġi tal-Unjoni Ewropea jew mil-liġijiet speċjali.

F’materji li jikkonċernaw il-kompetenza internazzjonali, il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn: ġuriżdizzjoni li tiddependi fuq id-domiċilju jew l-uffiċċju tal-konvenut, prorogazzjoni tal-ġuriżdizzjoni favur il-qrati Rumeni, ftehimiet għall-għażla tal-qorti, eċċezzjoni għall-arbitraġġ, forum ta’ neċessità, ġuriżdizzjoni interna, lis pendens u rikorsi relatati f’livell internazzjonali, ġuriżdizzjoni personali esklużiva, ġuriżdizzjoni esklużiva fuq azzjonijiet pekunarji jew ġuriżdizzjoni preferenzjali tal-qrati Rumeni (l-Artikolu 1066 u s-segwenti tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Il-ġuriżdizzjoni territorjali hija rregolata skont kriterji ġenerali (id-domiċilju jew l-uffiċċju tal-konvenut), kriterji alternattivi (filjazzjoni, manteniment, ftehim tat-trasport, ftehim tal-assigurazzjoni, kambjala/ċekk/ċedola/titolu ta’ sigurtà, il-konsumaturi, responsabbiltà ċivili skont il-liġi dwar id-danni) jew kriterji esklużivi (proprjetajiet, wirt, kumpaniji, azzjonijiet kontra l-konsumaturi), stabbiliti mill-Artikolu 107 u s-segwenti tal-Kodiċi l-Ġdid ta' Proċedura Ċivili.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Il-ġuriżdizzjoni tal-qorti skont is-suġġett tal-kawża hija stabbilita mill-Artikolu 94 u s-segwenti tal-Kodiċi l-Ġdid ta' Proċedura Ċivili u tiddependi fuq in-natura tal-kawża jew l-ammont inkwistjoni.

Bħala qrati tal-prim’istanza, il-qrati distrettwali jisimgħu rikorsi li huma, skont il-Kodiċi Ċivili, fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-kustodja u tal-familja; rikorsi għal reġistrazzjoni fir-reġistri tal-istat ċivili; rikorsi relatati mal-amministrazzjoni ta’ binjiet/appartamenti/spazji b’aktar minn sular wieħed li huma proprjetà esklużiva ta’ persuni differenti u r-relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti mill-assoċjazzjonijiet tas-sidien tad-djar ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn; rikorsi għal evizzjoni; rikorsi relatati ma’ ħitan kondiviżi u fosos, id-distanza bejn bini u pjantaġġuni, dritt ta’ passaġġ, impedimenti, limitazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw id-drittijiet tas-sjieda; rikorsi relatati ma’ bidliet fil-konfini u mal-immarkar tal-konfini; rikorsi għall-protezzjoni ta' pussess; rikorsi relatati ma’ obbligi affermattivi jew negattivi li ma jistgħux jitkejlu f’termini ta’ flus; rikorsi relatati mal-qasma ġudizzjarja, irrispettivament mill-valur involut; rikorsi oħrajn li jistgħu jitkejlu f’termini ta’ flus, sa u inkluż l-ammont ta’ RON 200 000, irrispettivament mill-kapaċità tal-partijiet.

It-tribunali jisimgħu, bħala qrati tal-prim’istanza, ir-rikorsi kollha li, skont il-liġi, mhumiex fil-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħrajn jew kwalunkwe rikorsi oħrajn li, skont il-liġi, huma fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Il-qrati tal-appell jisimgħu, bħala qrati tal-prim’istanza, ir-rikorsi relatati ma’ tilwim amministrattiv u fiskali jew kwalunkwe rikorsi oħrajn li, skont il-liġi, huma fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Il-partijiet jistgħu jressqu azzjoni fil-qorti personalment jew permezz ta’ rappreżentant, u tali rappreżentanza tista’ tkun soġġetta għal-liġi, għal ftehim jew għall-ġudikatura. Il-persuni fiżiċi li ma għandhomx il-kapaċità li jaġixxu jiġu rrappreżentati minn rappreżentant legali. Il-partijiet jistgħu jiġu rrappreżentati minn rappreżentant tal-għażla tagħhom, skont il-liġi, sakemm il-liġi ma titlobx li huma jidhru personalment quddiem il-qorti tal-ġustizzja.

Fil-qrati tal-prim’istanza u matul l-appelli, il-persuni fiżiċi jistgħu jiġu rrappreżentati minn avukat jew institur ieħor. Jekk persuna li mhijiex avukat taġixxi bħala rappreżentant, l-institur jista’ jagħmel biss sottomissjonijiet rigward eċċezzjonijiet proċedurali u s-sustanza tal-kawża permezz ta’ avukat, kemm fl-istadju tal-inkjesta kif ukoll matul il-preżentazzjoni tal-argumenti. Bil-għan li jitfassal ir-rikors, jiġu stabbiliti r-raġunijiet għall-appell u jitressaq u jiġi argumentat l-appell, il-persuni fiżiċi għandhom jiġu assistiti u rrappreżentati biss, taħt il-piena ta’ nullità, minn avukat.

Il-persuni ġuridiċi jistgħu jiġu rrappreżentati quddiem il-qrati tal-ġustizzja biss, skont ftehim, minn konsulent legali jew avukat. Bil-għan li jitfassal ir-rikors, jiġu stabbiliti r-raġunijiet għall-appell u jitressaq u jiġi argumentat l-appell, il-persuni ġuridiċi għandhom jiġu assistiti u, kif applikabbli, irrappreżentati biss, taħt il-piena ta’ nullità, minn avukat jew konsulent legali. Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom japplikaw kif xieraq għal assoċjazzjonijiet, kumpaniji jew entitajiet oħrajn mingħajr personalità ġuridika.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors jiġi rreġistrat u attribwit data speċifika permezz tal-applikazzjoni tat-timbru tad-dħul. Wara r-reġistrazzjoni, ir-rikors u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, flimkien ma’, fejn xieraq, evidenza ta’ kif dawn intbagħtu lill-qorti, jiġu mgħoddija lill-President tal-qorti jew lill-persuna nnominata minn tal-aħħar, li min-naħa tagħhom jieħdu passi immedjati sabiex jistabbilixxu b’mod każwali qorti speċjalizzata, skont il-liġi (l-Artikolu 199 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Skont l-Artikolu 12(5) tal-Liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni tal-ġustizzja, ir-rikorsi u d-dokumenti proċedurali għandhom jitfasslu biss bir-Rumen. Ir-rikorsi għandhom isiru biss bil-miktub. L-Artikolu 194 tal-Kodiċi l-Ġdid ta' Proċedura Ċivili jistabbilixxi li r-rikors, iddepożitat personalment jew permezz ta’ rappreżentant, li jasal bil-posta, bis-servizz ta’ kurrier, b’faks jew skennjat u mibgħut permezz tal-posta elettronika jew bħala dokument elettroniku, għandu jiġi rreġistrat u attribwit data speċifika permezz tal-applikazzjoni tat-timbru tad-dħul.

Skont l-Artikolu 225 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, jekk kwalunkwe waħda mill-partijiet li jridu jinstemgħu ma tkunx titkellem bir-Rumen, il-qorti għandha tirrikorri għal traduttur legali. Jekk il-partijiet jaqblu, l-imħallef jew l-iskrivan jista’ jaġixxi bħala traduttur. Jekk il-preżenza ta’ traduttur legali ma tkunx tista’ tiġi żgurata, jistgħu jintużaw it-traduzzjonijiet magħmula minn persuni affidabbli li jitkellmu bil-lingwa inkwistjoni. Jekk il-persuna tkun muta, truxa jew truxa u muta jew, għal kwalunkwe raġuni oħra, ma tkunx tista’ tesprimi ruħha, il-komunikazzjoni għandha ssir bil-miktub. Jekk il-persuna inkwistjoni ma tistax taqra jew tikteb, għandu jintuża interpretu. Id-dispożizzjonijiet rigward l-esperti għandhom japplikaw kif xieraq għat-tradutturi u l-interpreti.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ma jipprevedix l-użu ta’ xi formoli standardizzati għal talbiet legali. Ir-regoli ġenerali dwar il-proċedura ċivili jistabbilixxu l-kontenut ta’ wħud mill-pretensjonijiet tad-dritt ċivili (eż. rikors, difiża, kontrotalba).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-ispejjeż legali huma t-taxxi tal-boll ġudizzjarji, l-onorarji tal-avukati, tal-esperti u tal-ispeċjalisti, l-ammonti dovuti lix-xhieda fir-rigward tal-ivvjaġġar u l-ammonti mitlufa bħala riżultat tal-ħtieġa li dawk ikkonċernati jidhru quddiem il-qorti, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, kif ukoll kwalunkwe spejjeż oħrajn meħtieġa għat-tmexxija tajba tal-proċedimenti. Il-parti li titlob l-ispejjeż legali trid tagħti prova tal-ispejjeż u l-ammont tagħhom sa mhux aktar tard mill-aħħar tad-diskussjonijiet dwar is-sustanza tal-kawża. Il-parti telliefa jkollha tħallas l-ispejjeż legali tal-parti rebbieħa, fuq talba ta’ din tal-aħħar. Jekk ir-rikors ikun ġie permess biss parzjalment, l-imħallfin għandhom jistabbilixxu sa fejn kull parti tista’ tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż legali. Jekk ikun meħtieġ, l-imħallfin jistgħu jordnaw it-tpaċija tal-ispejjeż legali. Il-konvenut li jkun irrikonoxxa l-pretensjonijiet magħmula mill-attur fl-ewwel seduta ta’ smigħ li l-partijiet ikunu ġew debitament imħarrka għaliha, ma jistax jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż legali, ħlief meta, qabel il-bidu tal-proċedimenti, l-attur ikun bagħat avviż formali lill-konvenut jew il-konvenut kien legalment f’kontumaċja. Jekk ikun hemm diversi atturi jew konvenuti, huma jistgħu jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż legali b’mod ugwali, proporzjonali jew konġunt, skont l-istat tagħhom fil-proċedimenti jew in-natura tar-relazzjoni legali bejniethom.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

L-għajnuna legali tista’ tinkiseb skont id-dispożizzjonijiet tal-Ordni ta’ Emerġenza Nru 51/2008 dwar l-għajnuna legali pubblika f’materji ċivili, approvata b’emendi ulterjuri mil-Liġi Nru 193/2008, kif emendata ulterjorment. Il-Kodiċi l-Ġdid ta' Proċedura Ċivili (l-Artikoli 90 u 91) jinkludi dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għajnuna legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Ir-rikors jiġi rreġistrat u attribwit data speċifika permezz tal-applikazzjoni tat-timbru tad-dħul. Wara r-reġistrazzjoni, ir-rikors u d-dokumenti ta’ akkumpanjament jiġu mgħoddija lill-President tal-qorti jew lill-imħallef li jissostitwixxi lill-President, li jieħu passi immedjati sabiex jistabbilixxi b’mod każwali bord.

Il-bord li l-kawża tkun ġiet assenjata lilu b’mod każwali jivverifika jekk ir-rikors jissodisfax ir-rekwiżiti meħtieġa. Meta r-rikors ma jissodisfax ir-rekwiżiti, il-pretendent jiġi nnotifikat bil-miktub dwar in-nuqqasijiet inkwistjoni. Fi żmien massimu ta’ għaxart ijiem minn meta jirċievi l-komunikazzjoni, il-pretendent irid jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali jew jagħmel il-bidliet ordnati, taħt il-piena tal-annullament tar-rikors. Jekk l-obbligi relatati mal-forniment ta’ informazzjoni addizzjonali jew mal-emendar tar-rikors ma jiġux issodisfati fit-terminu pprovdut, il-qorti tordna li r-rikors jiġi annullat permezz ta’ rapport tas-smigħ maħruġ fl-awli.

Ladarba l-imħallef ikun sab li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet legali kollha fir-rigward tar-rikors, huwa jordna, permezz ta’ deċiżjoni, li dan jiġi kkomunikat lill-konvenut.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Informazzjoni dettaljata dwar il-kawża tista’ tinkiseb mill-uffiċċju tal-arkivju tal-qrati jew mis-siti web tagħhom, jekk disponibbli, fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://portal.just.ro/.

Il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar rikors biss jekk il-partijiet ikunu ġew imħarrka jew ikunu dehru quddiem il-qorti personalment jew permezz ta’ rappreżentant. Il-qorti tipposponi d-deċiżjoni dwar il-kawża u tordna li parti għandha tiġi mħarrka kull meta hija ssib li l-parti assenti ma tkunx ġiet imħarrka f’konformità mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, taħt il-piena ta’ nullità. Il-komunikazzjoni tat-taħrikiet u tad-dokumenti proċedurali kollha għandha ssir ex officio.

Ladarba l-imħallef ikun sab li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet legali kollha fir-rigward tar-rikors, huwa jordna, permezz ta’ deċiżjoni, li dan jiġi kkomunikat lill-konvenut, li jiġi infurmat bl-obbligu li jippreżenta difiża, taħt piena, fi żmien ħamsa u għoxrin jum mill-komunikazzjoni tar-rikors. Id-difiża tiġi kkomunikata lill-attur, li jrid jippreżenta risposta għad-difiża fi żmien għaxart ijiem mill-komunikazzjoni u l-konvenut irid jiffamiljarizza ruħu mar-risposta għad-difiża billi jaċċessa l-fajl tal-kawża. Fi żmien tlett ijiem mid-data tal-preżentazzjoni tar-risposta għad-difiża, l-imħallef jistabbilixxi, permezz ta’ deċiżjoni, l-ewwel seduta ta’ smigħ, li trid issir fi żmien massimu ta’ sittin jum mid-data tad-deċiżjoni tal-qorti, u jordna li l-partijiet jiġu mħarrka. Jekk il-konvenut ma jkun ippreżenta ebda difiża fit-terminu legali jew l-attur ma jkunx ipprovda risposta għad-difiża fit-terminu legali, malli jiskadi l-perjodu xieraq, l-imħallef jistabbilixxi, permezz ta’ deċiżjoni, l-ewwel seduta ta’ smigħ, li trid issir fi żmien massimu ta’ sittin jum mid-data tad-deċiżjoni, u jordna li l-partijiet jiġu mħarrka. Fi proċedimenti urġenti, il-perjodi msemmija hawn fuq jistgħu jitqassru mill-imħallef, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Jekk il-konvenut ikun jirrisjedi barra l-pajjiż, l-imħallef jordna żmien raġonevoli itwal, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ.

