Which country's law applies?

When you are involved in litigation in a case where not all the facts of the case are connected with the same country, there is a need to establish the law which will be applied by the court in making a decision on the substance of the matter.

As international trade and travel expand, so too does the risk that a company or an individual might be involved in a dispute having an international element. The international element could be because the parties are of different nationality or that they reside in different countries or that they have entered into a contract concerning a transaction taking place abroad.

In the event of a dispute, it is not enough to determine which court has international jurisdiction to hear and determine the case; it also has to be established which law will be applicable to determine the substance of the matter.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 03/04/2024

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Belġju

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Is-sorsi vinkolanti tal-liġi domestika Belġjana huma l-leġiżlazzjoni, il-prinċipji ġenerali tal-liġi, u d-dritt konswetudinarju. Il-leġiżlazzjoni tiġi promulgata minn awtorità pubblika: il-prinċipji ġenerali tal-liġi huma legalment vinkolanti għaliex is-soċjetà hija konvinta mill-valur legali tagħhom; id-dritt konswetudinarju jinkludi l-użanza mhux miktuba u l-prattika ġeneralment aċċettata.

Fil-Belġju, il-qrati mhux meħtieġa jsegwu preċedent: il-ġurisprudenza, bħal l-opinjoni akkademika, għandha awtorità iżda ma torbothomx. Is-sentenzi tal-qorti huma validi biss bejn il-partijiet li kienu fil-kawża u għalhekk mhux fuq imħallfin oħra b’kawżi simili quddiemhom. Bl-eċċezzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali (Cour constitutionnelle/Grondwettelijk Hof), l-ebda qorti ma tista titlob li qrati oħra jsegwu preċedent tagħha. Anke sentenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation/Hof van Cassatie), li tista tħassar sentenza ta’ qorti inferjuri u tirreferiha għal ritrattazzjoni, ma tagħtix struzzjonijiet li jorbtu lill-qorti li terġa tisma l-każ mill-ġdid. Huwa biss meta l-Qorti tal-Kassazzjoni tagħti sentenza għat-tieni darba fl-istess każ illi l-kontenut ta’ dik is-sentenza jorbot fuq il-qorti msejjħa biex tagħti s-sentenza finali.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Jekk jogħġbok qis li s-Servizz Federali Pubbliku għall-Affarijiet Barranin għandu bażi tad-data li jagħti ħarsa ġenerali tal-konvenzjonijiet bilaterali u multilaterali ffirmati mill-1987:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://diplomatie.belgium.be/fr/traites

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://diplomatie.belgium.be/fr/traites

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://diplomatie.belgium.be/fr/traites

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://diplomatie.belgium.be/fr/traites

Il-kontenut ta’ bosta konvenzjonijiet fis-seħħ fil-Belġju huwa ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Belġju (Moniteur belge/Belgisch Staatsblad), disponibbli elettronikament mill-1997:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.belgium.be

Barra minn hekk, it-test ta’ ħafna konvenzjonijiet, anke dawk li ġew konklużi qabel l-1987, jinsab fl-istess sit elettroniku taħt l-intestatura ‘Législation consolidée’/‘Geconsolideerde Wetgeving’(li kien fiha 2,8000 oġġett mill-1 ta’ Awwissu 2004).

Fil-prinċipju l-Belġju huwa Stat sovran li għandu l-awtorità suprema fuq dawk soġġetti għall-ġuriżdizzjoni tal-qrati tiegħu. Madankollu, minħabba l-internazzjonalizzazzjoni dejjem tikber tas-soċjetà, il-Belġju qiegħed isir dejjem aktar marbut mir-regoli stabbiliti minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet supranazzjonali u internazzjonali. B’mod partikolari l-Unjoni Ewropea (UE), in-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u l-Kunsill tal-Ewropa għamlu impatt fuq il-liġi Belġjana bil-promulgazzjoni ta’ trattati u regolamenti (li jistgħu ikunu direttament applikabbli jew le) u bl-impożizzjoni ta’ direttivi u proċessi ta’ armonizzazzjoni legali sabiex iġiegħlu lill-Istati Membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jallinjaw is-sistemi legali interni tagħhom.

Il-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem direttament applikabbli fil-Belġju huma l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta Soċjali Ewropea, it-tnejn ippromulgati mill-Kunsill tal-Ewropa. It-testi korrispondenti fuq livell tan-Nazzjonijiet Uniti huma l-Patt dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali rispettivament.

Bħala organizzazzjoni supranazzjonali, l-Unjoni Ewropea (UE) għandha influwenza sinifikanti fuq l-Istati Membri tagħha, inkluż il-Belġju. L-istrumenti legali ewlenin tal-UE huma r-regolamenti, li huma direttament applikabbli, u d-direttivi, li jridu jiġu trasposti mill-Istati Membri nfushom.

Numru bla għadd ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet huma attivi fl-iżvilupp ta’ diversi oqsma tal-liġi, bħad-dritt internazzjonali privat, id-dritt kriminali internazzjonali, il-kummerċ internazzjonali u d-dritt ekonomiku. Biex insemmu biss ftit: in-Nazzjonijiet Uniti, l-UNCITRAL, il-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, il-UNIDROIT, il-Kunsill tal-Ewropa, l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istat Ċivili, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), il-IATA (it-Trasport bl-Ajru), l-Unjoni tal-Benelux, eċċ.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Kemm l-awtoritajiet federali kif ukoll l-awtoritajiet tal-istati federati tal-Belġju jistgħu, skont il-kompetenzi materjali tagħhom, jikkonkludu konvenzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi oħra jew reġjuni oħra tad-dinja. Bosta minn dawn il-konklużjonijiet jiġu konklużi ma’ pajjiżi ġirien jew pajjiżi li l-Belġju għandu relazzjonijiet kummerċjali mill-qrib jew importanti magħhom.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-Liġi tas-16 ta’ Lulju 2004 li tistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat (Code de doit international privé, minn issa l-quddiem ‘il-Kodiċi’) ġiet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali fis-27 ta’ Lulju 2004 (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.belgium.be). Tista’ tiġi kkonsultata minn dan is-sit elettroniku: ‘LeġiżlazzjoniIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaleġiżlazzjoni konsolidata’.

Din l-iskeda informattiva tispjega s-sitwazzjoni skont il-Kodiċi. Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi rigward kemm il-ġuriżdizzjoni internazzjonali kif ukoll l-effetti tal-istrumenti awtentiċi u s-sentenzi tal-qrati barranin huma applikabbli għall-kawżi li jitressqu wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi, kif ukoll għal sentenzi tal-qorti u strumenti awtentiċi mogħtija wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi. Każijiet li jippreċedu dan il-perjodu li jaqgħu barra l-arranġamenti tranżizzjonali fil-Kodiċi huma rregolati minn varjetà wiesgħa ta’ leġiżlazzjoni u korp sostanzjali ta’ ġurisprudenza u ta’ duttrina. Is-siti web segwenti jistgħu jkunu ta’ siwi:

- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.law.kuleuven.be/ipr/en

- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ipr.be/fr

- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.dipr.be/fr

Il-Kodiċi japplika biss sa fejn il-każ ma jkunx irregolat minn konvenzjonijiet internazzjonali, mil-liġi tal-Unjoni Ewropea jew minn leġiżlazzjoni speċifika.

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-imħallfin Belġjani ma japplikawx biss il-liġi Belġjana. Ta’ sikwit ikollhom jagħtu sentenza abbażi ta’ liġi barranija.

Fid-dritt internazzjonali privat tal-Belġju hemm stipulat li d-dritt barrani għandu jiġi applikat abbażi tal-interpretazzjoni li hija aċċettata fil-pajjiż barrani; jekk il-qorti nfisha ma tkunx tista’ tiddetermina l-kontenut tal-liġi barranija, tista’ titlob għall-kooperazzjoni tal-partijiet. Meta jkun jidher biċ-ċar li huwa impossibbli li l-qorti tiddetermina l-kontenut tal-liġi barranija fi żmien raġonevoli, din trid tapplika l-liġi tal-Belġju (l-Artikolu 15 tal-Kodiċi).

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Minn mindu ġie adottat il-Kodiċi, ir-renvoi ma għadux, b’mod ġenerali, aċċettat (l-Artikolu 16 tal-Kodiċi). Madankollu, il-Kodiċi jinkludi eċċezzjoni għal-liġi applikabbli għall-persuni ġuridiċi (l-Artikolu 110 tal-Kodiċi) u l-possibiltà ta’ renvoi lejn il-liġi tal-Belġju dwar il-kapaċità tal-persuni fiżiċi (ara aktar ’l isfel).

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Fattur ta’ konnessjoni jista’ jvarja tul iż-żmien (pereż. in-nazzjonalità) jew fl-ispazju (pereż. ir-residenza abitwali).

Il-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat jagħmel tentattiv biex jispeċifika r-regola li għandha tkun applikata fl-aktar sitwazzjonijiet komuni li fihom ikun hemm tibdil fil-fattur ta’ konnessjoni.

Fir-rigward tal-effetti taż-żwieġ, pereżempju, l-ewwel fattur ta’ konnessjoni skont il-Kodiċi huwa r-residenza abitwali tal-konjuġi fil-waqt li fih jiġu invokati l-effetti tiegħu (l-Artikolu 48).

Fil-każ ta’ filjazzjoni, il-Kodiċi jispeċifika li l-liġi applikabbli hija l-liġi taċ-ċittadinanza tal-persuna, fi żmien it-twelid tat-tarbija, li qiegħda tikkontesta l-filjazzjoni (l-Artikolu 62 tal-Kodiċi).

Id-drittijiet in rem fuq il-propjetà huma rregolati mil-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab il-proprjetà fil-waqt tal-invokazzjoni tad-dritt. Madankollu, il-Kodiċi jispeċifika li l-akkwiżizzjoni u t-telf ta’ tali drittijiet huma rregolati mil-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab il-proprjetà fil-waqt li seħħew l-atti jew il-fatti invokati bħala bażi għall-akkwiżizzjoni jew it-telf tad-dritt (l-Artikolu 87 tal-Kodiċi).

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Ir-regoli normali dwar il-konflitt ta’ liġijiet ma japplikawx f’għadd ta’ każijiet definiti fil-Kodiċi.

1. Il-liġi deżinjata mill-Kodiċi, b’eċċezzjoni, mhijiex applikabbli fil-każijiet li fihom ikun jidher biċ-ċar li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha, is-sitwazzjoni għandha biss rabta dgħajfa mal-Belġju, u hija marbuta mill-qrib ferm ma’ Stat ieħor. F’dan il-każ, tapplika l-liġi ta’ dak l-Istat l-ieħor (l-Artikolu 19 tal-Kodiċi).

2. Ir-regoli supremi jew ir-regoli tal-liġi pubblika tal-liġi tal-Belġju li jirregolaw sitwazzjoni internazzjonali irrispettivament mil-liġi deżinjata mir-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet jibqgħu applikabbli (l-Artikolu 20 tal-Kodiċi).

3. Teżisti eċċezzjoni għall-politika pubblika internazzjonali li tippermetti li ċerti aspetti ta’ liġi barranija ma jkunux applikati jekk l-effett tagħhom ikun intollerabbli fl-ordinament ġuridiku tal-Belġju (l-Artikolu 21 tal-Kodiċi).

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-qorti tal-Belġju tista’ tirrikjedi lill-partijiet biex jistabbilixxu l-kontenut u l-ambitu tal-liġi barranija. Il-qorti tista’ tapplika wkoll il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-informazzjoni dwar id-dritt barrani, iffirmata f’Londra fis-7 ta’ Ġunju 1968. Meta tkun rikjesta evidenza awtentika, il-parti tintalab tipproduċi dikjarazzjoni magħrufa bħala certificat de coutume, li fiha l-awtorità barranija xierqa tagħti evidenza awtentika tar-regoli li huma jew li kienu applikabbli f’pajjiżha.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Meta l-qorti tal-Belġju jkollha ġuriżdizzjoni skont ir-regoli msemmija aktar ’il fuq, xorta trid tikkunsidra liema liġi għandha tiġi applikata minnha fir-rigward tat-tilwima. Hija tieħu deċiżjoni dwar din il-kwistjoni f’konformità mad-dritt internazzjonali privat tal-Belġju. Skont ir-ratione materiae tat-tilwima, hemm diversi fatturi li jistgħu jikkollegaw il-każ ma’ ordinament ġuridiku partikolari. Il-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat huwa strutturat skont is-suġġett, u jindika l-fattur ta’ konnessjoni rilevanti għall-materja. Uħud minn dawn l-oqsma huma diskussi aktar ’l isfel.

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Din il-materja hija regolata mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, magħruf bħala r-Regolament “Ruma I”. Il-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat jestendi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma l-antika tal-1980 għal kwistjonijiet kontrattwali li kienu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Il-Kodiċi dalwaqt għandu jiġi adattat biex iqis is-sitwazzjoni li tirriżulta mis-sostituzzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma l-antika bir-Regolament Ruma I.

Madankollu, ċerti materji esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament huma rregolati minn regoli speċifiċi, jew:

– skont konvenzjonijiet internazzjonali (b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tas-7 ta’ Ġunju 1930 għar-riżolviment ta’ ċerti konflitti tal-liġijiet f’rabta mal-kambjali u maċ-ċedoli, u l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tad-19 ta’ Marzu 1931 għar-riżolviment ta’ ċertu konflitt tal-liġijiet f’rabta maċ-ċekkijiet), jew inkella

– skont dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kodiċi (b’mod partikolari l-Artikolu 124 dwar it-trusts u l-Artikolu 111 dwar il-ftehimiet ta’ sħubija).

Fl-aħħar nett, ta’ min jieħu nota tal-fatt li, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament, ċerti konvenzjonijiet internazzjonali jibqgħu japplikaw, jiġifieri:

– il-Konvenzjoni ta’ Budapest tal-21 ta’ Ġunju 2001 dwar il-kuntratt għat-trasport tal-merkanzija permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma intern,

– il-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Londra tat-28 ta’ April 1989 dwar l-assistenza,

– il-Konvenzjonijiet Internazzjonali għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli fir-rigward tal-kolliżjonijiet u s-salvataġġ fuq il-baħar, iffirmati fi Brussell fit-23 ta’ Settembru 1910, u l-Protokoll tal-Firma mehmuż miegħu.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Din il-materja hija regolata mir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali, magħruf bħala r-”Regolament Ruma II”. Il-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat japplika wkoll għal kwistjonijiet esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

Madankollu, ċerti materji li mhumiex koperti mir-Regolament huma rregolati minn regoli speċifiċi. Għaldaqstant, l-obbligu li jirriżulta minn att malafamanti jew minn ksur tad-drittijiet tal-privatezza jew tal-personalità huwa rregolat mil-liġi tal-Istat fejn ikun seħħ l-att jew id-dannu jew fejn ikun hemm it-theddida li jseħħ, fuq għażla tal-attur, sakemm il-persuna responsabbli ma tistabbilixxix li ma setgħetx tipprevedi li d-dannu kien se jseħħ f’dak l-Istat (ara l-Artikolu 99 tal-Kodiċi).

Ta’ min jinnota, li skont l-Artikolu 28 tar-Regolament, ċerti konvenzjonijiet internazzjonali jibqgħu japplikaw, jiġifieri:

– Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-4 ta’ Mejju 1971 dwar il-liġi applikabbli għall-inċidenti tat-traffiku,

– il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli dwar il-ġuriżdizzjoni ċivili f’materji ta’ kolliżjoni, il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli relatati mal-ġuriżdizzjoni penali fi kwistjonijiet ta’ kolliżjoni jew inċidenti oħra ta’ navigazzjoni, u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli relatati mas-sekwestru tal-bastimenti tal-baħar, kollha kemm huma ffirmati fi Brussell fl-10 ta’ Mejju 1952,

– il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-assistenza, Londra, it-28 ta’ Mejju 1989,

– il-Konvenzjoni dwar l-għoti ta’ privattivi Ewropej, Munich, il-5 ta’ Ottubru 1973,

– il-Konvenzjoni Internazzjonali tad-29 ta’ Mejju 1933 għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli relatati mas-sekwestru kawtelatorju tal-inġenji tal-ajru,

– il-Konvenzjonijiet Internazzjonali għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli fir-rigward tal-kolliżjonijiet u s-salvataġġ fuq il-baħar, iffirmati fi Brussell fit-23 ta’ Settembru 1910, u l-Protokoll tal-Firma mehmuż miegħu.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Kodiċi, il-liġi applikabbli f’tilwimiet relatati mal-kapaċità u l-istatus personali hija l-liġi tal-istess Stat tan-nazzjonalità tal-persuna. L-istess regola tapplika għal bidliet fil-ġeneru (l-Artikolu 35 ter tal-Kodiċi).

Fir-rigward tal-kapaċità tal-persuni fiżiċi, il-Kodiċi jinkludi dispożizzjoni għal renvoiparzjali: il-kwistjoni tkun koperta mil-liġi tal-Belġju jekk id-dritt barrani jkun jitlob l-applikazzjoni tal-liġi tal-Belġju (l-Artikolu 34 tal-Kodiċi).

Skont il-prinċipju ġenerali, il-liġi applikabbli għall-iddeterminar tal-kunjomijiet u tal-ismijiet hija l-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità tal-persuna (l-Artikolu 37 (1) tal-Kodiċi) jew, jekk ikollhom iktar minn passaport wieħed, il-liġi ta’ wieħed minn dawk l-Istati li tagħhom hija ċittadin (l-Artikolu 37(2) tal-Kodiċi).

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Bħala regola ġenerali biex tiġi determinata l-liġi applikabbli, l-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu tal-Kodiċi jistipula li d-determinazzjoni u l-kontestazzjoni tal-paternità jew tal-maternità ta’ persuna hija rregolata mil-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità tal-persuna fil-waqt tat-twelid tat-tarbija jew, jekk id-determinazzjoni tal-paternità jew tal-maternità tirriżulta minn att volontarju, fil-waqt ta’ dak l-att.

Meta l-liġi deżinjata ma teħtieġx il-kunsens tal-wild f’każ ta’ determinazzjoni volontarja tal-filjazzjoni, ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet ta’ dan il-kunsens u l-forma tal-esprezzjoni huma determinati mil-liġi tal-Istat fejn huwa abitwalment residenti l-wild fil-mument tal-kunsens (l-Artikolu 62(1), it-tieni subparagrafu tal-Kodiċi).

3.4.2 L-adozzjoni

Il-kundizzjonijiet biex tkun stabbilita adozzjoni huma rregolati mil-liġi nazzjonali tal-ġenitur adottiv jew id-dritt nazzjonali komuni konġunt tal-ġenituri adottivi. Jekk il-ġenituri adottivi ma jkollhomx l-istess nazzjonalità, il-kundizzjonijiet huma rregolati mil-liġi tar-residenza abitwali tagħhom jew, jekk dan ma jkunx possibbli, mil-liġi tal-Belġju (l-Artikolu 67 tal-Kodiċi).

Il-liġi applikabbli għad-diversi kunsensi meħtieġa hija dik tal-Istat li fih il-persuna adottata jkollha r-residenza abitwali tagħha. Madankollu, jekk din il-liġi ma tirrikjedix il-kunsens tal-persuna adottata jew tal-awturi jew rappreżentanti legali, jew ma tipprevedix l-adozzjoni, il-kunsens jiġi regolat mil-liġi tal-Belġju (l-Artikoli 67 u 68 tal-Kodiċi).

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Fir-rigward tal-liġi applikabbli għaż-żwieġ, il-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat jagħmel distinzjoni bejn:

1. il-wegħda ta’ żwieġ: il-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tal-konjuġi futuri jew, jekk dan ma jkunx possibbli, il-liġi tal-Istat li ż-żewġ konjuġi futuri jkollhom in-nazzjonalità tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, il-liġi tal-Belġju (l-Artikolu 45 tal-Kodiċi);

2. il-konklużjoni ta’ żwieġ: il-liġi nazzjonali ta’ kull wieħed mill-konjuġi, bil-possibbiltà tal-eċċezzjoni ta’ żwieġ bejn persuni tal-istess sess fis-sens li d-dispożizzjoni ta’ liġi barranija li tipprojbixxi tali żwieġ tkun eskluża jekk wieħed mill-konjuġi jkollu n-nazzjonalità ta’ Stat li l-liġi tiegħu tkun tippermetti tali żwieġ jew ikollu r-residenza abitwali tiegħu fih (l-Artikolu 46 tal-Kodiċi);

3. formalitajiet: il-liġi tal-Istat fejn jiġi ċċelebrat iż-żwieġ (l-Artikolu 47 tal-Kodiċi);

4. l-effetti ta’ żwieġ: il-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tal-konjuġi jew, jekk dan ma jkunx possibbli, il-liġi tal-Istat li ż-żewġ konjuġi jkollhom in-nazzjonalità tiegħu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, il-liġi tal-Belġju (l-Artikolu 48 tal-Kodiċi).

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

Fir-rigward tas-sħubijiet jew kull għamla ta’ koabitazzjoni soġġetta għar-reġistrazzjoni, il-liġi tal-Belġju tiddistingwi bejn ir-relazzjonijiet bejn il-koabitanti li joħolqu rabta ekwivalenti għaż-żwieġ u relazzjonijiet li ma joħolqux rabta ekwivalenti għaż-żwieġ.

Il-liġi applikabbli għal dawk tal-ewwel hija l-liġi li tapplika għaż-żwieġ (ara aktar ’il fuq), filwaqt li l-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet ta’ koabitazzjoni li ma joħolqux rabta ekwivalenti għaż-żwieġ hija l-liġi tal-Istat fejn tkun ġiet irreġistrata r-relazzjoni ta’ koabitazzjoni għall-ewwel darba.

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika li tirregola r-relazzjonijiet ta’ koabitazzjoni mhux irreġistrati.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

F’dak li jikkonċerna d-divorju u s-separazzjoni de facto, ir-regoli fir-Nru 1259/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, magħruf bħala “Ruma III”, saru ġeneralment applikabbli. L-għażla tal-liġi applikabbli għall-konjuġi trid tiġi speċifikata mhux iktar tard mill-ewwel dehra tagħhom quddiem il-qorti li quddiemha tressaq ir-rikors għad-divorzju jew separazzjoni legali.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment jirreferi għall-istatus ta’ manteniment għall-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment. Normalment, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-Istat li fih il-kreditur tal-manteniment ikollu r-residenza abitwali tiegħu jew tagħha. Madanakollu, jeżistu regoli speċjali bejn it-tfal u l-ġenituri tagħhom, fil-konfront ta’ persuni taħt il-21 sena fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ persuni li mhumiex il-ġenituri tagħhom, bejn konjuġi u eks konjuġi, u bejn persuni li ż-żwieġ tagħhom ikun ġie annullat. Il-Protokoll għandu wkoll dispożizzjoni li tippermetti lill-partijiet li jindikaw il-liġi applikabbli.

Barra minn hekk, il-Konvenzjoni tal-Aja tal-24 ta’ Ottubru 1956 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment fil-konfront tat-tfal tapplika għar-relazzjonijiet bejn il-Belġju u Stat li jkun parti minnha mingħajr ma jkun għadu rratifika l-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 indikat aktar ’il fuq.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Is-sħab jistgħu jagħżlu għalihom infushom il-liġi li tirregola r-reġim tal-proprjetà matrimonjali tagħhom. Din l-għażla hija limitata bejn il-liġi tal-Istat tal-ewwel residenza abitwali tas-sħab wara ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ tagħhom, u l-liġi nazzjonali ta’ wieħed mill-konjuġi (l-Artikolu 49 tal-Kodiċi).

Fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi applikabbli, ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali jkun irregolat mil-liġi tal-Istat tal-ewwel residenza abitwali tas-sħab wara ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ tagħhom. Fil-każ li dawn ir-residenzi abitwali ma jkunux fl-istess Stat, il-liġi applikabbli hija dik tal-Istat li ż-żewġ sħab kellhom in-nazzjonalità tiegħu fil-waqt taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ tagħhom. F’każijiet oħra, il-liġi li tapplika hija l-liġi tal-Istat fejn kien iċċelebrat iż-żwieġ (l-Artikolu 51 tal-Kodiċi).

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Dan il-qasam huwa rregolat mir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

3.8 Proprjetà reali

Għall-iddeterminar tal-liġi applikabbli, jintuża wkoll il-kriterju tal-lok li fih tinsab il-proprjetà (l-Artikolu 87 tal-Kodiċi).

3.9 Insolvenza

L-insolvenza hija rregolata mir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-proċedimenti ta’ falliment. Il-prinċipju bażiku fir-Regolament huwa li hemm proċedura universali ewlenija waħda ta’ insolvenza, li eventwalment tkun segwita minn proċedura territorjali sekondarji

L-aħħar aġġornament: 17/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Bulgarija

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Id-dispożizzjonijiet essenzjali tad-dritt internazzjonali privat Bulgaru jinsabu fil-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat (Kodeks na mezhdunarodnoto chastno pravo) (KMCP). Il-prinċipju ewlieni li jiddetermina l-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet fid-dritt privat b’element internazzjonali huwa li relazzjonijiet bħal dawn huma rregolati mil-liġi tal-Istat li miegħu jkunu marbuta l-aktar mill-qrib.

Skont il-Kostituzzjoni, it-trattati internazzjonali ratifikati huma parti mil-liġi domestika tal-pajjiż u jipprevalu fuq ir-regoli tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet applikati fi proċeduri ċivili jistgħu jinstabu wkoll fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Grazhdanski protsesualen kodeks, GPK).

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Ara hawn fuq

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Ara hawn fuq

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Skont l-Artikolu 28 tal-KMCP, il-ġurisdizzjoni internazzjonali tiġi vverifikata mill-qorti fuq l-inizjattiva tagħha stess, mingħajr ma l-partijiet fil-kawża jkollhom jitolbu dan. Id-deċiżjoni li tiddetermina li l-eżistenza jew l-assenza ta’ dik il-ġurisdizzjoni hija soġġetta għal appell intermedju u ta’ kassazzjoni. Hemm ċans li l-qorti tkun familjari ma’ u tapplika r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet.

Meta d-determinazzjoni ta’ liema liġi tapplika tiddependi fuq il-klassifikazzjoni tal-elementi essenzjali jew tar-relazzjoni legali, dawn l-elementi jew relazzjonijiet jiġu kklassifikati skont il-liġi Bulgara. Fil-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni, il-qorti trid tqis l-element internazzjonali fir-relazzjonijiet li jkunu qed jiġu solvuti.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Id-dritt internazzjonali privat Bulgaru huwa familjari ma’ u jirrikorri għad-duttrina tar-renvoi. Ir-remissjoni għal-liġi Bulgara u t-trażmissjoni għal-liġi ta’ pajjiż terz mhumiex ammissibbli fir-rigward ta’:

1. l-istatus legali ta’ persuni ġuridiċi u ta’ entitajiet mhux inkorporati;

2. ir-rekwiżiti formali għat-tranżazzjonijiet legali;

3. l-għażla tal-liġi applikabbli;

4. manteniment;

5. relazzjonijiet kuntrattwali;

6. relazzjonijiet mhux kuntrattwali.

Skont l-Artikolu 40(3) tal-KMPC, il-liġi sostantiva Bulgara jew, rispettivament, il-liġi sostantiva tal-pajjiż terz, tapplika fil-każ li r-renvoi jiġi aċċettat.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Skont l-Artikolu 27 tal-KMCP, jekk ir-raġunijiet għall-ġurisdizzjoni internazzjonali kienu jeżistu meta nfetħet il-kawża, dik il-ġurisdizzjoni tinżamm anke jekk dawn ir-raġunijiet ma jibqgħux fis-seħħ waqt li l-proċeduri jkunu għaddejjin. Jekk il-ġurisdizzjoni internazzjonali ma kinitx teżisti meta nfetħet il-kawża, din il-ġurisdizzjoni tingħata jekk jinħolqu r-raġunijiet għaliha waqt li l-proċeduri jkunu għaddejjin.

Kwalunkwe bidla intervenjenti fiċ-ċirkostanzi sottostanti għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli m’għandhiex effett retroattiv: l-Artikolu 42 tal-KMCP.

Jekk il-post fejn tkun tinsab proprjetà jinbidel wara li jiġi stabbilit jew mitmum dritt in rem, il-liġi applikabbli tinbidel b’mod korrispondenti. Skont l-Artikolu 66 tal-KMCP, meta proprjetà tiġi rilokata, id-drittijiet miksuba skont il-liġi tal-Istat fejn kienet tinsab qabel dik il-proprjetà ma jistgħux jiġu eżerċitati bi preġudizzju għall-liġi tal-Istat fejn dik il-proprjetà tkun ġiet rilokata.

Skont l-Artikolu 93(4) tal-KMCP, il-partijiet f’kuntratt jistgħu fi kwalunkwe ħin jaqblu li jissoġġettaw dak il-kuntratt kompletament jew parzjalment għal liġi għajr dik li qabel kienet tirregola l-kuntratt ikkonċernat.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-uniku każ fejn dispożizzjoni ta’ liġi barranija ma tapplikax huwa jekk il-konsegwenzi tal-applikazzjoni tagħha jkunu manifestament inkompatibbli mal-politika pubblika Bulgara.

L-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet fil-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli obbligatorji tal-liġi Bulgara li, meta wieħed iqis is-suġġett u l-għan tagħhom, iridu japplikaw minkejja t-trażmissjoni għal liġi barranija.

Il-qorti tista’ tqis ir-regoli obbligatorji ta’ Stat ieħor li miegħu r-relazzjoni għandha rabta mill-qrib jekk dawn ir-regoli, skont il-liġi tal-Istat li jkun stabbilixxa dawn ir-regoli, iridu jiġu applikati irrispettivament minn liema liġi tkun ġiet iddeterminata bħala applikabbli minn regola tal-Kodiċi dwar il-kunflitt tal-liġijiet. Sabiex tiddeċiedi jekk għandhiex tikkunsidra tali regoli speċjali obbligatorji, il-qorti jeħtiġilha tqis in-natura ta’ dawn ir-regoli u s-suġġett tagħhom u l-konsegwenzi tal-applikazzjoni jew tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħhom.

Il-qrati Bulgari għandhom ġurisdizzjoni fuq azzjonijiet li jitressqu kontra diversi konvenuti jekk jeżistu r-raġunijiet għall-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ wieħed minn dawn il-konvenuti. Meta l-qrati Bulgari jkollhom ġurisdizzjoni fuq waħda mill-azzjonijiet imressqa mill-attur, huma għandhom ġurisdizzjoni biex jeżaminaw il-bqija tal-azzjonijiet ukoll.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-qorti jew awtorità oħra li tapplika l-liġi tistabbilixxi l-kontenut tal-liġi barranija fuq l-inizjattiva tagħha stess. Il-qorti tista’ tirrikorri għall-metodi previsti fit-trattati internazzjonali, tista’ titlob informazzjoni mill-Ministeru tal-Ġustizzja jew minn korp ieħor, u titlob opinjonijiet mingħand esperti u istituzzjonijiet speċjalizzati.

Minkejja dak li ntqal hawn fuq, il-partijiet għandhom id-dritt li jipproduċu dokumenti li jistabbilixxu l-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-liġi barranija li fuqha jibbażaw il-mozzjonijiet jew l-oġġezzjonijiet tagħhom, jew inkella jgħinu lill-qorti jew lil awtorità oħra li tapplika l-liġi. Il-qorti jew awtorità oħra li tapplika l-liġi tista’ tordna lill-partijiet biex jgħinu fl-istabbiliment tal-kontenut tal-liġi barranija.

Il-liġi barranija tiġi interpretata u applikata bl-istess mod kif tiġi interpretata u applikata fl-Istat li ħoloqha.

It-tqassim tal-oneru tal-provi jiġi ddeterminat mil-liġi sostantiva li tirregola l-konsegwenzi tal-fatt li jeħtieġ il-prova.

Meta l-ġurisdizzjoni tal-qrati Bulgari tkun tista’ tiġi stipulata permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet fit-tilwima, din il-ġurisdizzjoni tista’ tiġi stabbilita anke mingħajr ftehim bħal dan jekk il-konvenut jaċċettaha b’mod espliċitu jew taċitu permezz ta’ atti dwar il-merti tat-tilwima.

L-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni Bulgari għandhom il-ġurisdizzjoni esklussiva li jisfurzaw l-eżekuzzjoni meta l-obbligu li jkun is-suġġett ta’ din l-azzjoni jrid jitwettaq minn persuna li abitwalment tirrisjedi fil-Bulgarija jew meta s-suġġett ta’ din l-azzjoni jkun jinsab fil-Bulgarija.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Dan il-qasam huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I), u l-Bulgarija hija wkoll parti għall-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni 80/934/KEE dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-iffirmar f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980.

F’każ li r-Regolament imsemmi hawn fuq ma jkunx applikabbli, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat.

Il-qrati Bulgari jkollhom ġurisdizzjoni fuq azzjonijiet dwar relazzjonijiet kuntrattwali meta l-konvenut ikollu residenza abitwali, sede jew post prinċipali tan-negozju fil-Bulgarija, meta l-attur jew ir-rikorrent ikun ċittadin Bulgaru jew persuna ġuridika rreġistrata fil-Bulgarija, u meta l-post tat-twettiq tal-obbligu jkun fil-Bulgarija jew meta l-konvenut ikollu post tan-negozju prinċipali fil-Bulgarija.

Il-kuntratti huma rregolati mil-liġi magħżula mill-partijiet.

Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor, huwa preżunt li l-partijiet aċċettaw bħala applikabbli l-użu li l-partijiet jafu bih jew li suppost kienu jafu bih, u li huwa magħruf b’mod wiesa’ fil-kummerċ internazzjonali jew fil-kummerċ, u li regolarment jiġi osservat mill-partijiet fil-kuntratti tat-tip involuti fil-kummerċ partikolari involut.

Bl-għażla tagħhom, il-partijiet jistgħu jagħżlu liġi applikabbli għall-kuntratt kollu jew għal parti minnu biss.

Meta s-suġġett tal-kuntratt ikun dritt in rem fi proprjetà immobbli, il-kuntratt ikun preżunt li huwa marbut l-aktar mill-qrib mal-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli.