Il-parti li tkun iddepożitat ir-rikors u rrikonoxxiet id-data tas-seduta ta’ smigħ u l-parti li tkun dehret f’seduta ta’ smigħ ma tiġix imħarrka matul il-proċedimenti kollha quddiem dik il-qorti, minħabba li l-parti inkwistjoni titqies li taf bid-dati tas-seduta ta’ smigħ sussegwenti. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-parti li tkun ġiet innotifikata bit-taħrika għal seduta ta’ smigħ minħabba li, f’dan il-każ, il-parti inkwistjoni titqies li taf bid-dati tas-seduta ta’ smigħ ta' wara dik li ġiet innotifikata biha bit-taħrika. It-taħrika ssemmi wkoll li, minbarra n-notifika tat-taħrika, soġġetta għal firma li tirrikonoxxi li waslet, il-parti mħarrka titqies li taf ukoll bid-dati tas-seduta ta’ smigħ ta' wara dik li ġiet innotifikata biha bit-taħrika.

Fl-ewwel seduta ta’ smigħ li l-partijiet ikunu ġew debitament imħarrka għaliha, l-imħallef, wara li jisma’ lill-partijiet, irid jistma l-perjodu meħtieġ ta’ inkjesta, filwaqt li jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, sabiex b’hekk tkun tista’ tingħata deċiżjoni fi żmien ottimali u prevedibbli.

L-aħħar aġġornament: 22/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Slovenja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista' jkun aktar faċli li tinsab soluzzjoni għal tilwima permezz ta' proċedura alternattiva ta' soluzzjoni għat-tilwim. Metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) jippermettu li tinstab soluzzjoni għal tilwima mingħajr il-ħtieġa ta' qorti, jew tal-inqas mingħajr deċiżjoni tal-qorti dwar il-mertu tal-kawża. It-tipi ewlenin ta' ADR użati fis-Slovenja jinkludu l-arbitraġġ, il-medjazzjoni u l-kawżi quddiem il-qorti f'sens usa' maħsuba biex iwasslu għal ftehim bil-qorti. L-Att dwar Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (Zakon o alternativnem reševanju sodnih sporov) jobbliga lill-qrati tal-ewwel u t-tieni istanza biex iħallu lill-partijiet b'tilwima ġejja minn relazzjonijiet kummerċjali, marbuta max-xogħol, tal-familja u relazzjonijiet ċivili oħra biex jużaw it-tekniki tal-ADR biex jadottaw u jeżegwixxu programm ta' ADR. Skont dan il-programm, il-qrati għandhom l-obbligu jippermettu lill-partijiet jużaw il-medjazzjoni, u possibilment forom oħra ta' ADR ukoll.

Il-medjazzjoni hija s-soluzzjoni ta' tilwima bl-għajnuna ta' parti terza newtrali, li ma tistax tagħti deċiżjoni vinkolanti. Il-partijiet jistgħu jaqblu li jikkonkludu ftehim ta' soluzzjoni ta' tilwima f'forma ta' att nutarili direttament infurzabbli, ftehim quddiem il-qorti jew deċiżjoni ta' arbitraġġ ibbażata fuq ftehim.

Il-partijiet jistgħu, f'kull ħin matul il-proċedimenti f'qorti ċivili, jikkonkludu ftehim fuq il-kwistjoni tat-tilwima (ftehim bil-qorti). Il-ftehim bil-qorti jikkostitwixxi titolu eżekuttiv.

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim".

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-preskrizzjoni biex tinfetaħ kawża tiddependi fuq in-natura tal-każ. Il-pariri ta' avukat jew ta' avukat tal-għajnuna legali jista' jiċċara d-domandi dwar il-preskrizzjoni u limiti oħra ta' żmien. Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab taħt it-taqsima "Preskrizzjoni Proċedurali".

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Il-partijiet jistgħu jidhru quddiem il-qorti mingħajr bżonn ta' avukat fis-Slovenja, ħlief fi proċeduri li jinvolvu rimedji legali straordinarji, fejn jistgħu jieħdu passi legali biss permezz ta' intermedjarju li jkun avukat, jew jekk il-parti jew ir-rappreżentant legali tiegħu jkun għadda mill-eżami tal-warrant. Jekk il-parti tkun tixtieq avukat, l-intermedjarju jista' jkun, fi proċedimenti quddiem qorti lokali, kull persuna li għandha kapaċità ġuridika sħiħa, filwaqt li quddiem qorti distrettwali jew superjuri jew quddiem il-Qorti Suprema, avukat jew persuna li tkun għaddiet mill-eżami tal-warrant biss tista' tidher għall-parti.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Il-kawża tista' tiġi ppreżentata quddiem il-qorti kompetenti bil-posta jew mibgħuta direttament lir-reġistru tagħha. Ara wkoll it-tweġiba Nru 8.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa uffiċjali tal-qorti fis-Slovenja huwa s-Sloven. Madankollu, f'żoni fejn hemm minorità etnika Ungeriża jew Taljana, l-Ungeriż jew it-Taljan jiġu meqjusa wkoll bħala lingwa uffiċjali ta' mpar is-Sloven. L-att tal-kawża jrid isir bis-Sloven u ffirmat mir-rikorrent innifsu.

Il-firma oriġinali tar-rikorrent tfisser firma bil-miktub kif ukoll firma sigura elettronika li hija ekwivalenti għal firma bil-miktub.

Għalhekk, rikors kif ukoll att ta' kawża, jridu jiġu ppreżentati bil-miktub. Rikors bil-miktub jitqies li huwa dak bil-miktub jew stampat u ffirmat b’id ir-rikorrent stess (rikors f’forma fiżika) jew rikors f’forma elettronika u ffirmat b’firma elettronika ekwivalenti għal firma bil-miktub (rikors f’forma elettronika). Rikors f’forma fiżika jiġi ppreżentat bil-posta, permezz ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni, mibgħut direttament lill-korp, jew mibgħut minn persuna professjonali fil-qasam tal-preżentata tar-rikorsi. Rikors jista' jiġi ppreżentat ukoll bil-faks.

Il-liġi tipprovdi wkoll għar-rikorsi elettroniċi, jiġifieri rikorsi f'forma elettronika u ffirmati b'firma elettronika ekwivalenti għal firma bil-miktub. Ir-rikorsi elettroniċi jiddaħħlu fis-sistema ta' informazzjoni ġudizzjarja elettronikament. Is-sistema ta' informazzjoni tavża awtomatikament lir-rikorrent li r-rikors wasal.

Minkejja d-dispożizzjonijiet ġuridiċi eżistenti (atti u regolamenti ta' implimentazzjoni) marbuta mal-proċeduri ċivili u kummerċjali kollha, attwalment il-proċeduri inklużi fis-sit elettroniku e-Justice(e-Sodstvo) biss jistgħu jinbdew permezz tal-Internet jew elettronikament: ċerti tipi tal-proċedura ta' infurzar, is-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet u l-għotja ta' deċiżjonijiet fi proċedimenti ta' stralċ, u s-sottomissjoni ta' proposti għar-reġistrazzjoni tal-art.

Is-sit elettroniku e-Justice jeżisti fis-Slovenja għal dan il-għan, u jippermetti li jiġi sottomess materjal bil-miktub elettronikament: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Fis-Slovenja rikors ma hemmx għalfejn jiġi ppreżentat permezz ta' forma speċjali; madankollu jrid ikun fih ċerti elementi rikjesti mil-liġi, uħud japplikaw għar-rikorsi kollha u oħrajn speċifiċi għall-kawża kkonċernata. Għalhekk rikors għandu jinkludi: Referenza għall-qorti, l-ismijiet u r-residenza permanenti jew temporanja tal-partijiet, l-ismijiet tar-rappreżentanti legali jew tal-avukati, is-suġġett tat-tilwima u l-kontenut tad-dikjarazzjoni. Irid ikun fih ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni personali (EMŠO) tal-parti, jekk hija persuna fiżika rreġistrata fir-reġistru ċentrali tal-popolazzjoni; numru tat-taxxa jekk il-parti mhix reġistrata fir-reġistru ċentrali tal-popolazzjoni iżda hija rreġistrata f’dak tat-taxxa; Jew id-data ta’ twelid jekk il-parti mhix irreġistrata fir-reġistru ċentrali tal-popolazzjoni u l-anqas fir-reġistru tat-taxxa (din l-informazzjoni tinkiseb mill-qorti ex officio). Jekk il-parti hija entità ġuridika, il-kawża trid issemmi l-isem jew l-isem tan-negozju, l-uffiċċju rreġistrat u l-indirizz tan-negozju, u n-numru ta’ reġistrazzjoni jew numru tat-taxxa jekk l-entità ġuridika hija stabbilita s-Slovenja. Jekk il-parti hija kummerċjant waħdieni (persuna li taħdem għal rasha li tmexxi attività bi qligħ fi ħdan kumpanija organizzata) jew impriża privata (pereżempju tabib, nutar, avukat, bidwi jew persuna fiżika oħra li mhix kummerċjant uniku u tipprattika professjoni), il-kawża trid tiddikjara l-uffiċċju rreġistrat u l-indirizz tan-negozju, u n-numru ta’ reġistrazzjoni jew numru tat-taxxa jekk irreġistrata fis-Slovenja. Il-kawża għandha tinkludi wkoll talba speċifika li tindika s-suġġett ewlieni tal-kawża u t-talbiet anċillari, il-fatti li jsostnu t-talba tar-rikorrent, il-provi għal dawk il-fatti, u l-firma tar-rikorrent. Jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tiddependi mill-valur tas-suġġett tat-tilwima, u s-suġġett tat-tilwima mhux monetarja, it-talba għandu jkun fiha wkoll il-valur tas-suġġett tat-tilwima. Ir-rikorsi li jridu jiġu nnotifikati lill-parti l-oħra jridu jiġu ppreżentati l-qorti f'numru ta' kopji kif rikjesti mill-qorti u mill-parti l-oħra, u f'forma li teħtieġ il-qorti. Dan japplikaw ukoll għad-dokumenti mehmuża.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iridu jitħallsu tariffi tal-qorti għall-preżentata ta’ rikorsi, kontrotalbiet, rikorsi għal divozju bonarju, rikorsi bi proposta għal ħruġ ta’ ordni għal ħlas, rikorsi għall-ftuħ ta’ kawża mill-ġdid, rikorsi għall-ġbir ta’ provi qabel jibdew proċedimenti ċivili, rikorsi għal tentattiv ta’ riżoluzzjoni, rikorsi ta’ appell, appelli, rikorsi għall-approvazzjoni ta’ verifika, u verifiki. It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu mhux aktar tard mill-għeluq taż-żmien stabbilit mill-qorti fl-ordni ta' ħlas tat-tariffi tal-qorti.


Jekk it-tariffa tal-qorti ma titħallasx fil-limiti ta’ dan iż-żmien, u mhemmx kundizzjonijiet li jippermettu t-neħħija jew id-differiment tal-ħlas tat-tariffa bin-nifs, il-preżentata titqies irtirata.

L-ispejjeż tal-proċedimenti tal-qorti jitħallsu mill-parti t-telliefa tal-kawża. L-intermedjarji li huma avukati jitħallsu tal-ispejjeż fi ċedimenti ġudizzjarji skont l-Att dwar it-Tariffi tal-Avukati (Zakon o odvetniški tarifi). It-tariffi tal-avukati huma l-ispejjeż totali tas-servizzi tagħhom u l-ispejjeż meħtieġa biex iwettqu xogħolhom, inkluż il-VAT jekk l-avukat huwa rreġistrat għall-VAT fis-Slovenja. Skont ir-regolamenti, avukat irid jagħti irċevuta dettaljata lill-parti jew lill-parti kontraenti għas-servizzi legali mogħtija jew irċevuta li tindika li dak li tħallas bil-quddiem wasal mhux aktar tard minn tmint ijiem wara li ngħata s-servizzi jew tħallas l-ammont bil-quddiem. Is-servizz legali jitqies li twettaq mhux aktar tard mit-twettiq tal-obbligi kollha min-naħa tal-avukat kif stabbiliti fil-ftehim jew f’deċiżjoni tal-awtorità kompetenti. L-avukat jista’ jitlob lill-parti biex tħallas bil-quddiem fuq servizz mitlub u l-ispejjeż marbuta miegħu fl-aħħar tal-proċedimenti.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Il-partijiet jistgħu jitolbu l-għajnuna legali, li tingħatalhom jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar l-Għajnuna Legali (Zakon o brezplačni pravni pomoči, ZBPP). Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab taħt it-taqsima "Għajnuna Legali".

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Kawża titqies li nfetħet meta tasal quddiem il-qorti kompetenti. Meta din tintbagħat bil-posta jew b'telegramma, id-data tal-impustar titqies bħala d-data tan-notifika lill-qorti li lilha tkun indirizzata. Ir-rikorrent ma jirċevix konferma awtomatika li r-rikors wasal. Jekk ir-rikors jasal fil-kaxxa postali tal-qorti, il-ħin li fih jasal fil-kaxxa postali jitqies bħala l-ħin ta' notifika lill-qorti li lilha huwa indirizzat.

L-Att dwar ir-Rikorsi Elettroniċi (Zakon za vloge v elektronski obliki) jistabbilixxi li r-rikorsi elettroniċi jidħlu fis-sistema ta' informazzjoni ġudizzjarja elettronikament. F'dan il-każ, il-ħin li fih daħal fis-sistema ta' informazzjoni ġudizzjarja jitqies bħala l-mument ta' notifika lill-qorti li lilha huwa indirizzat. Is-sistema ta' informazzjoni tavża awtomatikament lir-rikorrent li r-rikors wasal.

Irridu ngħidu li, minkejja d-dispożizzjonijiet ġuridiċi fis-seħħ, mhux attwalment possibbli li tinfetaħ kawża elettronikament f'kawżi ċivili u kummerċjali, bl-eċċezzjoni ta' proċedimenti li jinvolvu r-reġistru tal-artijiet, l-istralċ u l-infurzar.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Meta l-avvenimenti huma marbuta ma termini ta' żmien preklużivi, il-qorti twissi lill-parti bil-miktub u tehmeż ukoll avviż li jispjega l-konsegwenzi jekk il-parti tonqos milli ssegwi l-istruzzjonijiet tal-qorti.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/glasilo-uradni-list-rs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/

L-aħħar aġġornament: 03/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Slovakkja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Għal tweġiba għal din il-mistoqsija, ara wkoll it-taqsima: “Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim – Is-Slovakkja”

Mhux it-tilwimiet kollha neċessarjament iridu jiġu indirizzati fil-qorti. Il-partijiet għandhom l-ewwel jipprovaw jilħqu ftehim bonarju u jsibu kompromess aċċettabbli għaż-żewġ partijiet. Alternattiva oħra hija li tilwima tissolva permezz ta’ medjazzjoni. Medjazzjoni hija attività barra l-qorti fejn il-persuni involuti fil-medjazzjoni jsolvu t-tilwima tagħhom, li tirriżulta mir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom jew minn relazzjoni legali oħra, bl-assistenza ta’ medjatur. Huwa rrakkomandat li l-partijiet jirrikorru għal qorti biss ladarba jkunu eżawrew il-metodi alternattivi kollha ta’ soluzzjoni tat-tilwim, jew fil-każijiet meta l-objettiv ikun li tinkiseb definizzjoni preċiża tal-pożizzjoni tal-partijiet, tad-drittijiet tagħhom u tar-responsabbiltà reċiproka.

F’ċerti kundizzjonijiet stabbiliti mill-Att dwar l-Arbitraġġ (zákon o rozhodcovskom konaní), kif emendat, tribunal tal-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi f’kawżi li jappartjenu għal:

a) soluzzjoni ta’ tilwimiet fuq proprjetà li jirriżultaw minn relazzjonijiet ċivili u kummerċjali domestiċi u internazzjonali, jekk il-post tal-arbitraġġ ikun fir-Repubblika Slovakka;

b) rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ domestiċi u barranin fir-Repubblika Slovakka.

Jekk it-tip ta’ tilwima soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jkun wieħed li l-Att dwar l-Arbitraġġ ma jeskludix mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jaqblu, fil-qorti jew barra l-qorti, li jipproċedu b’arbitraġġ. Dan il-ftehim irid jinkludi ftehim ta’ arbitraġġ. Ftehim ta’ dik ix-xorta mogħti lil qorti għandu l-effett ta’ rtirar tal-pretensjoni u tal-kunsens tal-konvenut għal dak l-irtirar, skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili (Civilný sporový poriadok, KPKĊ).

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili, dritt jiġi preskritt jekk ma jkunx ġie eżerċitat fil-perjodu stabbilit mil-liġi. It-termini għall-preżentata ta’ pretensjoni jvarjaw skont il-każ.

Il-perjodi ta’ limitazzjoni statutorji huma stabbiliti mil-liġi. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ tliet snin, li jibda jiddekorri mill-mument meta jkun jista’ jiġi eżerċitat għall-ewwel darba d-dritt.

Il-qorti tagħti attenzjoni biss lil dak id-dritt li jkun ġie preskritt skont il-liġi fuq suġġeriment tad-debitur. Jekk id-debitur joġġezzjona li d-dritt jiġi preskritt skont il-liġi, id-dritt preskritt skont il-liġi ma jkunx jista’ jingħata lill-kreditur.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara t-taqsima: “F’liema qorti nista’ nressaq pretensjoni? - Is-Slovakkja

L-awtorità tal-qrati li jiddeliberaw fuq materja partikolari hija stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea – regolamenti, konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali internazzjonali u, fin-nuqqas tagħhom, leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-konflitt tal-liġijiet.

Ir-regoli li jirregolaw l-awtorità tal-qrati Slovakki huma stabbiliti, fil-livell nazzjonali, mill-Att Nru 97/1963, dwar id-dritt proċedurali u privat internazzjonali (Zákon č. 97/1963 Zb. o medzinárodnom práve súkromnom a procesnom). Ir-regola fundamentali tgħid li l-qrati Slovakki jkollhom ġuriżdizzjoni jekk il-persuna li sottomissjoni (pretensjoni) tiġi indirizzata kontriha jkollha r-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha fir-Repubblika Slovakka, jew, fil-każ tad-drittijiet ta’ proprjetà, jekk hija jkollha proprjetà fil-pajjiż. Dispożizzjonijiet oħrajn jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li il-qrati Slovakki għandhom ġuriżdizzjoni soġġetti għalihom. Fir-relazzjonijiet kuntrattwali, il-partijiet jistgħu jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni permezz ta’ ftehim. F’ċerti każijiet, il-qrati Slovakki jkollhom ġuriżdizzjoni esklużiva, pereżempju, fi proċedimenti relatati ma’ drittijiet in rem fir-rigward ta’ proprjetà immobbli, il-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli li tinsab fir-Repubblika Slovakka, jew fi proċedimenti relatati mar-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ privattivi, trademarks, disinji u drittijiet oħrajn.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara t-taqsima: “F’liema qorti nista’ nressaq pretensjoni? - Is-Slovakkja

Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili, hija l-qorti ordinarja tal-parti li l-pretensjoni hija indirizzata kontriha (il-konvenut) li għandha l-ġuriżdizzjoni sabiex tisma’ l-kawża, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor. Il-qorti ordinarja għal individwu (ċittadin) hija l-qorti li dak iċ-ċittadin ikollu r-residenza tiegħu fid-distrett tagħha u, jekk huwa ma jkollux residenza, tkun tad-distrett fejn jgħix; il-qorti ordinarja għal entità ġuridika hija l-qorti li l-entità ġuridika jkollha s-sede rreġistrata tagħha fid-distrett tagħha u, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, il-qorti li l-unità organizzattiva tal-entità tinsab fid-distrett tagħha. Il-qorti ordinarja għall-Istat hija l-qorti li iċ-ċirkostanza li wasslet sabiex jintalab id-dritt seħħet fid-distrett tagħha. Il-qorti ordinarja f’materji kummerċjali hija l-qorti li l-konvenut ikollu s-sede rreġistrata tiegħu fid-distrett tagħha u, jekk huwa ma jkollu ebda sede rreġistrata, il-qorti li huwa jkun involut f’attivitajiet ta’ negozju fid-distrett tagħha. Jekk il-konvenut ma jkollu ebda post tan-negozju, il-qorti ordinarja tiegħu tkun il-qorti li l-konvenut ikollu r-residenza tiegħu fid-distrett tagħha.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara t-taqsima: “F’liema qorti nista’ nressaq pretensjoni? - Is-Slovakkja

Ir-regola fundamentali għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni sostantiva hija stabbilita fl-Artikolu 12 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili. Bħala regola, fil-prim’istanza, hija qorti distrettwali (okresný súd) li għandha l-ġuriżdizzjoni. Qorti reġjonali (krajský súd) tiddeċiedi biss bħala qorti tal-prim’istanza f’kawżi speċifiċi, pereżempju, f’tilwimiet li jappartjenu lil pajjiż terz jew lil persuni li jgawdu immunità diplomatika u prerogattivi, jekk it-tilwimiet jaqgħu taħt l-awtorità tal-qrati tar-Repubblika Slovakka. L-Att Nru 371/2004, dwar is-sede u d-distretti tal-qrati fir-Repubblika Slovakka (Zákon č. 371/2004 Z. z. o sídlach a obvodoch súdov Slovenskej republiky) jirregola l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tar-reġistru, tal-qrati tal-falliment u tal-qrati tal-kompożizzjoni, tal-qrati tal-kambjala u taċ-ċekkijiet, tal-qrati li jiddeċiedu dwar kawżi relatati mal-protezzjoni ta’ oġġetti ta’ protezzjoni industrijali u l-protezzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta, tal-qorti li tisma’ proċedimenti relatati ma’ tranżazzjonijiet fil-borża, tal-qorti responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-kura għall-minuri u tal-qorti responsabbli għall-għajnuna legali f’każijiet ta’ ħtieġa finanzjarja.

L-ammont inkwistjoni ma għandu ebda effett fuq liema qorti fir-Repubblika Slovakka jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi fuq materja partikolari.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex obbligatorja fil-proċeduri ċivili fir-Repubblika Slovakka.

Il-liġi tippermetti r-rappreżentanza minn avukat f’tipi ta’ proċedura magħżula, pereżempju, f’materji ta’ falliment, il-protezzjoni tal-kompetizzjoni, imġiba kompetittiva inġusta, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u fi proċedimenti ta’ appell straordinarji (l-Artikolu 420 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 125 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili, sottomissjoni tista’ ssir biss bil-miktub, fuq karta jew f’forma elettronika. Sottomissjoni magħmula f’forma elettronika sussegwentement trid tintbagħat f’forma stampata fi żmien 10 ijiem, inkella s-sottomissjoni tiġi injorata. Sottomissjoni magħmula fuq karta trid tiġi ppreżentata fin-numru meħtieġ ta’ kontropartijiet.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Minħabba li l-partijiet igawdu pożizzjoni ugwali fil-proċedura ġudizzjarja ċivili, mhuwiex meħtieġ li pretensjoni tiġi ppreżentata bil-lingwa Slovakka. Il-partijiet huma intitolati li jaġixxu quddiem qorti bil-lingwa materna tagħhom jew b’lingwa oħra li huma jifhmu. Il-qorti hija obbligata li tiżgura li huma jkollhom opportunitajiet indaqs biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom; jiġifieri li jkollhom ukoll traduzzjoni u interpretazzjoni. Sottomissjoni tista’ ssir bil-miktub, fuq karta jew f’forma elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma hemm ebda formola preskritta għall-preżentata ta’ azzjoni (rikors għall-bidu tal-proċedimenti).

Ir-rekwiżiti ġenerali huma stabbiliti fl-Artikolu 127 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili. It-talba trid tkun iffirmata u tindika b’mod ċar lil liema qorti hija indirizzata, min qiegħed jippreżentaha, għal liema materja tappartjeni u x’qiegħda tfittex. Sottomissjoni trid tiġi ppreżentata bin-numru meħtieġ ta’ kontropartijiet u appendiċi, b’tali mod li kontroparti waħda tibqa’ fil-qorti u kull parti tirċievi kontroparti waħda u appendiċi, kif meħtieġ. Jekk parti tonqos milli tippreżenta n-numru meħtieġ ta’ kontropartijiet u appendiċi, il-qorti tagħmel kopji tagħhom aspejjeż tal-parti. Jekk tkun involuta kawża li għadha għaddejja, id-dettalji meħtieġa jinkludu n-numru tal-fajl tal-kawża.

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali, it-talba għandha tiddikjara l-ismijiet u l-kunjomijiet u, jekk possibbli, anki d-data tat-twelid, in-numru tat-telefon u l-indirizz tar-residenza tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom; informazzjoni dwar il-pajjiż taċ-ċittadinanza tagħhom; deskrizzjoni ġenwina tal-fatti deċiżivi u indikazzjoni tal-prova li l-attur qed jibbaża fuqha; u tagħmilha ċara x’qiegħed ifittex l-attur. Jekk parti tkun entità ġuridika, it-talba trid tiddikjara l-isem jew l-isem tal-kumpanija, l-uffiċċju rreġistrat u n-numru ta’ identifikazzjoni, jekk ikun ġie assenjat wieħed. Jekk parti tkun entità barranija, trid tiġi mehmuża silta minn reġistru jew xi reġistru ieħor li fih tkun irreġistrata l-entità barranija mal-pretensjoni. Jekk individwu involut f’attivitajiet ta’ negozju jkun parti, it-talba trid tiddikjara l-isem tal-kumpanija, is-sede rreġistrata u n-numru ta’ identifikazzjoni, jekk ikun ġie assenjat wieħed. Jekk l-Istat ikun parti, it-talba trid tiddikjara indikazzjoni tal-Istat u tal-awtorità tal-Istat rilevanti li se tirrappreżenta lill-Istat.

Sabiex il-proċeduri tal-qorti jsiru aktar flessibbli u sabiex tingħata assistenza lill-partijiet fil-proċedimenti, is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) jagħti eżempji (formoli) ta’ talbiet partikolari għall-bidu tal-proċedimenti. Huwa possibbli li tniżżel eżempju u timlieh. Formola tidderieġi b’mod preċiż lill-attur għall-entrati li jridu jimtlew. Formola mimlija tista’ tintbagħat mhux iffirmata jew iffirmata b’firma elettronika ċċertifikata bl-użu ta’ ċertifikat iċċertifikat. Jekk l-attur jibgħat sottomissjoni mingħajr firma elettronika ċċertifikata, huwa obbligat li jissupplimenta din is-sottomissjoni b’sottomissjoni fuq karta.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Il-preżentata ta’ talba hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-qorti. Tariffa tal-qorti trid titħallas mill-parti li tippreżenta t-talba (l-attur/ir-rikorrent), sakemm l-obbligu tiegħu li jħallas it-tariffa tal-qorti ma jkunx ġie rrinunzjat fuq talba tiegħu jew jekk huwa jkun eżentat mill-ħlas tagħhom bil-liġi. L-ammont tat-tariffa huwa stabbilit mill-iskeda tat-tariffi tal-qorti, li tikkostitwixxi anness għall-Att Nru 71/1992 dwar it-tariffi tal-qorti u tariffa għal silta mir-reġistru kriminali (Zákon č. 71/1992 Zb. o súdnych poplatkoch a poplatku za výpis z registra trestov). L-ammont tat-tariffa jiġi ddikjarat fl-iskeda tat-tariffi, bħala perċentwal minn bażi ta’ tariffi, jew bħala somma fissa. Għandha titħallas tariffa tal-qorti mal-preżentata ta’ pretensjoni. Jekk tariffa pagabbli ma tkunx tħallset mal-preżentazzjoni ta’ rikors għall-bidu tal-proċedimenti, il-qorti titlob lil min għandu jħallas sabiex iħallas it-tariffa sa data ta’ skadenza stabbilita mill-qorti, ġeneralment għaxart ijiem min-notifika tat-talba; jekk, minkejja t-talba, it-tariffa tibqa’ ma titħallasx fit-terminu stabbilit, il-qorti tissospendi l-proċedimenti. Min iħallas irid jiġi infurmat fit-talba dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa.

Ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex obbligatorja fil-proċeduri ċivili fir-Repubblika Slovakka.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara t-taqsima: “Għajnuna Legali – Is-Slovakkja”.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Azzjoni titqies bħala li tressqet dakinhar li tiġi ppreżentata fil-qorti. Il-qorti tipprovdi konferma lill-attur li l-azzjoni tiegħu tressqet u ġiet irreġistrata fir-reġistru tal-qorti.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Qorti titlob lill-parti sabiex tissupplimenta jew tikkoreġi sottomissjoni skorretta, inkompleta jew inkomprensibbli f’terminu li jiġi stabbilit mill-qorti, iżda li ma jridx ikun iqsar minn għaxart ijiem. Sottomissjonijiet oħrajn li l-kontenut tagħhom ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa għal azzjoni għall-bidu tal-proċedimenti, jekk ma jiġux ikkoreġuti jew supplimentati kif xieraq, jiġu injorati mill-qorti.

Il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt li jikkonsultaw fajl ta’ kawża fil-qorti u jagħmlu siltiet, kopji u fotokopji tiegħu, jew inkella jistgħu jitolbu lill-qorti tagħmel fotokopji għalihom, a spejjeż tagħhom.

Fit-tħejjija għal seduta ta’ smigħ, il-qorti tinnotifika rikors għall-bidu tal-proċedimenti (azzjoni) lill-intimat (konvenut), flimkien ma’ kontroparti tal-pretensjoni u l-appendiċi tagħha. Din in-notifika ssir personalment u l-partijiet iridu jingħataw struzzjonijiet xierqa. Il-qorti tibgħat id-dikjarazzjoni tal-intimat lill-pretendent mingħajr dewmien. Jekk tkun meħtieġa min-natura tal-materja jew miċ-ċirkostanzi tal-każ, qorti tista’ tobbliga lill-intimat, permezz ta’ riżoluzzjoni, sabiex jipprovdi d-dikjarazzjoni bil-miktub tiegħu dwar il-materja u, f’każ li ma jaqbilx kompletament mal-pretensjoni, jiddikjara fid-dikjarazzjoni tal-fatti tiegħu dawk il-fatti li huma deċiżivi għad-difiża tiegħu, jehmeż id-dokumenti li qed jappella kontrihom u jidentifika l-prova sabiex jiddokumenta l-pretensjonijiet tiegħu. Il-qorti tistabbilixxi terminu għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni.

Sakemm il-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili jew regolament speċifiku ieħor ma jistabbilix mod ieħor, qorti tordna seduta ta’ smigħ dwar il-materja inkwistjoni, sabiex tiddelibera dwar il-materja, li hija tħarrek lill-partijiet u lil parteċipanti oħrajn li l-preżenza tagħhom hija meħtieġa għaliha.

L-aħħar aġġornament: 22/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Finlandja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Xi drabi, jaf ikun aħjar jekk tirrikorri għal proċedura alternattiva. Ara “Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni fl-Istati Membri” u “Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni fl-Istati Membri - il-Finlandja”.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Għal tipi differenti ta' kawżi japplikaw termini preskrittivi differenti. Tista' tikseb aktar informazzjoni dwar it-termini preskrittivi mingħand avukat jew billi tirrikorri għand l-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali (oikeusaputoimisto).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara "Ġuriżdizzjoni – Il-Finlandja".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara "Ġuriżdizzjoni – Il-Finlandja".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara "Ġuriżdizzjoni – Il-Finlandja".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

L-individwi privati biss jistgħu jressqu kawża ċivili quddiem il-qorti mingħajr konsulenza legali. Madankollu, f'kawżi kumplessi, jaf ikun jaqbillek li jkollok l-assistenza ta' avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-reġistri tal-qorti huma l-ewwel punti ta' kuntatt.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwi użati fil-proċedimenti fil-qrati Finlandiżi huma l-Finlandiż u l-Iżvediż. Il-pretensjonijiet (rikorsi għal ċitazzjonijiet) iridu jsiru bil-miktub u normalment bil-Finlandiż. Fil-Gżejjer Åland, irid jintuża l-Iżvediż. Iċ-ċittadini tal-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvezja u d-Danimarka jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jużaw il-lingwa proprja tagħhom. Il-pretensjonijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta' faks jew bil-posta elettronika. Għal ċerti tipi ta' proċedimenti, hemm ukoll il-possibbiltà li jintuża l-ipproċessar awtomatiku. Ara "Ipproċessar awtomatiku – Il-Finlandja".

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma teżisti l-ebda formola speċjali. Il-pretensjoni tiegħek trid tindika b'mod ċar dak li qed titlob u r-raġunijiet għat-talba. Bħala regola ġenerali, mal-pretensjoni tiegħek għandek tehmeż kwalunkwe kuntratt, dokument relatat ma' xi impenji jew evidenza miktuba oħra li tkun beħsiebek issejjes it-talba tiegħek fuqha.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Meta l-kawża tkun ingħalqet, il-qorti titolbok tħallas tariffa tal-amministrazzjoni. L-ammont ta' din it-tariffa jiddependi mill-istadju tal-proċedimenti li fih tkun inqatgħet is-sentenza. Ċerti kawżi jistgħu jiġu solvuti bis-saħħa tal-evidenza miktuba biss. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-kawżi, ma tkunx tista' tittieħed deċiżjoni qabel ma jsir is-smigħ. Għal aktar informazzjoni, żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/tuomioistuimet/en/index/asiointijajulkisuus/maksut/oikeudenkayntimaksutyleisissatuomioistuimissa.html

Id-drittijiet tal-avukat u d-data meta għandhom jitħallsu, jiġu stabbiliti f'kuntratt u mhumiex soġġetti għal xi regoli speċifiċi.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

L-eliġibbiltà għall-għajnuna legali tiddependi mil-livell tal-introjtu tiegħek. L-għajnuna legali ma tingħatax għal kawżi żgħar. Għal aktar informazzjoni, żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/oikeusapu/en/index.html.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Id-data li fiha l-qorti tirċievi r-rikors tiegħek għal ċitazzjoni tikkostitwixxi l-bidu tal-proċedimenti. Fuq talba, il-qorti tista' tibgħat konferma tal-irċevuta. Madankollu, il-qorti ma tistax tipprovdi konferma dwar jekk il-kawża ġietx introdotta b'mod adegwat jew le.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-qorti tibqa' żżomm lill-partijiet interessati informati bl-andament tal-kawża u tipprovdilhom skeda ta' żmien temporanja għal dak li jkun se jiġri. Huwa wkoll possibbli li tikkuntattja inti stess lill-qorti biex tikseb aktar tagħrif dwar l-andament tal-proċedimenti tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 09/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Svezja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista' jkun aħjar li tuża sistemi għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim, bħall-medjazzjoni.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

F'ċerti każijiet hemm dispożizzjonijiet li jgħidu li l-każ irid jitressaq f'ċertu perjodu ta' żmien, inkella jista jkun tard wisq biex wieħed jitlob għall-ħlas ta' dejn, pereżempju. Il-perjodu ta' żmien sabiex titressaq kawża l-qorti tvarja skont it-tip ta' każ inkwistjoni. Il-mistoqsijiet marbuta mal-perjodu ta' żmien sabiex titressaq kawża jista' jweġibhom konsulent legali jew konsulent dwar l-affarijiet tal-konsumatur, pereżempju.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

L-informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tinsab hawnhekk.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Fejn tgħix int, fejn tgħix il-parti l-oħra, u fatturi oħra jistgħu jkunu importanti fejn se titressaq il-kawża. Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

In-natura tal-każ, l-ammont kontestat u ċirkostanzi oħra jistgħu jkunu importanti fid-determinazzjoni tat-tip ta' qorti li quddiemha se titressaq il-kawża. Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

L-individwi jistgħu jiftħu kawża l-qorti b'inizjattiva tagħhom stess. Għalhekk mhemmx bżonn ta' rappreżentant jew ta' avukat fl-Isvezja. Mhemmx monopolju tal-avukati fis-sens li r-rappreżentant legali jew il-konsulent irid ikun bilfors avukat.

Fil-qosor, persuna tista' tiftaħ kawża waħedha, mingħajr ma tqabbad avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Irid jitressaq rikors quddiem il-qorti. Dan jista' jiġi ppreżentat fir-reġistru tal-qorti, impustat fil-kaxxa tal-ittri jew fil-kaxxa tal-posta, mogħti lill-uffiċjali tal-qorti, jew mibgħut lill-qorti bil-posta.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fl-Isvezja, il-lingwa tal-qorti hija l-Isvediż. Rikors għalhekk irid ikun miktub bl-Isvediż. Jekk id-dokument ġie ppreżentat f'lingwa oħra, madankollu, f'ċerti każijiet il-qorti tista' tordna l-parti biex iġġib traduzzjoni tiegħu. F'ċerti każijiet eċċezzjonali, il-qorti tista' tittraduċi d-dokumenti hija stess.

Rikors irid jiġi ppreżentat bil-miktub u ffirmat personalment. Jekk ir-rikors ma jiġix iffirmat personalment iżda jiġi ppreżentat bil-faks jew posta elettronika, pereżempju, l-qorti trid titlob il-konferma tar-rikors permezz ta' dokument oriġinali ffirmat. Jekk din il-konferma ma tasalx, ir-rikors jiġi miċħud.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Mhemmx rekwiżit li jgħid li jridu jintużaw formoli speċjali biex tinfetaħ kawża. Hemm formola għar-rikors għall-kawżi ċivili li tista' tintuża irrispettivament mill-ammont involut fit-tilwima inkwistjoni. Il-formola hija disponibbli mis-sit elettroniku tal-Amministrazzjonit tal-Qrati Nazzjonali Svediżi bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIsvediż u bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż.

Rikors irid ikun fih informazzjoni dwar il-partijiet, it-talbiet, il-bażi għat-talbiet, informazzjoni dwar il-provi li qed jintużaw u x'se turi kull biċċa prova, u informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi li jagħtu ġuriżdizzjoni lill-qorti biex tisma' l-kawża.

Il-provi bil-miktub li fuqhom hija bbażata l-kawża jridu jiġu ppreżentati flimkien mar-rikors.

Jekk ir-rikors ma jkunx komplut, il-qorti trid titlob informazzjoni addizzjonali. Jekk din l-informazzjoni addizzjonali ma tasalx, ir-rikors jiġi miċħud.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Ir-rikorrent irid iħallas tariffa għar-rikors fil-kawżi ċivili. It-tariffa titħallas lill-qorti distrettwali ("tingsrätt") meta jiġi ppreżentat ir-rikors. It-tariffa hija ta' SEK 450 (madwar EUR 50). Jekk it-tariffa ma titħallasx, il-qorti tibgħat ordni lir-rikorrent biex iwettaq l-obbligu ta' ħlas. Jekk minkejja dan il-ħlas ma jsirx, ir-rkors jiġi miċħud.

Il-mistoqsijiet dwar il-ħlas tal-ispejjeż tal-avukati huma kwistjoni li trid tiġi miftiehma bejn il-klijent u l-avukat. Din hija użanza kemm għal talbiet ta' ħlas bil-quddiem u minħabba fatturi sussegwenti għax-xogħol li diġa sar. Hemm regoli speċjali għall-każijiet fejn tingħata l-għajnuna legali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Fl-Isvezja, każ jitqies li tressaq fid-data meta r-rikors jasal quddiem il-qorti. Ir-rikors jitqies li wasal quddiem il-qorti fid-data meta d-dokumenti jew in-notifika ta' oġġett tal-posta mħallas li fiha d-dokumenti tasal quddiem il-qorti jew għand uffiċjal debitament awtorizzat.

Jekk jista' jiġi meqjus li d-dokumenti, jew in-notifika tagħhom, ġew ippreżentanti lir-reġistru tal-qorti jew isseparati għall-qorti fl-uffiċċju tal-posta f'ċerta data, huma jitqiesu li waslu f'dik id-data jekk jaslu għand uffiċjal debitament awtorizzat fil-ġurnata tax-xogħol li jmiss.

L-ebda konferma ma toħroġ awtomatikament li tgħid li l-każ jitqies li tressaq korrettament. Informazzjoni dwar dan, madankollu, tista' tinkiseb permezz ta' kuntatt mal-qorti, pereżempju bit-telefown.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja ("rättegångsbalken") il-qorti trid tħejji skeda biex tibda tittratta l-każ malajr kemm jista' jkun. Jista' jkun hemm, madankollu, xi każijiet fejn mhemmx bżonn titlesta skeda. F'bosta każijiet, ftit hemm bażi biex titlesta skeda sakemm ma tasal ir-risposta tal-konvenut.