Il-konklużjoni u l-validità materjali ta’ kuntratt jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni separata ta’ kuntratt huma rregolati mil-liġi tal-Istat li tapplika għall-validità tal-kuntratt. Kuntratt ikun validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti mil-liġi applikabbli għall-kuntratt kif previst mill-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat jew mil-liġi tal-Istat li fih jiġi konkluż il-kuntratt. Il-liġi li tirregola l-kuntratt tapplika wkoll fir-rigward tal-prova tal-kuntratt, safejn din il-liġi tinkludi regoli li joħolqu preżunzjonijiet ta’ liġi jew dispożizzjonijiet oħra dwar l-oneru tal-provi.

Il-qrati Bulgari għandhom ġurisdizzjoni fuq azzjonijiet imressqa minn konsumatur meta l-konvenut ikollu residenza abitwali, sede statutorja jew post prinċipali tan-negozju fil-Bulgarija, meta l-attur jew l-applikant ikun ċittadin Bulgaru jew persuna ġuridika rreġistrata fil-Bulgarija u meta jkollu residenza abitwali fil-Bulgarija.

Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat ma japplikaw għal ebda obbligu li jirriżulta minn kambjala, ċedola u ċekk.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Dan il-qasam huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II).

F’każ li r-Regolament imsemmi hawn fuq ma jkunx applikabbli, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat.

L-obbligi li jirriżultaw minn tort jew delitt huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fit-territorju tiegħu tirriżulta jew li aktarx tirriżulta l-ħsara diretta (lex loci delicti commissi). Meta l-awtur tat-tort jew delitt u l-persuna li ġġarrab id-dannu t-tnejn li huma jkollhom ir-residenza abitwali jew il-post tan-negozju tagħhom fl-istess Stat u fl-istess mument meta jseħħ id-dannu, tapplika l-liġi ta’ dak l-Istat.

Minkejja dan ta’ hawn fuq, jekk miċ-ċirkostanzi kollha jidher li t-tort jew delitt huwa manifestament aktar marbut mill-qrib ma’ Stat ieħor, tapplika l-liġi ta’ dak l-Istat l-ieħor. Konnessjoni manifestament aktar mill-qrib tista’ tkun ibbażata fuq relazzjoni preeżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt li huwa marbut mill-qrib mat-tort jew delitt inkwistjoni.

Il-qrati Bulgari għandhom ġurisdizzjoni fuq azzjonijiet dwar dannu mġarrab bħala riżultat ta’ tort jew delitt meta l-konvenut ikollu residenza abitwali, sede, meta l-attur jissodisfa l-istess kundizzjonijiet, u meta l-att dannuż ikun twettaq fil-Bulgarija jew meta d-dannu jkun seħħ fil-Bulgarija.

Meta jkun ikkawżat dannu, jew ikun hemm riskju li jkun qed jiġi kkawżat dannu, minn prodott difettuż, l-obbligu ta’ kumpens ikun irregolat mil-liġi tal-Istat fejn tkun abitwalment residenti l-persuna li tkun qed iġġarrab id-dannu.

L-obbligi li jirriżultaw minn att ta’ kompetizzjoni żleali u ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fit-territorju tiegħu l-interessi tal-kompetituri fir-relazzjonijiet bejniethom, jew l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, ikunu, jew x’aktarx li se jkunu, affettwati direttament u sostanzjalment.

L-obbligi li jirriżultaw mill-ksur tad-drittijiet fir-rigward tal-personalità permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa u mill-ksur tad-drittijiet relatati mal-protezzjoni tad-data personali huma rregolati, skont il-preferenza tal-persuna li tkun qed iġġarrab il-ħsara, mil-liġi tal-Istat li fih dik il-persuna tkun abitwalment residenti, jew mil-liġi tal-Istat li fit-territorju tiegħu tkun seħħet il-ħsara, jew mil-liġi tal-Istat tal-post tan-negozju tal-konvenut.

L-obbligi li jirriżultaw mill-qerda tal-ambjent huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fit-territorju tiegħu tirriżulta l-ħsara.

L-obbligi li jirriżultaw minn ksur tad-drittijiet tal-awtur, ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur, u tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali huma rregolati mil-liġi tal-Istat li għalih qed tintalab il-protezzjoni tad-dritt (lex loci protectionis).

L-obbligi li jirriżultaw minn arrikkiment indebitu huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fih iseħħ l-arrikkiment ħlief meta l-arrikkiment indebitu jseħħ b’rabta ma’ relazzjoni oħra bejn il-partijiet (pereżempju kuntratt li jkun marbut mill-qrib mal-arrikkiment indebitu).

L-obbligi li jirriżultaw minn aġenzija mingħajr awtorità huma rregolati mil-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali jew tal-post tan-negozju tal-parti kkonċernata fil-mument meta tassumi l-aġenzija. Meta l-obbligu li jirriżulta minn aġenzija mingħajr awtorità jkun marbut mal-protezzjoni ta’ persuna fiżika jew ta’ proprjetà speċifika, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-Istat li fih il-persuna kienet preżenti jew li fih tkun tinsab il-proprjetà fil-mument tal-aġenzija mingħajr awtorità. Jekk miċ-ċirkostanzi kollha jidher li l-aġenzija mingħajr awtorità tkun manifestament aktar marbuta mill-qrib ma’ Stat ieħor, tapplika l-liġi ta’ dak l-Istat l-ieħor.

Wara li jinħoloq obbligu li jirriżulta minn relazzjoni mhux kuntrattwali, il-partijiet jistgħu jissottomettu dan l-obbligu lil liġi tal-għażla tagħhom.

Il-liġi applikabbli għall-obbligi li jirriżultaw minn relazzjoni mhux kuntrattwali tirregola l-kundizzjonijiet u l-firxa tar-responsabbiltà u l-persuni responsabbli, ir-raġunijiet għall-eżenzjonijiet mir-responsabbiltà u kwalunkwe limitazzjoni u diviżjoni tar-responsabbiltà, il-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni, it-tipi ta’ korriment jew dannu, il-persuni intitolati għal kumpens għal korriment jew dannu mġarrba personalment, ir-responsabbiltà għal korriment ikkawżat minn persuna oħra, il-modi kif obbligu jista’ jinħall, u l-prova tal-obbligi.

Il-liġi applikabbli ma tirregolax ir-responsabbiltà tal-Istat u tal-korpi rregolati mid-dritt pubbliku, inklużi l-awtoritajiet u r-rappreżentanti tagħhom, għal atti mwettqa minnhom waqt l-eżerċitar tas-setgħat tagħhom.

Tkun xi tkun il-liġi applikabbli, fid-determinazzjoni tar-responsabbiltà, iridu jiġu kkunsidrati r-regoli tas-sikurezza u tal-kondotta li kienu fis-seħħ fil-post u fiż-żmien tat-twettiq tal-att dannuż.

Id-dritt tal-persuni li jkunu sofrew korriment jew dannu li jieħdu azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-persuna allegatament responsabbli huwa rregolat mil-liġi applikabbli għall-obbligu li jirriżulta mir-relazzjoni mhux kuntrattwali rilevanti.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Il-kapaċità ta’ persuna li jkollha d-drittijiet u d-dmirijiet u li tidħol f’relazzjonijiet legali hija rregolata mil-liġi nazzjonali tagħha (lex patriae) (il-liġi tal-Istat li tiegħu għandha ċ-ċittadinanza l-persuna). Meta l-liġi applikabbli għal relazzjoni speċifika tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali rigward il-kapaċità li wieħed ikollu drittijiet u dmirijiet, tapplika dik il-liġi. Skont l-Artikolu 50(2) tal-KMCP, meta jsir kuntratt bejn persuni li jkunu preżenti fit-territorju tal-istess Stat, il-persuna li tkun kapaċi jkollha drittijiet u dmirijiet skont il-liġi ta’ dak l-Istat tista’ ma tinvokax l-inkapaċità tagħha skont il-liġi ta’ Stat ieħor, ħlief meta l-kontroparti kienet konxja ta’ dik l-inkapaċità jew ma kinitx taf b’dik l-inkapaċità minħabba negliġenza fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt. Id-dispożizzjoni tal-paragrafu 2 ma tapplikax għal kwalunkwe tranżazzjoni f’relazzjonijiet familjali u ta’ suċċessjoni, jew għal kwalunkwe tranżazzjoni rigward drittijiet in rem fi proprjetà immobbli li tinsab fi Stat li mhux l-Istat tal-post tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni.

Il-kapaċità ta’ persuna li twettaq attivitajiet ta’ natura kummerċjali mingħajr inkorporazzjoni ta’ persuna ġuridika hija ddeterminata mil-liġi tal-Istat fejn il-persuna hija reġistrata bħala negozjant. Meta r-reġistrazzjoni ma tkunx meħtieġa, tapplika l-liġi tal-Istat fejn il-persuna jkollha post prinċipali tan-negozju.

Skont l-Artikolu 53 tal-KMCP, l-isem ta’ persuna u l-bdil ta’ dak l-isem huma rregolati mil-liġi nazzjonali tal-persuna. L-effett tal-bidla taċ-ċittadinanza fuq l-isem huwa ddeterminat mil-liġi tal-Istat li l-persuna tkun akkwistat iċ-ċittadinanza tiegħu. Meta kwalunkwe persuna bħal din tkun mingħajr Stat, l-effett tal-bidla tar-residenza abitwali tagħha fuq l-isem jiġi ddeterminat mil-liġi tal-Istat li fih il-persuna tistabbilixxi r-residenza abitwali ġdida tagħha.

L-isem u l-bidla tiegħu jistgħu jkunu rregolati mil-liġi Bulgara jekk dan jintalab minn persuna li tkun abitwalment residenti fil-Bulgarija.

Barra minn hekk, il-qrati Bulgari għandhom ġurisdizzjoni fuq materji relatati ma’ bidla jew protezzjoni ta’ isem meta l-persuna tkun ċittadina Bulgara jew tkun abitwalment residenti fil-Bulgarija, dwar materji relatati mal-limitazzjoni jew mat-tiċħid ta’ ċittadini Bulgari mill-kapaċità li jidħlu f’relazzjonijiet legali u dwar materji relatati mar-revoka tal-limitazzjoni jew it-tiċħid tal-kapaċità ta’ ċittadini Bulgari li jidħlu f’relazzjonijiet legali, li jistabbilixxu u li jtemmu l-kustodja jew il-kurazija, li jiddikjaw assenza li ħadd ma jkun sema’ biha aktar jew mewt, meta l-persuna mqiegħda taħt kustodja jew kurazija tkun persuna b’ċittadinanza Bulgara jew tkun abitwalment residenti fil-Bulgarija.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Il-qrati Bulgari u awtoritajiet oħra għandhom ġurisdizzjoni fuq il-proċedimenti għall-istabbiliment u l-kontestazzjoni ta’ filjazzjoni meta l-konvenut ikollu residenza abitwali fil-Bulgarija, meta l-attur jew ir-rikorrent ikun ċittadin Bulgaru, u meta l-wild minuri jew il-ġenitur, li jkun parti, ikun ċittadin Bulgaru jew ikun abitwalment residenti fil-Bulgarija. Din il-ġurisdizzjoni tapplika wkoll għal materji relatati ma’ relazzjonijiet in personam u in rem bejn il-ġenituri u t-tfal u mal-adozzjoni, l-annullament jew ir-revoka tal-adozzjoni, fejn l-adottant, il-persuna adottata jew wieħed mill-ġenituri tal-persuna adottata jkun/tkun ċittadin(a) Bulgaru/Bulgara jew huwa/hija abitwalment residenti fil-Bulgarija.

L-istabbiliment ta’ filjazzjoni huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li ċ-ċittadinanza tiegħu t-tifel/tifla jkun kiseb/tkun kisbet fil-mument tat-twelid. L-istess liġi hija applikabbli għar-relazzjonijiet in personam bejn il-ġenituri fil-mument tat-twelid. Ir-renvoi għal-liġi ta’ pajjiż terz jiġi aċċettat meta dik il-liġi tammetti l-istabbiliment ta’ relazzjoni ta' filjazzjoni.

3.4.2 L-adozzjoni

Il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni huma rregolati mil-liġi tal-Istat li tiegħu l-adottant (jew l-adottanti) u l-persuna adottata jkunu ċittadini fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-adozzjoni. Jekk dawn il-persuni jkollhom ċittadinanzi differenti, tapplika l-liġi nazzjonali ta’ kull waħda mill-persuni. Meta l-persuna adottata tkun ċittadina Bulgara, irid jintalab il-kunsens tal-Ministru tal-Ġustizzja. It-termini u l-proċedura għall-għoti ta’ kunsens għall-adozzjoni ta’ persuna li tkun ċittadina Bulgara minn ċittadin barrani huma stabbiliti b’regolament tal-Ministru tal-Ġustizzja. Meta l-persuna adottata tkun ċittadina Bulgara, l-adottant (kemm jekk ikun ċittadin Bulgaru kif ukoll jekk ikun ċittadin barrani) li jkun abitwalment residenti fi Stat ieħor jeħtieġlu wkoll jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni skont il-liġi ta’ dak l-Istat. L-effett tal-adozzjoni huwa rregolat mil-liġi nazzjonali komuni tal-adottant u tal-persuna adottata. Jekk l-adottant u l-persuna adottata jkollhom ċittadinanzi differenti, tapplika l-liġi tal-Istat li fih għandhom residenza abitwali komuni.

Il-qrati Bulgari għandhom ġurisdizzjoni fuq azzjonijiet dwar manteniment f’każijiet fejn il-konvenut huwa abitwalment residenti fil-Bulgarija, fejn l-attur jew ir-rikorrent huwa ċittadin Bulgaru, u fejn il-kreditur tal-manteniment huwa abitwalment residenti fil-Bulgarija.

L-obbligi tal-manteniment huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fih il-kreditur tal-manteniment huwa abitwalment residenti, ħlief meta l-liġi nazzjonali ta’ dak il-kreditur tkun aktar favorevoli għalihom. F’każijiet bħal dawn, tapplika l-liġi nazzjonali tal-kreditur tal-manteniment. Meta l-liġi applikabbli ma tippermettix l-għoti tal-manteniment, tapplika l-liġi Bulgara.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Iż-żwieġ fil-Bulgarija jiġi ċċelebrat minn reġistratur tal-istat ċivili jekk wieħed mill-konjuġi futuri jkun ċittadin Bulgaru jew ikun abitwalment residenti fil-Bulgarija. Iż-żwieġ bejn ċittadini barranin jista’ jiġi ċċelebrat fil-Bulgarija minn uffiċjal konsulari jew minn aġent diplomatiku tal-pajjiż ta’ oriġini taċ-ċittadini barranin ikkonċernati jekk dan ikun permess skont il-liġi ta’ dak l-Istat. Ċittadini Bulgari li jkunu jinsabu barra mill-pajjiż jistgħu jiżżewġu quddiem awtorità kompetenti tal-Istat barrani jekk dan ikun permess skont il-liġi ta’ dak l-Istat. Iż-żwieġ bejn ċittadini Bulgari barra mill-pajjiż jista’ jiġi ċċelebrat minn uffiċjal konsulari jew minn aġent diplomatiku Bulgaru jekk dan ikun permess skont il-liġi tal-Istat riċeventi. Iż-żwieġ bejn ċittadin Bulgaru u ċittadin barrani jista’ jiġi ċċelebrat barra mill-pajjiż minn uffiċjal konsulari jew minn aġent diplomatiku Bulgaru jekk dan ikun permess skont il-liġi tal-Istat riċeventi u l-liġi nazzjonali taċ-ċittadin barrani. Kwistjonijiet matrimonjali huma rikonoxxuti fil-qrati Bulgari jekk wieħed mill-konjuġi jkun ċittadin Bulgaru jew għandu r-residenza abitwali tiegħu fil-Bulgarija. Ir-rekwiżiti formali għaż-żwiġijiet huma rregolati mil-liġi tal-Istat taċ-ċelebrazzjoni.

Ir-rekwiżiti sostantivi għad-dħul fiż-żwieġ huma rregolati għal kull wieħed mill-konjuġi futuri mil-liġi tal-Istat li tiegħu l-persuna kienet ċittadina fil-mument taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ.

Fir-rigward ta’ ċittadin Bulgaru li jidħol fi żwieġ barra mill-pajjiż, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi tal-familja (Semeen kodeks) tista’ tingħata mill-aġent diplomatiku jew mill-uffiċjal konsulari Bulgaru.

Meta wieħed mill-konjuġi futuri jkun ċittadin Bulgaru jew ikun resident abitwali fil-Bulgarija, iż-żwieġ jiġi ċċelebrat minn reġistratur Bulgaru tal-istat ċivili u, jekk il-liġi interna barranija applikabbli tistabbilixxi kwalunkwe impediment għad-dħul fiż-żwieġ li, skont il-liġi Bulgara, ikun inkompatibbli mal-libertà li wieħed jidħol fi żwieġ, dan l-impediment ma jitqiesx.

Ċittadin barrani jew persuna mingħajr Stat jeħtiġilhom jiċċertifikaw lir-reġistratur Bulgaru tal-istat ċivili li l-liġi nazzjonali tagħhom tirrikonoxxi l-validità ta’ żwieġ iċċelebrat minn awtorità kompetenti barranija u li ma hemmx impedimenti għad-dħul f’dak iż-żwieġ skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

Ma hemm l-ebda regoli speċjali dwar il-kunflitt tal-liġijiet.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Dan il-qasam huwa rregolat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.

F’każ li r-Regolament imsemmi hawn fuq ma jkunx applikabbli, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat.

Id-divorzju ta’ konjuġi tal-istess ċittadinanza barranija huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li jkunu ċittadini tiegħu fil-mument tal-preżentata tar-rikors għad-divorzju.

Id-divorzju ta’ konjuġi ta’ ċittadinanzi differenti huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li fih għandhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom meta jiġi ppreżentat ir-rikors għad-divorzju. Meta l-konjuġi ma jkollhom l-ebda residenza abitwali komuni, tapplika l-liġi Bulgara.

Jekk il-liġi barranija applikabbli ma tkunx tippermetti d-divorzju u wieħed mill-konjuġi jkun ċittadin Bulgaru jew ikun abitwalment residenti fil-Bulgarija meta jiġi ppreżentat ir-rikors tad-divorzju, tapplika l-liġi Bulgara.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Dan il-qasam huwa rregolat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.

F’każ li r-Regolament imsemmi hawn fuq ma jkunx applikabbli, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat.

L-obbligi tal-manteniment huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fih il-kreditur tal-manteniment huwa abitwalment residenti, ħlief meta l-liġi nazzjonali ta’ dak il-kreditur tkun aktar favorevoli għalih. F’każijiet bħal dawn, tapplika l-liġi nazzjonali tal-kreditur tal-manteniment. Meta l-kreditur tal-manteniment u d-debitur tal-manteniment ikunu ċittadini tal-istess Stat u d-debitur tal-manteniment ikun abitwalment residenti f’dak l-Istat, tapplika l-liġi nazzjonali komuni taż-żewġ persuni. Meta l-liġi applikabbli ma tippermettix l-għoti ta’ manteniment fis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq, tapplika l-liġi Bulgara.

Meta l-obbligi tal-manteniment bejn il-konjuġi preċedenti jirriżultaw minħabba annullament ta’ żwieġ jew divorzju, il-liġi applikabbli tkun il-liġi li tapplika għad-divorzju jew għall-annullament taż-żwieġ.

Il-liġi applikabbli għall-manteniment tiddetermina:

1. jekk tistax tintalab manteniment, f’liema ammont, u minn min;

2. min jista’ jitlob manteniment u f’liema limiti ta’ żmien;

3. jekk il-manteniment jistax jiġi mmodifikat u skont liema termini;

4. ir-raġunijiet għall-annullament tad-dritt għall-manteniment;

5. l-obbligu tad-debitur tal-manteniment li jirrimborża lill-awtorità li ħallset il-manteniment minflok dak id-debitur.

Meta jiġi ddeterminat l-ammont ta’ manteniment, iridu jitqiesu l-kapaċitajiet finanzjarji tad-debitur tal-manteniment u l-ħtiġijiet attwali tal-kreditur tal-manteniment, anke meta l-liġi barranija applikabbli tipprovdi mod ieħor.

L-annullament ta’ żwieġ huwa rregolat mil-liġi li kienet applikabbli għar-rekwiżiti sostantivi għad-dħul fiż-żwieġ.

Għall-annullament ta’ żwieġ u divorzju, ara s-suġġett rilevanti.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq materji relatati mal-annullament u d-divorzju għandha ġurisdizzjoni fuq materji relatati ma’ relazzjonijiet in personam u in rem bejn il-konjuġi.

Ir-relazzjonijiet in personam bejn il-konjuġi huma rregolati mil-liġi nazzjonali komuni tagħhom. Ir-relazzjonijiet in personam bejn il-konjuġi li għandhom ċittadinanzi differenti huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fih għandhom residenza abitwali komuni jew, meta ma jkollhom l-ebda residenza abitwali komuni, mil-liġi tal-Istat li miegħu ż-żewġ konjuġi huma l-aktar konnessi mill-qrib. Ir-relazzjonijiet in rem bejn il-konjuġi huma rregolati mil-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet in personam bejniethom.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

F’każ li r-Regolament imsemmi hawn fuq ma jkunx applikabbli, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat.

Il-qrati Bulgari u awtoritajiet oħra għandhom ġurisdizzjoni fuq azzjonijiet relatati mas-suċċessjoni meta l-persuni deċeduti fil-mument tal-mewt tagħhom kienu abitwalment residenti fil-Bulgarija jew kienu ċittadini Bulgari, u meta parti mill-patrimonju tagħhom ikun jinsab fil-Bulgarija.

Il-wirt tal-proprjetà mobbli huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li fih il-persuna deċeduta kienet abitwalment residenti fil-mument tal-mewt tagħha. Il-wirt ta’ proprjetà immobbli huwa rregolat mil-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab il-proprjetà. Il-persuni deċeduti jagħżlu l-liġi tal-Istat li jkunu ċittadini tiegħu fil-mument meta jagħmlu dik l-għażla biex jirregolaw il-wirt tal-patrimonju kollu tagħhom. L-għażla ta’ liġi applikabbli ma għandhiex taffettwa s-sehem riżervat tal-werrieta stabbilit taħt il-liġi applikabbli hawn fuq.

Il-kapaċità ta’ persuna li tiddisponi mill-patrimonju tagħha permezz ta’ testment (għemil u revoka) hija rregolata mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Testment ikun formalment validu jekk jikkonforma mal-liġi tal-Istat fejn ikun sar, jew li tiegħu t-testatur kellu ċ-ċittadinanza fil-mument meta għamel it-testement jew fil-mument tal-mewt tiegħu, jew fejn it-testatur kien abitwalment residenti, jew fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli soġġetta għat-testment.

Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tirregola ż-żmien u l-post tal-ftuħ tas-suċċessjoni, il-firxa u l-preċedenza tal-werrieta, l-ishma tal-werrieta, il-kapaċità li jirtu, it-teħid tal-obbligi tal-persuna deċeduta u t-tqassim tagħhom fost il-werrieta, l-aċċettazzjoni u r-rinunzja tas-suċċessjoni, il-limiti ta’ żmien għall-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni, is-sehem disponibbli tal-patrimonju, u l-kundizzjonijiet għall-validità materjali tat-testment. Meta ma jkunx hemm werrieta taħt il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, il-patrimonju li jkun jinsab fit-territorju tal-Bulgarija jerġa’ lura għand l-Istat Bulgaru jew il-muniċipalità.

3.8 Proprjetà reali

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

F’każ li r-Regolament imsemmi hawn fuq ma jkunx applikabbli, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat.

Materji li jirrigwardaw proprjetà immobbli li tinsab fil-Bulgarija, materji li jirrigwardaw eżekuzzjoni jew garanzija kontra tali proprjetà u materji li jirrigwardaw it-trasferiment jew l-istabbiliment tad-drittijiet in rem f’tali proprjetà jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-qrati u awtoritajiet oħra Bulgari.

Il-pussess, is-sjieda u drittijiet oħra in rem fi proprjetà mobbli u immobbli huma rregolati mil-liġi tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà (lex loci rei sitae). Jekk il-proprjetà tkunx mobbli jew immobbli u t-tip ta’ drittijiet in rem jiġi ddeterminat mill-istess liġi.

L-akkwist u t-terminazzjoni tad-drittijiet in rem u tad-drittijiet possessorji huma rregolati mil-liġi tal-Istat fejn kienet tinsab il-proprjetà meta sar l-att jew meta seħħet iċ-ċirkostanza li tiġġustifika l-akkwist jew it-terminazzjoni.

L-akkwist, it-trasferiment u t-terminazzjoni ta’ drittijiet in rem f’mezzi ta’ trasport huma rregolati mil-liġi tal-bandiera tal-bastiment, mil-liġi tal-Istat fejn l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat, jew mil-liġi tal-Istat fejn l-operatur tal-vetturi ferrovjarji u tal-vetturi bil-mutur tal-art għandu l-post tan-negozju tiegħu.

3.9 Insolvenza

Dan il-qasam huwa rregolat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 u, meqjus mis-26 ta’ Ġunju 2017, mir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza.

Ara l-Insolvenza

Il-siti web li ġejjin jistgħu jkunu utli:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.government.bg

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vss.justice.bg

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vks.bg/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vss.justice.bg/page/view/1397

L-aħħar aġġornament: 07/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Iċ-Ċekja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Il-miżura nazzjonali ewlenija fir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet hija l-Att Nru 91/2012 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

1.2.1 Għażla ta’ konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali li jirregolaw il-liġi applikabbli:

1.2.1.1 Applikabbli direttament

Il-Konvenzjoni ta’ Varsavja għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli dwar it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, Varsavja 1929

Il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti bit-Triq (CMR), 1956

Il-Konvenzjoni ta’ Guadalajara għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli dwar it-Trasport Internazzjonali bl-Ajru Mwettaq minn Persuna minbarra t-Trasportatur Kontraenti, 1961

Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari, 1963

Il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku, 1971

Il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Passiġġieri u Bagalji bit-Triq (CVR), 1973

Il-Konvenzjoni dwar il-Perjodu ta’ Limitazzjoni fil-Bejgħ Internazzjonali ta’ Oġġetti, 1974

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport tal-Oġġetti bil-Baħar, 1978

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kuntratti ta’ Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija, Vjenna 1980

Il-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF), 1980

Il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, Montreal 1999

1.2.2.2 Konflitt tal-liġijiet

Il-Konvenzjoni dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, l-Aja 1996

Il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti, 2000

Il-Protokoll tal-Aja dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment, 2007 (l-UE fl-intier tagħha hija parti minnu)

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

1.3.1 Għażla ta’ konvenzjonijiet internazzjonali bilaterali li jirregolaw il-liġi applikabbli

Ftehim bejn ir-Repubblika Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Albanija dwar l-assistenza legali f’każijiet ċivili, tal-familja u kriminali, 1959

Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja dwar ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet legali f’każijiet ċivili, tal-familja u kriminali, 1964 (japplika għall-istati suċċessuri kollha tal-Eks Jugoslavja)

Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija dwar l-assistenza legali u r-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet legali f’każijiet ċivili, tal-familja u kriminali, 1976

Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Mongolja dwar l-assistenza legali u dwar ir-relazzjonijiet legali f’każijiet ċivili, tal-familja u kriminali, 1976

Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Kubana dwar l-assistenza legali reċiproka f’każijiet ċivili, tal-familja u kriminali, 1980

Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar l-assistenza legali u r-relazzjonijiet legali f’każijiet ċivili, tal-familja u kriminali, 1982 (japplika għall-Federazzjoni Russa u ħafna mill-istati suċċessuri l-oħra tal-eks USSR)

Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-assistenza legali f’każijiet ċivili u kriminali, 1982

Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja dwar l-assistenza legali u r-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet legali f’każijiet ċivili, tal-familja, tal-impjiegi u kriminali, 1987

Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija dwar l-assistenza legali u r-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet legali f’każijiet ċivili, tal-familja u kriminali, 1989

Ftehim bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Rumanija dwar l-assistenza legali f’każijiet ċivili, 1994

Ftehim bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ukrajna dwar l-assistenza legali f’każijiet ċivili, 2001

Ftehim bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Użbekistan dwar l-assistenza legali u r-relazzjonijiet legali f’każijiet ċivili u kriminali, 2002

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Din il-materja hija rregolata mill-Artikolu 23 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

Il-qorti tapplika l-liġi barranija fuq deċiżjoni tagħha stess. Il-liġi tapplika bl-istess mod bħall-pajjiż li fih tkun tinsab fis-seħħ. Id-dispożizzjonijiet tal-liġi applikata jkunu d-dispożizzjonijiet applikabbli għal deċiżjoni dwar il-każ fil-pajjiż li fih il-liġi tkun fis-seħħ, irrispettivament mill-ordni tagħhom fis-sistema jew mill-istatus tad-dritt pubbliku, bil-kundizzjoni li dawn ma jkunux f’kontradizzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-liġi Ċeka li jridu jiġu applikati.

Fuq deċiżjoni tagħha stess, il-qorti tiddetermina l-parti tal-liġi barranija li trid tiġi applikata. Il-qorti jew l-awtorità pubblika li tiddeċiedi f’każijiet irregolati mil-liġi inkwistjoni tieħu l-passi kollha neċessarji biex tiddetermina l-liġi inkwistjoni.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Din il-materja hija rregolata f’termini ġenerali mill-Artikolu 21 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

Ir-rinviju huwa aċċettat, bl-eċċezzjoni tar-relazzjonijiet ibbażati fuq id-dritt kuntrattwali u tal-impjiegi. Fil-każijiet li fihom il-liġi applikabbli tkun intgħażlet mill-partijiet, id-dispożizzjonijiet tal-konflitt tal-liġijiet jistgħu jitqiesu biss meta dan isir bi qbil tal-partijiet.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Normalment kriterju partikolari jiġi evalwat biss meta jkun qed jiġi vvalutat fatt legalment sinifikanti. Regoli ta’ konflitt tal-liġijiet speċifiċi jistgħu, naturalment, jiddeċiedu kwistjoni f’ċerti waqtiet – ara pereżempju r-regoli dwar id-drittijiet in rem fil-punt 3.8.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Din il-materja hija rregolata f’termini ġenerali mill-Artikolu 24 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (magħrufa bħala l-“klawżola liberatorja”).

Il-liġi li għandha tkun applikata, skont l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, ma hemmx għalfejn tkun applikata f’ċirkostanzi purament ta’ eċċezzjoni li fihom, wara kunsiderazzjoni raġunata kif suppost ta’ sommarju taċ-ċirkostanzi kollha ta’ każ u b’mod partikolari tal-istennija ġustifikata tal-partijiet fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ liġi oħra, tkun tidher sproporzjonata u kuntrarja għal soluzzjoni raġonevoli u ġusta tar-relazzjoni bejn il-partijiet. F’dawn il-kundizzjonijiet u meta ma jintlaqtux id-drittijiet tal-persuni l-oħra, il-liġi li trid tiġi applikata hija dik li tirrifletti tali soluzzjoni.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Din il-materja hija rregolata mill-Artikolu 23 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

Fuq deċiżjoni tagħha stess, il-qorti tiddetermina l-parti tal-liġi barranija li trid tiġi applikata. Il-qorti jew l-awtorità pubblika li tiddeċiedi f’każijiet irregolati mil-liġi inkwistjoni tieħu l-passi kollha neċessarji biex tiddetermina l-liġi inkwistjoni.

Jekk il-qorti jew l-awtorità pubblika li tiddeċiedi f’każijiet irregolati mil-liġi inkwistjoni ma tkunx midħla tal-kontenut tal-liġi barranija, din tista’ titlob l-opinjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja sabiex tiddetermina dan il-kontenut.

Fil-każijiet li fihom il-liġi barranija ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata fi żmien raġonevoli, jew fejn tali determinazzjoni tkun impossibbli, tapplika l-liġi Ċeka.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

L-obbligi kuntrattwali huma rregolati mill-Artikoli 87 u 89 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Dan huwa limitat għal dawk l-obbligi kuntrattwali jew aspetti tagħhom li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE jew tal-ftehimiet internazzjonali, sakemm dik il-leġiżlazzjoni jew dawk il-ftehimiet ma jkunux jippermettulhom li jkunu koperti mill-Att. Għaldaqstant din hija dispożizzjoni ta’ natura residwa.

Il-kuntratti huma rregolati mil-liġi tal-Istat li l-kuntratt huwa marbut l-aktar mill-qrib miegħu, sakemm il-partijiet ma jkunux għażlu l-liġi applikabbli. L-għażla tal-liġi trid issir espliċitament jew trid tkun tirriżulta b’mod inekwivoku mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt jew miċ-ċirkostanzi tal-każ.

Il-kuntratti tal-assigurazzjoni huma rregolati mil-liġi tal-Istat li d-detentur tal-polza jkun resident abitwali fih. Il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal kuntratt tal-assigurazzjoni.

Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ assigurazzjoni li huma soġġetti għar-Regolament Ruma I, l-Att jagħmel użu mill-fakultà li għandhom l-Istati Membri skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament li tippermetti lill-partijiet li jagħżlu l-liġi applikabbli sa fejn jippermetti r-Regolament.

Relazzjonijiet legali li jinħolqu minn kuntratti legali unilaterali huma rregolati, skont l-Artikolu 90 tal-Att, mil-liġi tal-Istat li l-parti li tagħmel kuntratt legali unilaterali tkun residenti abitwalment fih jew ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fih fil-waqt li fih ikun sar il-kuntratt legali, sakemm ma tkunx intgħażlet liġi oħra għall-applikazzjoni.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

L-Artikolu 101 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jistabbilixxi, l-aktar fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Ruma II, miżura ta’ konflitt tal-liġijiet għall-obbligi mhux kuntrattwali biss li jirriżultaw minn ksur tad-drittijiet privati u tal-personalità, inklużi l-inġurji. Dawn l-obbligi huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fih isir il-ksur. Madankollu, il-parti li tbati l-ħsara tista’ tagħżel l-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat li fih (a) il-parti li tbati l-ħsara tkun residenti abitwalment fih jew ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha, (b) l-oriġinatur tal-ksur ikun residenti abitwalment jew ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, jew (c) il-ksur ta lok għal riżultat, dment li dan seta’ jkun previst mill-oriġinatur tal-ksur.

Ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali hija wkoll legalment uniformi f’għadd ta’ ftehimiet dwar it-trasport internazzjonali msemmija aktar ’il fuq (ara l-paragrafu 1.2.1).

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Din il-materja hija rregolata mill-Artikolu 29 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

Sakemm l-Att ma jkunx jispeċifika mod ieħor, il-personalità ġuridika u l-kapaċità ġuridika huma rregolati mil-liġi tal-Istat li l-persuna tkun residenti abitwalment fih. Sakemm l-Att ma jkunx jispeċifika mod ieħor, ikun biżżejjed jekk il-persuna fiżika li tkun qed twettaq att legali jkollha l-kapaċità għall-att skont il-liġi li hija applikabbli fil-post li fih il-persuna fiżika twettaq dak l-att.

Il-miżura dwar l-ismijiet tal-persuni fiżiċi hija rregolata mil-liġi ta’ dak l-Istat li l-persuna jkollha n-nazzjonalità tiegħu. Madankollu, il-persuna tista’ tagħżel li tapplika l-liġi tal-Istat li tkun residenti abitwalment fih. Meta persuna jkollha iktar minn nazzjonalità waħda, tiġi segwita l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

L-istatus personali tal-persuni fiżiċi huwa rregolat ukoll f’bosta ftehimiet bilaterali dwar l-għajnuna legali li r-Repubblika Ċeka hija marbuta bihom. Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet f’dawk il-ftehimiet ġeneralment ikunu bbażati fuq il-kriterju tan-nazzjonalità u jieħdu preċedenza fuq ir-regoli stabbiliti fl-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

L-istabbiliment u l-ikkontestar tar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-ulied huma rregolati mill-Artikolu 54 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Dawn huma soġġetti għal-liġi ta’ dak l-Istat li l-wild ikollu n-nazzjonalità tiegħu permezz tat-twelid; fil-każijiet li fihom wild jikseb aktar minn nazzjonalità waħda permezz tat-twelid, tapplika l-liġi Ċeka. Il-liġi tal-Istat li fih omm il-wild kienet residenti abitwalment fil-waqt tat-twelid tapplika meta dan ikun fl-interess tal-wild. Meta l-wild ikun residenti abitwalment fir-Repubblika Ċeka u meta dan ikun fl-interess tal-wild, l-istabbiliment u l-ikkontestar ta’ relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied huma soġġetti għal-liġi Ċeka. Relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied tista’ tiġi stabbilita f’konformità mal-liġi tal-Istat li fih issir id-dikjarazzjoni ta’ relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied. Fil-każijiet li fihom relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied tkun ikkontestata fi Stat ieħor fi proċediment ġudizzjarju jew ekstraġudizzjarju f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat u r-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied tiġi stabbilita fil-konfront ta’ persuna oħra, dan ikun biżżejjed biex tkun stabbilita relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied fil-konfront ta’ dik il-persuna.

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-ulied f’materji ta’ manteniment hija ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-obbligi relatati mal-Protokoll tal-Aja dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment (2007). F’każijiet oħra li jinvolvu d-drittijiet tal-ġenituri u l-obbligi u l-miżuri biex ikunu protetti l-persuna jew il-beni tal-wild. il-liġi applikabbli hija ddeterminata f’konformi mal-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal (1996).

3.4.2 L-adozzjoni

Din il-materja hija rregolata mill-Artikolu 61 u 62 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

Għall-adozzjoni huwa meħtieġ li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati mil-liġi ta’ dak l-Istat li l-persuna adottata jkollha n-nazzjonalità tiegħu u dak l-Istat li l-ġenitur adottiv ikollu n-nazzjonalità tiegħu. Fil-każijiet li fihom il-ġenituri adottivi ma jkollhomx l-istess nazzjonalità, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tas-sistemi legali ddeterminati min-nazzjonalitajiet taż-żewġ ġenituri, kif ukoll mil-liġi ta’ dak l-Istat li l-persuna adottata jkollha n-nazzjonalità tiegħu. Meta, skont dawn ir-regoli, ikun meħtieġ li tiġi applikata l-liġi ta’ pajjiż ieħor li ma jippermettix l-adozzjoni jew jippermettiha f’kundizzjonijiet ristretti ferm, tapplika l-liġi Ċeka, sakemm il-ġenitur adottiv jew minn tal-anqas wieħed mill-ġenituri adottivi jew il-persuna adottata jkunu residenti abitwalment fir-Repubblika Ċeka.

L-effetti tal-adozzjoni huma rregolati mil-liġi ta’ dak l-Istat li l-partijiet kollha jkollhom in-nazzjonalità tiegħu fil-waqt tal-adozzjoni jew, meta dan ma jkunx il-każ, mil-liġi tal-Istat li fih il-partijiet kollha jkunu residenti abitwalment dak il-ħin tal-adozzjoni jew, meta dan ma jkunx il-każ, mil-liġi ta’ dak l-Istat li l-persuna adottata jkollha n-nazzjonalità tiegħu.

Għar-relazzjonijiet bejn ġenitur adottiv u persuna adottata, jew il-ġenituri adottivi f’materji ta’ drittijiet u obbligi tal-ġenituri, trobbija tat-tfal u manteniment, tapplika l-liġi ddeterminata skont il-ftehimiet internazzjonali elenkati fil-paragrafu 3.4.1 għar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-ulied.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Din il-materja hija rregolata mill-Artikolu 48 u 49 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

Il-kapaċità ta’ persuna li tiżżewweġ, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-validità taż-żwieġ, huma soġġetti għal-liġi ta’ dak l-Istat li l-persuna jkollha n-nazzjonalità tiegħu.

L-għamla taż-żwieġ hija soġġetta għal-liġi applikabbli fil-post li fih ikun iċċelebrat iż-żwieġ.

Żwieġ iċċelebrat f’ambaxxata tar-Repubblika Ċeka f’pajjiż ieħor huwa soġġett għal-liġi Ċeka. Ċittadin Ċek ma jistax jidħol fi żwieġ f’missjoni diplomatika ta’ stat barrani fir-Repubblika Ċeka.

Ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi huma rregolati mil-liġi ta’ dak l-Istat li ż-żewġ persuni jkollhom in-nazzjonalità tiegħu. Meta dawn ikollhom nazzjonalità ta’ Stati differenti, ir-relazzjoni tkun irregolata mil-liġi tal-Istat li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom jew, meta dan ma jkunx il-każ, mil-liġi Ċeka.

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

L-Artikolu 67 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat tirregola l-liġi applikabbli għas-sħubijiet u relazzjonijiet simili u l-effetti tagħhom, il-kapaċità li dak li jkun jidħol għalihom, il-proċeduri biex dak li jkun jidħol għalihom jew għax-xoljiment tagħhom, biex ikunu annullati jew iddikjarati bla effett u għat-tpaċija ta’ kwistjonijiet personali jew ta’ beni bejn is-sħab.

Dawn il-materji kollha huma soġġetti għal-liġi tal-Istat li fih dak li jkun ikun se jidħol jew ikun daħal fi sħubija jew f’relazzjoni simili.

Il-liġi Ċeka ma tinkludi l-ebda miżura dwar il-konflitt tal-liġijiet li tittratta l-koabitazzjoni.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

L-Artikolu 50 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jirregola l-liġi applikabbli għad-divorzju u għall-annullament ta’ żwieġ jew għall-iddeterminar ta’ jekk żwieġ ikunx null jew le. Ir-Repubblika Ċeka ma tipparteċipax fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli f’każijiet ta’ divorzju u separazzjoni legali u għalhekk mhijiex marbuta mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010.

Id-divorzju huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li tirregola r-relazzjoni personali tal-konjuġi dak il-ħin li tinbeda l-proċedura. (Ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi huma rregolati mil-liġi ta’ dak l-Istat li ż-żewġ persuni jkollhom in-nazzjonalità tiegħu. Meta dawn ikollhom nazzjonalità ta’ Stati differenti, ir-relazzjoni tkun irregolata mil-liġi tal-Istat li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom jew, meta dan ma jkunx il-każ, mil-liġi Ċeka.) Meta, skont dawk ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet, ikun meħtieġ li tkun applikata liġi ta’ pajjiż barrani li ma jippermettix id-divorzju jew jippermettih biss f’ċirkostanzi ristretti ħafna, il-liġi Ċeka tapplika sakemm minn tal-anqas wieħed mill-miżżewġin ikun ċittadin tar-Repubblika Ċeka jew minn tal-anqas wieħed mill-miżżewġin ikun abitwalment residenti fir-Repubblika Ċeka.

Meta żwieġ ikun annullat jew meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk żwieġ huwiex null jew le, il-kapaċità ta’ konklużjoni ta’ kuntratt ta’ żwieġ u l-għamla ta’ konklużjoni tiegħu jiġu vvalutati skont il-liġijiet applikabbli għalihom f’dak il-waqt li jkun ġie ċċelebrat iż-żwieġ.

Il-liġi Ċeka ma tinkludix miżura dwar il-konflitt tal-liġijiet għas-separazzjoni.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

L-obbligi ta’ manteniment bejn il-miżżewġin u dawk li kienu miżżewġin huma rregolati mill-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-obbligi relatati mal-Protokoll tal-Aja dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment (2007).

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Mid-29 ta’ Jannar 2019, ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet relatati ma’ reġimi ta’ proprjetà matrimonjali inklużi fl-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat ġew sostitwiti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta’ Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali. Ir-Regolament japplika għal kawżi miftuħa u ftehimiet konklużi wara d-29 ta’ Jannar 2019.

Din il-materja hija rregolata mill-Artikolu 49 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali tal-konjuġi huma rregolati mil-liġi tal-Istat li ż-żewġ konjuġi jkunu residenti abitwalment fih; meta jkun mod ieħor, mil-liġi ta’ dak l-Istat li ż-żewġ konjuġi jkollhom in-nazzjonalità tiegħu; u meta dan ma jkunx il-każ, mil-liġi Ċeka.

Is-soluzzjoni kuntrattwali tad-drittijiet tal-proprjetà matrimonjali hija rregolata mil-liġi applikabbli għar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali f’dak il-waqt li fih isiru l-arranġamenti. Meta dan ma jkunx il-każ, il-konjuġi jistgħu jaqblu wkoll, għas-soluzzjoni kuntrattwali tad-drittijiet tal-proprjetà matrimonjali, li r-reġimi tal-proprjetà matrimonjali tagħhom ikunu rregolati jew mil-liġi ta’ dak l-Istat li wieħed mill-konjuġi jkollu n-nazzjonalità tiegħu, jew mill-Istat li wieħed mill-konjuġi jkun residenti abitwalment fih, jew mil-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli inkwistjoni, jew mil-liġi Ċeka. Meta l-ftehim isir f’pajjiż ieħor, għandu jitfassal att notarili tiegħu jew dokument simili.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Il-liġi applikabbli fir-rigward tas-suċċessjoni tal-persuni deċeduti fis-17 ta’ Awwissu 2015 jew wara hija rregolata mir-Regolament (UE) Nru 650/2012.

Din il-materja hija rregolata mill-Artikoli 76 u 77 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Din il-miżura tapplika fir-rigward tas-suċċessjoni tal-persuni deċeduti fis-16 ta’ Awwissu 2015 jew wara (sakemm il-liġi applikabbli ma tkunx irregolata mod ieħor minn ftehim internazzjonali bilaterali).

Skont l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, ir-reġim legali tas-suċċessjoni huwa rregolat mil-liġi tal-Istat fejn it-testatur kien abitwalment residenti fil-waqt ta’ mewtu. Fil-każijiet li fihom testatur ikollu n-nazzjonalità tar-Repubblika Ċeka u minn tal-anqas wieħed mill-werrieta jkun resident abitwalment fir-Repubblika Ċeka, tapplika l-liġi Ċeka.

Il-kapaċità li wieħed jagħmel jew iħassar testment, kif ukoll l-effetti ta’ nuqqasijiet f’testment u l-manifestazzjonijiet tiegħu, huma rregolati mil-liġi ta’ dak l-Istat li t-testatur ikollu n-nazzjonalità tiegħu fil-waqt li fih jagħmel it-testment, jew li t-testatur ikun residenti abitwalment fih. Determinazzjoni simili tal-liġi applikabbli ssir fir-rigward tal-kapaċità li jsiru jew jitħassru għamliet oħra ta’ legati wara l-mewt u għall-iddeterminar ta’ liema għamliet oħra ta’ legati wara l-mewt huma ammissibbli.

Testment ikun validu fir-rigward tal-għamla tiegħu, meta l-għamla tikkonforma mal-liġi tal-Istat (a) li t-testatur kellu n-nazzjonalità tiegħu meta għamel it-testment jew fil-waqt ta’ mewtu, (b) fit-territorju fejn sar it-testment, (c) li t-testatur kien residenti abitwalment fih meta għamel it-testment jew fil-waqt ta’ mewtu, (d) li trid tiġi applikata għar-reġim legali tas-suċċessjoni jew li kellha tiġi applikata għal reġim bħal dan meta sar it-testment, jew (e) li fih ikun hemm proprjetà immobbli involuta. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għall-għamla ta’ annullament ta’ testment. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll mutatis mutandis għall-għamla ta’ ftehimiet ta’ suċċessjoni u legati oħra wara l-mewt, dment li t-testatur ikun parti fil-ftehim ta’ suċċessjoni. Dan japplika wkoll għall-għamla tal-annullament ta’ ftehim ta’ suċċessjoni jew legati oħra wara l-mewt.

It-testatur, jista’ jispeċifika f’testment li, minflok il-liġi li kieku kienet tkun tapplika, ir-reġim legali tas-suċċessjoni jkun irregolat mil-liġi ta’ dak l-Istat li t-testatur ikun residenti abitwalment fih meta jkun għamel it-testment, inkluż għal legat immobbli, jew inkella jista’ jispeċifika li r-reġim legali tas-suċċessjoni, inkluż għal proprjetà immobbli, ikun irregolat mil-liġi ta’ dak l-Istat li jkollu n-nazzjonalità tiegħu meta jagħmel it-testment. Il-partijiet fi ftehim ta’ suċċessjoni jistgħu jagħżlu reġim legali ta’ suċċessjoni minn dawn is-sistemi legali dment li t-testatur ikun wieħed mill-partijiet fil-ftehim ta’ suċċessjoni. Dan japplika wkoll mutatis mutandis għal legati oħra wara l-mewt.

Skont ir-Regolament dwar is-Suċċessjoni, jekk, skont il-liġi applikabbli għall-wirt skont ir-Regolament, ma jkun hemm l-ebda werriet tal-assi, jew legatarju f’konformità mal-legat wara l-mewt, jew ebda persuna fiżika li tkun il-werrieta, l-applikazzjoni ta’ liġi li tkun iddeterminata b’dan il-mod ma teskludix id-dritt ta’ Stat Membru jew entità appuntata minn dak l-Istat Membru partikolari għal dak l-iskop, li jsir il-proprjetarju, bi dritt, tal-assi minn wirt li jinsabu fit-territorju tiegħu, u li l-kredituri fih għandhom dritt għall-ħlas ta’ dejn pendenti mill-assi residwi. Fil-liġi Ċeka, din il-materja hija rregolata mill-Artikolu 1634 tal-Kodiċi Ċivili. F’dan l-Artikolu hemm stipulat li, meta ma jkun hemm l-ebda werriet biex jiret, anki skont ir-regoli ab intestato, is-suċċessjoni tgħaddi għand l-Istat u l-Istat jitqies bħala l-werriet leġittimu. L-Istat ikollu l-istess pożizzjoni ta’ werriet fil-konfront tal-partijiet l-oħra f’konformità mal-benefiċċju tal-inventarju. Skont l-Artikolu 78 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, meta ma jkunx hemm werriet, il-beni u d-drittijiet tat-testatur li jkunu jinsabu fir-Repubblika Ċeka jgħaddu għal għand ir-Repubblika Ċeka; id-deċiżjonijiet f’dawn il-materji huma kompitu tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati Ċeki. L-Istat jew unità territorjali oħra jew istituzzjoni eżistenti ma jitqisux, għal dawn il-finijiet, bħala werrieta, sakemm ma jkunux stabbiliti bħala werrieta fit-testment.

3.8 Proprjetà reali

Din il-materja hija rregolata mill-Artikolu 69 sa 79 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

Ir-regoli ġenerali hija li d-drittijiet sostantivi għall-proprjetà immobbli jew għall-proprjetà immobbli tanġibbli huma rregolati mil-liġi tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà. Skont din il-liġi wkoll ikun iddeterminat jekk proprjetà hijiex mobbli jew immobbli. Madankollu, għal xi proprjetà speċifika u għal ċerti aspetti tad-drittijiet in rem, l-Att fih regoli speċjali dwar il-konflitt tal-liġijiet – ara aktar ’l isfel:

Id-drittijiet in rem għall-bastimenti u l-inġenji tal-ajru rreġistrati f’reġistru pubbliku, li t-twaqqif u l-iskadenza tiegħu huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fih jinżamm ir-reġistru.

It-twaqqif u l-iskadenza tad-drittijiet in rem għall-proprjetà mobbli tanġibbli huma rregolati mil-liġi tal-post li fih kienet tinsab il-proprjetà meta seħħ l-avveniment li wassal għall-ħolqien jew għall-iskadenza ta’ dak id-dritt.

It-twaqqif jew l-iskadenza tas-sjieda fi proprjetà mobbli tanġibbli li tkun trasferita abbażi ta’ ftehim huma rregolati mil-liġi li tirregola l-ftehim li jkun il-bażi għall-ħolqien jew għall-iskadenza tas-sjieda.

Meta proċediment legali li għandu jkun il-bażi għat-twaqqif u għall-iskadenza tad-drittijiet in rem għall-proprjetà mobbli tanġibbli jsir wara l-bidu tat-trasport tal-proprjetà u matul id-durata tat-trasport, tali twaqqif u skadenza għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-post li minnu tkun intbagħtet il-proprjetà. Madankollu, jekk it-twaqqif u l-iskadenza tad-drittijiet in rem għall-proprjetà inkwistjoni jsiru permezz ta’ pproċessar ta’ ċertifikat li jrid ikun ippreżentat għall-fini taċ-ċediment u l-użu tal-proprjetà, tapplika l-liġi tal-post li fih ikun jinsab iċ-ċertifikat fil-waqt tal-ipproċessar tiegħu.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-entrati f’kotba pubbliċi u listi simili validi fil-post li fih tkun tinsab il-proprjetà immobbli jew mobbli jkunu applikati wkoll fil-każijiet li fihom ir-raġuni legali li tiġġustifika t-twaqqif, l-iskadenza, ir-restrizzjoni jew it-trasferiment tad-dritt irreġistrat tkun ivvalutata skont sistema legali oħra.

Il-preskrizzjoni akkwiżittiva hija rregolata mil-liġi valida fil-post li fih kienet tinsab il-proprjetà fil-bidu tal-perjodu ta’ preskrizzjoni akkwiżittiva. Id-detentur, madankollu, jista’ jirreferi għal-liġi tal-Istat li fih isseħħ il-preskrizzjoni akkwiżittiva, fil-każijiet li fihom – minn mindu l-proprjetà tkun waslet fl-Istat inkwistjoni – ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-preskrizzjoni akkwiżittiva skont il-liġi tal-Istat.

3.9 Insolvenza

Din il-materja hija rregolata mill-Artikolu 111 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Id-dispożizzjonijiet dwar il-konflitt tal-liġijiet tar-Regolament dwar l-Insolvenza japplikaw mutatis mutandis, għajr għal każijiet soġġetti għal dak ir-Regolament.

L-aħħar aġġornament: 31/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Ġermanja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Bejn l-2007 u l-2016, l-UE kkodifikat ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet ta’ oqsma importanti tad-dritt privat fl-għamla ta’ Regolament (b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 593/2008 (ir-“Regolament Ruma I”), ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 (ir-“Regolament Ruma II”) u r-Regolament (UE) Nru 650/2012 (ir-“Regolament tal-UE dwar is-Suċċessjoni”). Għal ħarsa ġenerali, irreferi għall-gwida “Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili fl-Unjoni Ewropea”. B’konsegwenza ta’ dan, l-ambitu tar-regoli awtonomi tal-Ġermanja dwar il-konflitt tal-liġijiet kompla jidjieq.

Is-sors ewlieni tar-regoli domestiċi Ġermaniżi dwar il-konflitt tal-liġijiet (jew għad-Dritt Internazzjonali Privat) huwa l-Att Introduttorju għall-Kodiċi Ċivili (Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuche – EGBGB), b’mod partikolari l-Artikoli minn 3 sa 48. Skont l-Artikolu 3 EGBGB, ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE u fil-konvenzjonijiet internazzjonali għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet tal-Att fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.

Il-liġi Ġermaniża tinkludi wkoll regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet imxerrdin fi bnadi oħra li mhumiex l-EGBGB, pereżempju fil-Kodiċi tal-Insolvenza (Insolvenzordnung – InsO).

F’oqsma li mhumiex irregolati mil-leġiżlazzjoni, pereżempju fid-Dritt Internazzjonali tal-Kumpaniji, il-liġi applikabbli hija ddeterminata mill-qrati.

L-osservazzjonijiet fil-punt 2 huma limitati fis-sustanza tagħhom għar-regoli domestiċi Ġermaniżi dwar il-konflitt tal-liġijiet.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Lista tal-konvenzjonijiet multilaterali kollha ffirmati u rratifikati mill-Ġermanja tinsab fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju B tal-Gazzetta tad-Dritt Federali (Bundesgesetzblatt). Il-konvenzjonijiet multilaterali internazzjonali elenkati jinkludu konvenzjonijiet li jinkludi regoli unifikati dwar il-konflitt tal-liġijiet.

Konvenzjonijiet multilaterali ta’ din ix-xorta ta’ sikwit jinbdew minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Ma tistax ma tissemmiex il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, li l-Ġermanja ilha sew membru tagħha.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Dispożizzjonijiet individwali dwar il-konflitt tal-liġijiet jistgħu jkunu inklużi wkoll fil-konvenzjonijiet bilaterali. Fid-Direttorju B tal-Gazzetta tad-Dritt Federali hemm lista ta’ konvenzjonijiet ta’ din ix-xorta bejn il-Ġermanja u stati oħra (ara l-punt 1.2 aktar ’il fuq).

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-kwistjonijiet ta’ konflitt tal-liġijiet ma jfeġġux biss f’tilwimiet fil-qrati. Sħab fin-negozju fi stati differenti jeħtiġilhom li jkunu jafu liema liġi tirregola l-kuntratt ta’ bejniethom, irrispettivament minn kull tilwima legali fil-futur. Dik il-liġi tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Is-sewwieqa tal-karozzi li jkunu qegħdin jivvjaġġaw fuq btala fi stati oħra jridu jkunu konxji mil-liġi li jridu jwieġbu għaliha f’każ li jikkaġunaw inċident tat-traffiku hemmhekk. Dik il-liġi tiddetermina n-natura u l-iskala ta’ kull kumpens.

Fil-każijiet li fihom il-fatti ta’ tilwima jindikaw xi rabta mal-liġi ta’ stat ieħor, qorti Ġermaniża li tiddeċiedi dwar il-każ tiddetermina liema liġi trid tiġi applikata billi tirreferi għar-regoli Ġermaniżi dwar il-konflitt tal-liġijiet. L-imħallfin Ġermaniżi jridu jkunu midħla tar-regoli Ġermaniżi dwar il-konflitt tal-liġijiet. Iridu japplikawhom irrispettivament minn jekk il-parti tressaqx talba għalihom jew le.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Jekk skont ir-regoli Ġermaniżi dwar il-konflitt tal-liġijiet, tkun applikabbli l-liġi ta’ stat ieħor iżda l-liġi ta’ dak l-istat min-naħa tagħha tirreferi ulterjorment għal-liġi ta’ stat ieħor, il-liġi Ġermaniża ġeneralment taċċetta r-riferiment ulterjuri, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1) EGBGB, soġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi fl-atti ġuridiċi tal-UE jew fil-konvenzjonijiet internazzjonali. Jekk il-liġi barranija terġa’ tirreferi għal-liġi Ġermaniża, japplikaw id-dispożizzjonijiet sostantivi Ġermaniżi (it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) EGBGB).

Fil-każijiet li fihom, id-dispożizzjonijiet Ġermaniżi dwar il-konflitt tal-liġijiet jippermettu lill-partijiet li jagħżlu s-sistema legali applikabbli, fl-Artikolu 4(2) EGBGB hemm stipulat li l-għażla tirrigwarda biss id-dispożizzjonijiet sostantivi.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

It-tibdil fil-liġi applikabbli f’sitwazzjoni li fiha l-fatti tal-kwistjoni jkunu għadhom suxxettibbli li jinbidlu huwa fenomenu familjari fil-liġi Ġermaniża. Pereżempju, id-drittijiet in rem huma fil-prinċipju vvalutati skont il-liġi tal-post li fih tkun tinsab il-proprjetà, li jfisser li jekk il-post ta’ oġġett jinbidel jaf isir irregolat minn sistema legali differenti.

Bidla fil-fattur ta’ konnessjoni bħal pereżempju bidla fin-nazzjonalità, hija aċċettata wkoll f’oqsma oħra tal-liġi.

Madankollu, l-ebda bidla fil-liġi applikabbli ma hija possibbli jekk ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet jistabbilixxu ħin speċifiku ta’ konnessjoni. Pereżempju, sabiex tkun iddeterminata l-liġi li tirregola suċċessjoni, il-fattur ta’ konnessjoni fil-każ ta’ persuni deċeduti fis-17 ta’ Awwissu 2015 jew wara, ikun il-post tar-residenza abitwali tat-testatur fil-mument tal-mewt (ara l-punt 3.7 aktar ’l isfel).

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-Artikolu 6 EGBGB jesprimi r-riżerva tal-Ġermanja rigward l-ordni pubbliku, li permezz tagħha liġi barranija ma tiġix applikata meta l-applikazzjoni tagħha tkun inkompatibbli biċ-ċar mal-prinċipji fundamentali tal-liġi Ġermaniża. “Prinċipji fundamentali” hawnhekk tfisser il-prinċipji bażiċi tal-ġustizzja. Ġeneralment, din tirreferi għal ksur serju tad-drittijiet fundamentali garantiti fil-Kostituzzjoni Ġermaniża. Għall-applikabbiltà tar-riżerva tal-ordni pubbliku huwa importanti wkoll li l-fatti tal-każ ikunu jippreżentaw konnessjoni domestika; inkella s-sistema legali Ġermaniża ma tistax tkun involuta. Anki hawnhekk, il-preċedenza għandha tingħata lil kull regola speċjali, b’mod partikolari dawk stipulati fl-istrumenti ġuridiċi tal-UE li jieħdu preċedenza (ara, pereżempju, l-Artikolu 21 tar-Regolament Ruma I, l-Artikolu 26 tar-Regolament Ruma II u l-Artikolu 35 tar-Regolament tal-UE dwar is-Suċċessjoni). Hemm eċċezzjoni oħra għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet li tapplika fil-każ ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti. Fl-ambitu ta’ dispożizzjoni obbligatorja prevalenti, ir-regoli nazzjonali jiġu applikati b’mod mandatorju, billi r-rispett ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jitqies bħala kruċjali minn pajjiż biex jissalvagwardja l-interessi pubbliċi tiegħu, b’mod partikolari l-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu. Id-dispożizzjonijiet obbligatorji jiksbu l-aqwa importanza tagħhom fi kwistjonijiet ta’ obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali. Fl-istrumenti ġuridiċi tal-UE li jieħdu preċedenza (ara b’mod partikolari l-Artikolu 9 tar-Regolament Ruma I, li fih definizzjoni ġuridika, u l-Artikolu 16 tar-Regolament Ruma II”) u fil-konvenzjonijiet internazzjoni hemm stipulati regoli speċjali dwar is-suġġett.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-qrati Ġermaniżi, mhux biss iridu japplikaw ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet fuq deċiżjoni tagħhom stess, iżda skont l-Artikolu 293 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung – ZPO), huma obbligati wkoll li, wara kunsiderazzjoni dovuta, jiddeterminaw is-sustanza tal-liġi barranija applikabbli. Biex jagħmlu dan, ma jistgħux jillimitaw ruħhom għall-qari tal-leġiżlazzjoni barranija: il-qorti trid tikkunsidra t-trattament tal-leġiżlazzjoni fid-duttrina u fil-ġurisprudenza. Il-qorti trid tqiegħed lilha nnifisha f’pożizzjoni li tkun tista’ tapplika l-liġi barranija bl-istess mod ta’ qorti fil-pajjiż ikkonċernat.

Biex jiddeterminaw is-sustanza ta’ liġi barranija, il-qrati jistgħu jużaw kull sors ta’ referenza għad-disponibbiltà tagħhom.

  • Il-Konvenzjoni Ewropea dwar Informazzjoni rigward il-Liġi Barranija, iffirmata f’Londra fis-7 ta’ Ġunju 1968 tipprovdi sors ta’ informazzjoni għall-istati kontraenti. Ir-rikjesta trid tintbagħat lill-aġenzija kompetenti tal-istat barrani kkonċernat permezz tal-aġenzija riċeventi/trasmittenti kompetenti.
  • Minflok rikjesta għal informazzjoni ġuridika skont il-Konvenzjoni Ewropea ta’ Londra, il-qorti tista’ tikseb ukoll opinjoni legali mingħand espert, dment li l-espert ikollu wkoll għarfien rigward l-applikazzjoni prattika tal-liġi barranija.
  • Għal kwistjonijiet aktar sempliċi, f’ċerti ċirkostanzi, l-informazzjoni miksuba mill-punt ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali jew mir-riċerka tal-qorti stess dwar il-liġi barranija, jaf tkun biżżejjed biex tiġi stabbilita s-sustanza tal-liġi barranija.

Il-qrati jistgħu wkoll jappellaw għall-kooperazzjoni tal-partijiet għall-prova ta’ liġi barranija, iżda mhumiex marbuta bl-interpretazzjoni tagħhom. Għaldaqstant jistgħu jagħmlu użu minn kull sors ta’ referenza, fuq deċiżjoni tagħhom stess, mingħajr ma jkunu marbuta bl-evidenza ppreżentata mill-partijiet.

F’każijiet ta’ eċċezzjoni, li fihom minkejja d-diliġenza kollha dovuta, il-kontenut tal-liġi barranija ma jkunx jista’ jiġi stabbilit, trid tiġi minflok applikata l-liġi Ġermaniża.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Il-kuntratti ta’ bejgħ internazzjonali huma soġġetti l-ewwel u qabel kollox għall-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Kuntratti ta’ Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija, li tapplika awtomatikament bejn in-negozji ta’ kwalunkwe stat kontraenti minn fost l-għadd kbir ta’ stati kontraenti sakemm il-partijiet ma jkunux eskludewha b’mod ċar biżżejjed, pereżempju billi “jirrinunzjaw għall-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Bejgħ”.

Għall-kuntratti ta’ wegħda ta’ bejgħ l-oħra kollha li ġew konklużi mis-17 ta’ Diċembru 2009 ’l quddiem, il-kwistjoni tal-liġi applikabbli hija ddeterminata, fil-prinċipju, skont ir-Regolament Ruma I, sakemm il-kuntratt ma jaqax barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, bħall-kuntratti tal-liġi dwar il-proprjetà. Barra minn hekk, japplikaw ukoll l-Artikoli 46b sa 46d EGBGB.

Sas-17 ta’ Diċembru 2009, kienet tapplika l-verżjoni l-qadima tal-Artikolu 27 et seq. EGBGB. Din kienet ibbażata fuq il-Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali tal-1980. Hija tħassret b’effett mis-17 ta’ Diċembru 2009, iżda għadha tapplika għall-kuntratti konklużi qabel dik id-data.

Għal ċerti kuntratti tal-assigurazzjoni konklużi qabel is-17 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli minn 7 sa 14 tal-Att Introduttorju tal-Att dwar l-Assigurazzjoni (Einführungsgesetz zum Versicherungsvertragsgesetz – EGVVG), fil-verżjoni b’validità sas-16 ta’ Diċembru 2009, jinkludu regoli speċjali dwar il-konflitt tal-liġijiet.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Mill-11 ta’ Jannar 2009, l-għażla tas-sistema legali applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali, ġeneralment kienet iddeterminata mir-Regolament Ruma II, issupplimentat mill-Artikolu 46a EGBGB.

F’każijiet mhux koperti mir-Regolament, bħal, pereżempju, ksur tad-dritt għall-protezzjoni tal-personalità ta’ dak li jkun (Persönlichkeitsrecht), il-liġi Ġermaniża tipprevedi regoli speċifiċi dwar il-konflitt tal-liġijiet għall-iddeterminar ta’ liema liġi tal-pajjiż tkun tapplika; dawn ir-regoli huma stipulati fl-Artikoli 38a sa 42 EGBGB.

L-Artikolu 38 EGBGB jistipula regoli dwar il-liġi li trid tiġi applikata fir-rigward tat-tipi differenti ta’ pretensjonijiet abbażi ta’ arrikkiment indebitu.

Skont l-Artikolu 39 EGBGB, pretensjonijiet legali li jirriżultaw minn atti mwettqa mingħajr awtorità dovuta f’rabta ma’ affari ħaddieħor huma rregolati mil-liġi ta’ dak l-istat li fih twettaq l-att. Għas-saldu ta’ dejn dovut minn persuna oħra tapplika regola speċjali.

Skont l-Artikolu 40 EGBGB, il-pretensjonijiet għad-danni li jirriżultaw minn att illeċitu huma fil-prinċipju rregolati mil-liġi tal-post li fih tkun aġixxiet il-parti responsabbli (Recht des Handlungsorts); minflok dik il-liġi, il-parti inġurjata tista’ tagħżel li tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż fejn tkun saret l-offiża (Recht des Schadenseintritts).