Dejjem tista' tinkiseb informazzjoni dwar it-trattament tal-kawża permezz ta' kuntatt mal-qorti, pereżempju bit-telefown.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja (Justitiedepartementet)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali tal-Isvezja (Domstolsverket)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Nazzjonali Svediż dwar it-Taxxa (Riksskatteverket)

L-aħħar aġġornament: 17/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - L-Ingilterra u Wales

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Fl-Ingilterra u Wales, il-Gvern irid li n-nies ikunu jistgħu jsolvu t-tilwim b’mod rapidu, effiċjenti u kosteffettiv u jrid li jkollhom firxa ta’ għażliet disponibbli, u mhux jiddependu biss fuq il-qrati. Is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (Alternative Dispute Resolution - ADR) tirrigwarda s-soluzzjoni tal-problemi aktar milli timponi soluzzjonijiet, u f’ħafna każijiet tista’ twassal għal soluzzjonijiet kreattivi u estensivi għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu indirizzati fil-proċess tal-qorti.

Eżempji ta’ ADR jinkludu Medjazzjoni u Arbitraġġ; il-MoJ (Ministry of Justice - Ministeru tal-Ġustizzja) għandu wkoll paġna ta’ riferiment ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamedjaturi mħarrġin li jipprovdu medjazzjoni għal tariffa fissa varjabbli. Hemm ukoll servizz ta’ medjazzjoni bit-telefown bla ħlas li huwa offrut f’Kawżi ta' Perkors għal Talbiet Żgħar ikkontestati sakemm il-partijiet jaqblu. Jekk il-partijiet jippruvaw l-ADR, u l-kwistjoni ma tiġix konkluża, ma hemm xejn li jipprekludi li l-każ jitkompla permezz ta’ proċess tal-qorti.

Jekk tmur il-qorti, il-proċedura hija rregolata mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules).

L-informazzjoni ta’ hawn taħt tista’ tgħinek tiddeċiedi kif l-aħjar issolvi t-tilwima tiegħek; din ser tagħtik biss idea ġenerali ta’ x’jista’ jiġri. Ma tispjegax kollox dwar ir-regoli, l-ispejjeż u l-proċeduri tal-qorti li jistgħu jaffettwaw tipi differenti ta’ talbiet b’modi differenti. Għandek tiftakar ukoll li anki jekk tirbaħ il-kawża tiegħek il-qorti ma tistax tiggarantixxi li inti se tieħu l-flus dovuti lilek.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Hemm limiti ta’ żmien jew perjodi ta’ preskrizzjoni li matulhom għandha titressaq kawża quddiem il-qorti. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni ġenerali huwa sitt snin mid-data rilevanti, pereżempju d-data tal-ksur tal-kuntratt jew meta jkunu ġġarrbu d-danni jew, xi kultant, meta tkun ġiet skoperta xi ħsara. Perjodi oħra ta’ preskrizzjoni jinkludu sena għal malafama jew tliet snin għal negliġenza klinika u offiża fuq il-persuna. Xi wħud mill-perjodi ta’ preskrizzjoni, iżda mhux kollha, jistgħu jinsabu fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980). Il-kwistjoni tal-limiti ta’ żmien tista’ tiġi ċċarata ma’ avukat, konsulent legali jew Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureau) fir-Renju Unit.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għandek tavviċina l-qorti fl-Istat Membru fejn inqalgħet it-tilwima. Hemm xi eċċezzjonijiet għal din ir-regola li jiddependu fuq is-suġġett tat-tilwima[1] u hemm proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ibbażata primarjament fuq il-karta. Aktar informazzjoni hija disponibbli miċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru għall-Konsumatur Ewropew tar-Renju Unit (UK European Consumer Centre).

[1] Każijiet li jinvolvu obbligi kuntrattwali, danni, kuntratti tal-konsumatur u tal-impjieg, privattivi/trademarks u sjieda jew kiri ta’ proprjetà immobbli.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Parti 7 tas-CPR u l-Gwida għall-Prattika (Practice Directions) mehmuża jistgħu jgħinu biex jiġi ddeterminat kif u fejn għandhom jinbdew il-proċedimenti. Il-paġna “Ġurisdizzjoni” (Jurisdiction) tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-qorti partikolari fl-Ingilterra u Wales fejn għandha ssir talba. Id-dettalji dwar l-indirizzi tal-qrati jinsabu fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Għal darb’oħra, il-Parti 7 u l-paġna “Ġurisdizzjoni” se jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-qorti partikolari fl-Ingilterra u Wales fejn għandha ssir talba. Id-dettalji dwar l-indirizzi tal-qrati jinsabu fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

M’hemm l-ebda rekwiżit għal persuna li titlob il-parir ta’ avukat, jew li tkun irrappreżentata minn wieħed; f’każ sempliċi ta’ dejn inti tista’ ma tarax il-ħtieġa li tikkonsulta avukat. Bħala regola ġenerali, madankollu, jekk it-talba tiegħek hija għal somma ta’ aktar minn £10 000 u, b’mod partikolari, jekk tinkludi talba għal kumpens (“danni”), huwa rrakkomandat li titlob parir ta’ avukat.

Jekk l-ammont li qed titlob huwa £10 000 jew inqas u huwa kkontestat, tista’ tieħu lil xi ħadd fis-seduta tal-qorti biex jitkellem f’ismek. Dak li jissejjaħ “rappreżentant mhux espert” jista’ jkun konjuġi, qarib, ħabib jew konsulent.

Tipi oħra ta’ talbiet, pereżempju talbiet għal offiża fuq il-persuna, jistgħu jkunu aktar ikkumplikati u jista’ jkun preferibbli li tikseb xi għajnuna u parir professjonali irrispettivament mill-valur tat-talba tiegħek.

Għal ħafna tipi ta’ talbiet hemm “protokoll ta’ qabel l-azzjoni” [1] li jistabbilixxi l-passi li l-qorti tistenna li tkun ħadt qabel tagħmel it-talba tiegħek. Dan jinvolvi affarijiet bħal li tikteb lill-persuna li qed tagħmlilha t-talba biex tistabbilixxi d-dettalji tat-talba tiegħek, tiskambja xi evidenza, li jippermettilha tara r-rekords mediċi tiegħek jekk it-talba tiegħek hija għal offiża fuq il-persuna u tippruvaw taqblu fuq l-espert mediku li ser tużaw.

Ftakar li trid ukoll tagħti prova tat-talba tiegħek. Biex tagħmel dan ikollok bżonn evidenza, pereżempju rapport mit-tabib tiegħek, jew dikjarazzjonijiet minn xhieda li raw l-inċident tiegħek. Jeħtieġ ukoll li tagħmel valutazzjoni realistika tal-ammont ta’ danni li qed titlob. Tista’ tiffranka l-ħin u l-flus billi l-ewwel tistaqsi lil avukat jew konsulent jekk jaqbillekx tagħmel talba u, jekk iva, kif l-aħjar li tippreparaha, x’evidenza għandek bżonn u x’ammont ta’ danni għandek titlob.

Jekk qed tagħmel talba f’isem kumpanija b’responsabbiltà limitata, jista’ jkollok bżonn avukat biex imur għas-seduta f'ismek. Dan jiddependi fuq kemm qed titlob flus u fuq it-tip ta’ seduta.

[1] hemm għadd ta’ protokolli oħra ta’ qabel l-azzjoni, bħal fil-każ ta’ tilwim dwar il-kostruzzjoni u l-inġinerija, il-malafama, is-soluzzjoni ta’ tilwim kliniku, in-negliġenza professjonali, u l-istħarriġ ġudizzjarju. Kopji ta’ dawn kollha huma disponibbli minn qorti jew mis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-regoli relatati mal-ftuħ ta’ proċedimenti ċivili jinsabu fil-parti 7 tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili[1], li għandhom jinqraw flimkien mal-gwida għall-prattika li takkumpanjahom. Ir-regola bażika hija li, fl-assenza ta’ kwalunkwe regola jew gwida prattika, talba fl-Ingilterra u Wales tista’ titressaq fi kwalunkwe ċentru ta’ seduti tal-Qorti tal-Kontea (County Court); fil-prattika, talbiet ta’ flus biss lill-qorti tal-kontea (County Court) għandhom jiġu sottomessi online jew jintbagħtu bil-posta lil Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMoney Claims on Line f’Salford; hemm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura online komplementari għal talbiet għal pussess ukoll.

Ċerti talbiet bħal dawk imressqa taħt il-proċedura tal-Att dwar il-Kreditu tal-Konsumatur (Consumer Credit Act)[2] għandhom jitressqu fiċ-ċentru tas-seduti tal-Qorti tal-Kontea (County Court) fejn il-konvenut jgħix jew iwettaq in-negozju tiegħu. Xi ċentri tas-seduti għandhom faċilitajiet elettroniċi għall-komunikazzjoni; ir-regoli f’dan ir-rigward jinsabu fil-parti 5 tas-CPR u fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagwida għall-prattika li takkumpanjaha, b’regoli speċjali għall-Qorti Għolja (High Court). Id-dettalji għall-Qorti Għolja (High Court) jistgħu jinsabu online Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Il-persunal tal-Qorti ma jistax joffri pariri dwar il-validità ta’ talba u lanqas dwar kemm hu xieraq il-kors ta' azzjoni tiegħek. Inti tista’ tieħu parir mingħand l-Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureau) jew miċ-Ċentru tal-Liġi (Law Centre) tiegħek.

[1]Op cit

[2] CPR PD 7B5

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

It-talbiet għandhom isiru bil-miktub u bl-Ingliż, għalkemm jeżistu faċilitajiet bil-Welsh għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadawk li jitkellmu bil-Welsh. Kif ġie nnutat hawn fuq, hemm lok għal komunikazzjoni elettronika mal-qrati, kemm biex jiġu ppreżentati t-talbiet kif ukoll biex isiru rikorsi għal miżuri proviżorji, kif ukoll għal komunikazzjoni ġenerali mal-Qorti. Gwida dwar dan tista’ tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ġeneralment, biex tressaq talba trid timla Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Formola N1; jeżistu formoli oħra għal materji speċifiċi bħall-pussess. Il-formola N1 tinkludi noti ta’ gwida għar-rikorrent. Tista’ titlob l-għajnuna minll-Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureau). In-noti ta’ gwida jagħtu dettalji tal-informazzjoni li għandek tinkludi mat-talba tiegħek. Meta tagħmel it-talba bil-posta, għandek tagħmel kopja waħda għalik, waħda għall-qorti u waħda għal kull konvenut li kontrih tkun ressaqt talba. Il-qorti tinnotifika kopja ssiġillata lill-konvenuti.

Hemm għadd ta’ formoli oħra li għandhom jintużaw f’tipi ta’ proċedimenti oħrajn jew għal stadji aktar tard ta’ talba. Dawn ukoll huma disponibbli minn qorti jew mis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Normalment ikollok tħallas tariffa biex tiftaħ it-talba tiegħek. Il-livell tat-tariffa jkun jiddependi mill-ammont li qed titlob. Jekk il-konvenut ma jħallasx wara li tingħata s-sentenza, jew jekk jgħid li l-flus mhumiex dovuti u t-talba tiegħek tipproċedi bħala kawża "difiża" (ikkontestata), jista’ jkollok tħallas aktar tariffi. Jekk tirbaħ il-każ tiegħek, it-tariffi jiżdiedu mal-ammont li jkollu jagħtik il-konvenut. Inti tista’ wkoll tingħata xi ħlasijiet bħala kumpens għal ħin mitluf mix-xogħol, għalkemm dan mhux neċessarjament ikopri l-ammont totali li tkun tlift.

F’ċerti ċirkostanzi, pereżempju jekk inti qed tirċievi appoġġ għad-dħul, tista’ titlob eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi. Id-dettalji kompluti tat-tariffi tal-qorti jistgħu jinkisbu f’fuljett fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice). Hawnhekk se ssib ukoll dettalji dwar meta jista’ ma jkunx meħtieġ li tħallas tariffa.

Jista’ jkun hemm spejjeż oħrajn. Jekk il-konvenut jiddefendi t-talba tiegħek jista’ jkollok bżonn ta’ xhieda biex jgħinuk tgħid lill-qorti x’ġara. Jista’ jkollok tħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom lejn u mill-qorti u l-flus li kieku kienu jaqilgħu dakinhar. Madankollu, jekk tirbaħ, il-qorti tista’ tordna lill-konvenut iħallas dawk l-ispejjeż.

Jista’ jkollok bżonn ukoll tikseb rapport minn espert bħal tabib, mekkanik jew servejer. Jista’ jkollok bżonn ukoll titlob lil dan l-espert biex jattendi seduta tal-qorti biex jagħti evidenza f’ismek. Inti se jkollok tħallas l-ispejjeż u l-onorarji tal-esperti iżda, għal darb’oħra, jekk tirbaħ, il-qorti tista’ tgħid lill-konvenut biex iħallashom hu.

Jekk it-talba tiegħek hija għal ammont fiss ta’ flus (“ammont speċifikat”) u l-konvenut huwa individwu li jiddefendi t-talba tiegħek, it-talba tiegħek tista’ tiġi ttrasferita lill-qorti lokali tal-konvenut. Dan jista’ jfisser li jkollok tivvjaġġa xi distanza għal kull seduta li ssir. Jekk tirbaħ il-każ, jista’ jkun li tkun tista’ titlob l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek u xi ħaġa għad-dħul mitluf tiegħek.

L-ammonti li jistgħu jiġu mitluba għall-kostijiet tax-xhieda, tal-esperti u tal-pariri legali huma limitati fil-perkors għal talbiet żgħar.

Jekk l-Ingliż mhux l-ewwel lingwa tiegħek u jkollok bżonn interpretu, il-qorti ma tkunx tista’ tgħinek issib wieħed. Inti trid tagħmel dan waħdek u trid tħallas ukoll it-tariffi ta’ dan l-interpretu.

It-tariffi tal-avukati normalment ikunu jistgħu jitħallsu meta tintemm il-kawża. Jekk inti tirbaħ il-każ tiegħek, il-qorti tista’ tordna lill-konvenut iħallas parti mit-tariffi jew it-tariffi kollha tal-avukati tiegħek. Madankollu, jekk għandek avukat u t-talba tiegħek hija għal inqas minn £5 000, normalment ikollok tħallas inti għall-għajnuna tiegħu, anke jekk tirbaħ il-kawża tiegħek. Għandek iżżomm f'moħħok ukoll li għalkemm il-qorti tista’ tiddeċiedi favur tiegħek (li jfisser li tordna lill-konvenut iħallsek), il-qorti mhux se tieħu passi awtomatikament biex tiżgura li l-flus jitħallsu. Jekk il-konvenut ma jħallasx, inti trid titlob lill-qorti biex tieħu azzjoni (imsejħa “eżekuzzjoni tas-sentenza tiegħek”) li għaliha jista’ jkollok tħallas tariffa oħra. Aktar informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi tista’ tinkiseb f’għadd ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafuljetti.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Hemm tipi differenti ta’ finanzjament legali limitat disponibbli f’xi materji ċivili. It-tip ta’ finanzjament u l-eliġibbiltà li tirċevieh jiddependi fuq għadd ta’ fatturi inkluż it-tip ta’ azzjoni legali u d-dħul tar-rikorrent. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web li ġej dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-għajnuna legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Id-data li fiha jibdew il-proċedimenti hija d-data meta l-qorti toħroġ formola tat-talba. Id-data tal-ħruġ hija rreġistrata mill-qorti b’timbru tad-data jew fuq il-formola tat-talba miżmuma fil-fajl tal-qorti jew fuq l-ittra li akkumpanjat il-formola tat-talba meta rċevietha l-qorti. Jekk ikun hemm xi informazzjoni meħtieġa nieqsa mill-formola tat-talba jew jekk ikun hemm żbalji ovvji, il-qorti ma toħroġx it-talba u tibgħatlek il-formola lura. Jekk it-talba tinħareġ, il-qorti ser tibgħatlek Notifika tal-Ħruġ li tipprovdi dettalji dwar id-data tal-ħruġ u d-data li fiha t-talba ntbagħtet lill-konvenut.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Iva.

Ladarba t-talba tkun inħarġet u l-konvenuti jkunu ġew innotifikati bil-Formola tat-Talba N1 u d-dokumenti ta’ sostenn, il-konvenuti jkollhom 14-il jum biex iressqu risposta u/jew jikkontestaw il-ġurisdizzjoni. Ladarba tiġi ppreżentata risposta, il-qorti għandha toħroġ allokazzjoni provviżorja għall-perkors, u l-Kwestjonarju dwar il-Gwida (Directions Questionnaire) li jrid jintbagħat lura fi żmien stabbilit. Ladarba jasal il-Kwestjonarju, il-kawża tiġi ttrasferita f’qorti xierqa; ġeneralment dan ikun iċ-ċentru tas-seduta tal-qorti tal-kontea (County Court) lokali tal-konvenut. Il-Qorti tiżgura li l-partijiet jinżammu infurmati dwar id-dati kollha sa meta għandhom jitlestew l-affarijiet.

Links relatati

Fit-tweġibiet ta’ hawn fuq ġew ipprovduti links li huma speċifikament rilevanti. Dawn li ġejjin huma links għal użu aktar ġenerali:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħajnuna/assistenza legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissjoni tas-Servizzi Legali (Legal Services Commission)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Avukati tal-Ingilterra u Wales (Bar Council of England and Wales)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-soċjetà tal-Liġi tal-Ingilterra u Wales (Law Society of England and Wales)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPariri għaċ-Ċittadini (Citizens Advice)

L-aħħar aġġornament: 18/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - L-Irlanda ta’ fuq

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-paragrafi li ġejjin jagħtu deskrizzjoni ġenerali tal-arranġamenti fl-Irlanda ta’ Fuq rigward il-ftuħ tal-proċedimenti. Madankollu, dawn mhumiex maħsuba u m’għandhomx jitqiesu bħala dikjarazzjoni komprensiva tal-liġi. Proċeduri dettaljati huma stabbiliti fir-regoli tal-qorti u, fejn possibbli, dawk ir-regoli għandhom jiġu kkonsultati.

Ftit huma n-nies li huma ħerqana li jgħaġġlu jidħlu l-qorti u ħafna huma lesti li jesploraw il-possibbiltà ta’ soluzzjoni bonarja. Dan jista’ jsir fuq bażi informali mingħajr appoġġ legali (eż. permezz ta’ laqgħat, skambju ta’ ittri jew telefonati) jew, b’mod aktar formali, bl-assistenza ta’ rappreżentanti legali jew medjaturi. Huwa biss meta soluzzjoni miftiehma tkun ġiet imwarrba li wieħed għandu jdur għall-qorti.

Informazzjoni ulterjuri dwar alternattivi għall-qorti fl-Irlanda ta’ Fuq tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web taċ-Ċentru tal-Liġi tal-Irlanda ta' Fuq (Law Centre - NI)

Jekk tkun meħtieġa azzjoni fil-qorti, inti trid tistabbilixxi l-post xieraq għall-kawża tiegħek. Jekk it-talba tiegħek hija waħda ċivili, tista’, soġġetta għal statut, titressaq quddiem il-Qorti Għolja (High Court). Madankollu, il-maġġoranza tal-kawżi jipproċedu fil-Qorti tal-Kontea (County Court), fejn il-ġurisdizzjoni finanzjarja ġenerali bħalissa hija ta’ £30 000. L-Irlanda ta’ Fuq hija maqsuma f’sezzjonijiet tal-Qorti Amministrattiva u l-Gwida tal-Qorti Amministrattiva tista’ tgħinek tiddeċiedi l-post xieraq. Il-prinċipju gwida huwa li l-proċedimenti għandhom ġeneralment jinbdew fis-Sezzjoni tal-Qorti Amministrattiva li fiha l-konvenut jirrisjedi jew iwettaq in-negozju tiegħu (għalkemm teknikament, il-proċedimenti jistgħu jinbdew fi kwalunkwe Sezzjoni).

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGwida tal-Qorti Amministrattiva tista’ titniżżel mis-sit web tal-NICTS. Madankollu, tista’ tikkuntattja lit-Tim tal-Komunikazzjoni tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Courts and Tribunals Service's Communication Team) (+44 300 200 7812) jekk ikollok xi mistoqsijiet ġenerali.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Ara l-iskeda informattiva dwar il-Limiti ta’ Żmien Proċedurali.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara t-tweġiba għall-punt 1 u l-iskeda informattiva dwar il-Ġurisdizzjoni.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara t-tweġiba għall-punt 1 u l-iskeda informattiva dwar il-Ġurisdizzjoni.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara t-tweġiba għall-punt 1 u l-iskeda informattiva dwar il-Ġurisdizzjoni.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ġeneralment, persuna hija libera li tkompli jew tiddefendi l-proċedimenti waħedha jew permezz ta’ rappreżentant legali. Madankollu hemm xi eċċezzjonijiet għal dan, pereżempju, fil-Qorti Għolja (High Court) il-ħabib jew il-kuratur ad litem ta’ persuna b'diżabilità (eż. taħt it-tmintax-il sena) għandu jaġixxi permezz ta’ avukat. Korp korporattiv għandu jaġixxi wkoll permezz ta’ avukat, sakemm il-qorti ma tippermettix li direttur jirrappreżenta lill-kumpanija.

Jista’ jkun meħtieġ kunsens mill-qorti biex persuna tidher minflok jew f’isem persuna oħra.

Kemm fil-livell tal-Qorti Għolja (High Court) kif ukoll fil-livell tal-Qorti tal-Kontea (County Court), persuna mhux irrappreżentata tista’ tkun akkumpanjata minn ħabib li jista’ jagħti pariri u jieħu n-noti. Madankollu, il-qrati jistgħu jimponu kundizzjonijiet/restrizzjonijiet biex jiżguraw li l-kawża tipproċedi b’mod ordnat.

Avukati (advocates, lawyers, barristers eċċ) minn ġewwa l-Unjoni Ewropea jistgħu jaġixxu flimkien ma’ avukati lokali.

Il-Qorti Għolja tittratta l-aktar kawżi kumplessi u l-persuni mhux irrappreżentati huma l-eċċezzjoni, aktar milli r-regola. Dan huwa wkoll il-każ fil-Qorti tal-Kontea (County Court). Madankollu, ir-rappreżentanza legali hija inqas komuni f’kawżi għal talbiet żgħar. Dan probabbilment huwa minħabba li dawk il-kawżi huma soġġetti għal arbitraġġ u l-arranġamenti tal-qorti huma inqas formali. Madankollu, il-valur ta’ talba x’aktarx ma jagħtix indikazzjoni tajba dwar jekk hijiex meħtieġa rappreżentanza legali. Xi kultant, talbiet ta’ valur baxx jistgħu jqajmu mistoqsijiet diffiċli dwar ir-responsabbiltà jew in-negliġenza kontributorja. Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex it-talbiet għal offiżi fuq il-persuna huma esklużi mill-ġurisdizzjoni għal talbiet żgħar fl-Irlanda ta’ Fuq.

Jekk ma tixtieqx tqabbad avukat, tista’ titlob parir jew assistenza mis-settur volontarju (eż. Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureau) jew korp statutorju (eż. il-Kunsill tal-Konsumaturi għall-Irlanda ta’ Fuq (Consumer Council for Northern Ireland)).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ġeneralment biex tiftaħ kawża, id-dokumenti xierqa għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċċju tal-qorti xieraq flimkien mat-tariffa meħtieġa. Normalment l-uffiċċji tal-Qrati jkunu miftuħa mill-10.00 a.m. sal-4.30 p.m.

Il-persunal tal-Qorti jista' jipprovdi assistenza u informazzjoni ġenerali dwar il-proċessi iżda ma jistax jagħti pariri legali jew jirrakkomanda rappreżentanti legali.

L-Għaqda tal-Liġi tal-Irlanda ta’ Fuq (Law Society of Northern Ireland) għandha lista ta’ avukati (solicitors) lokali u l-Librerija tal-Avukati tista’ tidentifika avukati (barristers) lokali.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-biċċa l-kbira tar-rikorsi jinfetħu b’dokument bil-miktub, li għandu jkun bl-Ingliż. Madankollu, matul il-proċedimenti jistgħu jsiru rikorsi orali.

Normalment, id-dokumenti jittieħdu jew jintbagħtu fl-uffiċċju tal-qorti rilevanti sabiex jinħarġu. Madankollu, ladarba jinħarġu, dawn għandhom jiġu nnotifikati skont ir-regoli tal-qorti. Skont id-dokument, dan jista’ jsir bil-posta elettronika, bil-faks, bil-posta jew b’notifika personali.

Jekk ikunu meħtieġa interpreti jew traduzzjoni ta’ dokumenti, huma l-partijiet, u mhux il-qorti, li normalment ikunu meħtieġa jħallsu l-ispejjeż.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ir-regoli tal-qorti jippreskrivu firxa wiesgħa ta’ dokumenti għall-użu f’diversi proċedimenti.

Fil-Qorti Għolja (High Court), ħafna mill-azzjonijiet (eż. talba għal danni għal offiżi fuq il-persuna jew mewt, frodi, ħsara fuq proprjetà, eċċ.) jinfetħu permezz ta' taħrika, li tinħareġ mill-Uffiċċju tal-“Front of House” (Front of House Office) f’isem l-Uffiċċju Ċentrali (Central Office) u l-Uffiċċju tal-Ekwità (Chancery Office). L-uffiċċju jżomm kopja waħda tat-taħrika ttimbrata bit-tariffa u ssiġillata u jirritorna oriġinali ssiġillata u ttimbrata flimkien man-numru meħtieġ ta’ kopji ta’ notifika ssiġillati.

It-taħrika tista’ tiġi approvata b’mod ġenerali (b’dikjarazzjoni qasira tan-natura tat-talba u r-rimedju mitlub) jew approvata b’mod speċjali (b’dikjarazzjoni sħiħa tat-talba).

Fil-Qorti tal-Kontea (County Court), il-biċċa l-kbira tal-kawżi jinbdew permezz ta’ att ċivili (civil bill). L-att ċivili irid jiddikjara l-ismijiet u l-indirizzi sħaħ tal-partijiet u s-Sezzjoni rilevanti tal-Qorti Amministrattiva. Att ċivili ordinarju għandu jinkludi “spejjeż ta’ 21 jum” - dawn huma spejjeż fissi li jfissru li jekk l-intimat iħallas id-dejn jew id-danni flimkien mal-ispejjeż ta’ 21 jum, l-azzjoni tiġi sospiża. Id-dettalji tat-talba (inklużi d-dati u l-postijiet rilevanti) ikunu stabbiliti fl-att ċivili.

Jekk il-kawża tiegħek hija talba żgħira hemm formola speċjali għal dan li hija disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and trribunals Service).

Hekk kif il-kawża timxi ’l quddiem, jista’ jkun hemm bżonn li jimtlew xi dokumenti oħra. Il-persunal tal-Qorti jista’ jipprovdi assistenza ġenerali b’dawn id-dokumenti iżda kif iddikjarat qabel, ma jistax jipprovdi parir legali jew jimla l-formoli għalik.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

It-tariffi jistgħu jitħallsu mal-ħruġ tat-taħrika, tal-att ċivili jew talba żgħira u wkoll f’diversi stadji tal-proċess ta’ litigazzjoni. Il-formola rilevanti ġeneralment tiġi ttimbrata b’irċevuta tat-tariffa. Fil-livell tal-Qorti tal-Kontea (County Court), dan jista’ jsir fi kwalunkwe uffiċċju tal-qorti.

Il-politika ġenerali hija li l-parti li titlef tkun responsabbli għall-ħlas tal-ispejjeż kollha: tagħha stess u tal-kontroparti. Fil-Qorti Għolja (High Court), l-ispejjeż huma vvalutati fuq il-bażi tax-xogħol li jsir. Fil-Qrati tal-Kontea (County Courts), hemm skala flessibbli ta’ spejjeż fissi li huma marbuta mal-valur tat-talba. Dan jgħin fit-tbassir tal-ispiża probabbli tal-litigazzjoni, madankollu, f’xi kawżi tal-qorti tal-kontea (County Court) l-imħallef jkollu diskrezzjoni rigward il-livell tal-ispejjeż.