L-Artikolu 42 EGBGB jipprevedi li l-partijiet jistgħu, f’kull każ, jagħżlu l-liġi applikabbli għal relazzjoni mhux kuntrattwali wara l-avveniment li wassal għaliha.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 41 EGBGB, is-sistema legali applikabbli tista’ tkun sostitwita b’sistema legali li, minħabba ċirkostanzi partikolari, għandha konnessjoni sostanzjalment eqreb mal-fatti tal-każ.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Skont ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet tal-Ġermanja, kwistjonijiet legali li jfeġġu minħabba l-istatus legali personali ta’ persuna fiżika huma rregolati mis-sistema legali tal-pajjiż li l-persuna kkonċernata jkollha n-nazzjonalità tiegħu (Heimatrecht). Dan japplika fil-prinċipju għall-ismijiet (għad-dettalji, ara l-Artikolu 10 EGBGB) u għall-kwistjoni dwar jekk persuna fiżika tgawdix mill-kapaċità ġuridika u mill-kapaċità li tikkonkludi kuntratt (l-Artikolu 7 EGBGB).

Fil-każijiet li fihom persuna jkollha aktar minn nazzjonalità waħda (Mehrstaater), l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1) EGBGB tistipula li trid issir referenza għan-“nazzjonalità effettiva”, jiġifieri n-nazzjonalità tal-istat li miegħu l-persuna b’aktar minn nazzjonalità waħda jkollha l-eqreb konnessjoni. Madanakollu, jekk, persuna b’aktar minn nazzjonalità waħda jkollha wkoll nazzjonalità Ġermaniża, fit-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) EGBGB huwa previst li tkun tapplika biss in-nazzjonalità Ġermaniża.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Skont l-Artikolu 19 EGBGB, il-parentela ta’ wild hija soġġetta l-ewwel nett għal-liġi tal-istat li fih il-wild ikun resident abitwalment. Fir-relazzjoni ma’ kull ġenitur, il-parentela tista’ tkun iddeterminata wkoll mil-liġi tal-istat tan-nazzjonalità ta’ dak il-ġenitur. Fl-aħħar nett, jekk l-omm tkun miżżewġa, il-liġi li tirregola l-effetti taż-żwieġ (Ehewirkungsstatut) (l-Artikolu 14 EGBGB) li tapplika fil-waqt tat-twelid tista’ wkoll takkwiżixxi sinifikat fil-kwistjoni tal-iddeterminar tal-parentela. Għall-ulied imwielda qabel l-1 ta’ Lulju 1998, japplikaw regoli differenti.

Skont l-Artikolu 20 EGBGB, il-kontestazzjonijiet tal-parentela huma ġeneralment irregolati mis-sistema legali li tiddetermina l-parentela, u, meta tkun ikkontestata mill-wild, tkun iddeterminata mil-liġi applikabbli fil-post li fih il-wild ikun resident abitwalment.

3.4.2 L-adozzjoni

Mill-31 ta’ Marzu 2020, l-adozzjoni ta’ wild fil-Ġermanja kienet soġġetta għal-liġi Ġermaniża. Inkella hija rregolata mil-liġi tal-istat fejn il-persuna adottata jkollha r-residenza abitwali tagħha fil-waqt tal-adozzjoni (il-verżjoni ġdida tal-Artikolu 22(1) EGBGB). Il-proċeduri ta’ adozzjoni li saru qabel il-31 ta’ Marzu 2020 huma soġġetti għad-dritt internazzjonali privat li kien japplika qabel, jiġifieri l-adozzjoni hija rregolata mil-liġi tal-istat tan-nazzjonalità tal-persuna li tadotta, fil-mument tal-adozzjoni (il-verżjoni l-qadima tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 22(1) EGBGB). L-adozzjoni minn konjuġi wieħed jew mit-tnejn hija rregolata mil-liġi li tirregola l-effetti ġenerali taż-żwieġ (il-verżjoni l-qadima tat-tieni sentenza tal-Artikolu 22(1) EGBGB).

Ir-rikonoxximent u l-istabbiliment tal-effettività tal-adozzjonijiet barranin huma rregolati fl-Att dwar l-effetti tal-adozzjoni ta’ wild skont il-liġi barranija (Gesetz über Wirkungen der Annahme als Kind nach ausländischem Recht) (L-Att dwar l-Effettività tal-Adozzjoni (Adoptionswirkungsgesetz – AdWirkG)).

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Il-kummenti li ġejjin huma applikabbli biss għaż-żwiġijiet bejn persuni ta’ sess oppost. Għaż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess, irreferi għal 3.5.2.

Skont l-Artikolu 13 EGBGB, il-kundizzjonijiet għall-konklużjoni ta’ kuntratt taż-żwieġ normalment ikunu rregolati mil-liġi tal-istat tan-nazzjonalità ta’ kull wieħed mill-għarajjes li jkunu se jiżżewġu. Tista’ minflok tapplika l-liġi Ġermaniża f’każijiet ta’ eċċezzjoni u f’ċirkostanzi partikolari.

Fil-Ġermanja, kuntratt ta’ żwieġ jista’ jkun konkluż biss fil-preżenza ta’ reġistratur, jew f’każijiet ta’ eċċezzjoni fil-preżenza ta’ persuna inkarigata apposta minn stat barrani (it-tieni sentenza tal-Artikolu 13(4) EGBGB).

Jekk l-effetti ġenerali taż-żwieġ ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f’materji ta’ reġimi ta’ proprjetà matrimonjali (ir-Regolament tal-UE dwar il-Proprjetà Matrimonjali), dawn ikunu soġġetti għal-liġi magħżula mill-konjuġi (l-Artikolu 14(1) EGBGB).

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

Iż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess u s-sħubijiet ċivili rreġistrati (eingetragene Lebenspartnerschaften) huma rregolati mill-Artikolu 17b EGBGB. Skont dak l-Artikolu, il-ħolqien u x-xoljiment ta’ sħubija ċivili rreġistrata, kif ukoll kwalunkwe effett ġenerali li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r- rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati (ir-Regolament tal-UE dwar il-Patrimonju tas-Sħubijiet Irreġistrati), huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż fejn tkun irreġistrata s-sħubija permanenti (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17b(1) EGBGB). L-istess japplika, mutatis mutandis, jekk il-konjuġi jkunu tal-istess sess jew tal-anqas konjuġi wieħed la jkun ta’ sess femminili u lanqas ta’ sess maskili (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17b(4) EGBGB). Mill-1 ta’ Ottubru 2017 ma baqax aktar possibbli fil-Ġermanja jinħolqu s-sħubijiet irreġistrati (l-Artikolu 3(3) tal-Att li jintroduċi d-dritt għaż-żwieġ għall-koppji tal-istess sess (Eheöffnungsgesetz)) u dak tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17b(1) EGBGB huwa għalhekk, b’rabta mal-ħolqien ta’ sħubija permanenti, każ rari ferm ta’ regola Ġermaniża dwar il-konflitt tal-liġijiet li tkopri relazzjoni legali li tista’ timmaterjalizza biss barra mill-pajjiż.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Il-liġi applikabbli għad-divorzju ilha ddeterminata mill-21 ta’ Ġunju 2012 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (ir-“Regolament Ruma III”). Ir-Regolament japplika anki meta skont id-dispożizzjonijiet tiegħu, il-liġi applikabbli tkun il-liġi ta’ stat li ma jipparteċipax fil-kooperazzjoni msaħħa (l-Artikolu 4 tar-Regolament). Id-divorzju u s-separazzjoni legali huma wkoll irregolati mir-Regolament Ruma III fil-każ ta’ żwiġijiet bejn persuni ta’ sess oppost (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17b(4) EGBGB).

L-Artikoli 17 u 17a EGBGB japplikaw b’mod komplimentarju.

Fil-Ġermanja, divorzju jista’ jkun dekretat biss minn qorti (l-Artikolu 17(3) EGBGB).

Skont l-Artikolu 17(4) EGBGB, il-liġi applikabbli għall-kondiviżjoni tal-intitolamenti tal-pensjoni hija ddeterminata mil-liġi applikabbli għad-divorzju (il-liġi dwar id-divorzju). F’ċerti ċirkostanzi li fihom il-kondiviżjoni tal-intitolamenti tal-pensjoni ma tkunx rikonoxxuta mil-liġi barranija, din tkun minflok implimentata f’konformità mal-liġi Ġermaniża, jekk dan jintalab mill-partijiet.

L-użufrutt ta’ dar matrimonjali u tal-oġġetti domestiċi li jkunu jinsabu fil-Ġermanja huwa rregolat mil-liġi sostantiva Ġermaniża (l-Artikolu 17a EGBGB).

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Il-kwistjoni dwar liema liġi hija applikabbli għat-talbiet għal manteniment bejn il-qraba jew bejn il-konjuġi ilha ddeterminata mit-18 ta’ Ġunju 2011 mill-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment. Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll, il-Protokoll għandu applikazzjoni universali, jiġifieri anki jekk il-liġi li trid tiġi applikata skont id-dispożizzjonijiet tiegħu tkun dik ta’ stat mhux kontraenti. Għaldaqstant ir-regoli Ġermaniżi fl-EGBGB li kienu applikabbli sa dak iż-żmien f’dak ir-rigward, tħassru.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Il-konsegwenzi patrimonjali ta’ żwieġ huma rregolati mir-Regolament tal-UE dwar il-Proprjetà Matrimonjali. Dan japplika wkoll fil-każ ta’ żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess (it-tieni sentenza tal-Artikolu 17(4) EGBGB). Ir-Regolament tal-UE dwar il-Proprjetà Matrimonjali jagħti prijorità lill-awtonomija tal-partijiet: il-konjuġi futuri jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tagħhom (l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-UE dwar il-Proprjetà Matrimonjali). Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet, il-fattur ta’ konnessjoni jkun il-post tar-residenza tal-konjuġi jew inkella, in-nazzjonalità tagħhom jew l-istat li miegħu, konġuntament, għandhom l-eqreb konnessjoni (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-UE dwar il-Proprjetà Matrimonjali).

B’konsegwenza tad-data ta’ applikazzjoni tiegħu (it-30 ta’ Jannar 2019), ir-Regolament tal-UE dwar il-Patrimonju tas-Sħubijiet Irreġistrati ma jkoprix is-sħubijiet permanenti maħluqa fil-Ġermanja, billi mill-1 ta’ Ottubru 2017 mhuwiex possibbli li tinħoloq sħubija permanenti skont il-liġi tal-Ġermanja (ara l-punt 3.5.2 aktar ’il fuq). Skont ir-Regolament tal-UE dwar il-Patrimonju tas-Sħubijiet Irreġistrati, l-għażla tal-partijiet hija wkoll il-fattur ta’ konnessjoni prinċipali (l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-UE dwar il-Patrimonju tas-Sħubijiet Irreġistrati). Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli, il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubijiet irreġistrati hija l-liġi tal-istat li fil-qafas legali tiegħu tkun inħolqot is-sħubija rreġistrata (l-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-UE dwar il-Patrimonju tas-Sħubijiet Irreġistrati).

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

F’każijiet ta’ mwiet li jseħħu mis-17 ta’ Awwissu 2015 ’il quddiem, ir-regoli applikabbli bi prijorità huma dawk stipulati fir-Regolament tal-UE dwar is-Suċċessjoni. Skont dak ir-Regolament, l-aħħar post tar-residenza abitwali tat-testatur huwa l-fattur ta’ konnessjoni fundamentali għal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Is-suċċessjonijiet datati qabel is-17 ta’ Awwissu 2015 huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż tan-nazzjonalità tat-testatur fil-waqt ta’ mewtu, skont il-verżjoni l-qadima tal-Artikolu 25 EGBGB (il-verżjoni l-ġdida tal-Artikolu 25 EGBGB tiddikjara r-Regolament tal-UE dwar is-Suċċessjoni applikabbli mutatis mutandis). Kien hemm il-possibbiltà li tintgħażel il-liġi Ġermaniża fir-rigward tal-proprjetà immobbli li tkun tinsab fil-Ġermanja.

Għas-suċċessjonijiet datati wara s-17 ta’ Awwissu 2015, ir-rekwiżiti formali għat-trasferimenti causa mortis huma rregolati mill-verżjoni l-ġdida tal-Artikolu 26 EGBGB, li, għad-dispożizzjonijiet testamentarji, f’termini essenzjali jipprevedi l-applikazzjoni diretta tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961, li l-Ġermanja, bħala stat kontraenti, ilha soġġetta għaliha sa mill-1965 (il-paragrafu 1) u, fir-rigward tal-forma ta’ trasferimenti causa mortis oħra, jirreferi għall-Artikolu 27 tar-Regolament tal-UE dwar is-Suċċessjoni (il-paragrafu 2). Is-suċċessjonijiet datati qabel is-17 ta’ Awwissu 2015 huma soġġetti għall-verżjoni l-qadima tal-Artikolu 26 EGBGB, li kien jinkorpora d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-konflitt tal-liġijiet tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji. Dispożizzjoni tkun valida fir-rigward tal-forma tagħha jekk il-forma tagħha tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ sistema legali li jkollha konnessjoni magħha, pereżempju permezz tan-nazzjonalità, tar-residenza abitwali tat-testatur, jew tal-post li fih ikun sar it-testment.

3.8 Proprjetà reali

Skont l-Artikolu 43 EGBGB, id-drittijiet in rem huma rregolati mil-liġi tal-istat li fih tkun tinsab il-proprjetà. Dik il-liġi tirregola, pereżempju, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet tas-sjieda u l-mod li bih il-proprjetà tista’ tiġi trasferita jew issir suġġetta għal garanzija.

Fl-Artikolu 45 EGBGB huwa previst fattur ta’ konnessjoni speċjali għall-mezzi tat-trasport.

L-Artikolu 43(2) EGBGB jistipula regola speċjali għat-trasferiment tal-proprjetà minn stat għall-ieħor.

Fl-aħħar nett, l-emissjonijiet mill-proprjetà immobbli huma trattati separatament fl-Artikolu 44 EGBGB.

Fil-veru sens tal-kelma, ma teżisti l-ebda għażla tal-liġi applikabbli fir-rigward tad-drittijiet in rem. Madankollu, skont l-Artikolu 46 EGBGB, teżisti l-possibbiltà li wieħed ma jżommx mal-liġi ddeterminata skont il-fatturi ta’ konnessjoni msemmija aktar ’il fuq jekk iċ-ċirkostanzi jindikaw konnessjoni sostanzjalment eqreb mal-liġi ta’ stat ieħor.

3.9 Insolvenza

Apparti r-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet skont ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza, li fih hemm regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, l-Artikolu 335 tal-Kodiċi tal-Insolvenza jipprevedi, fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, li, fil-prinċipju, il-proċedimenti tal-insolvenza u l-effetti tagħhom huma soġġetti għal-liġi tal-istat li fih jinfetħu l-proċedimenti. L-Artikolu 336 et seq. tal-Kodiċi tal-Insolvenza jiddefinixxi fatturi ta’ konnessjoni speċjali għal aspetti speċifiċi tad-dritt dwar l-insolvenza internazzjonali li jistgħu ma jżommux ma’ dak il-prinċipju (pereż. l-impjiegi, it-tpaċija u l-kontestazzjoni tat-tranżazzjonijiet fi proċedimenti ta’ insolvenza).

L-aħħar aġġornament: 19/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Estonja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Kwistjonijiet tal-liġi applikabbli huma prinċipalment irregolati permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (minn hawn ’il quddiem “l-ADIP”).

Il-Parti Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili kienet tirregola l-liġi applikabbli qabel ma daħal fis-seħħ l-ADIP fl-1 ta’ Lulju 2002; issa l-ADIP qed jiġi applikat minfloku fi kważi l-każijiet kollha taħt l-Artikolu 24 tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi, il-Parti Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili u l-Att ta’ Implimentazzjoni tal-ADIP.

Barra minn hekk, il-prijorità tar-regoli li jirriżultaw mil-liġi applikabbli tal-UE fuq il-liġi nazzjonali trid titqies flimkien mal-prinċipju li joħroġ mill-Artikolu 123 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Estonja, li skontu, meta l-liġijiet jew leġiżlazzjoni oħra tal-Estonja jkunu f’kunflitt ma’ trattament internazzjonali ratifikat mill-Parlament tal-Estonja, japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-trattat internazzjonali. L-Estonja ffirmat ukoll erba’ ftehimiet dwar l-assistenza legali mar-Russja, l-Ukrajna, il-Polonja, il-Latvja u l-Litwanja li wkoll jirregolaw il-kwistjonijiet tal-liġi applikabbli.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

  • Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Litwanja dwar l-assistenza legali u r-relazzjonijiet legali, iffirmat f’Tallinn fil-11 ta’ Novembru 1992; aktar informazzjoni tinsab fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiigi Teataja.
  • Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Estonja u l-Federazzjoni Russa dwar l-assistenza legali u r-relazzjonijiet legali f’materji ċivili, tal-familja u kriminali, iffirmat f’Moska fis-26 ta’ Jannar 1993; aktar informazzjoni tinsab fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiigi Teataja.
  • Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Estonja u l-Ukrajna dwar l-assistenza legali u r-relazzjonijiet legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmat fi Kiev fil-15 ta’ Frar 1995; aktar informazzjoni tinsab fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiigi Teataja.
  • Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-assistenza legali u r-relazzjonijiet legali f’materji ċivili, tax-xogħol u kriminali, iffirmat f’Tallinn fis-27 ta’ Novembru 1998; aktar informazzjoni tinsab fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiigi Teataja.

Regolamenti tal-Unjoni Ewropea

  • Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40-49);
  • Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6-16);
  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1–79);
  • Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107-134);
  • Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (ĠU L 343, 29.12.2010, p. 10-16);
  • Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19-72).

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Jekk liġi, tranżazzjoni jew ftehim internazzjonali jkunu jirrikjedu l-applikazzjoni ta’ liġi barranija, il-qrati jagħmlu dan irrispettivament minn jekk tali applikazzjoni tintalabx jew le. Dan ifisser li, l-obbligu tal-qorti li tapplika l-liġi barranija ma jiddependix minn jekk parti tkunx talbitha jew le (l-Artikolu 2(1) tal-ADIP).

F’xi kawżi tal-qorti ċivili li fihom il-partijiet kienu intitolati li jaqblu dwar l-għażla tal-liġi applikabbli, il-qrati tal-Estonja applikaw il-liġi tal-Estonja minflok il-liġi barranija billi l-partijiet impliċitament irrinunzjaw għad-dritt tagħhom li jagħżlu l-liġi barranija.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Meta l-ADIP jkun jirrikjedi l-applikazzjoni tal-liġi barranija (trażmissjoni), japplikaw ir-regoli tad-dritt internazzjonali privat tal-pajjiż rilevanti. Meta tali regoli jkunu jirrikjedu l-applikazzjoni tal-liġi tal-Estonja (remissjoni), japplikaw ir-regoli tal-liġi sostantiva tal-Estonja (l-Artikolu 6(1) tal-ADIP).

Għaldaqstant, meta l-liġi barranija tkun tirreferi lura għal-liġi tal-Estonja, iridu japplikaw ir-regoli tal-liġi sostantiva tal-Estonja.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Il-ħolqien jew it-tmiem ta’ dritt in rem irid jiġi ddeterminat f’konformità mal-liġi tal-pajjiż li fih kienet tinsab il-proprjetà fil-waqt tal-ħolqien jew tat-tmiem tad-dritt in rem (l-Artikolu 18(1) tal-ADIP). Għaldaqstant, jekk il-post tal-proprjetà jinbidel wara l-ħolqien jew it-tmiem ta’ dritt in rem, il-liġi applikabbli tinbidel ukoll. Il-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju ta’ persuna fiżika tapplika għall-kapaċità ġuridika passiva u attiva tagħha (l-Artikolu 12(1) tal-ADIP). Għaldaqstant, jekk il-pajjiż tad-domiċilju tal-persuna jinbidel, il-liġi applikabbli għall-kapaċità ġuridika passiva u attiva tagħha tinbidel ukoll. Madankollu, l-Att jipprevedi wkoll li bidla fid-domiċilju ma tirrestrinġix il-kapaċità ġuridika attiva li tkun inkisbet diġà (l-Artikolu 12(3) tal-ADIP).

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-liġi barranija ma tiġix applikata jekk din twassal għal kunflitt evidenti mal-prinċipji essenzjali tal-liġi tal-Estonja (l-ordni pubbliku). F’każijiet bħal dawn, trid tkun applikata l-liġi tal-Estonja (l-Artikolu 7 tal-ADIP).

Il-fatt ta’ jekk il-liġi tal-Estonja tipprevedix jew le regola legali li ma teżistix fil-liġi tal-Estonja mhuwiex deċiżiv f’każijiet bħal dawn; minflok, skont il-klawżola tal-ordni pubbliku, trid tiġi applikata l-liġi tal-Estonja flok il-liġi barranija, fil-każijiet fejn l-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar twassal għal kunflitt evidenti mal-prinċipji essenzjali tal-liġi tal-Estonja.

Il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-obbligi kuntrattwali tipprevedi wkoll li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu rilevanti tal-ADIP ma jippreġudikawx l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Estonja li huma applikabbli, irrispettivament mil-liġi li tirregola l-kuntratti (l-Artikolu 31 tal-ADIP). L-Artikolu 32(3) tal-Att jindika ulterjorment li l-fatt li l-partijiet ikunu għażlu l-liġi barranija biex tirregola kuntratt, irrispettivament minn jekk għażlux jew le l-ġuriżdizzjoni barranija wkoll, ma jippreġudikax, meta l-elementi kollha rilevanti għall-kuntratt fil-waqt tal-għażla jkunu marbuta biss ma’ pajjiż wieħed, l-applikazzjoni ta’ tali regoli tal-liġi ta’ dak il-pajjiż, u li ma jistax ikun hemm deroga minnhom permezz tal-kuntratt (ir-regoli mandatorji).

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Minkejja li bħala prinċipju ġenerali huwa previst li l-qrati jridu japplikaw l-liġi barranija f’sitwazzjonijiet li fihom dan ikun mitlub permezz ta’ liġi, tranżazzjoni jew ftehim internazzjonali irrispettivament minn jekk applikazzjoni bħal din tkunx mitluba jew le (l-Artikolu 2(1) tal-ADIP), l-awtoritajiet u l-qrati jistgħu jitolbu l-assistenza tal-partijiet jew tal-awtoritajiet tal-gvern biex jiddeterminaw il-liġi barranija li għandha tiġi applikata.

Filwaqt li l-partijiet jistgħu jissottomettu dokumenti lill-qrati sabiex jiddeterminaw il-kontenut tal-liġi barranija, il-qrati mhumiex obbligati li jżommu ma’ dawn id-dokumenti (l-Artikolu 4(2) tal-ADIP). Il-qrati għandhom ukoll id-dritt li jitolbu assistenza mill-Ministeru għall-Ġustizzja jew mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Estonja u li jinvolvu lill-esperti (l-Artikolu 4(3) tal-ADIP).

Il-partijiet fil-proċedura ċivili huma mistennija biss li jippruvaw id-dritt fis-seħħ lil hinn mir-Repubblika tal-Estonja, id-dritt internazzjonali jew id-dritt konswetudinarju sa fejn il-qorti ma tkunx familjari ma’ tali dritt f’konformità mal-Artikolu 234 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (minn hawn ’il quddiem “il-KPĊ”). Il-qorti tista’ tuża wkoll sorsi oħra ta’ informazzjoni u twettaq atti oħra biex tiddetermina l-kontenut tal-liġi, kif deskritt fil-paragrafu preċedenti b’referenza għall-Artikolu 4 tal-ADIP.

Id-dritt tal-qorti li titlob l-informazzjoni biex tiddetermina l-kontenut tal-liġi li trid tiġi applikata huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-kontradittorju tal-proċedura ċivili. Dan il-prinċipju huwa espress primarjament permezz tal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li jipprevedu li l-proċedimenti f’azzjoni jitwettqu abbażi tal-fatti u t-talbiet sottomessi mill-partijiet abbażi tal-pretensjoni, u li l-partijiet ikollhom drittijiet u opportunitajiet ugwali biex jissostanzjaw il-pretensjonijiet tagħhom u jiċħdu jew jikkontestaw is-sottomissjonijiet tal-parti opposta. Meta tagħmel dan, parti tista’ tagħżel il-fatti li tissottometti sabiex tissostanzja l-pretensjoni tagħha kif ukoll l-evidenza biex tipprova dawn il-fatti.

Il-liġi tippermetti wkoll l-eċċezzjonijiet li permezz tagħhom il-liġi tal-Estonja tkun applikabbli meta, minkejja l-isforzi kollha, il-kontenut tal-liġi barranija ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat f’perjodu ta’ żmien raġonevoli (l-Artikolu 4(4) tal-ADIP).

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Bħal fi kwistjonijiet oħra tad-dritt internazzjonali privat, fl-Estonja, il-liġi li tirregola l-kuntratti hija rregolata mill-ADIP, sakemm ma jkunx preskritt mod ieħor skont il-leġiżlazzjoni internazzjonali. Il-liġi li tirregola kuntratt tista’ tiġi ddeterminata wkoll abbażi ta’ ftehim bejn il-partijiet jew, fil-każijiet li fihom l-ADIP ma tintitolax lill-partijiet li jagħżlu l-liġi applikabbli, abbażi tal-liġi applikabbli ddeterminata permezz tal-kriterji stabbiliti. Peress li, skont l-Artikolu 3(2) tal-Att dwar il-Falliment, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili japplikaw għal proċedimenti ta’ falliment sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Att dwar il-Falliment u, skont l-Artikolu 8(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-proċedimenti ta’ kawża fil-qorti jitmexxew abbażi tad-dritt proċedurali ċivili Estonjan, il-liġi applikabbli għall-proċedimenti ta’ falliment imwettqa fl-Estonja hija l-liġi Estonjana jew il-liġi applikabbli abbażi ta’ ftehim bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ tali ftehim, il-liġi applikabbli stabbilita abbażi tal-kriterji previsti fl-ADIP.

L-ADIP jistipula li l-kuntratti jridu jkunu rregolati mil-liġi tal-pajjiż miftiehem mill-partijiet. Il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi li tirregola l-kuntratt kollu jew parti minnu jekk il-kuntratt ikun jinqasam b’tali mod (l-Artikolu 32(1) u (2) tal-Att). Madankollu, l-għażla tal-liġi regolatorja bi ftehim mhijiex assoluta. Fl-Artikolu 32(3) tal-Att hemm stipulat li l-fatt li l-partijiet ikunu għażlu l-liġi barranija biex tirregola kuntratt, irrispettivament minn jekk għażlux jew le l-ġuriżdizzjoni barranija wkoll, ma jippreġudikax, meta l-elementi kollha rilevanti għall-kuntratt fil-waqt tal-għażla jkunu marbuta biss ma’ pajjiż wieħed, l-applikazzjoni ta’ tali regoli tal-liġi tal-pajjiż li ma jistax ikun hemm deroga minnhom permezz tal-kuntratt (ir-regoli mandatorji).

Fil-każijiet li fihom il-partijiet ma jkunux għażlu l-liġi li tirregola kuntratt, il-kuntratt ikun irregolat mil-liġi tal-pajjiż li l-kuntratt huwa marbut l-aktar miegħu. Jekk il-kuntratt ikun jinqasam u parti mill-kuntratt tkun indipendentement marbuta aktar mill-qrib ma’ pajjiż ieħor, tali parti tista’ tkun irregolata mil-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor (l-Artikolu 33(1) tal-ADIP).

Kuntratt ikun preżunt li huwa marbut l-aktar mill-qrib mal-pajjiż fejn il-parti li jkollha twettaq l-obbligu li fuqu jissejjes il-kuntratt, ikollha, fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt, id-domiċilju tagħha jew, fil-każ tal-korp maniġerjali ta’ dik il-parti, is-sede tagħha. Jekk il-kuntratt jiġi konkluż fil-qafas ta’ attività ekonomika jew professjonali tal-parti li jkollha twettaq l-obbligu li fuqu jissejjes il-kuntratt, ikun preżunt li l-kuntratt għandu l-eqreb rabtiet mal-pajjiż li fih tinsab is-sede prinċipali ta’ dik il-parti. Jekk il-kuntratt jirrikjedi li l-obbligu li fuqu jissejjes il-kuntratt jitwettaq f’sede li ma tkunx is-sede prinċipali, ikun preżunt li l-kuntratt għandu l-eqreb rabtiet mal-pajjiż li fih tkun tinsab din is-sede l-oħra (l-Artikolu 33(2) tal-ADIP).

Għall-proprjetà immobbli u għall-kuntratti ta’ trasport, huma previsti derogi mir-regola ġenerali dwar il-post tal-prestazzjoni ta’ kuntratt. Jekk l-oġġett ta’ kuntratt ikun dritt fi proprjetà immobbli jew dritt ta’ użu ta’ proprjetà immobbli, ikun preżunt li l-kuntratt għandu l-eqreb rabtiet mal-pajjiż li fih tkun tinsab il-proprjetà immobbli (l-Artikolu 33(4) tal-ADIP). Għal kuntratt ta’ trasport, il-kuntratt ikun preżunt li jkun marbut l-aktar mill-qrib mal-pajjiż fejn ikun jinsab il-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jekk il-post tat-tluq jew tad-destinazzjoni jew, fil-każ ta’ kuntratt għall-ġarr tal-merkanzija, il-post prinċipali tan-negozju tal-konsenjatur jew il-post tat-tagħbija jew tal-ħatt ikun jinsab ukoll fl-istess pajjiż (l-Artikolu 33(5) tal-ADIP).

Għall-kuntratti konklużi minn konsumaturi (l-Artikolu 34 tal-ADIP), kuntratti ta’ impjieg (l-Artikolu 35 tal-ADIP) u kuntratti tal-assigurazzjoni (l-Artikoli 40-47 tal-ADIP) japplikaw ukoll regoli speċjali. L-għan ta’ dawn ir-regoli speċjali huwa li jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur, l-impjegat u d-detentur tal-polza bħala parti aktar dgħajfa fil-kuntratt.

Fil-każ ta’ kuntratti tal-konsumatur, huwa possibbli wkoll li tiġi ddeterminata l-liġi li tirregola l-kuntratt bi ftehim, iżda tali ftehim ma jistax jirriżulta fiċ-ċaħda tal-protezzjoni lill-konsumatur mogħtija lilu mir-regoli mandatorji tal-pajjiż tad-domiċilju tiegħu jekk: 1) fil-pajjiż tad-domiċilju tal-konsumatur, id-dħul fil-kuntratt kien preċedut minn offerta speċifika indirizzata lill-konsumatur jew minn reklamar, u l-konsumatur wettaq f’dak il-pajjiż l-atti kollha meħtieġa għad-dħul fil-kuntratt; 2) il-parti kuntrattwali tal-konsumatur jew rappreżentant tagħha jkun għalhekk irċieva l-ordni tal-konsumatur fil-pajjiż tad-domiċilju tal-konsumatur; 3) il-kuntratt ikun għall-bejgħ ta’ oġġetti u l-konsumatur ivvjaġġa mill-pajjiż tad-domiċilju tiegħu lejn pajjiż ieħor u għamel l-ordni tiegħu hemmhekk, sakemm il-vjaġġ tal-konsumatur kien organizzat mill-bejjiegħ bl-iskop li jħeġġeġ lill-konsumatur jidħol fil-kuntratt. Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar il-liġi regolatorja, il-kuntratti tal-konsumatur huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-konsumatur.

Fil-każ ta’ kuntratt ta’ impjieg, l-għażla tal-liġi ma tistax twassal biex l-impjegat jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija lilu mir-regoli mandatorji tal-liġi tal-pajjiż li tkun applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi applikabbli. Fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi applikabbli, kuntratt ta’ impjieg ikun irregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn: 1) l-impjegat jagħmel xogħlu abitwalment għall-prestazzjoni tal-kuntratt, anke jekk ikun impjegat temporanjament f’pajjiż ieħor; 2) ikun jinsab il-post tan-negozju minn fejn ġie rreklutat l-impjegat, jekk l-impjegat ma jagħmilx xogħlu abitwalment f’pajjiż wieħed partikolari.

Il-kuntratti tal-assigurazzjoni huma soġġetti għal regoli kemxejn aktar speċifiċi. L-Artikoli 42-44 jippreskrivu t-termini u l-kundizzjonijiet li l-ftehimiet dwar il-liġi regolatorja jistgħu jkunu bbażati fuqhom. Jekk il-partijiet f’kuntratt tal-assigurazzjoni ma jkunux qablu dwar il-liġi li tirregola dak il-kuntratt u d-domiċilju jew il-korp maniġerjali tad-detentur tal-polza u r-riskju assigurat ikunu jinsabu fit-territorju tal-istess pajjiż, tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż (l-Artikolu 45(1) tal-ADIP). Jekk dawn ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfati, tapplika l-liġi tal-pajjiż li l-kuntratt ikun marbut l-aktar mill-qrib miegħu. Huwa preżunt li l-kuntratt ikun marbut l-aktar mill-qrib mal-pajjiż fejn jinsab ir-riskju assigurat (l-Artikolu 45(2) tal-ADIP).

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Il-liġi tal-Estonja tipprevedi raġunijiet differenti għall-għażla tal-liġi skont in-natura tal-obbligu mhux kuntrattwali inkwistjoni.

Il-pretensjonijiet kontra l-arrikkiment indebitu li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligu huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż li tirregola r-relazzjoni legali effettiva jew preżunta li abbażi tagħha twettaq l-obbligu; il-pretensjonijiet kontra l-arrikkiment indebitu li jirriżultaw mill-ksur ta’ dritt ta’ persuna oħra huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż li fih iseħħ il-ksur. F’każijiet oħra, il-pretensjonijiet li jirriżultaw minn arrikkiment indebitu huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż fejn ikun seħħ l-arrikkiment indebitu (l-Artikolu 48¹ (1)-(3) tal-ADIP).

Il-pretensjonijiet li jirriżultaw minn negotiorum gestio huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż li fih in-negotiorum gestor wettaq l-att, u l-pretensjonijiet li jirriżultaw mit-twettiq tal-obbligi ta’ persuna oħra huma rregolati mil-liġi li tirregola tali obbligi (l-Artikolu 49(1)-(2) tal-ADIP).