Normalment, parti għall-proċedimenti biss tista’ tingħata, jew tkun responsabbli, għall-ispejjeż. Inti jkollok tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mit-talba tiegħek (eż. spejjeż tax-xhieda, spejjeż tal-ivvjaġġar, spejjeż ta’ evidenza esperta) matul il-proċedimenti. Madankollu, jekk tirbaħ il-kawża, tkun tista' titlobhom lura.

Jekk jogħġbok innota li, f’kawżi għal talbiet żgħar, l-ispejjeż normalment jingħataw biss jekk ikun hemm evidenza ta’ mġiba mhux raġonevoli minn waħda mill-partijiet.

L-Uffiċċju responsabbli għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (Enforcement of Judgments Office) huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi ċivili relatati mal-irkupru ta’ flus, oġġetti jew proprjetà fl-Irlanda ta’ Fuq u jista’ jgħin biex jipprova jiżgura kwalunkwe ħlas li jkun dovut lilek jekk tirbaħ il-każ tiegħek u l-parti l-oħra ma tħallasx fi żmien raġonevoli. Hemm ħlasijiet għall-użu tas-servizzi tal-Uffiċċju responsabbli għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (Enforcement of Judgments Office). Aktar informazzjoni dwar l-Uffiċċju responsabbli għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (Enforcement of Judgments Office) tista’ tinstab fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service) u fl-iskeda informattiva dwar il-proċeduri għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza.

L-arranġamenti fir-rigward tat-tariffi tal-avukati huma kwistjoni bejn avukat u l-klijent tiegħu. Xi kultant jistgħu jkunu meħtieġa ħlasijiet fi stadji differenti. F’każijiet oħra, it-tariffi jistgħu jitħallsu kollha meta jiġu konklużi l-proċedimenti.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Hemm skema statutorja fl-Irlanda ta’ Fuq għall-ħlas tal-ispejjeż legali mill-fondi pubbliċi (l-iskema ta’ għajnuna legali).

Madankollu, ċerti proċedimenti huma esklużi mill-iskema (eż. malafama) u jiġu applikati testijiet tal-mezzi u tal-merti.

Ċertifikat tal-għajnuna legali ma jistax jintuża fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba qabel ma jkun ingħata.

Aktar informazzjoni dwar l-iskema ta’ għajnuna legali hija disponibbli fuq il-paġni dwar l-għajnuna legali u fuq is-sit web tal-Għaqda tal-Liġi tal-Irlanda ta’ Fuq (Law Society of Northern Ireland).

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Il-ħruġ ta’ rikors għal talba żgħira, att ċivili jew taħrika jimmarka l-bidu tal-proċeduri għal finijiet ta’ preskrizzjoni.

Jekk formola hija preskritta fil-leġiżlazzjoni, kwalunkwe devjazzjoni li ma taffettwax is-sustanza jew mhix maħsuba li tiżgwida ma tinvalidax il-formola u kwalunkwe difett normalment jista’ jiġi kkoreġut permezz ta’ emenda.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-proċess ta’ litigazzjoni huwa soġġett għal diversi limiti ta’ żmien u, għalkemm il-persunal tal-qorti jista' jwieġeb mistoqsijiet speċifiċi, mhux se jsegwi l-istadji individwali ta’ kawża.

Fil-Qorti Għolja (High Court), ir-rikorrent għandu jressaq il-kawża għall-proċess fi żmien sitt ġimgħat mill-għeluq tas-sottomissjonijiet jew fi żmien ieħor mogħti mill-qorti, u għandha titħallas tariffa ma’ dan it-tressiq. Ir-rikorrent għandu jinnotifika lill-partijiet l-oħra għar-rikors dwar it-tressiq. Għandu jiġi ppreżentat ukoll ċertifikat ta’ tħejjija f’kawżi ta’ Offiża fuq il-Persuna u ta’ Negliġenza Klinika qabel ma tingħata data għas-smigħ jew għall-istħarriġ.

Jekk ma jiġix ippreżentat u nnotifikat memorandum ta’ dehra jew jekk il-konvenut jonqos milli jinnotifika risposta, ir-rikorrent jista’ jiżgura sentenza permezz ta’ proċedura amministrattiva [għalkemm jista’ jkollu jikkomparixxi quddiem uffiċjal ġudizzjarju (Master) biex jagħmel stima tad-danni].

Fil-Qorti tal-Kontea (County Court), ir-rikorrent irid jippreżenta ċertifikat ta’ tħejjija jekk l-intimat ikun bagħat notifika dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrispondi. Jekk iċ-ċertifikat ma jiġix ippreżentat wara sitt xhur, il-partijiet għandhom jikkomparixxu quddiem l-imħallef li jista’ jagħti struzzjonijiet għat-tmexxija futura tal-proċedimenti. Jekk ma tkunx ġiet innotifikat intenzjoni ta’ risposta, ir-rikorrent jista’ jiżgura sentenza permezz ta’ proċedura amministrattiva (għalkemm jista’ jkollu jikkomparixxi quddiem l-imħallef tad-distrett biex jikseb stima tad-danni).

F’kawża għal talbiet żgħar, l-intimat jingħata żmien fiss biex jirrispondi għat-talba - imsejħa data ta’ ritorn - dan normalment ikun 21 jum wara li t-talba tkun waslet fl-uffiċċju tal-qorti. Jekk l-intimat jirritorna “Avviż ta’ Tilwima” il-kawża tiġi elenkata quddiem l-imħallef għal seduta ta’ smigħ fil-qorti. Jekk ma jasalx Avviż ta’ Tilwima, ir-rikorrent jista’ jiżgura sentenza permezz ta’ proċedura amministrattiva (għalkemm jista’ jkollu jikkomparixxi quddiem l-imħallef biex jikseb stima tad-danni)

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija għas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Legal Services Agency)

L-aħħar aġġornament: 27/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Skozja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Li tmur il-qorti għandek tkun l-aħħar alternattiva tiegħek. L-ewwel għandek tikkunsidra modi oħra biex issolvi l-kwistjoni. Pereżempju, jekk xi ħadd għandu jagħtik xi flus, tista’ tikteb ittra lill-persuna li għandha tagħtik, tgħid kemm għandha tagħtik, għal xiex, u liema passi diġà ħadt biex tirkuprahom. Tista’ tinkludi twissija li jekk ma jħallsukx sad-data ssuġġerita, inti se tiftaħ proċess fil-qorti. Tista’ wkoll tkun trid tikkunsidra s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Jekk jogħġbok irreferi għall-iskeda informattiva dwar l-ADR (soluzzjoni alternattiva għat-tilwim) għal aktar informazzjoni.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Fil-liġi tal-Iskozja, hemm limiti ta’ żmien jew perjodi ta’ preskrizzjoni li fihom għandha titressaq kawża quddiem il-qorti. Dawn huma ddeterminati mill-kunċetti legali ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni negattiva. Il-perjodi applikabbli jiddependu mill-istatut. Tista’ ssib jekk l-azzjoni speċifika li tixtieq tiftaħ hijiex soġġetta għal limiti ta’ żmien speċifiċi billi titlob il-parir ta’ avukat jew ta’ Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureau).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Hemm regoli speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tal-UE li jiddeterminaw l-Istat Membru li fih għandhom jitressqu t-talbiet.

Informazzjoni ġenerali dwar liema qrati jittrattaw liema tipi ta’ kawżi fl-Iskozja hija pprovduta fl-iskeda: “Ġurisdizzjoni (Jurisdiction)”.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Informazzjoni ġenerali dwar liema qrati jittrattaw liema tipi ta’ kawżi fl-Iskozja hija pprovduta fl-iskeda: “Ġurisdizzjoni (Jurisdiction)”.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Informazzjoni ġenerali dwar liema qrati jittrattaw liema tipi ta’ kawżi fl-Iskozja hija pprovduta fl-iskeda: “Ġurisdizzjoni (Jurisdiction)”.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

M’hemm l-ebda rekwiżit li persuna trid tkun rappreżentata legalment fil-qrati ċivili Skoċċiżi.

Persuna li tidher mingħajr rappreżentanza legali hija magħrufa bħala “parti fil-kawża” (party litigant). Xi gwida speċifika hija disponibbli għall-partijiet fil-kawża fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGwida għall-partijiet fil-kawża (Guidance for party litigants)

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Inti għandek l-ewwel tikkuntattja lill-persunal amministrattiv tal-qorti. Tista’ tikkuntattja lill-qorti bil-miktub, bit-telefown jew billi tmur personalment. Jekk tiktbilhom, huma ser jippruvaw iwieġbuk bil-miktub jew permezz tat-telefown fi żmien 10 ijiem tax-xogħol.

L-informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ u d-dettalji tal-kuntatt tinsab fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) taħt il-Postijiet tal-Qrati u t-Tribunali.

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) jipprovdi persunal li jkun imħarreġ kif xieraq biex iwettaq is-servizzi amministrattivi, tekniċi u organizzattivi meħtieġa għat-tmexxija bla xkiel tal-qrati filwaqt li jipprovdu servizz effiċjenti u b’korteżija lill-utenti tal-qorti. F’dan ir-rigward hemm Karta tal-Utenti tal-Qorti li d-dettalji tagħha jinsabu fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).

Il-persunal tal-Qrati u tat-Tribunali Skoċċiżi mhuwiex ikkwalifikat fil-liġi u għalhekk ma jistax jagħtik parir legali. Jekk teħtieġ parir legali, l-Għaqda tal-Liġi tal-Iskozja (Law Society of Scotland) tista’ tipprovdi dettalji ta’ kuntatt ta' avukati fiż-żona tiegħek u l-Bord tal-Għajnuna Legali għall-Iskozja (Scottish Legal Aid Board) jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-eliġibbiltà għall-għajnuna legali.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-proċedimenti tal-Qorti għandhom jitressqu bl-Ingliż. Il-proċedimenti jsiru bl-Ingliż bl-għajnuna ta’ interpreti jekk jintalbu. L-interpreti jitħallsu mill-partijiet fl-azzjoni. Il-formoli meħtieġa biex tittieħed azzjoni għandhom jittieħdu personalment jew jintbagħtu bil-posta lill-qorti.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ġeneralment, biex tressaq talba trid timla formola. Ir-Regoli tal-Qorti għal kull tip ta’ qorti jispeċifikaw liema formoli għandhom jintużaw sabiex jinbdew proċedimenti f’dawk il-qrati.

Jekk jogħġbok ara s-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) għal aktar informazzjoni relatata ma’ qrati speċifiċi: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Normalment ikollok tħallas it-tariffi tal-qorti fil-bidu tal-proċedimenti. It-tariffi jvarjaw skont it-tip ta’ azzjoni mressqa u l-qorti li titressaq fiha. It-tariffi huma stabbiliti f’leġiżlazzjoni sekondarja (imsejħa Ordnijiet dwar it-Tariffi (Fee Orders)) u jiġu aġġornati regolarment permezz ta' Ordnijiet dwar l-Emenda tat-Tariffi (Fee Amendment Orders). Għall-aktar tariffi aġġornati, jekk jogħġbok ara s-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).

F’ċerti ċirkostanzi inti tista’ tkun intitolat għal eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti. Dawk iċ-ċirkostanzi huma disponibbli wkoll fuq is-sit web tals-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service - SCTS).

Meta titla' l-qorti jkollok tħallas xi tariffi iżda jista’ jkun hemm spejjeż addizzjonali. Normalment il-parti telliefa tkun responsabbli għall-ħlas tal-kostijiet tal-qorti u spejjeż oħra mġarrba mill-parti rebbieħa u l-kostijiet u l-ispejjeż tagħhom stess. F’xi każijiet, l-imħallef ikollu ċerta diskrezzjoni dwar kemm ikollha tħallas il-parti telliefa. Parti rebbieħa xorta waħda jista' jkollha tkopri l-ispejjeż tal-evidenza tax-xhieda jew tal-esperti tagħha stess.

It-tariffi tal-avukati normalment ikunu jistgħu jitħallsu meta tintemm il-kawża. Jekk inti tirbaħ il-kawża tiegħek, il-qorti tista’ tordna lill-konvenut iħallas parti mit-tariffi jew it-tariffi kollha tal-avukati tiegħek. Għandek iżżomm f'moħħok ukoll li għalkemm il-qorti tista’ tiddeċiedi favur tiegħek (li jfisser li tordna lill-konvenut iħallsek), il-qorti mhux se tieħu passi awtomatikament biex tiżgura li l-flus jitħallsu. Jekk il-konvenut ma jħallasx, inti trid titlob lill-qorti biex tieħu azzjoni (imsejħa “eżekuzzjoni tas-sentenza tiegħek”) li għaliha jista’ jkollok tħallas tariffa oħra. Aktar informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi tista’ tinkiseb f’għadd ta’ fuljetti: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFuljetti dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Hemm tipi differenti ta’ finanzjament legali disponibbli f'materji ċivili. It-tip ta’ finanzjament u l-eliġibbiltà li tirċevieh jiddependu fuq għadd ta’ fatturi inklużi t-tip ta’ azzjoni legali u d-dħul tar-rikorrent. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord Skoċċiż tal-Għajnuna Legali (Scottish Legal Aid Board).

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Azzjoni tibda meta l-formola, it-taħrika, iċ-ċitazzjoni jew il-petizzjoni tiġi nnotifikata lill-konvenut mill-attur. In-notifika normalment issir bil-posta, iżda tista’ ssir minn Uffiċjal tax-Sheriff jew Uffiċjal Ġudizzjarju (Messenger-at-arms).

Meta formola, ċitazzjoni, taħrika jew petizzjoni tiġi ppreżentata lil Skrivan tax-Xeriff (Sheriff Clerk) għal ġustifikazzjoni (jew ippreżentata lill-uffiċċji tal-qorti għall-issiġillar fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session)), il-persunal amministrattiv se jiċċekkja d-dokument biex jiżgura li tkun ingħatat l-informazzjoni meħtieġa. Il-persunal amministrattivi ma jagħtix pariri legali dwar il-merti ta’ kawża. Ladarba tkun inbdiet azzjoni, il-qorti xorta tista’ tikkonkludi li l-azzjoni ma tkunx tressqet b’mod korrett.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Id-dokumenti nnotifikati lill-konvenut se jipprovdu lill-konvenut b’informazzjoni dwar kif se jirrispondi għall-azzjoni, f’liema skadenzi u meta se ssir is-seduta li jmiss tal-kawża.

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish and Courts Tribunals Service) jipprova jippjana s-seduti kollha malajr kemm jista’ jkun. F’kawżi ċivili, il-mira għas-smigħ tal-evidenza hija ta’ 12-il ġimgħa mid-data li tingħata mill-qorti għal smigħ tal-provi.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Skoċċiż tal-Għajnuna Legali (Scottish Legal Aid Board)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħaqda tal-Liġi tal-Iskozja (Law Society of Scotland) (avukati, inklużi dawk bi drittijiet estiżi ta’ udjenza)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Fakultà tal-Avukati (Faculty of Advocates) (rappreżentanza)

L-aħħar aġġornament: 24/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Ġibiltà

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-preżentata ta’ talba fil-qorti għandha tkun l-aħħar rimedju tiegħek. L-ewwel għandek tikkunsidra modi oħra kif tista’ ssolvi l-kwistjoni. Pereżempju, jekk xi ħadd għandu jagħtik il-flus tista’ tikteb ittra lill-persuna li għandha tagħtik, tgħidilha kemm għandha tagħtik, għal xiex huwa dovut l-ammont, u x’passi ħadt diġà biex tirkuprahom. Tista’ tinkludi twissija li jekk ma jħallsux sad-data msemmija inti ser tressaq talba l-qorti.

Jekk ma tkunx tista’ ssolvi l-affarijiet b’ebda mod ieħor tista’ tiddeċiedi li tressaq talba. Jekk it-talba tiegħek tiġi kkontestata, tista’ tipproċedi b’wieħed minn tliet modi. Il-ġurisdizzjoni għal talbiet żgħar tal-Qorti Suprema (Supreme Court) hija sistema għas-smigħ ta’ talbiet żgħar (ġeneralment ta’ £10 000 jew inqas) b’mod rapidu, irħis u faċli biex jintuża. Għal talbiet akbar, il-Qorti Suprema (Supreme Court) għandha żewġ perkorsi oħra. Il-perkors rapidu normalment huwa għal każijiet fejn l-ammont tat-tilwima jkun ta’ aktar minn £10 000 iżda mhux aktar minn £15 000, fejn hemm bżonn biss ta’ divulgazzjoni limitata ta’ dokumenti lill-konvenut u fejn ikun meħtieġ perjodu ta’ mhux aktar minn madwar 30 ġimgħa biex issir it-tħejjija għall-proċess. Il-każijiet l-oħra kollha huma allokati għall-perkors multiplu.

Il-biċċa l-kbira tal-“partijiet fil-kawża” (nies involuti f’kawżi quddiem qorti) li jaġixxu għalihom infushom jagħżlu li jippreżentaw it-talba fil-ġurisdizzjoni tat-Talbiet Żgħar.

Għalkemm l-informazzjoni ta’ hawn taħt tista’ tgħinek tiddeċiedi kif tista’ ssolvi bl-aħjar mod it-tilwima tiegħek, ġeneralment din tagħtik biss idea ġenerali ta’ x’jista’ jiġri. Ma tispjegax kollox dwar ir-regoli, l-ispejjeż u l-proċeduri tal-qorti li jistgħu jaffettwaw tipi differenti ta’ talbiet b’modi differenti. Għandek tiftakar ukoll li anke jekk tirbaħ il-kawża tiegħek, il-qorti ma tistax tiggarantixxi li se tkun tista’ tiġbor il-flus dovuti lilek.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Hemm limiti ta’ żmien jew perjodi ta’ preskrizzjoni li matulhom għandha titressaq kawża quddiem il-qorti. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni ġenerali huwa sitt snin mid-data rilevanti – pereżempju d-data tal-ksur tal-kuntratt jew meta jkunu ġġarrbu d-danni jew, xi kultant, meta jkun ġiet skopert xi dannui. Perjodi oħra ta’ preskrizzjoni jinkludu sena għal malafama jew tliet snin għal negliġenza klinika u offiża fuq il-persuna. Il-perjodi ta’ preskrizzjoni jistgħu jinstabu fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1960 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1960) . Il-kwistjoni tal-limiti ta’ żmien tista’ tiġi ċċarata ma’ avukat jew mal-Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureau).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Hemm regoli speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tal-UE li jiddeterminaw l-Istat Membru fejn għandha titressaq talba. Aktar informazzjoni tista' tinstab fil-paġna “Ġurisdizzjoni”.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

F’Ġibiltà hemm bini tal-qorti wieħed biss. Is-Servizz tal-Qrati ta’ Ġibiltà (Gibraltar Courts Service) jinsab f’277 Main Street, Ġibiltà.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

F’Ġibiltà hemm bini tal-qorti wieħed biss. Is-Servizz tal-Qrati ta’ Ġibiltà (Gibraltar Courts Service) jinsab f’277 Main Street, Ġibiltà.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ma hemm l-ebda rekwiżit li persuna tieħu parir mingħand avukat, jew li tkun irrappreżentata minn wieħed. Persuna li tirrappreżenta lilha nnifisha f’kawża tista’ tressaq kwalunkwe talba personalment. Dan huwa f’idejn l-individwu kkonċernat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Tista’ tippreżenta (“issue”) jew tagħmel talba fil-Qorti Suprema (Supreme Court) ta’ Ġibiltà, 277 Main Street, Ġibiltà.

Ir-Reġistru tal-Qorti Suprema (Supreme Court Registry) huwa miftuħ bejn id-9.30 a.m. u l-4.00 p.m. mit-Tnejn sal-Ħamis u bejn id-9.30 a.m. u l-3.45 p.m. nhar ta’ Ġimgħa (ħinijiet iqsar tal-uffiċċju japplikaw matul ix-xhur tas-sajf). Hemm uffiċċju għall-pubbliku fejn il-persunal tal-qorti jistgħu jirċievi talbiet u jipprovdi informazzjoni dwar proċeduri tal-qorti. Il-persunal tal-qorti ma jistax jagħti pariri legali. (Jistgħu forsi jgħidulek jekk tistax tapplika għal għajnuna legali.)

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi? Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

It-talbiet għandhom jimtlew bil-miktub bl-Ingliż u l-proċedimenti tal-qorti jsiru bl-Ingliż, bl-għajnuna ta’ interpreti jekk ikun meħtieġ. B’mod ġenerali, talba għandha tittieħed personalment lir-Reġistru tal-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà (Registry of the Supreme Court of Gibraltar).

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi? Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ġeneralment, biex tressaq talba trid timla formola tat-talba (Formola N1). Il-persunal tar-Reġistru tal-Qorti Suprema (Supreme Court Registry jista' jgħinek tikseb kopji tal-formola. Il-persunal jista' jiġi kkuntattjat fir-Reġistru tal-Qorti Suprema (Supreme Court Registry), 277 Main Street, Ġibiltà jew fuq in-numru tat-telefown (+350) 200 75608.

Din il-formola tinkludi noti ta’ gwida għall-attur u għall-konvenut (il-persuna, ditta jew kumpanija li qed issir it-talba kontriha). Il-persunal tal-Qorti jista' jgħinek biex timla l-formola. In-noti ta’ gwida jagħtu dettalji tal-informazzjoni li għandek tinkludi mat-talba tiegħek. Wara li timla l-formola, għandek tagħmel kopja għalik, waħda għall-qorti u waħda għal kull konvenut li kontrih tkun ressaqt talba. Wara li r-Reġistru tal-Qorti Suprema (Supreme Court Registry) jkun ħareġ il-formola tat-talba, din tiġi rritornata lilek biex tkun tista’ tibgħat kopja lil kull konvenut. Il-konvenut għandu jintbagħat ukoll Konferma tal-Formola ta’ Notifika u Pakkett tar-Risposta (Response Pack).

Hemm għadd ta’ formoli oħra li għandhom jintużaw f’tipi ta’ proċedimenti oħrajn jew għal stadji sussegwenti ta’ talba.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Normalment ikollok tħallas tariffa biex tippreżenta t-talba tiegħek. Il-livell tat-tariffa jkun jiddependi mill-ammont li qed titlob. Jekk il-konvenut ma jħallasx wara li tingħata s-sentenza, jew jekk jgħid li l-flus mhumiex dovuti u t-talba tiegħek tipproċedi bħala kawża “difiża” (ikkontestata), jista’ jkollok tħallas aktar tariffi. Jekk tirbaħ il-każ tiegħek, it-tariffi jiżdiedu mal-ammont li jkollu jagħtik il-konvenut.

Jista’ jkun hemm spejjeż oħra. Jekk il-konvenut jiddefendi t-talba tiegħek jista’ jkollok bżonn ta' xhieda biex jgħinuk tgħid lill-qorti x’ġara. Jista’ jkollok tħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom lejn u mill-qorti u l-flus li kieku kienu jaqilgħu dakinhar. Madankollu, jekk tirbaħ, il-qorti tista’ tordna lill-konvenut iħallas dawk l-ispejjeż.

Jista’ jkollok bżonn ukoll tikseb evidenza minn espert bħal tabib, mekkanik jew servejer. Jista’ wkoll ikollok bżonn titlob lil dan l-espert biex jattendi s-seduta tal-qorti biex jagħti evidenza f’ismek. Ikollok tħallas l-ispejjeż u l-onorarji tal-esperti iżda għal darb’oħra, jekk tirbaħ, il-qorti tista’ tordna lill-konvenut biex iħallashom hu.

L-ammonti li jistgħu jintalbu għall-ispejjeż tax-xiehda, tal-esperti u tal-konsulenza legali huma limitati fil-ġurisdizzjoni għal talbiet żgħar.

It-tariffi tal-avukati normalment jitħallsu fi tmiem il-kawża iżda din hija kwistjoni li trid tiġi miftiehma bejnek u bejn l-avukat. Jekk tirbaħ il-kawża tiegħek, il-qorti tista’ tordna lill-konvenut iħallas parti mit-tariffi jew it-tariffi kollha tal-avukati tiegħek. Madankollu, jekk għandek avukat u t-talba tiegħek hija inqas minn £10 000, normalment ikollok tħallas inti għall-għajnuna tiegħu, anki jekk tirbaħ il-kawża tiegħek. Għandek iżżomm f’moħħok ukoll li għalkemm il-qorti tista’ tiddeċiedi favur tiegħek (li jfisser li tordna lill-konvenut iħallsek), il-qorti ma tieħux passi awtomatikament biex tiżgura li l-flus jitħallsu. Jekk il-konvenut ma jħallasx, inti trid titlob lill-qorti biex tieħu azzjoni (imsejħa “eżekuzzjoni tas-sentenza tiegħek”) li għaliha jista’ jkollok tħallas tariffa oħra.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

F’Ġibiltà, l-għajnuna legali fi kwistjonijiet ċivili tissejjaħ “assistenza legali”. L-eliġibbiltà biex wieħed jirċeviha tiddependi fuq numru ta’ fatturi. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mir-Reġistru tal-Qorti Suprema (Supreme Court Registry), 277 Main Street, Ġibiltà jew fuq in-numru tat-telefown (+ 350) 200 75608.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Id-data li fiha jibdew il-proċedimenti hija d-data meta l-qorti toħroġ formola tat-talba. Id-data tal-ħruġ tiġi rreġistrata mill-qorti b’timbru tad-data. Jekk it-talba tinħareġ, ir-Reġistru tal-Qorti Suprema (Supreme Court Registry) jagħtik Avviż ta’ Ħruġ, li jagħti dettalji tad-data tal-ħruġ.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

L-Avviż tal-Ħruġ li jingħatalek mir-Reġistru tal-Qorti Suprema (Supreme Court Registry) ladarba tinħareġ it-talba jagħti dettalji dwar il-limiti ta’ żmien li fihom il-konvenut irid jippreżenta difiża. Jekk f'dak iż-żmien il-konvenut jikkontesta parti mit-talba jew it-talba kollha, tintbagħatlek kopja ta’ dik id-difiża flimkien ma’ Avviż ta’ Difiża u Kwestjonarju dwar l-Allokazzjoni. L-avviż u l-kwestjonarju jintbagħtu wkoll lill-konvenut. Ladarba jimtela, il-kwestjonarju jintuża minn imħallef biex jiddeċiedi għal liema mit-tliet perkorsi (għat-talbiet żgħar, rapidu jew multiplu) għandha tiġi allokata l-kawża. Meta l-imħallef ikun ħa deċiżjoni dwar l-allokazzjoni, jintbagħat Avviż tal-Allokazzjoni lilek u lill-partijiet l-oħra.

Jekk il-konvenut ma jikkontestax it-talba fil-perjodu speċifikat tista’ titlob lill-qorti biex jintlaqgħu t-talbiet (jiġifieri, tordna lill-konvenut iħallas l-ammont li tkun tlabt minħabba li ma tkun waslet l-ebda risposta). Jekk il-konvenut jammetti li l-flus kollha huma dovuti, tista’ wkoll titlob lill-qorti biex tgħaddi għas-sentenza. Dawn it-talbiet għal sentenza jsiru fuq l-Avviż ta’ Preżentata (Notice of Issue) li jingħatalek meta tiġi ppreżentata t-talba. Dan l-Avviż jistipula li jekk talba bħal din ma ssirx fi żmien sitt xhur minn tmiem il-perjodu li fih il-konvenut kellu jippreżenta risposta, it-talba tiegħek tiġi “sospiża” (jiġifieri sospiża jew imwaqqfa). L-unika azzjoni li tista’ tieħu mbagħad hija li tagħmel rikors quddiem imħallef biex jordna t-tneħħija tas-sospensjoni.

L-aħħar aġġornament: 23/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.