Bħala regola ġenerali, il-pretensjonijiet li jirriżultaw mill-ikkaġunar illeċitu ta’ dannu huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż fejn twettaq jew seħħ l-att jew l-avveniment li huwa l-bażi għall-ikkawżar tad-dannu. Jekk il-konsegwenzi ma jimmanifestawx ruħhom fil-pajjiż li fih ikun twettaq jew seħħ l-att jew tal-avveniment li fuqu tibbaża l-pretensjoni, għandha tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż li fih ikunu feġġew il-konsegwenzi tal-att jew tal-avveniment, fuq talba tal-parti offiża (l-Artikolu 50(1)-(2) tal-ADIP). Madankollu, għall-kumpens dovut għall-ikkaġunar illeċitu ta’ dannu tapplika restrizzjoni. Jekk pretensjoni li tirriżulta mill-ikkaġunar illeċitu ta’ dannu tkun irregolata minn liġi barranija, tali kumpens ordnat fl-Estonja ma għandux ikun sostanzjalment akbar mill-kumpens preskritt mil-liġi tal-Estonja għal dannu simili (l-Artikolu 52 tal-ADIP).

L-Att jippermetti wkoll lill-partijiet li jaqblu li japplikaw il-liġi tal-Estonja wara li jseħħ avveniment jew li jitwettaq att li minnu jirriżulta obbligu mhux kuntrattwali. L-għażla tal-liġi ma taffettwax id-drittijiet tal-partijiet terzi (l-Artikolu 54 tal-ADIP).

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Ma tapplika l-ebda regola separata dwar il-liġi applikabbli għall-ismijiet tal-persuni skont il-liġi tal-Estonja.

Il-liġi tal-Estonja tapplika għall-iddeterminar tad-domiċilju ta’ persuna fiżika (l-Artikolu 10 tal-ADIP). Iċ-ċittadinanza ta’ persuna fiżika hija ddeterminata skont il-liġi tal-pajjiż li ċ-ċittadinanza tiegħu tkun inkwistjoni; jekk persuna fiżika jkollha bosta ċittadinanzi, tapplika ċ-ċittadinanza tal-pajjiż li miegħu jkollha l-eqreb rabtiet; u għal persuna mingħajr Stat, persuna li ċ-ċittadinanza tagħha ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata jew refuġjat, japplika d-domiċilju tal-persuna minflok iċ-ċittadinanza tagħhom (l-Artikolu 11(1)-(3) tal-ADIP).

Il-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju ta’ persuna fiżika tapplika għall-kapaċità ġuridika passiva u attiva tagħha, iżda bidla fid-domiċilju ma tirrestrinġix il-kapaċità ġuridika attiva li tkun inkisbet diġà (l-Artikolu 12(1)-(2) tal-ADIP).

Regola speċjali tispeċifika meta persuna tista’ titlob għall-inabilità ġuridika; madankollu, it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-familja jew mid-dritt tas-suċċessjoni u t-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-beni immobbli li jkunu jinsabu f’pajjiż ieħor huma eżenti mir-regola (l-Artikolu 12(4) tal-ADIP). Madankollu, ir-regola ġenerali tipprevedi li jekk persuna twettaq tranżazzjoni meta ma jkollhiex il-kapaċità ġuridika attiva jew meta l-kapaċità ġuridika attiva tagħha tkun ristretta skont il-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tagħha, din il-persuna ma jkollhiex permess li titlob għall-inabilità ġuridika jekk ikollha kapaċità ġuridika attiva skont il-liġi tal-pajjiż li fih tkun wettqet din it-tranżazzjoni. Ir-regola ġenerali ma tapplikax jekk il-parti l-oħra tkun jew missha kienet konxja min-nuqqas ta’ kapaċità ġuridika attiva tal-persuna (l-Artikolu 12(3) tal-ADIP).

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Ir-relazzjonijiet familjali bejn ġenitur u wild huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-wild (l-Artikolu 65 tal-ADIP). Il-jeddijiet u d-dmirijiet reċiproċi tal-ġenituri u tal-ulied jirriżultaw mill-parentela tal-ulied, li hija ddeterminata f’konformità mal-proċedura stipulata mil-liġi; il-parentela mhijiex soġġetta għal regoli separati dwar il-liġi applikabbli.

Il-parentela trid tiġi ddeterminata jew ikkontestata skont il-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-wild fil-waqt tat-twelid; madankollu, f’każijiet speċjali, il-parentela tista’ wkoll tiġi ddeterminata jew ikkontestata skont il-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-ġenitur jew il-pajjiż tad-domiċilju tal-wild fil-waqt tal-kontestazzjoni (l-Artikolu 62 tal-ADIP).

3.4.2 L-adozzjoni

L-adozzjoni hija rregolata mil-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-ġenitur adottiv. L-adozzjoni mill-konjuġi hija rregolata mil-liġi li tirregola l-konsegwenzi legali ġenerali taż-żwieġ fil-waqt tal-adozzjoni (l-Artikolu 63(1) tal-ADIP). Dan ifisser li l-adozzjoni mill-konjuġi hija prinċipalment irregolata mil-liġi tal-pajjiż komuni tad-domiċilju tal-konjuġi (l-Artikolu 57(1) tal-ADIP), iżda l-Att jelenka wkoll lista fl-ordni dixxendenti ta’ raġunijiet alternattivi għall-għażla tal-liġi għall-każijiet li fihom il-konjuġi ma jkollhomx pajjiż komuni tad-domiċilju (l-Artikoli 57(2)-(4) tal-ADIP).

Jekk l-adozzjoni ta’ wild skont il-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-wild tirrikjedi l-kunsens tal-wild jew ta’ persuna oħra f’relazzjoni, koperta mid-dritt tal-familja, mal-wild, għall-kunsens tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż (l-Artikolu 63(2) tal-ADIP).

Jekk adozzjoni tkun irregolata minn liġi barranija jew jekk wild ikun adottat abbażi ta’ sentenza ta’ qorti barranija, l-Att jispeċifika separatament li adozzjoni bħal din għandha l-istess effett fl-Estonja bħal dak skont il-liġi li l-wild ikun ġie adottat skontha (l-Artikolu 64 tal-ADIP). Għandu jkun misħuq ukoll li meta jkun adottat wild li d-domiċilju tiegħu jkun fl-Estonja, il-kundizzjonijiet l-oħra kollha għall-adozzjoni li jirriżultaw mil-liġi tal-Estonja, ukoll iridu jkunu ssodisfati, kif mitlub mil-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-wild jew tal-konjuġi (l-Artikolu 63(3) tal-ADIP).

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Il-konsegwenzi legali ġenerali taż-żwieġ huma prinċipalment iddeterminati mil-liġi tal-pajjiż komuni tad-domiċilju tal-konjuġi (l-Artikolu 57(1) tal-ADIP), iżda l-Att jelenka wkoll serje ta’ raġunijiet alternattivi għall-għażla tal-liġi applikabbli għall-każijiet li fihom il-konjuġi ma jkollhomx pajjiż komuni tad-domiċilju: l-istess ċittadinanza, l-aktar pajjiż komuni reċenti tad-domiċilju jekk wieħed mill-konjuġi jkun għadu jirrisjedi fl-istess pajjiż jew, fin-nuqqas ta’ dan, tkun applikata l-liġi tal-pajjiż li l-konjuġi jkollhom l-eqreb rabtiet alternattivi miegħu (l-Artikolu 57(2)-(4) tal-ADIP).

Il-liġi tal-Estonja tapplika għall-proċedura għaż-żwieġ fl-Estonja. Żwieġ li jkun ġie ċċelebrat f’pajjiż barrani jitqies validu fl-Estonja jekk ikun ġie konkluż skont il-proċedura adegwata stipulata mil-liġi tal-pajjiż li fih ikun ġie ċċelebrat iż-żwieġ u jkun issodisfa l-prerekwiżiti materjali għaż-żwieġ speċifikati mil-liġijiet tal-pajjiżi tad-domiċilju taż-żewġ konjuġi (l-Artikolu 55(1)-(2) tal-ADIP).

Bħala regola ġenerali, il-prerekwiżiti għaż-żwieġ u x-xkiel għalih u l-konsegwenzi li jirriżultaw minnhom huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-konjuġi prospettiv (l-Artikolu 56(1) tal-ADIP). Żwieġ preċedenti ta’ konjuġi prospettiv mhuwiex ta’ xkiel għall-konklużjoni ta’ żwieġ ġdid jekk iż-żwieġ preċedenti jkun inġieb fi tmiemu permezz ta’ deċiżjoni li tkun saret jew li tkun rikonoxxuta fl-Estonja, anki jekk din id-deċiżjoni ma tkunx konformi mal-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tal-konjuġi prospettiv (l-Artikolu 56(3) tal-ADIP).

Fir-rigward tal-liġi applikabbli għall-prerekwiżiti għaż-żwieġ, tapplika regola speċjali għaċ-ċittadini tal-Estonja; din tistipula li jekk ċittadin tal-Estonja ma jkunx jissodisfa prerekwiżit għaż-żwieġ skont il-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tiegħu, tapplika l-liġi tal-Estonja jekk il-persuna tissodisfa l-prerekwiżiti għaż-żwieġ skont il-liġi tal-Estonja (l-Artikolu 56(2) tal-ADIP).

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

Il-liġi tal-Estonja ma tipprovdi l-ebda regola dwar il-liġi applikabbli għall-koabitazzjoni jew għas-sħubija. Ir-regoli stipulati fl-ADIP għall-aktar relazzjonijiet legali simili għandhom ikunu applikati biex tkun iddeterminata l-liġi applikabbli. Skont in-natura tal-koabitazzjoni jew tas-sħubija, jistgħu jkunu adattati r-regoli applikabbli għall-obbligi kuntrattwali jew għar-relazzjonijiet koperti mid-dritt tal-familja.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Id-divorzji jingħataw skont il-liġi li tirregola l-konsegwenzi legali ġenerali taż-żwieġ li jkunu applikabbli hekk kif jinbdew il-proċedimenti għad-divorzju (l-Artikoli 60(1) u 57 tal-ADIP). Dan ifisser li d-divorzji huma primarjament irregolati mil-liġi tal-pajjiż komuni tad-domiċilju tal-konjuġi (l-Artikolu 57(1) tal-ADIP), iżda l-Att jelenka wkoll serje ta’ raġunijiet alternattivi għall-għażla tal-liġi applikabbli għall-każijiet li fihom il-konjuġi ma jkollhomx pajjiż komuni tad-domiċilju: l-istess ċittadinanza, l-aktar pajjiż komuni reċenti tad-domiċilju jekk wieħed mill-konjuġi jkun għadu jirrisjedi fl-istess pajjiż jew, fin-nuqqas ta’ dan, tkun applikata l-liġi tal-pajjiż li l-konjuġi jkollhom l-eqreb rabtiet alternattivi miegħu (l-Artikolu 57(2)-(4) tal-ADIP).

B’eċċezzjoni, il-liġi tal-Estonja tista’ tkun applikata minflok il-liġi barranija jekk divorzju ma jkunx permess skont il-liġi li tirregola l-konsegwenzi legali ġenerali taż-żwieġ (l-Artikolu 57 tal-ADIP) jew ikun permess biss taħt kundizzjonijiet stretti ferm. Din l-eċċezzjoni tapplika, bil-kundizzjoni li wieħed mill-konjuġi jkun jirrisjedi fl-Estonja jew ikollu ċittadinanza tal-Estonja jew kien jirrisjedi fl-Estonja jew kellu ċittadinanza tal-Estonja fil-waqt taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ (l-Artikolu 60(1)-(2) tal-ADIP).

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Ma hemm l-ebda regola nazzjonali dwar id-dritt internazzjonali privat applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment li jirriżultaw minn relazzjonijiet familjali u jingħataw referenzi għal-leġiżlazzjoni internazzjonali rilevanti.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Il-konjuġi għandhom il-permess li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà tagħhom fir-rigward tal-proprjetà matrimonjali. Għaldaqstant, jekk il-konjuġi jkunu għażlu l-liġi applikabbli, tiġi applikata l-liġi magħżula minnhom. Madankollu, il-konjuġi ma għandhomx il-permess li jagħżlu l-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż li jixtiequ. Jistgħu jagħżlu bejn il-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju ta’ wieħed mill-konjuġi jew dik tal-pajjiż taċ-ċittadinanza ta’ wieħed mill-konjuġi. Jekk wieħed mill-konjuġi jkollu għadd ta’ ċittadinanzi, tista’ tintgħażel il-liġi ta’ kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi taċ-ċittadinanza (l-Artikolu 58(1) tal-ADIP).

Fl-Estonja, l-għażla tal-liġi applikabbli hija soġġetta għal rekwiżiti formali mandatorji. L-għażla tal-liġi applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà tal-konjuġi trid tkun stabbilita permezz ta’ att notarili. Jekk il-liġi applikabbli ma tintgħażilx fl-Estonja, l-għażla tal-liġi tkun valida formalment jekk tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti formali għall-kuntratti tal-proprjetà matrimonjali preskritti mil-liġi magħżula (l-Artikolu 58(2) tal-ADIP).

Jekk il-konjuġi ma jkunux għażlu l-liġi applikabbli, id-drittijiet tal-proprjetà tal-konjuġi jkunu rregolati mil-liġi applikabbli għall-konsegwenzi legali ġenerali taż-żwieġ fil-waqt li fih ikunu kkonkludew il-kuntratt taż-żwieġ tagħhom (l-Artikoli 58(3) u 57 tal-ADIP). Il-konsegwenzi legali ġenerali taż-żwieġ huma primarjament irregolati mil-liġi tal-pajjiż komuni tad-domiċilju tal-konjuġi (l-Artikolu 57(1) tal-ADIP), u fin-nuqqas tagħha mil-liġi tal-pajjiż komuni taċ-ċittadinanza tal-konjuġi, mil-liġi tal-aktar pajjiż komuni reċenti tad-domiċilju tagħhom jekk wieħed mill-konjuġi jkun għadu jirrisjedi fl-istess pajjiż jew, fin-nuqqas tat-tlieta li huma, tkun applikata l-liġi tal-pajjiż li miegħu l-konjuġi jkollhom l-eqreb rabtiet alternattivi (l-Artikolu 57(2)-(4) tal-ADIP).

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Is-suċċessjoni hija rregolata mil-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju l-aktar reċenti tat-testatur. Persuna tista’ tistipula fit-testment jew kuntratt ta’ suċċessjoni tagħha li l-liġi tal-pajjiż taċ-ċittadinanza tagħha tapplika għall-patrimonju tagħha. Tali stipulazzjoni hija invalida jekk il-persuna ma tibqax ċittadin tal-pajjiż korrispondenti fil-mument ta’ mewtha.

Il-liġi li tirregola s-suċċessjoni tiddetermina, b’mod partikolari, dan li ġej: 1) it-tipi u l-effetti tad-dispożizzjonijiet testamentarji; 2) il-kapaċità ta’ persuna li tiret u l-iskwalifika mis-suċċessjoni; 3) l-iskala tas-suċċessjoni; 4) is-suċċessuri u r-relazzjoni ta’ bejniethom; u 5) ir-responsabbiltà għad-djun tat-testatur.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-kunflitti tal-liġijiet relatati mal-forma tad-dispożizzjonijiet testamentarji tapplika għall-forma ta’ testmenti u kuntratti ta’ suċċessjoni.

Persuna tista’ tagħmel, temenda jew tirrevoka t-testment tagħha jekk ikollha l-kapaċità rilevanti skont il-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tagħha fil-mument li tagħmel, temenda jew tirrevoka t-testment. Jekk, skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż, il-persuna ma jkollhiex il-kapaċità ġuridika li tagħmel testment, hija tista’ tagħmel, temenda jew tirrevoka t-testment tagħha jekk tkun intitolata tagħmel hekk skont il-liġi tal-pajjiż li kienet ċittadin tiegħu fil-mument meta għamlet, emendat jew irrevokat it-testment. Bidla fid-domiċilju jew fiċ-ċittadinanza ma tirrestrinġi l-ebda kapaċità ġuridika diġà miksuba biex isir testment. Dan japplika għall-kapaċità ta’ persuna li tikkonkludi, temenda jew ittemm kuntratt ta’ suċċessjoni, rispettivament.

Il-kuntratti ta’ suċċessjoni huma rregolati mil-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tat-testatur fil-mument tad-dħul fil-kuntratt jew mil-liġi tal-pajjiż taċ-ċittadinanza jekk ikun determinat hekk minn dik il-persuna. Il-liġi regolatorja tiddetermina l-ammissibbiltà, il-validità, il-kontenut u s-saħħa vinkolanti ta’ kuntratt ta’ suċċessjoni, u l-konsegwenzi tal-kuntratt skont il-liġi tas-suċċessjoni.

Meta jsir testment reċiproku, dan irid jikkonforma mal-liġijiet tal-pajjiżi tad-domiċilju taż-żewġ testaturi jew mal-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju ta’ wieħed mill-konjuġi, magħżula b’mod konġunt mit-testaturi.

3.8 Proprjetà reali

Il-ħolqien jew it-tmiem ta’ dritt in rem huwa ddeterminat abbażi tal-liġi tal-pajjiż li fih kienet tinsab il-proprjetà fil-waqt tal-ħolqien jew tat-tmiem tad-dritt. Bħala restrizzjoni, dritt in rem ma jridx ikun eżerċitat f’kunflitt mal-prinċipji essenzjali tal-lex situs tal-proprjetà (l-Artikolu 12(2) tal-ADIP).

3.9 Insolvenza

Peress li, skont l-Artikolu 3(2) tal-Att dwar il-Falliment, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili japplikaw għall-proċedimenti ta’ falliment sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Att dwar il-Falliment u, skont l-Artikolu 8(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-proċedimenti ta’ kawża fil-qorti jitwettqu abbażi tad-dritt proċedurali ċivili Estonjan, il-liġi applikabbli għall-proċedimenti ta’ falliment imwettqa fl-Estonja hija l-liġi Estonjana.

L-aħħar aġġornament: 26/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Irlanda

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet fl-Irlanda għandhom is-sors tagħhom primarjament fi ħdan id-dritt komuni u, bħala tali, huma soġġetti għal tibdil u evoluzzjoni. Madankollu, peress li l-ġurisprudenza f’dan il-qasam hija relattivament skarsa, huwa diffiċli li tkun konklużiva dwar l-istat tad-dritt prevalenti f’għadd ta’ oqsma. Dan huwa minnu b’mod partikulari b’rabta mal-liġi tal-familja. Rigward il-liġijiet li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni, il-liġijiet tradizzjonali li jirregolaw l-għażla tal-liġi qegħdin progressivament jiġu sostitwiti minn konvenzjonijiet internazzjonali u mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-Kunflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji

Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Ma nafu b’ebda konvenzjoni bilaterali li fiha dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-liġi li l-Irlanda hija parti minnha.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-pożizzjoni ġenerali hija li r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet japplikaw biss jekk mill-inqas waħda mill-partijiet tkun argumentat li dawn għandhom jiġu applikati.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Il-każijiet li jeħtieġu kunsiderazzjoni tad-duttrina rarament jitqajmu quddiem il-qrati Irlandiżi.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Ebda approċċ uniku ma ġie adottat f’din il-ġuriżdizzjoni.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Minkejja li hemm nuqqas ta’ każistika dwar dan il-punt, huwa improbabbli li l-Irlanda tapplika liġi barranija li tmur kontra l-politika pubblika Irlandiża.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-qrati Irlandiżi jeħtieġu li l-kontenut tal-liġi barranija jkun ippruvat bħallikieku kien fatt. Il-parti li beħsiebha tibbaża ruħha fuqha hija obbligata tinkludiha fit-trattazzjoni u tipprova l-kontenut tal-liġi barranija bħala fatt għas-sodisfazzjon tal-imħallef. F’każ ta’ kunflitt bejn il-provi sottomessi mill-partijiet, il-qorti tista’ tivvaluta l-kredibilità tal-esperti u tista’ mbagħad tikkunsidra l-provi primarji (pereż. statuti u każijiet barranin), b’mod speċjali meta japplikaw kunċetti li huma familjari għal imħallef Irlandiż. Jekk ir-regoli tal-għażla tal-liġi Irlandiża jindikaw li l-liġi barranija għandha tiġi applikata, iżda jekk l-ebda parti ma tipproduċi evidenza ta’ x'inhi dik il-liġi, il-qorti normalment tippreżumi li din tkun l-istess bħal-liġi Irlandiża sakemm ma jkunx pruvat mod ieħor

Normalment tingħata prova permezz ta’ perizja biex jiġi pprovat il-kontenut tal-liġi barranija u mhuwiex biżżejjed għall-partijiet li jressqu l-istatut, is-sentenza jew l-awtorità barranija quddiem il-qorti. Kwalunkwe persuna li tkun ikkwalifikata bħala avukat f’sistema legali barranija, jew li għandha biżżejjed esperjenza ta’ din is-sistema fil-prattika, tista’ tagħti xhieda tal-liġi barranija. Il-qorti normalment ma tagħmilx ir-riċerki tagħha fil-liġi barranija.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

L-Irlanda hija firmatarja tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali. L-Irlanda implimentat din il-Konvenzjoni permezz ta’ leġiżlazzjoni, l-Att dwar l-Obbligi Kuntrattwali (il-Liġi Applikabbli), 1991. Ir-regoli tal-Konvenzjoni għandhom japplikaw għall-obbligi kuntrattwali f’kull sitwazzjoni li tinvolvi għażla bejn il-liġijiet ta’ pajjiżi differenti. Madankollu, ċerti tipi ta’ kuntratti bħal obbligi kuntrattwali li jirriżultaw minn relazzjonijiet tal-familja mhumiex soġġetti għall-Konvenzjoni.

Għandu jiġi osservat li r-Regolament 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (“Ruma I”) huwa direttament applikabbli fl-Irlanda. Madankollu, l-Irlanda ma qablitx dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1259/2010 (“Ruma III”), li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali fil-ġuriżdizzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Fil-liġi tal-familja jew fir-rikorsi għal divorzju l-qrati Irlandiżi jikkunsidraw il-lex fori bħala prinċipju xieraq għax jipprovdi ċertezza. Ma kien hemm l-ebda leġiżlazzjoni fl-Irlanda dwar il-kunflitt tal-liġijiet f’każijiet ta’ danni u ftit li xejn hemm każistika. Il-qrati Irlandiżi jikkunsidraw il-prinċipju tal-lex fori li jsostni li għandha tapplika l-liġi tal-forum, kif ukoll il-prinċipju ta’ lex loci delicti li jissuġġerixxi li għandha tapplika l-liġi tal-post fejn ikun seħħ id-delitt. Il-qrati jistgħu wkoll jikkunsidraw il-liġi dwar id-delitti li tirrakkomanda approċċ flessibbli, b’mod li jippermetti lill-qorti li tikkunsidra d-diversi fatturi ta’ konnessjoni u tiddeċiedi dwar il-kwistjoni ġuriżdizzjonali skont dan.

Għandu jiġi osservat li r-Regolament 864/2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligazzjonijiet Mhux Kuntrattwali (“Ruma II”) huwa direttament applikabbli fl-Irlanda.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Minuri jżomm id-domiċilju ta’ missieru jekk il-ġenituri tiegħu kienu miżżewġin lil xulxin fiż-żmien tat-twelid tal-minuri. Jekk il-ġenituri ma kinux miżżewġin lil xulxin fiż-żmien tat-twelid tal-minuri, jew jekk il-missier ikun mejjet fil-mument tat-twelid, id-domiċilju tal-minuri huwa l-istess bħal dak ta’ ommu. Din ir-regola tkompli tapplika sakemm il-minuri jagħlaq 18-il sena, meta l-minuri jilħaq l-età adulta u jkollu kapaċità ġuridika li jaddotta domiċilju tal-għażla tiegħu.

Persuna tista’ biss tadotta domiċilju tal-għażla tagħha billi tirrisjedi effettivament fil-ġuriżdizzjoni rilevanti bl-intenzjoni li tirrisjedi hemmhekk għal perjodu indefinit jew b’mod permanenti. Jekk wieħed minn dawn l-elementi ma jibqax japplika l-persuna terġa’ tmur lura għad-domiċilju ta’ oriġini tagħha. Mara miżżewġa tikseb ir-residenza tagħha irrispettivament minn żewġha.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

L-Att tal-1987 dwar l-Istatus tal-Minuri (The Status of Children Act 1987) abolixxa l-kunċett ta’ illeġittimità. Skont dak l-Att, ir-relazzjoni bejn kull persuna u missierha u ommha għandha tiġi ddeterminata irrispettivament minn jekk il-missier u l-omm ikunux jew kinux miżżewġin lil xulxin.

Minkejja dan, meta l-ġenituri ta’ minuri ma jkunux miżżewġin lil xulxin jew fid-data tat-twelid tal-minuri jew fil-mument tal-konċepiment, il-minuri ma jkunx meqjus bħala leġittimu. Madankollu, il-minuri jista’ jkun leġittimat minn żwieġ sussegwenti tal-ġenituri tiegħu. Ma hemm l-ebda differenza bejn il-pożizzjoni kostituzzjonali tal-minuri leġittimu u l-minuri leġittimat. Ma hemm ukoll l-ebda differenza bejn id-drittijiet ta’ minuri għall-manteniment mill-ġenituri tiegħu jew għall-wirt minn kwalunkwe ġenitur, kemm jekk il-ġenituri jiżżewġu lil xulxin jew le.

Ladarba l-qrati Irlandiżi jeżerċitaw ġuriżdizzjoni f’kawża fuq il-bażi tar-Regolament 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (“Brussell IIA”) huma ġeneralment japplikaw il-liġi Irlandiża.

Fejn il-qrati nazzjonali jkollhom ġuriżdizzjoni fir-rigward ta’ kawża ta’ adozzjoni, id-dritt Irlandiż jiġi applikat ukoll.

Għandu jiġi nnotat li l-qrati superjuri għandhom ġuriżdizzjoni inerenti, li jagħtu ordnijiet li jirrinforzaw id-drittijiet kostituzzjonali ta’ ċittadin minuri Irlandiż irrispettivament mill-post ta’ residenza abitwali tal-minuri. Kwalunkwe deċiżjoni li tieħu l-qorti sabiex teżerċita l-ġuriżdizzjoni tagħha tiddependi minn jekk hijiex adattata jew xierqa fiċ-ċirkostanzi biex il-qorti tagħmel dan fid-dawl tad-dritt internazzjonali privat tal-ġuriżdizzjonijiet differenti.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

Fir-rigward taż-żwieġ, skont id-dritt Irlandiż, l-34 Emenda għall-Kostituzzjoni, mogħtija fit-22 ta’ Mejju 2015, tipprovdi li kwalunkwe żewġ persuni jistgħu jidħlu fi żwieġ skont il-liġi irrispettivament mis-sess tagħhom. Għaldaqstant, il-persuni li jkollhom kapaċità li jiżżewġu u li huma liberi li jiżżewġu se jkunu jistgħu jagħmlu dan irrispettivament mill-ġeneri bijoloġiċi tagħhom meta l-Att tal-2015 dwar iż-Żwieġ (Marriage Bill 2015) jiġi ppromulgat u jidħol fis-seħħ. Żwieġ ma jitqiesx validu fl-Irlanda meta waħda mill-partijiet tkun transesswali u tiżżewweġ ma’ ġeneru li għadu kif inkiseb. Skont ir-regoli tad-Dritt Internazzjonali Privat, żwieġ li jkun sar barra mill-pajjiż jiġi rikonoxxut biss jekk ikunu ssodisfati numru ta’ kundizzjonijiet. Il-partijiet iridu jkunu kkonformaw mal-formalitajiet applikabbli fil-ġuriżdizzjoni fejn saret iċ-ċeremonja taż-żwieġ (lex loci celebrationis). Il-partijiet irid ikollhom il-kapaċità legali li jiżżewġu skont ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni tal-Istat li fih ikunu domiċiljati. Iż-żwieġ li jkun iċċelebrat barra mill-pajjiż għandu jrid ikun analogu għal dak li huwa ġeneralment mifhum bħala żwieġ fl-Irlanda. Jekk iż-żwieġ ikun potenzjalment poligamu, pereżempju, ma jkunx rikonoxxut.

L-ordnijiet li saru skont l-Artikolu 5 tal-Att tal-2010 dwar is-Sħubija Ċivili u Ċerti Drittijiet u Obbligi tal-Koabitanti (Civil Partnership and Certain Rights and Obligations of Cohabitants Act 2010) jipprevedu r-rikonoxximent ta’ ċerti kategoriji ta’ relazzjonijiet barranin reġistrati bħala miksuba u obbligati li jirċievu l-istess trattament fil-liġi Irlandiża bħala sħubija ċivili reġistrata l-Irlanda, sakemm il-koppja ikkonċernata kellha l-kapaċità legali li tirreġistra sħubija ċivili fl-Irlanda.

Fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni għad-divorzju, il-proċedimenti ta’ separazzjoni jew ta’ annullament legali, ir-Regolament 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri (“Brussell IIA”) huwa direttament applikabbli fl-Irlanda. F’każijiet fejn l-ebda Stat Membru ieħor m’għandu ġuriżdizzjoni skont Brussell IIA l-qrati Irlandiżi jista’ jkollhom ġuriżdizzjoni fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun iddomiċiljata fl-Istat fil-mument tal-ftuħ tal-proċedimenti.

Ladarba l-qorti Irlandiża għandha ġuriżdizzjoni fi proċedimenti ta’ divorzju, hija mbagħad tapplika l-liġi tagħha stess għal proċedimenti tal-liġi tal-familja u għal kwalunkwe kwistjonijiet anċillari jew relatati.

F’każijiet fejn Brussell IIA ma japplikax, divorzju stranġier ikun rikonoxxut jekk mogħti f’pajjiż fejn wieħed mill-konjuġi kien residenti fid-data tal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ divorzju.

3.5.1 L-obbligi ta' manteniment

It-talbiet għal manteniment bħalissa huma trattati skont ir-Regolament tal-Kunsill 4/2009 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tad-Deċiżjonijiet u l-Kooperazzjoni f’Materji Relatati ma’ Obbligi ta’ Manteniment.

Essenzjalment, l-għan tar-Regolament dwar il-Manteniment huwa li jipprovdi sett ta’ regoli komuni dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni, il-kooperazzjoni u d-dokumenti standardizzati li jiffaċilitaw l-irkupru effettiv tal-manteniment fl-Unjoni Ewropea. Peress li wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi żgurat li kreditur ta’ manteniment ikun jista’ faċilment jikseb fi Stat Membru, deċiżjoni li tkun awtomatikament eżegwita fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda formalità oħra, ir-Regolament dwar il-Manteniment jinkludi l-miżuri dwar il-ġuriżdizzjonijiet, il-konflitti ta’ liġijiet, ir-rikonoxximent u l-eżekutorjetà, l-eżekuzzjoni, u l-għajnuna legali, u huwa mfassal biex iwassal għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali. L-obbligu biex it-termini tal-ordni oriġinali jiġu eżegwiti mingħajr modifiki huwa definit skont it-termini tar-Regolament, u taħt l-ebda ċirkostanza ma tista’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru tkun riveduta fir-rigward tal-merti tagħha fl-Istat Membru fejn sussegwentement jintalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni. Għalhekk l-effett nett ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprojbixxi lill-qorti ta’ Stat Membru li mhijiex qed tittratta l-kawża milli tagħti ordnijiet ġodda jew assoċjati.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Fin-nuqqas ta’ intenzjoni kuntrarja, reġim tal-proprjetà matrimonjali (kuntratt) bejn il-partijiet għandu jiġu interpretat skont il-liġi tad-domiċilju matrimonjali. Fejn ma jkunx hemm tali ftehim, il-liġi applikabbli għandha tiġi determinata wkoll permezz tad-domiċilju matrimonjali. Fejn il-konjuġi jaqsmu d-domiċilju, dan iwassal għad-domiċilju matrimonjali. Fejn ma jaqsmux id-domiċilju, huwa probabbli li d-domiċilju matrimonjali jiġi determinat skont il-liġi applikabbli li l-partijiet u ż-żwieġ għandhom l-eqreb rabta magħha.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Bħala prinċipju ġenerali, il-liġi li tirregola s-suċċessjoni għal beni immobbli hija l-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà filwaqt li l-liġi tal-pajjiż li fih id-decujus kien domiċiljat fil-mument tal-mewt tiegħu tirregola d-distribuzzjoni u s-suċċessjoni tal-beni mobbli tiegħu.

Il-kapaċità tat-testatur tkun determinata bil-liġi tad-domiċilju tiegħu minkejja li hemm il-ħsieb li, fil-każ ta’ proprjetà immobbli, għandha tapplika il-lex situs.

Meta jinbidel id-domiċilju tat-testatur bejn id-data ta’ meta jsir it-testment u d-data tal-mewt, hemm fehmiet opposti dwar jekk il-kapaċità għandhiex tiġi ttestjata mil-liġi tad-domiċilju fiż-żmien li jsir it-testment jew fil-mument tal-mewt tiegħu.

Testment ikun validu formalment taħt l-Att tal-1965 dwar is-Suċċessjoni jekk il-forma tiegħu tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda mil-liġijiet li ġejjin: il-liġi tal-post fejn it-testatur għamel id-dispożizzjoni testamentarja; il-liġi ta’ nazzjonalità, domiċilju jew residenza abitwali tat-testatur fil-mument meta saret id-dispożizzjoni jew fil-mument tal-mewt tat-testatur; jew, fir-rigward ta’ beni immobbli, il-liġi tal-post fejn dawn jinsabu.

3.8 Proprjetà reali

Id-dritt Irlandiż jagħmel distinzjoni bejn proprjetà mobbli u immobbli u japplika l-liġi tal-pajjiż li fih tinsab il-proprjetà biex jiddetermina jekk l-imgħax inkwistjoni huwiex fi proprjetà mobbli jew immobbli.

Bħala regola ġenerali, il-liġi applikabbli fil-każ ta’ proprjetà immobbli għandha tkun il-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà.

3.9 Insolvenza

Ir-Regolament Nru 1346/2000 dwar Proċedimenti ta’ Falliment (ir-“Regolament dwar il-Falliment”) jistabbilixxi regoli ġurisdizzjonali għal proċedimenti ta’ insolvenza fi ħdan l-UE [1]. L-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Falliment jistipula li l-qrati fi ħdan Stat Membru fejn ikun jinstab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur ikollhom l-ġuriżdizzjoni biex jiftħu l-proċedimenti ta’ falliment. Għalhekk, il-proċedimenti ta’ insolvenza li jkunu nfetħu fl-Irlanda jiġu deċiżi mill-qrati Irlandiżi skont il-liġi Irlandiża li tirregola l-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet fi proċedimenti ta’ insolvenza. Il-leġiżlazzjoni prinċipali rilevanti hija l-Att tal-2014 dwar il-Kumpaniji (Companies Act 2014), l-Atti tal-2012-2015 dwar il-Falliment Personali (the Personal Insolvency Acts 2012-2015) u l-Att tal-1988 dwar il-Falliment (Bankruptcy Act 1988).

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.irishstatutebook.ie/1995/en/act/pub/0026/sec0027.html




[1] Sostitwit, b’effett mis-26 ta’ Ġunju 2017, permezz tar-riformulazzjoni għar-Regolament tal-UE 2015/848 dwar proċedimenti ta’ insolvenza

L-aħħar aġġornament: 12/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Greċja

Meta relazzjoni legali bejn individwi jkollha elementi li jgħaqqduha ma' iktar minn stat wieħed (element internazzjonali) u tinqala' tilwima, il-qrati Griegi ma japplikawx bilfors il-liġi Griega u jinvestigaw liem hi l-liġi li trid tiġi applikata (il-liġi applikabbli) fuq il-bażi tad-dritt internazzjonali privat. Id-dritt internazzjonali privat huwa mekkaniżmu li jopera abbażi tar-regoli ta' fattur ta' konnessjoni biex tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli (jiġifieri d-dispożizzjonijiet tal-liġi ta' pajjiż wieħed), li tista' tkun il-liġi tal-qorti kkonċernata jew ta' pajjiż ieħor. Jintuża fattur ta' konnessjoni jew għadd ta' fatturi ta' konnessjoni biex tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli abbażi tar-regoli tal-fattur ta' konnessjoni. Il-fattur ta' konnessjoni huwa l-fattur ta' tilwima b'element internazzjonali li jattiva r-regola speċifika tad-dritt internazzjonali privat sabiex tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli fil-kawża kkonċernata, jiġifieri il-liġi tal-Greċja jew il-liġi ta' stat barrani (kunflitt tal-liġijiet).

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

Il-liġijiet Griegi huma s-sors bażiku għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli. Il-kunċett tal-liġi jinkludi wkoll konvenzjonijiet bilaterali u multilaterali rratifikati mill-Greċja li, ladarba jkunu ġew irratifikati, japplikaw bl-istess mod fil-liġi nazzjonali tal-Greċja. Il-kunċett ta' liġi jinkludi wkoll il-liġi tal-Unjoni Ewropea, partikorment ir-regolamenti. Fid-dawl taż-żieda preżenti fit-tranżazzjonijiet privati effettwati fil-livell internazzjonali, f’termini kemm ta' għadd u kemm ta' tip, il-ġurisprudenza Griega u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għalkemm mhix sors formali, għandhom rwol essenzjali biex jimlew il-lakuni fid-dritt internazzjonali privat, li jintuża biex jiddetermina l-liġi applikabbli.

1.1 Regoli nazzjonali

Id-dispożizzjonijiet ewlenin huma stabbiliti fl-Artikoli 4-33 tal-Kodiċi Ċivili kif ukoll f'leġiżlazzjonijiet oħrajn, eż l-Artikoli 90-96 tal-Liġi 5325/1932 dwar il-kambjali u ċ-ċedoli u l-Artikoli 70-76 tal-Liġi 5960/1933 dwar iċ-ċekkijiet.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Dawn li ġejjin huma xi wħud mill-konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali:

Il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tad-19 ta' Mejju 1956 dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq, irratifikata mill-Greċja bil-Liġi 559/1977.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta' Ottubru 1961 dwar il-Kunflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji, irratifikata mill-Greċja bil-Liġi 1325/1983.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali, irratifikata mill-Greċja bil-Liġi 1334/1983.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, irratifikata mill-Greċja bil-Liġi 4020/2011.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Dawn li ġejjin huma xi wħud mill-konvenzjonijiet internazzjonali bilaterali:

Il-Konvenzjoni tas-17 ta' Mejju 1993 dwar l-Assistenza Ġudizzjarja f'Materji Ċivili u Kriminali bejn ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika tal-Albanija, irratifikata mill-Greċja bil-Liġi 2311/1995.

It-Trattat-Konvenzjoni tat-3 ta' Awwissu 1951 dwar il-Ħbiberija, il-Kummerċ u t-Trasport Marittimu bejn il-Greċja u l-Istati Uniti, irratifikat mill-Greċja bil-Liġi 2893/1954.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Meta, skont ir-regoli tal-fattur ta' konnessjoni fid-dritt internazzjonali privat Grieg, il-liġi applikabbli tkun il-liġi ta' pajjiż ieħor, l-imħallef Grieg iqisha ex officio, jiġifieri mingħajr il-bżonn li jqajmu l-kwistjonijiet il-litiganti, u jkollu jinvestiga liema dispożizzjonijiet tal-liġi barranija japplikaw (l-Artikolu 337 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Meta r-regoli tad-dritt internazzjonali privat Grieg jistipulaw li tapplika l-liġi ta' pajjiż ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt sostantiv, jiġifieri ssir referenza għalihom biss minflok għad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali privat ta' dak il-pajjiż (l-Artikolu 32 tal-Kodiċi Ċivili), li min-naħa tiegħu jaf jistipula li tapplika l-liġi Griega jew ta' xi stat terz.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Il-fattur ta' konnessjoni ta' relazzjoni legali spiss jinbidel tul ir-relazzjoni, eż. id-domiċilju ta' kumpanija jiġi ttrasferit minn pajjiż għal ieħor, u f'dak il-każ il-liġi applikabbli tinbidel ukoll. Hemm regoli li jistipulaw espliċitament soluzzjoni għal liema liġi tapplika finalment; inkella l-qorti tapplika l-liġi applikabbli li kienet tapplika inizjalment, qabel il-bidla fil-fattur ta' konnessjoni, jew sussegwentement, jew kumbinazzjoni tat-tnejn, skont iċ-ċirkustanzi effettivi tal-kawża.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Jekk id-dritt internazzjonali privat Grieg (ir-regoli ta' fattur ta' konnessjoni) jistipula li tapplika l-liġi barranija imma l-applikazzjoni tagħha tmur kontra l-perċezzjonijiet morali jew legali fundamentali li jinfurmaw il-politika pubblika Griega (l-Artikolu 33 tal-Kodiċi Ċivili), meta tinstema' l-kawża kkonċernata, il-qorti Griega ma tapplikax id-dispożizzjoni rilevanti tal-liġi barranija imma tapplika d-dispożizzjonijiet barranin l-oħrajn (funzjoni negattiva). Jekk, madankollu, ladarba l-applikazzjoni tagħha tiġi prekluża, ikun hemm lakuna legali fil-liġi barranija, din timtela bl-applikazzjoni tal-liġi Griega (funzjoni pożittiva).

Mod kif jitħarsu l-interessi fl-ordinament ġuridiku Grieg huwa li jiġu promulgati regoli li japplikaw direttament. Dawn ir-regoli jirregolaw kwistjonijiet partikolarment importanti fir-relazzjonijiet legali interni tal-istat u huma applikati direttament ukoll mill-qrati Griegi f'kawżi b'element internazzjonali li ma jkunux solvuti bl-operazzjoni tad-dritt internazzjonali privat Grieg.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

L-imħallef Grieg jista' juża kull mezz li jqis xieraq biex isib kull liġi barranija li tapplika. Dan l-għarfien jista' jkun ibbażat fuq informazzjoni legali li jkollhom personalment, jew l-imħallef jista' jirriċerkaha f'konvenzjonijiet internazzjonali (multilaterali u bilaterali) — li bihom, l-istati membri jkunu ntrabtu bl-obbligu reċiproku li jipprovdu l-informazzjoni — jew minn organizzazzjonijiet xjentifiċi domestiċi jew barranin. Meta d-determinazzjoni tal-liġi barranija applikabbli tkun diffiċli jew jidher li tkun impossibbli, l-imħallef Grieg jista' anke jistaqsi għall-għajnuna lil-litiganti mingħajr, madankollu, ma jkun ristrett mill-evidenza li jipprovdu (l-Artikolu 337 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Bħala eċċezzjoni, imħallef Grieg jista' japplika l-liġi Griega minflok liġi barranija applikabbli jekk, minkejja li jagħmel kull sforz possibbli biex isib id-dispożizzjonijiet tal-liġi barranija, dan jirriżulta li jkun impossibbli.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

L-imħallef Grieg jiddetermina l-liġi applikabbli fil-parti l-kbira tal-kuntratti u l-atti legali li jkunu ġew iffirmati fis-17 ta' Diċembru 2009 jew wara fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 magħruf bħala Ruma I. Bħala regola ġenerali, tapplika l-liġi magħżula mill-partijiet.

Fir-rigward tal-kuntratti u l-atti legali ffirmati mill-1 ta' April 1991 u sas-16 ta' Diċembru 2009, il-liġi applikabbli tiġi identifikata fuq il-bażi tal-Konvenzjoni ta' Ruma tal-Komunità tad-19 ta' Ġunju 1980, li tistabbilixxi l-istess regola ġenerali bħal dik imsemmija fuq.

Fir-rigward tal-kategoriji kollha tal-obbligi kuntrattwali u l-atti legali li huma espliċitament esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament u l-Konvenzjoni msemmijin fuq, kif ukoll dawk iffirmati qabel l-1 ta' April 1991, il-liġi applikabbli tiġi identifikata fuq il-bażi tal-Artikolu 25 tal-Kodiċi Ċivili, li jistabbilixxi l-istess regola ġenerali stipulata fir-Regolament.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

L-imħallef Grieg jiddetermina l-liġi li tapplika għall-obbligi li jiġu minn delitti u għall-obbligi li jiġu minn arrikkiment indebitu, negotiorum gestio u culpa in contrahendo, fil-11 ta' Jannar 2009 jew wara, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 864/2007, magħruf bħala Ruma II. Bħala regola ġenerali, tapplika l-liġi tal-istat fejn ikun sar il-ħażin.

Fir-rigward tad-delitti li mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament imsemmi fuq li jkunu saru qabel il-11 ta' Jannar 2009, il-liġi applikabbli tiġi iddeterminata fuq il-bażi tal-Artikolu 26 tal-Kodiċi Ċivili, li jistabbilixxi l-istess regola ġenerali stipulata fir-Regolament.

Skont il-ġurisprudenza Griega, il-liġi li tapplika għall-kolpevolezza li tiġi minn arrikkiment indebitu qabel il-11 ta' Jannar 2009 hija l-liġi tal-istat li jkun l-iktar xieraq fiċ-ċirkostanzi speċifiċi kumplessivi.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

- Persuni fiżiċi

Isem, domiċilju

Peress li isem u domiċilju jintużaw għall-identifikazzjoni ta' persuna fiżika b'mod individwali, il-liġi li tapplika għalihom tiġi ddeterminata kull darba fil-kuntest tar-relazzjoni legali speċifika li jeħtieġ li tiġi rregolata. Għalhekk, l-isem u d-domiċilju tal-miżżewġin huma rregolati mil-liġi li tirregola r-relazzjonijiet personali skont l-Artikolu 14 tal-Kodiċi Ċivili; fir-rigward ta' minuri, dawn huma rregolati mil-liġi dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal skont l-Artikoli 18–21 tal-Kodiċi Ċivili.

Kapaċità

Fir-rigward ta' materji li jirrigwardaw il-kapaċità ta' kwalunkwe persuna, Griega jew barranija, biex tkun suġġetta għad-drittijiet u l-obbligi, biex tidħol f'atti legali u tkun parti f'kawża ġudizzjarja u tieħu sehem f'kawża personalment, tapplika l-liġi tal-istat li l-persuna tkun ċittadin tagħha (l-Artikolu 5 u 7 tal-Kodiċi Ċivili; L-Artikoli 62(a) u 63(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Meta barrani ma jkollux il-kapaċità li jidħol f'atti legali jew jieħu sehem f'kawża personalment skont il-liġi tal-istat li hu ċittadin tiegħu, imma l-liġi tal-Greċja tistipula li jkollu l-kapaċitajiet imsemmija hawn fuq (ħlief għal atti legali koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-familja, il-liġi tas-suċċessjoni, u l-liġi dwar il-proprjetà għal proprjetajiet barra mill-Greċja), tapplika l-liġi tal-Greċja (l-Artikolu 9 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 66 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

- Persuni ġuridiċi

Fir-rigward ta' materji relatati mal-kapaċità ġuridika ta' persuni ġuridiċi, skont l-Artikolu 10 tal-Kodiċi Ċivili, tapplika l-liġi tal-post fejn il-persuna ġuridika jkollha d-domiċilju tagħha. Skont il-ġurisprudenza Ġriega, it-terminu "domiċilju" jfisser id-domiċilju effettiv u mhux dak statutorju.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Kwistjonijiet ta' filjazzjoni huma relatati ma' r-rabtiet familjari bejn il-ġenituri u t-tfal u d-drittijiet u l-obbligi assoċjati li jirriżultaw minnhom.

Meta jkun qed jiġi deċiż jekk tfal jikkwalifikawx bħala mwielda fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ (l-Artikolu 17 tal-Kodiċi Ċivili), il-liġi applikabbli tkun:

  • il-liġi tal-istat li rregolat ir-relazzjoni personali bejn omm it-tifel u l-konjuġi tagħha meta twieled il-wild, kif definit fl-Artikolu 14 tal-Kodiċi Ċivili;
  • meta ż-żwieġ ikun xolt qabel it-twelid tal-wild, il-liġi tal-istat li rregolat ir-relazzjoni personali bejn omm il-wild u l-konjuġi tagħha meta ż-żwieġ ġie xolt, kif definit fl-Artikolu 14 tal-Kodiċi Ċivili.

Il-liġi applikabbli għall-filjazzjoni għal tfal imwielda fiż-żwieġ, anke jekk iż-żwieġ ikun xolt:

l-imħallef Grieg jiddetermina l-liġi applikabbli skont il-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, irratifikata mill-Greċja bil-Liġi 4020/2011, fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-miżuri tal-protezzjoni tat-tfal, fil-każ li l-liġi ta' stat li jkun membru tal-Konvenzjoni msemmija hawn fuq.

Il-liġi applikabbli għal stat li ma jkunx firmatarju tal-Konvenzjoni msemmija fuq jew fir-rigward ta' kwistjonijiet li mhumiex regolati mill-Konvenzjoni msemmija hawn fuq, b'konformità mal-Artikolu 18 tal-Kodiċi Ċivili:

  • meta jkunu ċittadini tal-istess stat — il-liġi ta' dak l-istat;
  • meta jkunu akkwistaw nazzjonalità komuni ġdida wara t-twelid — il-liġi tal-istat tal-iktar nazzjonalità komuni reċenti;
  • meta jkunu ċittadini ta' stati differenti qabel it-twelid u n-nazzjonalità tagħhom ma tinbidilx wara t-twelid jew meta jkunu ċittadini tal-istess stat qabel it-twelid imma n-nazzjonalità tal-ġenituri jew tal-wild tinbidel wara t-twelid — il-liġi tal-istat ta' fejn ikollhom l-iktar residenza abitwali komuni reċenti tagħhom fil-mument tat-twelid;
  • meta ma jkollhom l-ebda residenza abitwali komuni — il-liġi tal-istat li l-wild ikun ċittadin tiegħu.

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn l-omm u l-missier u wildhom li jkun twieled barra miż-żwieġ (l-Artikoli 19 u 20 tal-Kodiċi Ċivili):

  • meta jkunu ċittadini tal-istess stat — il-liġi ta' dak l-istat;
  • meta jkunu akkwistaw nazzjonalità komuni ġdida wara t-twelid — il-liġi tal-istat tal-iktar nazzjonalità komuni reċenti;
  • meta jkunu ċittadini ta' stati differenti qabel it-twelid u n-nazzjonalità tagħhom ma tinbidilx wara t-twelid jew meta jkunu ċittadini tal-istess stat qabel it-twelid imma n-nazzjonalità tal-ġenituri jew tal-wild tinbidel wara t-twelid — il-liġi tal-istat ta' fejn ikollhom l-iktar residenza abitwali komuni reċenti tagħhom fil-mument tat-twelid;
  • meta ma jkollhom l-ebda residenza abitwali komuni — il-liġi tal-istat li l-missier jew l-omm ikunu ċittadini tiegħu.

Il-liġi applikabbli għall-obbligi ta' manteniment tal-ġenituri lejn wildhom:

L-imħallef Grieg jiddetermina l-liġi applikabbli, fit-18 ta' Ġunju 2011 u wara, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 4/2009, kif speċifikat mill-Protokoll tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007. Bħala regola ġenerali, tapplika l-liġi tal-istat fejn il-parti obbligata jkollha r-residenza abitwali tagħha.

3.4.2 L-adozzjoni

Il-liġi applikabbli għall-kundizzjonijiet ta’ adozzjoni u t-terminazzjoni ta’ adozzjoni b'element internazzjonali hija l-liġi tal-istat li kull persuna involuta fl-adozzjoni tkun ċittadin tagħha (l-Artikolu 23 tal-Kodiċi Ċivili). Il-liġi applikabbli għall-forma ta' adozzjoni hija l-liġi stipulata fl-Artikolu 11 tal-Kodiċi Ċivili, jiġifieri jew il-liġi li tirregola l-kontenut tagħha, jew il-liġi tal-post ta' fejn saret, jew il-liġi tal-istat li l-partijiet kollha huma ċittadini tiegħu. Meta l-persuni involuti fl-adozzjoni jkunu ċittadini ta’ stati differenti, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-liġijiet kollha tal-istati korrispondenti u ma jrid ikun hemm l-ebda impediment skont dawk il-liġijiet biex l-adozzjoni tkun valida.

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-ġenituri adottivi u t-tfal li jkunu se jiġu adottati:

  • meta jkunu kollha ċittadini tal-istess stat wara l-adozzjoni — il-liġi ta' dak l-istat;
  • meta jkunu akkwistaw nazzjonalità komuni ġdida wara l-adozzjoni — il-liġi tal-istat tal-iktar nazzjonalità komuni reċenti;
  • meta jkunu ċittadini ta' stati differenti qabel l-adozzjoni u n-nazzjonalità tagħhom ma tinbidilx wara l-adozzjoni jew meta jkunu ċittadini tal-istess stat qabel l-adozzjoni imma n-nazzjonalità ta' waħda mill-persuni involuti fl-adozzjoni tinbidel wara t-tlestija tal-adozzjoni — il-liġi tal-istat tal-iktar residenza abitwali komuni reċenti tagħhom fil-mument ta-adozzjoni;
  • meta ma jkollhom l-ebda residenza abitwali komuni — il-liġi tal-istat li l-ġenitur adottiv ikun ċittadin tiegħu jew, jekk ikunu miżżewġin li jkunu qed jadottaw, il-liġi li tirregola r-relazzjoni personali tagħhom.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Kundizzjonijiet sustantivi

Il-liġi applikabbli għall-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-persuni li jixtiequ jiżżewġu u l-impedimenti li jistgħu jwaqqfuhom hija l-liġi tal-istat li huma ċittadini tiegħu jekk ikunu ċittadini tal-istess stat jew, jekk ikunu ċittadini ta' stati differenti, il-liġi ta' kwalunkwe wieħed mill-istati (l-Artikolu 13(1)(a) tal-Kodiċi Ċivili).

Kundizzjonijiet proċedurali

Biex iż-żwieġ ikun formalment validu, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-istat li l-persuni li jkunu se jiżżewġu huma ċittadini tiegħu, meta jkunu ċittadini tal-istat stat jew, jekk ikunu ċittadini ta' stati differenti, il-liġi ta' kwalunkwe wieħed mill-istati li jkunu ċittadini tiegħu jew il-liġi tal-istat fejn ġie ċċelebrat iż-żwieġ (l-Artikolu 13(1)(b) tal-Kodiċi Ċivili). L-ordinament ġuridiku Grieg jirrikjedi li jiġu rispettati ċerti formalitajiet biex jiġi ċċelebrat żwieġ; l-unjonijiet tal-koppji li jikkoabitaw imma li ma żżewġux formalment huma rikonoxxuti bħala validi fil-Greċja sakemm ikunu rikonoxxuti bħala validi skont il-liġi barranija u l-persuni li jkunu qed jikkoabitaw ma jkunux Griegi.

Relazzjonijiet personali bejn il-miżżewġin

Ir-relazzjonijiet personali bejn il-miżżewġin huma dawk ibbażati fuq iż-żwieġ tagħhom, li ma għandhom x’jaqsmu xejn ma’ proprjetà, bħall-koabitazzjoni u d-drittijiet u l-obbligi, inkluż il-manteniment.

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet personali bejn il-miżżewġin (l-Artikolu 14 tal-Kodiċi Ċivili), ħlief il-manteniment:

  • meta l-miżżewġin ikunu kollha ċittadini tal-istess stat wara ż-żwieġ — il-liġi ta' dak l-istat;
  • meta l-miżżewġin ikunu akkwistaw nazzjonalità komuni ġdida waqt iż-żwieġ — il-liġi tal-istat tal-iktar nazzjonalità komuni reċenti;
  • meta l-miżżewġin ikunu ċittadini tal-istess stat waqt iż-żwieġ u iktar tard wieħed minnhom isir ċittadin ta' stat ieħor — il-liġi tal-istat tal-iktar nazzjonalità komuni reċenti, sakemm il-konjuġi l-ieħor ma jkunx għadu ċittadin ta' dak l-istat;
  • meta l-miżżewġin ikunu ċittadini ta' stati differenti qabel iż-żwieġ u n-nazzjonalità tagħhom ma tinbidilx wara ż-żwieġ jew meta jkunu ċittadini tal-istess stat qabel iż-żwieġ imma n-nazzjonalità ta' xi ħadd minnhom tinbidel maż-żwieġ — il-liġi tal-istat tal-iktar residenza abitwali komuni reċenti tagħhom;
  • meta ma jkollhomx residenza abitwali komuni waqt iż-żwieġ — il-liġi tal-istat li l-miżżewġin ikunu l-iktar konnessi miegħu.

Obbligi ta' manteniment

Il-liġi applikabbli tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta' Ottubru 1973, irratifikata mill-Greċja bil-Liġi 3137/2003, jiġifieri l-liġi tal-istat fejn il-benefiċjarju jkollu r-residenza abitwali tiegħu.

Reġimi tal-proprjetà matrimonjali

Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali japplika għad-drittijiet ta' proprjetà u l-obbligi korrispondenti li jinħolqu minħabba ż-żwieġ.

Il-liġi applikabbli hija l-liġi li tirregola r-relazzjoni personali bejn il-miżżewġin malli jiġi ċċelebrat iż-żwieġ (l-Artikolu 15 tal-Kodiċi Ċivili).

3.5.2 Koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

L-ordinament ġuridiku Grieg jirrikonoxxi wkoll forma ta' koabitazzjoni li mhix iż-żwieġ, kif stipulat fil-Liġi 3719/2008. Fuq il-bażi ta' dispożizzjoni espliċita stipulata fil-liġi msemmija fuq, din il-liġi tapplika għas-sħubijiet ċivili kollha stabbiliti fil-Greċja jew quddiem l-awtoritajiet konsulari Griegi, irrispettivament minn jekk il-partijiet ikunux Griegi jew barranin, f'termini kemm ta' forma u kemm ta' relazzjonijiet kumplessivi tal-partijiet. Meta tiġi stabbilita sħubija ċivili f'pajjiż barrani, il-liġi applikabbli fir-rigward tal-forma tagħha hija l-liġi speċifikata fl-Artikolu 11 tal-Kodiċi Ċivili, jiġifieri jew il-liġi li tirregola l-kontenut tagħha, jew il-liġi tal-istat fejn tkun ġiet stabbilita, jew il-liġi tal-istat li l-partijiet kollha huma ċittadini tiegħu; il-liġi applikabbli fir-rigward tar-relazzjonijiet tal-partijiet hija l-liġi tal-istat fejn tkun ġiet stabbilita s-sħubija.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Il-liġi applikabbli għal materji li jikkonċernaw id-divorzju jew kwalunkwe forma oħra ta' separazzjoni ġudizzjarja tiġi ddeterminata fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1259/2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, magħruf bħala Ruma III. Bħala regola ġenerali, il-miżżewġin jistgħu jaqblu li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja li tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin: (a) il-liġi tal-istat fejn il-miżżewġin ikunu residenza abitwali fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim; jew (b) il-liġi tal-istat fejn il-miżżewġin ikollhom l-aħħar residenza abitwali tagħhom, sakemm wieħed minnhom ikun għadu residenti hemmhekk fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim; jew (c) il-liġi tal-istat tan-nazzjonalità ta' kwalunkwe wieħed mill-miżżewġin fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim; jew (d) il-liġi tal-qorti li tkun qed tippresjedi.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Ir-Regolament imsemmi hawn fuq jistipula espliċitament li ma japplikax għall-obbligi tal-manteniment għal eks miżżewġin, peress li din il-kwistjoni hija rregolata mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta' Ottubru 1973, irratifikata mill-Greċja bil-Liġi 3137/2003, li tispeċifika li l-liġi applikabbli hija l-liġi tal-istat fejn ikun sar id-divorzju jew is-separazzjoni.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Ara l-aħħar paragrafu tat-taqsima 3.5.1 hawn fuq.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Fir-rigward tal-materji kollha relatati mal-wirt, ħlief għall-forma użata għat-tfassil u r-revoka ta' testment, il-liġi applikabbli hija ddeterminata fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Meta jkun hemm testment, jitqies li jkun validu jekk ikun sar fil-forma stipulata skont kwalunkwe waħda mil-liġijiet li ġejjin (l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta' Ottubru 1961 dwar il-Kunflitti ta' Liġijiet relatati mal-Forma ta' Dispożizzjonijiet Testamentarji):

  • il-liġi tal-istat fejn id-deċedut ikun għamel it-testment tiegħu;
  • il-liġi tal-istat li d-deċedut kien ċittadin tiegħu meta għamel it-testment jew meta miet;
  • il-liġi tal-istat li d-deċedut kien residenti jew domiċiljat fih meta għamel it-testment jew meta miet;
  • meta t-testment ikun jittratta proprjetà: il-liġi tal-istat ta' fejn tkun il-proprjetà.

3.8 Proprjetà reali

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet in rem relatati ma' proprjetà immobbli tiġi ddeterminata mill-Artikolu 27 tal-Kodiċi Ċivili, jiġifieri hija l-liġi tal-istat fejn tkun tinstab.

Il-liġi applikabbli għal relazzjonijiet bi ħtija skont il-liġi tal-obbligi li tirrigwarda proprjetà immobbli tiġi ddeterminata abbażi tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 magħruf bħala Ruma I, bir-regola ġenerali tkun li tapplika l-liġi magħżula mill-partijiet.

Il-liġi applikabbli għall-forma tat-tranżazzjonijiet ta' hawn fuq hija l-liġi tal-istat fejn tkun tinstab il-proprjetà immobbli (l-Artikolu 12 tal-Kodiċi Ċivili).

3.9 Insolvenza

Il-liġi applikabbli għall-insolvenza u r-riżultati tagħha jiġu ddeterminati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment, jiġifieri l-liġi tal-istat fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti rilevanti.

L-aħħar aġġornament: 07/06/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Spanja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Ħafna mir-regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet jinsabu fit-Titolu Preliminari tal-Kodiċi Ċivili (l-Artikoli 9-12). Hemm ukoll dispożizzjonijiet ġuridiċi applikabbli f'xi liġijiet speċjali, bħal pereżempju, il-Liġi dwar l-Adozzjoni Internazzjonali.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Fir-rigward tal-liġi applikabbli, ir-Regolamenti tal-UE li ġejjin huma attwalment fis-seħħ fi Spanja:

- Ir-Regolament 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment

- Ir-Regolament 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)

- Ir-Regolament 864/2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II)

- Ir-Regolament 1259/2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (Ruma III)

- Ir-Regolament 650/2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

- Ir-Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012. Applikabbli mis-16 ta’ Frar 2019.

Spanja hija wkoll Stat Kontraenti għal bosta konvenzjonijiet dwar il-kunflitt tal-liġijiet. Il-konvenzjonijiet multilaterali ewlenin f'dan ir-rigward huma:

- Il-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-kunjomijiet u l-ismijiet, Munich, il-5 ta' Settembru 1980.

- Il-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-kooperazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-miżuri tal-protezzjoni tat-tfal, L-Aja, id-19 ta' Ottubru 1996.

- Il-Protokoll dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment, L-Aja, it-23 ta' Novembru 2007.

- Il-Konvenzjoni dwar il-kunflitti tal-liġijiet relatati mal-forma tad-dispożizzjonijiet testamentarji, L-Aja, il-5 ta' Ottubru 1961.

- Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku, L-Aja, l-4 ta' Mejju 1971.

- Il-Protokoll dwar il-liġi applikabbli għar-responsabbiltà għall-prodotti difettużi, L-Aja, it-2 ta' Ottubru 1973.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Fir-rigward tal-liġi applikabbli, il-Konvenzjoni bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj dwar il-kunflitti tal-liġijiet f'materji relatati mal-manteniment tat-tfal u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi ġudizzjarju u ftehimiet relatati mal-manteniment, Montevideo, l-4 ta' Novembru 1987, hija attwalment fis-seħħ.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-Artikolu 12.6 tal-Kodiċi Ċivili jistabbilixxi li "l-qrati u l-awtoritajiet għandhom japplikaw ex officio r-regoli ta' kunflitt tal-liġijiet fil-Liġi Spanjola."

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

L-Artikolu 12.2 tal-Kodiċi Ċivili jgħid li referenza għal liġi barranija titqies li tkun għal-liġi sostantiva tagħha, irrispettivament mir-rinviju li r-regola dwar il-kunflitt ta' liġijiet jagħmlu għal liġi oħra li ma tkunx il-liġi Spanjola. Dan jimplika li jkun aċċettat biss rinviju tal-ewwel grad.

Rinviju tat-tieni grad mhux permess ħlief fil-każ ta' kambjali, ċekkijiet u ċedoli, fir-rigward tal-kapaċità biex wieħed jidħol għal obbligi ta' dan it-tip.

Meta jkunu applikabbli Regolament tal-UE jew Konvenzjoni Internazzjonali, japplikaw ir-regoli speċjali ta' dawn l-istrumenti relatati mar-rinviju.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Fil-liġi Spanjola, ma hemm l-ebda regola ġenerali għal każijiet ta' kunflitt ta' mobilità, jiġifieri bidliet fiċ-ċirkostanzi użati mir-regola dwar il-kunflitt ta' liġijiet bħala l-fattur ta' konnessjoni. L-Artikolu 9.1 tal-Kodiċi Ċivili, fir-rigward tal-età maġġuri, jgħid li bidla fil-fattur ta' konnessjoni ma taffettwax l-età maġġuri diġà miksuba. Il-kriterju huwa li titqies il-liġi li kienet applikabbli fil-mument meta nqalgħet is-sitwazzjoni legali anke jekk il-fattur ta' konnessjoni sussegwentement jinbidel.

Meta jkunu applikabbli Regolament tal-UE jew Konvenzjoni Internazzjonali, japplikaw ir-regoli speċjali relatati mal-kunflitt ta' mobilità.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-Artikolu 12.3 tal-Kodiċi Ċivili jiddikjara li fl-ebda każ ma tista' tapplika liġi barranija li tkun tmur kontra l-ordni pubbliku. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-liġi barranija tiġi eskluża jekk twassal għal riżultat li jkun manifestament ksur tal-prinċipji bażiċi tal-liġi Spanjola. Prinċipji rikonoxxuti kostituzzjonalment jitqiesu li huma essenzjali.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-kontenut u l-validità tal-liġi barranija jridu jiġu ppruvati mill-partijiet, u l-qorti tista’ tivverifikaha b'kull mezz li tqis neċessarju għall-applikazzjoni tagħha. Is-sistema hija waħda mħallta, li tgħaqqad il-prinċipju ta' allegazzjonijiet u provi biss wara talba mill-parti bil-possibbiltà li l-qorti tikkoopera fit-twettiq tal-verifiki. F'każijiet eċċezzjonali meta l-kontenut tal-liġi barranija ma jkunx jista' jiġi ppruvat, tapplika l-liġi Spanjola.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Il-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali hija rregolata, f'termini ġenerali, mir-Regolament 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament "Ruma I"). Kawżi fejn ir-Regolament Ruma I ma jkunx applikabbli jiġu solvuti b'konformità mal-Artikolu 10.5 tal-Kodiċi Ċivili, li huwa bbażat fuq ir-rikonoxximent tal-libertà tal-għażla sakemm il-liġi applikabbli tkun magħżula espressament u li din il-liġi jkollha xi rabta mal-materja kkonċernata. Fin-nuqqas ta’ dan, tapplika l-liġi nazzjonali komuni għall-partijiet; fin-nuqqas ta’ dan, il-liġi tar-residenza abitwali komuni tagħhom, u fl-aħħar istanza, il-liġi tal-post fejn ġie konkluż il-kuntratt.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Il-materja hija rregolata mir-Regolament (KE) 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 (Ruma II). F'materji relatati ma' inċidenti tat-traffiku u responsabilità tal-manifatturi, japplikaw ir-regoli ta’ kunflitt li jinsabu fil-Konvenzjonijiet tal-Aja tal-1971 u tal-1973, rispettivament.

Materji li mhuma inklużi fl-ebda mid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma koperti mill-Artikolu 10.9 tal-Kodiċi Ċivili, li skontu kawżi ta' responsabbiltà mhux kontrattwali huma rregolati mil-liġi tal-post fejn ikun ġara l-fatt li wassal għalihom. Negotiorum gestio bla awtorizzazzjoni huwa rregolat mil-liġi tal-post fejn l-aġent ikun wettaq l-attività prinċipali u l-arrikkiment indebitu huwa rregolat mil-liġi li t-trasferiment tal-valur tal-parti arrikkita sar skontha.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

L-Artikolu 9 tal-Kodiċi Ċivili jgħid li l-liġi applikabbli f'dawn il-materji tiġi ddeterminata min-nazzjonalità tal-persuni fiżiċi. Hemm dispożizzjonijiet li jikkonċernaw każijiet ta' nazzjonalità doppja u ta' nazzjonalità indeterminata. Ċittadinanza doppja tiġi ddeterminata skont jekk tkunx nazzjonalità doppja skont il-liġi Spanjola jew nazzjonalità doppja mhux prevista mil-liġi Spanjola. Jeżistu Trattati dwar nazzjonalità Doppja maċ-Ċilì, mal-Perù, mal-Paragwaj, man-Nikaragwa, mal-Gwatemala, mal-Bolivja, mal-Ekwador, mal-Costa Rica, mal-Honduras, mar-Repubblika Dominicana, mal-Arġentina u mal-Kolombja. F'dawn il-każijiet japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-trattati internazzjonali; jekk ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni dwar dan, il-preferenza tingħata għan-nazzjonalità li tikkorrispondi mal-aħħar residenza abitwali u, fin-nuqqas ta' dan, l-aħħar nazzjonalità akkwiżita. Jekk in-nazzjonalità doppja ma tkunx prevista mil-liġi Spanjola u waħda min-nazzjonalitajiet tkun dik Spanjola, din tieħu l-preċedenza, għalkemm irid jiġi applikat il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità jekk iż-żewġ ċittadinanzi jkunu ta' pajjiżi tal-UE. Għal persuni ta' nazzjonalità indeterminata, tapplika l-liġi tal-post tar-residenza abitwali bħala l-liġi personali. Fil-każ ta' persuni apolidi, japplika l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ New York tat-28 ta' Settembru 1954, li skontu l-liġi applikabbli hija l-liġi tal-pajjiż ta' domiċilju tal-persuna apolida jew, fin-nuqqas ta' dan, il-liġi tal-pajjiż ta' residenza tagħha.

Il-liġi applikabbli għall-isem persuni fiżiċi hija rregolata mill-Ftehim ta' Munich tal-1980. L-ismijiet u l-kunjomijiet ta' persuni fiżiċi jiġu ddeterminati mil-liġi tal-Istat li l-persuna kkonċernata tkun ċittadin tiegħu.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

L-Artikolu 9.4 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li l-liġi applikabbli għad-determinazzjoni tal-filjazzjonijiet bijoloġiċi hija dik tar-residenza abitwali tal-minuri fil-mument li tiġi stabbilita r-relazzjoni. Fin-nuqqas ta' residenza abitwali tal-minuri, jew jekk din il-liġi ma tippermettix li tiġi stabbilita l-filjazzjoni, il-liġi applikabbli tkun il-liġi nazzjonali tal-minuri f'dak iż-żmien. Jekk din il-liġi ma tippermettix li tiġi stabbilita l-filjazzjoni jew il-minuri ma jkollux nazzjonalità, tapplika l-liġi sostantiva Spanjola.

Il-liġi applikabbli għall-adozzjoni hija rregolata minn regolament speċjali, il-Liġi 54/2007 dwar l-adozzjoni internazzjonali. L-Artikolu 18 ta' din il-Liġi jgħid li l-konklużjoni dwar adozzjoni mill-awtorità kompetenti Spanjola tiġi rregolata mil-liġi sostantiva Spanjola meta l-adottat ikollu r-residenza permanenti tiegħu fi Spanja fil-mument tal-adozzjoni jew ittieħed jew ikun se jittieħed Spanja għall-fini li jistabbilixxi residenza fi Spanja.

Il-liġi applikabbli għall-kontenut tal-filjazzjoni, jew bijoloġika jew bl-adozzjoni, u l-eżerċizzju tar-responsabilità tal-ġenituri jiġu ddeterminati skont il-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996. L-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni jistipula li l-eżerċizzju tar-responsabilità tal-ġenituri tiġi rregolat mil-Liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tal-minuri.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

Jeżistu regoli għaċ-ċelebrazzjoni u l-konsegwenzi taż-żwieġ. Fir-rigward tal-forma taċ-ċelebrazzjoni, il-Kodiċi Ċivili jgħid li tista' tiżżewweġ fi Spanja jew barra minn Spanja: 1) minn imħallef, sindku jew uffiċjal indikat mill-Kodiċi; 2) fil-forma reliġjuża prevista mil-liġi. Huwa jgħid ukoll li l-Ispanjoli jistgħu jiżżewġu barra minn Spanja fil-forma stipulata mil-liġi tal-post fejn jiġi ċċelebrat iż-żwieġ. Jekk iż-żewġ partijiet ikunu barranin, jistgħu jiżżewġu fi Spanja skont l-istess dispożizzjonijiet għall-Ispanjoli jew skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi personali ta' kwalunkwe waħda mill-partijiet. Il-kapaċità għaż-żwieġ u l-kunsens huma suġġetti għal-liġi nazzjonali ta' kull waħda mill-partijiet fiż-żwieġ (l-Artikolu 9.1 tal-Kodiċi Ċivili).

Skont l-Artikolu 9.2 tal-Kodiċi Ċivili, il-konsegwenzi taż-żwieġ huma rregolati mil-liġi nazzjonali komuni tal-miżżewġin fil-mument taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ. Fin-nuqqas ta' liġi nazzjonali komuni, jkunu rregolati mil-liġi personali jew mir-residenza abitwali ta' kwalunkwe parti, magħżula minnhom it-tnejn f'att awtentiku eżegwit qabel ma jiġi ċċelebrat iż-żwieġ. Jekk din l-għażla ma tkunx saret, tapplika l-liġi tar-residenza abitwali komuni minnufih wara ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ u, fin-nuqqas ta’ dan, il-liġi tal-post fejn ikun ġie ċċelebrat iż-żwieġ.

Is-separazzjoni ġudizzjarja u d-divorzju huma rregolati mir-Regolament 1259/2010, li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (Ruma III). L-Artikolu 107.1 tal-Kodiċi Ċivili jistipula li l-annullament taż-żwieġ huwa rregolat mil-liġi applikabbli għaċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ.

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni fid-dritt internazzjonali privat Spanjol għal koppji mhux miżżewġin (li fil-prinċipju jfisser li wieħed għandu jirrikorri għal analoġija).

L-obbligi ta' manteniment huma rregolati mill-Protokoll tal-Aja tal-2007 dwar liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Id-dispożizzjoni li tirregola l-konsegwenzi taż-żwieġ (l-Artikolu 9.2 tal-Kodiċi Ċivili) tinkludi kemm il-konsegwenzi personali u kemm dawk li jaffettwaw il-proprjetà. Għalhekk tapplika l-liġi personali komuni tal-konjuġi fil-mument taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ; fin-nuqqas ta’ dan, tapplika l-liġi personali jew il-liġi tar-residenza abitwali ta' kwalunkwe parti, magħżula minnhom f'att awtentiku eżegwit qabel ma ġie ċċelebrat iż-żwieġ; jekk din l-għażla ma tkunx saret, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tar-residenza abitwali komuni minnufih wara ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ u, fin-nuqqas ta’ dan, il-liġi tal-post fejn ikun ġie ċċelebrat iż-żwieġ.

Kuntratti u ftehimiet li jistipulaw, jemendaw jew jissostitwixxu r-reġim tal-proprjetà matrimonjali jkunu validi jekk jikkonformaw jew mal-liġi li tirregola l-konsegwenzi taż-żwieġ jew mal-liġi tan-nazzjonalità jew il-liġi tar-residenza abitwali ta' kwalunkwe waħda mill-partijiet fil-mument tal-eżekuzzjoni (l-Artikolu 9.3 tal-Kodiċi Ċivili).

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Spanja tapplika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament 650/2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni. Skont dan ir-Regolament, tapplika l-liġi tar-residenza abitwali tad-deċedut fil-mument ta' mewtu sakemm id-deċedut ma jkunx għażel il-liġi li tikkorrispondi man-nazzjonalità tiegħu bħala l-liġi applikabbli.

Il-forma tat-testmenti hija rregolata mill-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961.

3.8 Proprjetà reali

Skont l-Artikolu 101.1 tal-Kodiċi Ċivili, il-pussess, il-proprjetà u drittijiet oħrajn fuq proprjetà immobbli, kif ukoll il-pubbliċità tagħhom, huma rregolati mil-liġi tal-post fejn ikunu jinsabu. Dan japplika wkoll għal proprjetà mobbli. Għall-finijiet tal-kostituzzjoni jew taċ-ċessjoni ta' drittijiet fuq merkanzija fi tranżitu, dik il-merkanzija titqies li tinsab fil-post minn fejn telqet, sakemm l-ispeditur u l-konsenjatarju ma jkunux qablu espressament jew taċitament li jitqiesu li jinsabu fil-post tad-destinazzjoni. Bastimenti, inġenji tal-ajru u mezzi ta' trasport ferrovjarju, u d-drittijiet kollha stabbiliti fuqhom, huma suġġetti għal-liġi tal-Istat tal-bandiera jew tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni. Vetturi bil-mutur u mezzi oħra ta' trasport bit-triq huma suġġetti għal-liġi tal-post fejn ikunu. Il-ħruġ ta' titoli huwa rregolat mil-liġi tal-post fejn jinħarġu.

3.9 Insolvenza

Każijiet mhux koperti mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Kunsill Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment jiġu rregolati mil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Falliment 22/2003 tad-9 ta' Lulju 2000. L-Artikolu 200 ta’ din il-Liġi jgħid li bħala regola ġenerali, il-proċedimenti ta’ insolvenza fi Spanja u l-effetti tagħhom, u l-proċeduri ta’ twettiq u ta’ konklużjoni ta’ dawn il-proċeduri, huma rregolati mid-dritt Spanjol (il-Liġi 22/2003, tad-9 ta’ Lulju 2003, emendata bil-Liġi 9/2015 dwar miżuri urġenti fil-qasam tal-insolvenza (il-Gazzetta Uffiċjali tal-Gvern tas-26 ta’ Mejju 2015)). Il-Liġi dwar il-Falliment fiha wkoll dispożizzjonijiet dwar id-dritt internazzjonali privat li jistabbilixxu l-liġi applikabbli għall-bosta relazzjonijiet legali involuti fil-proċediment.

L-aħħar aġġornament: 08/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Franza

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Id-dritt internazzjonali privat ma ġiex ikkodifikat u mhuwiex is-suġġett ta’ leġiżlazzjoni speċifika. Ħafna mill-prinċipji u r-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet ġew derivati mill-ġurisprudenza, bl-eċċezzjoni ta’ ftit minnhom li jinstabu f’diversi Kodiċijiet, u b’mod predominanti l-Kodiċi Ċivili (Code civil), skont is-suġġett ikkonċernat.

Il-kontenut tad-diversi Kodiċijiet jista’ jiġi kkonsultat online:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.legifrance.gouv.fr

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Franza hija marbuta b’24 konvenzjoni adottati taħt il-patroċinju tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Il-lista tal-konvenzjonijiet ikkonċernati tinstab fuq is-sit web tal-Konferenza.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.hcch.net/fr/states/hcch-members/details1/?sid=39

Franza hija wkoll parti minn konvenzjonijiet multilaterali oħra, b’mod partikolari dawk li fihom regoli sostantivi, bħall-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1980 dwar kuntratti għall-bejgħ internazzjonali ta’ oġġetti.

Il-konvenzjonijiet kollha li Franza hija parti fihom huma msemmijin fil-bażi ta’ data tat-trattati u l-ftehimiet ospitati mill-Ministeru tal-Ewropa u l-Affarijiet Barranin: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://basedoc.diplomatie.gouv.fr/exl-php/cadcgp.php

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Franza kkonkludiet ammont kbir ta’ konvenzjonijiet bilaterali, li wħud minnhom fihom regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet. Dawn il-konvenzjonijiet jistgħu jinstabu wkoll fil-bażi ta’ data msemmija hawn fuq.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-istat proċedurali tar-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet huwa differenti skont jekk il-liġi inkwistjoni hijiex disponibbli jew le għall-partijiet, irrispettivament mis-sors tar-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet kkonċernata (liġi nazzjonali, regolament Ewropew, konvenzjoni internazzjonali).

Meta l-każ jirreferi għal suġġett li fih il-liġijiet huma kompletament disponibbli għall-partijiet, essenzjalment fir-rigward ta’ assi (kuntratti, responsabbiltà ċivili, drittijiet in rem, eċċ.), l-imħallef ma jkunx obbligat li japplika r-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet ex officio jekk l-ebda waħda mill-partijiet ma tiddependi fuq l-applikazzjoni ta’ liġi barranija. Hija jkollha biss din l-għażla, sakemm il-partijiet ma jaslux għal ftehim proċedurali favur il-liġi Franċiża. Konsegwentement, huma l-partijiet li għandhom jitolbu l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet.

Min-naħa l-oħra, meta l-każ jirreferi għal suġġett li fih il-liġijiet ma jkunux disponibbli liberament għall-partijiet, essenzjalment meta ma jkunx hemm assi kkonċernati (stat personali), l-imħallef ikun obbligat japplika r-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet ex officio.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Il-prinċipju ta’ rinviju ilu li ġie aċċettat fil-ġurisprudenza, kemm jekk huwiex kwistjoni ta’ rinviju tal-ewwel grad (rinviju lura għal-liġi Franċiża li tapplika konsegwentement) jew rinviju tat-tieni grad (rinviju lura għal-liġi ta’ Stat ieħor li jaċċetta ġuriżdizzjoni).

Sakemm dan ma jkunx prekluż minn regolament Ewropew jew konvenzjoni internazzjonali applikabbli, ir-rinviju għalhekk ġie implimentat regolarment fil-ġurisprudenza fi kwistjonijiet ta’ stat personali, validità formali ta’ atti legali u, speċjalment, żwieġ u testmenti. Fir-rigward tas-suċċessjonijiet, il-ġurisprudenza issa għandha tendenza li tillimita l-applikazzjoni ta’ rinviju biss għal każijiet fejn tippermetti li unità ta’ suċċessjoni tiġi żgurata permezz tal-applikazzjoni ta’ liġi waħda għall-proprjetà mobbli u immobbli.

Min-naħa l-oħra, il-ġurisprudenza dejjem ipprekludiet l-applikazzjoni ta’ rinviju fi kwistjonijiet fejn il-partijiet ikollhom il-libertà tal-għażla tal-liġi applikabbli bħal, pereżempju, f’reġimi ta’ proprjetà matrimonjali u kuntratti.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Il-bidla tal-fattur ta’ konnessjoni tirreferi għall-konflitt ta’ liġijiet fiż-żmien minħabba l-ispostament tal-fattur ta’ konnessjoni fl-ispazju. Il-problema hija, għalhekk, li tkun taf taħt liema kundizzjonijiet tista’ tapplika l-liġi l-ġdida minflok il-liġi li toħroġ mis-sitwazzjoni ta’ qabel.

Huwa possibbli li r-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet infushom jiddeterminaw huma stess il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni fiż-żmien tal-fattur ta’ konnessjoni li jipprovdu. Pereżempju, ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet stabbilita mill-Artikolu 311-14 tal-Kodiċi Ċivili dwar l-istabbiliment tar-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal tagħhom stess tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni fiż-żmien tal-fattur ta’ konnessjoni tagħha, peress li tipprovdi li l-liġi personali tal-omm għandha tiġi evalwata fil-jum tat-twelid tat-tarbija.

Ħlief għal dan l-eżempju, is-soluzzjonijiet huma pprovduti permezz tal-ġurisprudenza, li għandha tendenza li tiddependi fuq il-prinċipji tal-liġi tranżitorja Franċiża: l-ewwel nett, l-applikazzjoni immedjata tal-liġi l-ġdida għall-konsegwenzi futuri ta’ sitwazzjonijiet diġà kostitwiti u, it-tieni nett, in-nonretroattività tal-liġi l-ġdida sabiex tiġi evalwata l-kostituzzjoni jew it-terminazzjoni ta’ relazzjoni legali.

Pereżempju, fir-rigward taż-żwieġ, il-liġi l-ġdida tapplika immedjatament għall-konsegwenzi taż-żwieġ u x-xoljiment tiegħu. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-formazzjoni taż-żwieġ ikomplu jkunu rregolati mil-liġi applikabbli fil-jum li fih ġie konkluż.

Drittijiet in rem fil-proprjetà mobbli huma immedjatament irregolati mil-liġi tal-lokalità l-ġdida tal-proprjetà kkonċernata. Din is-soluzzjoni testendi wkoll għall-interessi ta’ garanzija konsenswali kollha kostitwiti barra l-pajjiż. Konsegwentement, dawn l-interessi ta’ garanzija ser jiġu mċaħħda minn kull effett fi Franza mat-trasferiment sussegwenti tal-proprjetà hemmhekk, peress li ma jikkorrispondux għall-mudelli taħt il-liġi Franċiża. Pereżempju, ma kienx possibbli li tiġi invokata fi Franza klawżola ta’ riserva kostitwita fil-Ġermanja favur kreditur Ġermaniż għal assi li jinsabu fil-Ġermanja, iżda sussegwentement trasferiti lejn Franza, għar-raġuni li dawn kienu jikkostitwixxu commissoria lex, li dak iż-żmien kienet ipprojbita mil-liġi Franċiża.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

- Applikazzjoni immedjata ta’ dispożizzjoni obbligatorja ewlenija Franċiża jew barranija

Id-dispożizzjonijiet sostantivi tal-liġi Franċiża jew tal-liġi barranija jistgħu jiġu applikati minnufih mill-Qorti Franċiża, mingħajr l-applikazzjoni ta’ regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet, meta dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu regoli obbligatorji. Il-liġi Franċiża ma tipprovdi ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ regola obbligatorja prevalenti. Il-qorti għalhekk tispeċifika dawn id-dispożizzjonijiet fuq bażi ta’ każ b’każ.

- Eċċezzjoni ta’ politika pubblika internazzjonali

Id-dispożizzjonijiet sostantivi tal-liġi barranija normalment applikabbli skont ir-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet jistgħu jiġu esklużi, kompletament jew parzjalment, bl-eċċezzjoni tal-politika pubblika internazzjonali favur dawk tal-liġi Franċiża. Fin-nuqqas ta’ definizzjoni preċiża, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-eċċezzjoni tal-politika pubblika internazzjonali tkopri l-ewwel nett il-prinċipji essenzjali jew fundamentali tal-liġi Franċiża, bħad-dinjità, il-libertà tal-bniedem (inkluża l-libertà matrimonjali) u l-integrità fiżika tal-persuni. Din tkopri wkoll kunċett aktar varjabbli fil-ħin u l-ispazju, jiġifieri l-politiki leġiżlattivi obbligatorji Franċiżi, li l-kontorni tagħhom jiddependu mill-valutazzjoni konkreta tal-qorti.

- Eċċezzjoni ta’ evażjoni tal-liġi

Il-liġi barranija tista’ wkoll tiġi eskluża meta l-applikazzjoni tagħha tirriżulta mill-evażjoni tal-liġi, jiġifieri minħabba azzjonijiet intenzjonati bl-effett li jagħtuha ġuriżdizzjoni b’mod artifiċjali, minflok il-liġi li normalment kienet tkun applikata. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkonsistu, pereżempju, f’manipulazzjoni deliberata tal-fattur ta’ konnessjoni bħala l-kategorija legali ta’ konnessjoni.

- Impossibbiltà li jiġi determinat il-kontenut tal-liġi barranija applikabbli

Barra minn hekk, il-liġi Franċiża tapplika wkoll f’każ li jirriżulta impossibbli li jiġi ddeterminat il-kontenut tal-liġi barranija normalment applikabbli.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Wara ftit eżitazzjoni, il-ġurisprudenza issa hija stabbilita sew: hija l-Qorti Franċiża li għandha tirrikonoxxi li l-liġi barranija hija applikabbli, kemm jekk fuq ex officio jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet li tinvokaha, biex tirriċerka l-kontenut tagħha, bl-għajnuna tal-partijiet u personalment, jekk xieraq. Din is-soluzzjoni hija applikabbli b’mod ġenerali, kemm jekk il-liġi hija liberament disponibbli għall-partijiet kif ukoll jekk le.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Suġġett għal konvenzjonijiet multilaterali jew bilaterali applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat, ir-regoli ta’ qabel dwar il-konflitt ta’ liġijiet stabbiliti fuq is-suġġett mill-ġurisprudenza huma implimentati biss fejn il-kuntratt ma jkunx kopert mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 “Ruma I” jew dak tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, li ġiet sostitwita minn dan ir-Regolament.

Ir-regola Franċiża dwar il-konflitt ta’ liġijiet stabbilita żmien ilu mill-ġurisprudenza hija dik tal-liġi tal-awtonomija. Il-kuntratt għalhekk huwa rregolat mil-liġi magħżula mill-partijiet u, jekk ma ssir ebda għażla bħal din, mil-liġi tal-Istat li, oġġettivament, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, ikun marbuta l-aktar mill-qrib miegħu.

Il-forma tal-atti legali hija rregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn ġew konklużi, sakemm, meta jkun possibbli li jagħmlu dan, il-partijiet ma jkunux qablu espressament li jissoġġettaw il-forma ta’ dan l-att għal-liġi li huma nnominaw bħala applikabbli għall-mertu.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Għall-avvenimenti operattivi li jseħħu qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Ruma II, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-post fejn seħħ l-avveniment dannuż, mifhum bħala l-post tal-avveniment li wassal għad-dannu jew il-post fejn sar id-dannu.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Kodiċi Ċivili, l-istat u l-kapaċità tal-persuni fiżiċi huma rregolati mil-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità tagħhom (liġi personali jew liġi nazzjonali).

Madankollu, l-ambitu tal-liġi personali jitnaqqas prinċipalment għal kwistjonijiet relatati mal-kapaċità ta’ persuni fiżiċi li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom (nuqqas ta’ kapaċità li jikkonkludu atti legali).

Fil-prinċipju, is-sentenzi kostitwenti jew sentenzi relatati mal-istat u l-kapaċità tal-persuni jipproduċu l-konsegwenzi tagħhom fi Franza indipendentement minn kull dikjarazzjoni ta’ exequatur, ħlief f’każijiet fejn għandhom jagħtu lok għal atti materjali ta’ nfurzar relatati ma’ proprjetà jew koerċizzjoni marbuta ma’ persuni.

Id-domiċilju ma jaqax fl-ambitu tal-liġi personali, sa fejn ma jaqax taħt xi kategorija speċifika ta’ fattur ta’ konnessjoni.Għalhekk dan jaqa’ taħt il-liġi applikabbli għal kull waħda mill-istituzzjonijiet li jiġi kkunsidrat fiha

Bl-istess mod, jekk l-isem ma jkunx irregolat minn xi regola speċifika dwar konflitt ta’ liġijiet, il-ġenituri li jixtiequ jiddikjaraw jew jibdlu l-kunjom tat-tifel/tifla tagħhom jistgħu jinvokaw il-liġi personali applikabbli għal dan il-għan.

Finalment, il-proċeduri applikabbli għall-bidla fl-ewwel isem huma rregolati mil-liġi personali tal-persuna kkonċernata, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Kodiċi Ċivili, kif interpretat mill-ġurisprudenza.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Skont l-Artikolu 311-14 tal-Kodiċi Ċivili, it-twaqqif tar-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal tagħhom huwa rregolat mil-liġi personali tal-omm fil-jum tat-twelid tat-tarbija jew mil-liġi personali tat-tifel/tifla jekk l-omm ma tkunx magħrufa.

Madankollu, l-Artikolu 311-15 tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi li, jekk it-tifel/tifla u l-missier u l-omm tat-tifel/tifla jew kwalunkwe wieħed minnhom ikollhom ir-residenza komuni jew separata tagħhom fi Franza, il-pussess tal-istat għandu l-konsegwenzi kollha li joħorġu minnu skont il-liġi Franċiża, anke meta l-elementi l-oħra tar-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal setgħu jiddependu fuq liġi barranija.

Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 311-17 tal-Kodiċi Ċivili, ir-rikonoxximent volontarju tal-paternità jew maternità huwa validu jekk ikun sar skont il-liġi personali tal-missier jew l-omm jew il-liġi personali tat-tifel/tifla.

Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti ta’ Kassazzjoni (Cour de cassation), l-Artikolu 311-17 japplika kemm għal azzjoni ta’ nullità kif ukoll għal azzjoni li tikkontesta r-rikonoxximent ta’ paternità jew maternità, li għandu jkun possibbli kemm fir-rigward tal-liġi tal-parti li tagħmel ir-rikonoxximent kif ukoll fir-rigward tal-liġi tat-tifel/tifla.

3.4.2 L-adozzjoni

Skont l-Artikolu 370-3 tal-Kodiċi Ċivili, il-kundizzjonijiet tal-adozzjoni huma rregolati mil-liġi nazzjonali tal-ġenitur adottiv jew, fil-każ ta’ adozzjoni miż-żewġ konjuġi, mil-liġi li tirregola l-effetti tal-unjoni tagħhom. Madankollu, adozzjoni ma tistax tiġi ddikjarata meta tkun ipprojbita mil-liġijiet nazzjonali taż-żewġ konjuġi.

L-adozzjoni ta’ barrani minuri ma tistax tiġi ddikjarata meta l-liġi personali tal-minuri tipprojbixxi tali istituzzjoni, sakemm il-minuri ma jkunx twieled u normalment ikun residenti fi Franza.

Tkun xi tkun il-liġi applikabbli, l-adozzjoni teħtieġ il-kunsens tar-rappreżentant legali tat-tfal. Il-kunsens għandu jkun liberu, miksub mingħajr ebda kumpens, wara t-twelid tat-tarbija u infurmat rigward il-konsegwenzi ta’ adozzjoni, speċjalment meta jingħata għall-iskop ta’ adozzjoni sħiħa, rigward in-natura sħiħa u irrevokabbli tat-terminazzjoni tar-relazzjoni preeżistenti bejn il-ġenituri u t-tfal.

Skont l-Artikolu 370-4 tal-Kodiċi Ċivili, l-effetti ta’ adozzjoni ddikjarata fi Franza huma dawk tal-liġi Franċiża.

L-Artikolu 370-5 jistipula li adozzjoni ddikjarata legalment f’pajjiż barrani tipproduċi fi Franza l-effetti ta’ adozzjoni sħiħa jekk tittermina kompletament u irrevokabbilment ir-relazzjoni preeżistenti bejn il-ġenituri u t-tfal. Jekk dan ma jsirx, tipproduċi l-effetti ta’ adozzjoni sempliċi. Din tista’ tinbidel f’adozzjoni sħiħa meta l-kunsensi meħtieġa ngħataw espressament u b’għarfien sħiħ tal-fatti.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Ir-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet huma pprovduti fl-Artikoli 202-1 u 202-2 tal-Kodiċi Ċivili (kodifikazzjoni u adattament tal-ġurisprudenza).

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 202-1, il-kwalitajiet u l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex ikun jista’ jsir kuntratt ta’ żwieġ huma rregolati, għal kull konjuġi, mil-liġi personali ta’ kull konjuġi. Madankollu, skont liema liġi personali hija applikabbli, iż-żwieġ jeħtieġ il-kunsens taż-żewġ konjuġi, skont il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi Franċiża fl-Artikoli 120 u 180 tal-Kodiċi Ċivili.

Barra minn hekk, it-tieni paragrafu jipprovdi li żewġ persuni tal-istess sess jistgħu jidħlu f’kuntratt ta’ żwieġ meta, għal mill-inqas wieħed minnhom, il-liġi personali tiegħu jew tagħha, jew il-liġi tal-Istat tad-domiċilju jew residenza tiegħu jew tagħha, tippermetti dan. Il-Qorti tal-Kassazzjoni kellha l-opportunità tikkonferma, f’sentenza tat-28 ta’ Jannar 2015, li dan it-tieni paragrafu tal-Artikolu 202-1 tal-Kodiċi Ċivili għandu jiġi interpretat bħala li jirriżerva l-applikazzjoni, sussidjarjament, tal-liġi Franċiża skont l-eċċezzjoni internazzjonali tal-politika pubblika. Għalhekk il-liġi barranija normalment applikabbli bħala l-liġi personali ta’ wieħed mill-konjuġi, meta tipprojbixxi ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess, għandha tkun parzjalment eskluża billi tmur kontra l-politika leġiżlattiva speċifika Franċiża (ara hawn fuq fir-rigward tal-eċċezzjoni internazzjonali tal-politika pubblika).

Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet irriżultat li hija kwistjoni delikata f’każijiet fejn Franza hija marbuta ma’ Stat barrani permezz ta’ konvenzjoni bilaterali (fil-każ tal-Alġerija, il-Kambodja, il-Kosovo, Laos, il-Maċedonja, il-Marokk, Montenegro, il-Polonja, is-Serbja, is-Slovenja u t-Tuneżija), li d-dispożizzjonijiet tiegħu li jirregolaw iż-żwieġ, jirreferu biss għal-liġi personali tal-konjuġi sabiex jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet sostantivi meħtieġa sabiex isir kuntratt ta’ żwieġ, li tipprojbixxi żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Madankollu, is-sitwazzjoni ġuridika ta’ dawn il-persuni ġiet iċċarata permezz tas-sentenza tal-Qorti ta’ Kassazzjoni tat-28 ta’ Jannar 2015 (appell Nru 13-50.059) li eskludiet il-liġi tal-Marokk indikata bħala applikabbli mill-Konvenzjoni Franko-Marokkina bl-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ dik il-Konvenzjoni, li tispeċifika li l-liġi ta’ wieħed miż-żewġ Stati nominati mill-Konvenzjoni tista’ tiġi eskluża mill-qrati tal-Istat l-ieħor jekk tkun manifestament inkompatibbli mal-politika pubblika, li huwa l-każ meta, għal mill-inqas wieħed mill-konjuġi, il-liġi personali jew il-liġi tal-Istat li fit-territorju tiegħu jinsab id-domiċilju jew ir-residenza tiegħu, tippermetti żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Skont l-Artikolu 202-1 tal-Kodiċi Ċivili, il-forma taż-żwieġ hija rregolata mil-liġi tal-Istat li jiġi ċċelebrat fih.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-effetti purament personali taż-żwieġ, il-liġi normalment applikabbli, skont il-ġurisprudenza, hija dik tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, u fin-nuqqas ta’ residenza abitwali komuni tal-konjuġi jew fin-nuqqas ta’ nazzjonalità komuni, tal-liġi tal-forum ta’ Franza. Il-konsegwenzi fuq il-proprjetà huma rregolati mil-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali jew għas-suċċessjoni.

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

M’hemmx regoli speċifiċi dwar il-konflitt ta’ liġijiet għall-unjoni tal-liġi komuni jew il-koabitazzjoni sa fejn, skont il-liġi Franċiża, ir-relazzjonijiet bejn il-koppji mhux miżżewġin li jgħixu flimkien ma jaqgħux taħt kategorija legali speċjali, iżda taħt sitwazzjoni de facto. Għaldaqstant, dawn huma rregolati b’liġi kuntrattwali ordinarja. Konsegwentement, il-liġi applikabbli, skont il-każ u n-natura legali tar-relazzjoni bejn il-koppja mhux miżżewġa li jgħixu flimkien, tkun dik applikabbli għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, proprjetà jew suċċessjoni.

Min-naħa l-oħra, sħubiji reġistrati huma s-suġġett ta’ regola speċifika dwar konflitt ta’ liġijiet prevista fl-Artikolu 515-5-1 tal-Kodiċi Ċivili, li jiddikjara li l-kundizzjonijiet għall-formazzjoni u l-effetti ta’ sħubija rreġistrata u l-kawżi u l-effetti tax-xoljiment tagħha huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet sostantivi tal-Istat tal-awtorità li tkun irreġistrat is-sħubija.

Ir-Regolament (UE) 2016/1104 tal-24 ta’ Ġunju 2016 applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati jistabbilixxi r-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet l-ewwel nett tal-liġi magħżula mill-imsieħba (minn fost il-liġi tan-nazzjonalità tagħhom, il-liġi tar-residenza abitwali tagħhom u l-liġi tal-Istat li rreġistra s-sħubija) u, fin-nuqqas ta’ tali għażla, il-liġi tal-Istat li fih inħolqot is-sħubija rreġistrata. Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ mid-29 ta’ Jannar 2019.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Ir-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet huma dawk ipprovduti fir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 "Ruma III" li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.

Għal proċeduri mibdija qabel il-21 ta’ Ġunju 2012, id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet kienet dik prevista fl-Artikolu 309 tal-Kodiċi Ċivili, skont liema d-divorzju kien irregolat mil-liġi Franċiża jekk iż-żewġ konjuġi kellhom nazzjonalità Franċiża fil-ġurnata li fiha nbdew il-proċeduri, jew jekk il-konjuġi kellhom ir-residenza konġunta jew separata tagħhom fi Franza, jew jekk ebda liġi barranija ma talbet ġuriżdizzjoni filwaqt li l-qrati Franċiżi kellhom ġuriżdizzjoni fuq id-divorzju.

Responsabbilità tal-ġenituri

Ir-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet huma stipulati fl-Artikoli 15 et seq. tal-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta’ Ottubru 1996 fuq il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, rikonoxximent, infurzar u kooperazzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u miżuri għall-protezzjoni tat-tfal.

Barra kwalunkwe proċedura, u kwalunkwe intervent ta’ awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, l-attribuzzjoni jew l-estinzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri bl-operat tal-liġi u l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri huma rregolati mil-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tat-tfal.

Meta tiġi vestita awtorità Franċiża, tapplika l-liġi Franċiża fil-prinċipju. Madankollu, din tista’ tapplika b’mod eċċezzjonali jew tqis il-liġi ta’ Stat ieħor li s-sitwazzjoni jkollha konnessjoni sostanzjali miegħu.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment hija ddeterminata skont il-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-irkupru internazzjonali ta’ appoġġ tat-tfal u forom oħra ta’ manteniment familjari. Il-prinċipju huwa dak tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tal-kreditur tal-manteniment, iżda l-partijiet jistgħu jagħżlu, bi ftehim reċiproku, li, għal proċedimenti li diġà qegħdin fis-seħħ, jinnominaw il-liġi tal-forum jew waħda mil-liġijiet li ġejjin:

a) il-liġi ta’ kwalunkwe Stat li xi waħda mill-partijiet tkun ċittadina tiegħu meta ssir in-nomina;

b) il-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali ta’ kwalunkwe parti fiż-żmien tan-nomina;

c) il-liġi magħżula mill-partijiet kif applikabbli, jew il-liġi fil-fatt applikata, għar-reġim tal-proprjetà tagħhom;

d) il-liġi magħżula mill-partijiet kif applikabbli, jew il-liġi fil-fatt applikata, għad-divorzju jew is-separazzjoni legali tagħhom.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-14 ta’ Marzu 1978 dwar il-liġi applikabbli għar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali japplikaw għal konjugi miżżewġin mill-1 ta’ Settembru 1992, flimkien mad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ adattament li jinsabu fl-Artikoli 1397-2 sa 1397-5 tal-Kodiċi Ċivili.

Peress li l-Konvenzjoni ma tipprovdix għalih, il-qasam tal-liġi applikabbli jibqa’ jiġi ddeterminat fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza Franċiża dwar is-suġġett. Għalhekk, il-liġi applikabbli taħt il-Konvenzjoni għandha tirregola l-kompożizzjoni tal-proprjetà tal-konjuġi, id-drittijiet, l-obbligi u s-setgħat bejniethom matul iż-żwieġ u x-xoljiment tar-reġim u l-likwidazzjoni tiegħu wara ż-żwieġ.

Ir-regoli Franċiżi dwar il-konflitt tal-liġijiet japplikaw għall-konjuġi li żżewġu qabel l-1 ta’ Settembru 1992. Dawn jipprovdu li r-reġim tal-proprjetà matrimonjali, kemm jekk ikunx ġie konkluż kuntratt formali jew le, huwa rregolat mil-liġi magħżula mill-konjuġi fiż-żmien taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ, espliċitament jew impliċitament, iżda b’mod ċert.

Il-konjuġi li jiżżewġu jew li jinnominaw il-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tagħhom wara d-29 ta’ Jannar 2019 jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta’ Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ta’ reġimi ta’ proprjetà matrimonjali.

Fin-nuqqas ta’ għażla espliċita jew impliċita, huwa meħtieġ tiġi skoperta x’kienet ir-rieda tal-partijiet, fuq il-bażi ta’ preżunzjoni sempliċi bħal, pereżempju, il-liġi tal-Istat tal-ewwel domiċilju komuni tagħhom.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012 japplikaw għas-suċċessjonijiet miftuħa mis-17 ta’ Awwissu 2015. L-Artikolu 21 tar-Regolament jinnomina l-liġi tal-Istat li kellu r-residenza abitwali tiegħu fih id-deċedut fil-mument tal-mewt bħala l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni fl-intier tagħha.

Is-suċċessjonijiet miftuħa qabel is-17 ta’ Awwissu 2015 jibqgħu regolati mir-regoli Franċiżi dwar il-konflitt tal-liġijiet. Dawn ir-regoli jistabbilixxu sistema doppja, li taqsam tas-suċċessjoni internazzjonali tal-istess persuna bejn proprjetà mobbli u proprjetà immobbli waħda jew aktar, skont il-bżonn.

Is-suċċessjoni għal proprjetà mobbli, li tkopri kemm assi tanġibbli kif ukoll assi intanġibbli, hija rregolata mil-liġi tal-aħħar domiċilju tad-deċedut.

Is-suċċessjoni għal proprjetà immobbli hija rregolata mil-liġi tal-Istat li fih tinstab il-proprjetà, għalkemm il-qrati Franċiżi jistgħu japplikaw il-liġi Franċiża għaliha permezz tal-implimentazzjoni ta’ rinviju meta dan jippermetti li l-unità ta’ suċċessjoni tiġi żgurata permezz tal-applikazzjoni ta’ liġi waħda għall-propjetà mobbli u immobbli (ara hawn fuq).

Il-liġi applikabbli għas-suċċessjonijiet ab intestato, iddeterminata skont ir-regoli dwar il-konflitti ta’ liġijiet imsemmija hawn fuq, tirregola wkoll il-kundizzjonijiet u l-effetti sostantivi ta’ suċċessjonijiet taħt testment jew kuntrattwali. Madankollu, il-kundizzjonijiet dwar il-forma tat-testmenti huma rregolati mill-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961, li d-dispożizzjonijiet tagħha ilhom japplikaw mid-19 ta’ Novembru 1967.

Barra minn hekk, Franza hija parti mill-Konvenzjoni ta’ Washington tas-26 ta’ Settembru 1973, li ilha fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 1994, skont liema kwalunkwe testment abbozzat skont il-forom li tipprovdi għandu jkun rikonoxxut bħala validu fil-forma tiegħu fl-Istati kontraenti kollha.

3.8 Proprjetà reali

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Kodiċi Ċivili, il-proprjetà u d-drittijiet kollha in rem relatati magħha huma rregolati mil-liġi tal-Istat li jinsabu fih.

3.9 Insolvenza

Barra l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1346/2000 u (UE) 2015/848, il-ġurisprudenza dejjem ippermettiet il-possibbiltà li jinfetħu proċeduri kollettivi kontra debitur fi Franza jekk id-debitur ikollu l-uffiċċju rreġistrat jew wieħed mill-istabbilimenti tiegħu hemmhekk. L-istess japplika fir-rigward tal-kredituri Franċiżi, fuq il-bażi tal-“privileġġ ġuriżdizzjonali” skont l-Artikolu 14 tal-Kodiċi Ċivili.

Il-liġi applikabbli għal proċedimenti mibdija fi Franza hija neċessarjament il-liġi Franċiża, li għandha tirregola l-kundizzjonijiet sabiex jinbdew il-proċeduri, jitmexxew il-proċeduri u l-effetti tagħhom, speċjalment l-eżegwibilità tal-kollateral. Il-kredituri kollha, inklużi dawk residenti barra minn Franza, jistgħu jippreżentaw it-talbiet tagħhom. Il-proċeduri Franċiżi miftuħin b’dan il-mod huma mfassla, bħala prinċipju, sabiex ikopru l-proprjetà kollha tad-debitur, inkluż dik li tinsab barra mill-pajjiż, bil-kundizzjoni, naturalment, li s-sentenzi Franċiżi huma rikonoxxuti barra mill-pajjiż.

Fl-aħħar nett, il-proċeduri kollettivi miftuħin barra mill-pajjiż se jkollhom effett fi Franza, sakemm ma jkunux diġà nfetħu proċeduri hemm u suġġett għall-exequatur tad-deċiżjonijiet meħuda barra mill-pajjiż.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - il-Kroazja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Fir-Repubblika tal-Kroazja, id-dritt internazzjonali privat huwa rregolat mill-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Zakon o međunarodnom privatnom pravu) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 101/17), li daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Jannar 2019. L-Att dwar id-Dritt Internazzjoni Privat jindirizza r-relazzjonijiet tad-dritt privat b’dimensjoni internazzjonali, il-ġuriżdizzjoni tal-qrati Kroati u awtoritajiet oħra f’dawn ir-relazzjonijiet tad-dritt privat b’dimensjoni internazzjonali u r-regoli proċedurali rilevanti, kif ukoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi ta’ qrati barranin. L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat japplika għar-relazzjonijiet tad-dritt privat b’dimensjoni internazzjonali sakemm dawn ma jkunux diġà rregolati minn strumenti legali vinkolanti tal-Unjoni Ewropea, minn trattati internazzjonali fis-seħħ fil-Kroazja u minn liġijiet oħra fis-seħħ fil-Kroazja.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954 dwar il-Proċedura Ċivili

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-Kunflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1971 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1973 dwar il-Liġi Applikabbli għar-Responsabbiltà għal Prodotti Difettużi

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Fuq il-bażi tan-notifika dwar is-suċċessjoni, ir-Repubblika tal-Kroazja saret parti għal ħafna trattati internazzjonali bilaterali, bħal trattati ta’ assistenza legali, konvenzjonijiet konsulari u trattati dwar il-kummerċ u n-navigazzjoni. Ġew konklużi wkoll trattati ta’ assistenza legali li fihom ukoll regoli dwar ir-riżoluzzjoni tal-konflitti ta’ liġijiet ma’ pajjiżi speċifiċi:

Il-Konvenzjoni tal-1954 dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Reċiproka mal-Awstrija, Vjenna, is-16 ta’ Diċembru 1954:

Il-Ftehim tal-1956 dwar l-Assistenza Legali Reċiproka mal-Bulgarija, Sofija, it-23 ta’ Marzu 1956;

It-Trattat tal-1964 dwar is-Soluzzjoni ta’ Relazzjonijiet Legali f’Oqsma Ċivili, tal-Familja u Kriminali mar-Repubblika Ċeka, Belgrad, l-20 ta’ Jannar 1964;

Il-Konvenzjoni tal-1959 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi mal-Greċja, Ateni, it-18 ta’ Ġunju 1959;

Il-Ftehim tal-1968 dwar l-Assistenza Legali Reċiproka mal-Ungerija.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-qrati jużaw tliet metodi sabiex japplikaw id-dritt internazzjonali privat għal sitwazzjonijiet legali b’dimensjoni internazzjonali: regoli tal-konflitti ta’ liġijiet, regoli obbligatorji prevalenti u regoli sostantivi speċjali.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

L-Artikolu 9 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jipprovdi li l-applikazzjoni tal-liġi ta’ kwalunkwe stat li għaliha jirreferi l-Att tfisser l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f’dak l-istat (iżda mhux ir-regoli tiegħu dwar l-għażla tal-liġi applikabbli).

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Tibdil fl-istrumenti huwa fenomenu li jseħħ meta s-sitwazzjoni fattwali li fuqu jkun ibbażat il-fattur ta’ konnessjoni tinbidel matul relazzjoni legali, u twassal għal tibdil tal-liġi applikabbli. Tapplika l-istess regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet, iżda ċ-ċirkustanzi li fuqhom huwa bbażat il-fattur ta’ konnessjoni nbidlu. Tali kwistjonijiet iqumu biss fejn l-għażla tal-liġi applikabbli tkun iddeterminata permezz ta’ fatturi ta’ konnessjoni li jinbidlu pjuttost milli permanenti.

L-Artikolu 21 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jipprovdi dwar l-akkwist jew it-telf ta’ dritt in rem (dritt ta’ proprjetà) diġà stabbilit fuq proprjetà li tasal fi stat ieħor li jiġi rregolat mil-liġi li taħtha jkun ġie akkwistat tali dritt in rem. It-tip u l-kontenut ta’ dak id-dritt huwa soġġett għal-liġi applikabbli tal-istat li fih tkun tinsab il-proprjetà. Jekk ma jkun ġie akkwistat ebda dritt in rem fuq il-proprjetà rilokata minn stat għal ieħor, iċ-ċirkustanzi li jqumu fl-istat l-ieħor għandhom jiġu rrikonoxxuti wkoll fl-akkwist jew fit-terminazzjoni ta’ tali dritt.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Għandu jiġi nnotat li l-liġi applikabbli skont l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat ma tapplikax meta ċ-ċirkustanzi kollha jindikaw li relazzjoni tad-dritt privat għandha biss konnessjoni minima mal-liġi inkwistjoni u hija marbuta aktar mill-qrib b’mod manifest ma’ liġi oħra. (L-Artikolu 11)

Ir-regoli tal-[liġi] ta’ stat barrani applikabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat ma japplikawx jekk l-effett tal-applikazzjoni tagħhom jmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Kroazja. (L-Artikolu 12)

Minkejja dispożizzjonijiet oħra tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, qorti tista’ tapplika dispożizzjoni tal-liġi Kroata meqjusa kruċjali għall-protezzjoni tal-interess pubbliku tal-Kroazja, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali u ekonomika tagħha, sa fejn din tkun applikabbli għal kwalunkwe sitwazzjoni li taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, irrispettivament mil-liġi applikabbli. Meta t-twettiq ta’ obbligu jmur kontra, kompletament jew parzjalment, dispożizzjoni tal-liġi ta’ stat barrani li fih għandu jitwettaq dak l-obbligu, il-qorti tista’ tirrikonoxxi l-effett ta’ dik id-dispożizzjoni. Fid-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-effetti ta’ dik id-dispożizzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura, l-għan u l-konsegwenzi tar-rikonoxximent jew le tal-effett tagħha. (L-Artikolu 13)

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Qorti jew awtorità oħra fil-Kroazja tiddetermina il-kontenut tal-liġi ta’ stat barrani ex officio (awtomatikament). Il-liġi barranija tapplika kif interpretata f’dak l-istat. Il-qorti jew awtorità Kroata oħra tista’ tfittex informazzjoni dwar il-kontenut tal-liġi barranija mill-Ministeru tal-Ġustizzja jew awtorità oħra, kif ukoll minn xhieda esperti jew istituzzjonijiet speċjalizzati. Il-partijiet jistgħu jippreżentaw dokumenti pubbliċi jew privati li jirrigwardaw il-kontenut tal-liġi barranija. Jekk il-kontenut tal-liġi barranija ma jistax jiġi ddeterminat permezz ta’ dawn il-metodi, tapplika l-liġi Kroata. (Art. 8)

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Il-liġi li tirregola l-obbligi kuntrattwali hija ddeterminata skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (“ir-Regolament Ruma I”) fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

Il-liġi li tirregola l-obbligi kuntrattwali esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Ruma I (fejn il-liġi applikabbli ma hijiex iddeterminata minn att ieħor jew minn trattat internazzjonali fis-seħħ fil-Kroazja) hija ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ruma I li jirrigwardaw tali obbligi kuntrattwali.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Il-liġi li tirregola l-obbligi mhux kuntrattwali hija ddeterminata skont ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“ir-Regolament Ruma II”).

Il-liġi li tirregola l-obbligi mhux kuntrattwali esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Ruma II (fejn il-liġi applikabbli ma hijiex iddeterminata minn att ieħor jew minn trattat internazzjonali fis-seħħ fil-Kroazja) hija ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ruma II li jirrigwardaw tali obbligi kuntrattwali.

Il-liġi li tirregola l-obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw mill-inċidenti tat-traffiku hija ddeterminata mill-Konvenzjoni tal-Aja tal-4 ta’ Mejju 1971 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku.

Il-liġi li tirregola r-responsabbiltà tal-manifatturi għal prodotti difettużi hija ddeterminata mill-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-Liġi Applikabbli għar-Responsabbiltà għall-Prodotti Difettużi.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Il-liġi li tirregola l-kapaċità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi ta’ persuna fiżika hija l-liġi tal-istat li dik il-persuna tkun ċittadina tiegħu. Ladarba tinkiseb, il-kapaċità li taġixxi ma tintilifx b’tibdil tan-nazzjonalità.

Il-liġi li tirregola l-isem personali ta’ persuna fiżika hija l-liġi tal-istat li dik il-persuna tkun ċittadina tiegħu.

Jekk żwieġ jiġi konkluż fil-Kroazja, il-mara u r-raġel jistgħu jiddeterminaw il-kunjom tagħhom skont il-liġi tal-istat li tiegħu wieħed minnhom ikun ċittadin, jew jekk tal-inqas xi ħadd minnhom għandu r-residenza abitwali tiegħu fil-Kroazja, skont il-liġi Kroata.

Ir-rappreżentanti legali jistgħu jiddeterminaw l-isem personali ta’ wild minuri fl-uffiċċju tar-reġistru, skont il-liġi tal-istat li tiegħu wieħed minnhom ikun ċittadin, jew jekk tal-inqas xi ħadd minnhom ikollu r-residenza abitwali tiegħu fil-Kroazja, skont il-liġi Kroata

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn l-ġenituri u t-tfal hija ddeterminata fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tal-Aja tad-[19 ta’ Ottubru] 1996 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal (il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996).

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn l-ġenituri u t-tfal li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 (fejn ma hijiex iddeterminata minn att ieħor jew minn trattat internazzjonali fis-seħħ fil-Kroazja), hija ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 li jirregolaw dawn ir-relazzjonijiet.

Id-determinazzjoni jew il-kontestazzjoni tal-maternità jew tal-paternità hija rregolata mil-liġi applikabbli fil-mument meta jinbdew il-proċedimenti, jew:

1. il-liġi tar-residenza abitwali tal-minuri; jew

2. jekk ikun fl-aħjar interess tal-minuri, il-liġi tal-istat li tiegħu l-minuri huwa ċittadin jew il-liġi tal-istat li tiegħu huma ċittadini l-persuni li l-paternità jew il-maternità tagħhom qed tiġi ddeterminata jew ikkontestata.

Il-validità tar-rikonoxximent tal-maternità jew tal-paternità hija rregolata minn:

1. il-liġi li tirregola ċ-ċittadinanza jew ir-residenza abitwali tal-minuri fil-mument tar-rikonoxximent; jew

2. il-liġi li tirregola ċ-ċittadinanza jew ir-residenza abitwali tal-persuna li tirrikonoxxi l-maternità jew il-paternità fil-mument tar-rikonoxximent.

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Il-liġi li tirregola l-prerekwiżiti għall-adozzjoni u t-terminazzjoni tal- adozzjoni hija l-liġi tal-istat li tiegħu jkunu ċittadini l-persuni li qed jadottaw jew li qed jiġu adottati fil-mument li sseħħ l-adozzjoni.

Jekk il-persuni li qed jadottaw jew li qed jiġu adottati jkunu ċittadini ta’ stati differenti, il-liġijiet li jirregolaw il-prerekwiżiti għall-adozzjoni jew it-terminazzjoni tagħha huma il-liġijiet taż-żewġ stati li kull wieħed ikun ċittadin tiegħu, b’mod kumulattiv.

Fil-każ ta’ adozzjoni konġunta bejn żewġ persuni, minbarra li jkunu rregolati mil-liġi tal-istat tal-persuna li qed tiġi adottata, il-prerekwiżiti għall-adozzjoni u t-terminazzjoni tagħha jkunu soġġetti wkoll għal-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-persuni li qed jadottaw. Jekk f’dak il-mument ma jkollhomx l-istess ċittadinanza, għandha tapplika l-liġi tal-istat li fih ikollhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom. Jekk f’dak il-mument ma jkollhomx residenza abitwali komuni, japplikaw il-liġijiet tal-istati li tagħhom iż-żewġ persuni li qed jadottaw huma ċittadini.

Il-liġi li tirregola l-effett ta’ adozzjoni hija l-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-persuni li qed jadottaw u li qed jiġu adottati fil-mument li sseħħ l-adozzjoni. Jekk f’dak il-mument ma jkollhomx l-istess ċittadinanza, għandha tapplika l-liġi tal-istat li fih ikollhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom. Jekk f’dak il-mument lanqas ikollhom residenza abitwali komuni, tapplika l-liġi Kroata jekk wieħed minnhom ikun ċittadin Kroat. Jekk ħadd mill-persuni li qegħdin jadottaw u lanqas il-persuna li qed tiġi adottata ma jkun ċittadin tar-Repubblika tal-Kroazja, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-istat li l-persuna adottata tkun ċittadin tiegħu.

Bħala eċċezzjoni, meta l-adozzjoni fil-pajjiż tal-oriġini tal-minuri ma jkollha ebda effett ta’ terminazzjoni fuq ir-relazzjoni bejn il-ġenitur u l-minuri attwalment eżistenti, l-adozzjoni tista’ tiġi konvertita f’adozzjoni b’dak l-effett jekk il-partijiet, istituzzjonijiet u awtoritajiet kompetenti, li l-kunsens jew l-awtorizzazzjoni tagħhom hija meħtieġa għall-adozzjoni, taw jew ser jagħtu l-kunsens tagħhom għall-finijiet ta’ dik l-adozzjoni u fejn dik l-adozzjoni tkun fl-aħjar interessi tal-minuri.

Jekk l-applikazzjoni tal-liġi barranija (fuq il-bażi ta’ hawn fuq) tmur kontra l-aħjar interessi tal-persuni adottata, u jekk il-persuna adottata jew il-persuna jew persuni li qegħdin jadottaw għandhom konnessjoni manifestament aktar stretta mal-Kroazja, tapplika l-liġi Kroata.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Il-liġi li tirregola l-prerekwiżiti għaż-żwieġ ikkuntrattat fil-Kroazja, għal kull persuna, hija l-liġi tal-istat li tiegħu dik il-persuna tkun ċittadina fid-data taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ. Żwieġ ma jiġix ikkuntrattat jekk imur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Kroazja.

Il-liġi li tirregola r-rekwiżiti formali ta’ żwieġ ikkuntrattat fil-Kroazja hija l-liġi Kroata.

Żwieġ ikkuntrattat fi stat barrani jiġi rrikonoxxut jekk ikun ikkuntrattat skont il-liġi ta’ dak l-istat.

Meta żwieġ bejn persuni tal-istess sess ikun ikkuntrattat fi stat barrani, dan jiġi rrikonoxxut bħala sħubija ċivili jekk ikun ikkuntrattat skont il-liġi tal-istat li kien ikkuntrattat fih.

Il-liġi li tirregola l-validità ta’ żwieġ hija l-liġi tal-post fejn jiġi ċċelebrat iż-żwieġ.

Il-liġi li tirregola d-divorzju hija l-liġi magħżula mill-konjuġi. Il-konjuġi jistgħu jagħżlu waħda mil-liġijiet segwenti:

1. il-liġi tal-istat li t-tnejn li huma jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fih fil-mument meta jagħżlu l-liġi applikabbli; jew

2. il-liġi tal-istat li kellhom l-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom fih jekk xi ħadd minnhom ikun għad għandu r-residenza abitwali tiegħu f’dak l-istat; jew

3. il-liġi tal-istat li tal-inqas wieħed minnhom ikun ċittadin tiegħu fil-mument meta jagħżlu l-liġi applikabbli; jew

4. il-liġi Kroata.

Ftehim dwar il-liġi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jeħtieġ li jsir bil-miktub. Dan jista’ jiġi konkluż jew emendat sa mhux iktar tard minn meta jibdew il-proċeduri tad-divorzju.

Jekk il-konjuġi ma jkunux għażlu l-liġi applikabbli (skont l-Artikolu 36 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat), il-liġi li tirregola d-divorzju hija:

1. il-liġi tal-istat li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument meta jibdew il-proċeduri tad-divorzju; jew

2. il-liġi tal-istat li fih kellhom l-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom jekk xi ħadd minnhom għad fadallu r-residenza abitwali tiegħu f’dak l-istat; alternattivament

3. il-liġi tal-istat li tiegħu t-tnejn ikunu ċittadini fil-mument meta jibdew il-proċeduri tad-divorzju; alternattivament

4. il-liġi Kroata.

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

Il-liġi li tirregola d-dħul fi u t-terminazzjoni ta’ sħubija għall-ħajja (ċivili) fil-Kroazja, stabbilita permezz ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru tas-sħubijiet għall-ħajja, hija l-liġi Kroata.

Sħubija għall-ħajja bejn l-istess sess irreġistrata li ssir fi stat ieħor hija rrikonoxxuta fil-Kroazja jekk din tkun ġiet stabbilita skont il-liġi ta’ dak l-istat.

Il-liġi li tirregola l-istabbiliment u t-terminazzjoni tas-sħubijiet għall-ħajja hija l-liġi tal-istat li miegħu sħubija għall-ħajja għandha, jew jekk ma għadhiex teżisti kellha, l-eqreb rabta.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Il-liġi li tirregola d-divorzju hija l-liġi magħżula mill-konjuġi. Il-konjuġi jistgħu jagħżlu waħda mil-liġijiet segwenti:

1. il-liġi tal-istat li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument meta jagħżlu l-liġi applikabbli; jew

2. il-liġi tal-istat li kellhom l-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom fih jekk xi ħadd minnhom ikun għad għandu r-residenza abitwali tiegħu f’dak l-istat; jew

3. il-liġi tal-istat li tal-inqas wieħed minnhom ikun ċittadin tiegħu fil-mument meta jagħżlu l-liġi applikabbli; jew

4. il-liġi Kroata.

Ftehim dwar il-liġi applikabbli għandu jsir bil-miktub. Dan jista’ jiġi konkluż jew emendat sa mhux iktar tard minn meta jibdew il-proċeduri tad-divorzju.

Jekk il-konjuġi ma jkunux għażlu l-liġi applikabbli (skont l-Artikolu 36 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat), il-liġi li tirregola d-divorzju hija:

1. il-liġi tal-istat li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument meta jibdew il-proċeduri tad-divorzju; alternattivament

2. il-liġi tal-istat li fih kellhom l-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom jekk xi ħadd minnhom għad fadallu r-residenza abitwali tiegħu f’dak l-istat; alternattivament

3. il-liġi tal-istat li tiegħu t-tnejn ikunu ċittadini fil-mument meta jibdew il-proċeduri tad-divorzju; alternattivament

4. il-liġi Kroata.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Il-liġi li tirregola l-obbligi ta’ manteniment hija ddeterminata mill-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet patrimonjali bejn il-konjuġi hija ddeterminata mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta’ Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji ta’ reġimi ta' proprjetà matrimonjali.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Il-liġi li tirregola s-suċċessjoni hija ddeterminata b’applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012).

Il-liġi applikabbli għall-forma ta’ dispożizzjonijiet testamentarji hija ddeterminata skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Kunflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji.

3.8 Proprjetà reali

Il-liġi li tirregola d-drittijiet in rem fi proprjetajiet hija l-liġi tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà inkwistjoni.

3.9 Insolvenza

Insolvenzi jew fallimenti huma suġġetti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (riformulazzjoni).

L-aħħar aġġornament: 06/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Italja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1 Fonti del diritto Is-sorsi tad-dritt internazzjonali privat fl-Italja huma l-liġi domestika, ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea u l-konvenzjonijiet internazzjonali li l-Italja hija firmatarja tagħhom.

1.1 Regoli nazzjonali

Fl-Italja, il-kwistjonijiet tad-dritt internazzjonali privat huma rregolati mil-Liġi Nru 218 tal-31 ta’ Mejju 1995, li ssostitwixxiet it-taqsimiet 16 sa 31 tad-dispożizzjonijiet legali ġenerali stabbiliti fil-bidu tal-Kodiċi Ċivili (Codice Civile).

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Lista sħiħa tal-konvenzjonijiet multilaterali fis-seħħ

Għall-konvenzjonijiet multilaterali fis-seħħ fl-Italja jekk jogħġbok ara l-lista mehmuża(13 Kb) PDF(13 Kb)it.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Lista mhux eżawrjenti tal-konvenzjonijiet bilaterali li l-aktar jiġu applikati spiss mill-qrati

Il-konvenzjonijiet bilaterali li kienu japplikaw fil-passat għal kwistjonijiet tad-dritt internazzjonali privat li jirriżultaw mill-Italja u minn Stati Membri individwali oħra tal-Unjoni Ewropea ġew sostitwiti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja adottata fl-istess qasam. Ir-regolamenti l-aktar applikati huma r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri; u r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Għal kwistjonijiet bejn l-Italja u pajjiżi mhux membri, l-aktar konvenzjonijiet bilaterali applikati huma dawk dwar l-għajnuna legali u dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi li jinsabu fis-seħħ mal-Arġentina (Ruma, id-9 ta’ Diċembru 1987), il-Brażil (Ruma, is-17 ta’ Ottubru 1989), il-Federazzjoni Russa u l-istati l-oħra tal-Eks-USSR (Ruma, il-25 ta’ Jannar 1979), ir-repubbliki tal-Eks-Jugoslavja (Belgrad, is-7 ta’ Mejju 1962), uħud mid-dominji preċedenti tar-Renju Unit, inkluż l-Awstralja u l-Kanada (Londra, is-17 ta’ Diċembru 1930), l-Iżvizzera (rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi ċivili u kummerċjali, Ruma, it-3 ta’ Jannar 1993, u l-ħsarat għal aċċidenti tat-triq, Ruma, is-16 ta’ Awwissu 1978), il-Bulgarija (Ruma, it-18 ta’ Mejju 1990), ir-Rumanija (Bucharest, il-11 ta’ Novembru 1972) u t-Turkija (Ruma, l-10 ta’ Awwissu 1926).

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Sa fejn u taħt liema ċirkostanzi? Skont il-liġi Taljana qorti trid tapplika r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet għall-każ quddiemha fuq mozzjoni tagħha stess: hija trid tidentifika l-liġi li tkun applikabbli mingħajr ma tkun limitata b’talbiet dwar is-suġġett mill-partijiet (iura novit curia). Sabiex jirriċerka liġi barranija, l-imħallef jista’ jikseb assistenza mill-Ministeru tal-Ġustizzja, kif ukoll permezz tal-Konvenzjoni ta’ Londra dwar il-Liġi Barranija tal-1968. 2.2 Rinvio

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Meta r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet tal-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża jiddeżinjaw liġi barranija, jista’ jkun li r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet f’dik il-liġi barranija jirreferu għal liġi oħra applikabbli (“renvoi”).

Pereżempju: sabiex tiġi rregolata l-kapaċità ta’ ċittadin Ingliż li jirrisjedi fi Franza, ir-regola dwar l-għażla tal-liġi Franċiża tirreferi għal-liġi Ingliża. Madanakollu, ir-regola dwar l-għażla tal-liġi Ingliża tirreferi għal-liġi tal-pajjiż ta’ residenza, jiġifieri l-liġi Franċiża.

X’jiġri fl-Italja f’tali każ? X’jiġri meta l-liġi Taljana tirreferi għal-liġi ta’ stat ieħor, li min-naħa tiegħu jirreferi għal-liġi Taljana, jew għal-liġi ta’ pajjiż terz?

Kull darba li l-liġi Taljana tirreferi għal-liġi ta’ stat ieħor, li min-naħa tiegħu jirreferi għal-liġi ta’ stat ulterjuri, ir-renvoi jiġi aċċettat u l-liġi tal-istat ulterjuri tiġi applikata fil-każijiet li ġejjin biss:

(1)       jekk il-liġi tal-istat ulterjuri taċċetta r-renvoi;

(2)       jekk ir-renvoi jkun għal-liġi Taljana.

Ir-renvoi ma jseħħx meta l-liġi barranija applikabbli tkun intgħażlet mill-partijiet jew tkun relatata ma’ forom ta’ atti, jew fil-każ ta’ obbligi mhux kuntrattwali.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

X’jiġri jekk il-fattur ta’ konnessjoni jinbidel, e.ż. fil-każ ta’ trasferiment ta’ beni mobbli?

Japplikaw ir-regoli t’hawn fuq.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-qrati jistgħu jirrifjutaw li japplikaw il-liġi barranija tar-rinviju applikabbli meta ma tkunx konsistenti mal-politika pubblika internazzjonali? U hemm statuti jew regoli nazzjonali oħra li jirbħu fuq ir-regoli dwar l-għażla tal-liġi (dispożizzjonijiet obbligatorji, fis-sens ta’ “lois de police”)?

Skont il-liġi Taljana (Artikolu 16 tal-Liġi 218/1995) il-qorti ma tistax tapplika l-liġi barranija għar-rinviju jekk l-effetti tagħha jmorru kontra l-politika pubblika (contrari all’ordine pubblico). Dan is-soltu jiġi mifhum li jfisser “politika pubblika internazzjonali”. Il-kapaċità u kundizzjonijiet oħra għad-dħul f’unjoni ċivili huma rregolati mil-liġi domestika ta’ kull parti tal-unjoni fil-ħin li titwettaq l-unjoni. Jekk, madanakollu, il-liġi applikabbli ma tippermettix unjoni ċivili bejn adulti tal-istess sess, tapplika l-liġi Taljana (Artikolu 32-ter tal-Liġi 218 tal-1995).

F’każijiet ta’ kunflitt ta’ liġijiet (Artikolu 17 tal-Liġi ta’ hawn fuq), il-liġi Taljana tirbaħ u mhux permess l-ebda tibdil, irrispettivament minn referenza għal-liġi barranija, jekk dan huwa meħtieġ mill-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Taljana (dawn huma “regoli obbligatorji”, bit-Taljan norme di applicazione necessaria).

2.5 Prova ta’ liġi barranija

  • Rwoli tal-imħallef u tal-partijiet

L-imħallef huwa responsabbli li jistabbilixxi l-liġi barranija; huwa jista’ jikseb l-għajnuna mingħand il-partijiet, l-universitajiet, jew il-Ministru tal-Ġustizzja.

  • X’modi ta’ prova huma aċċettati?

Bħala modi ta’ prova tal-liġi barranija, jista’ jsir użu mill-istrumenti indikati fil-konvenzjonijiet internazzjonali, l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet barranin permezz tal-Ministru tal-Ġustizzja, u l-opinjonijiet tal-esperti jew tal-korpi speċjalisti.

  • X’jiġri jekk il-liġi barranija ma tkunx tista’ tiġi asserita?

Jekk ikun possibbli l-qorti tapplika l-liġi identifikata minn fatturi ta’ konnessjoni oħra li jidħlu fis-seħħ f’każijiet tat-tip partikolari. Jekk ma tagħmilx dan, tapplika l-liġi Taljana.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

L-Artikolu 57 tal-Liġi 218/1995 jiddikjara li l-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali hija l-liġi indikata fil-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980.

B’mod ġenerali, dik il-konvenzjoni tistabbilixxi li l-liġi applikabbli għal kuntratt hija l-liġi magħżula mill-partijiet.

Jekk ma ssir l-ebda għażla, il-liġi li tapplika tkun il-liġi tal-istat li magħha l-kuntratt huwa l-aktar konness mill-qrib, soġġetta, madanakollu, għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe konvenzjoni internazzjonali oħra, li tista’ tikkonċerna obbligu speċifiku (e.ż. il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1955 dwar il-bejgħ ta’ beni mobbli li tapplika bi preferenza għall-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980).

L-applikazzjoni tal-liġi speċifikata minn konvenzjoni internazzjonali jew mir-rieda tal-partijiet tista’, madanakollu, tiġi rifjutata jekk ma tkunx kompatibbli mal-politika pubblika (pereżempju, jekk ma tkunx kompatibbli mar-regoli obbligatorji jew mad-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà).

Wara l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 (ir-“Regolament Ruma I”, il-kawżi kuntrattwali ta’ natura transfruntiera li jinvolvu lil Stati Membri ma għadhomx soġġetti għar-regoli stipulati fil-konvenzjonijiet internazzjonali iżda huma rregolati minn dak ir-Regolament.

Ir-Regolament jipprevedi li l-kriterju ewlieni għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal relazzjoni kuntrattwali jagħżluh il-partijiet. Madanakollu, il-liġi magħżula mill-partijiet kontraenti ma tistax tillimita l-applikazzjoni tar-regoli obbligatorji fis-sistema legali li magħha l-kuntratt huwa konness l-aktar mill-qrib.

Meta ma ssir l-ebda għażla, ir-Regolament jipprovdi serje ta’ kriterji ta’ konnessjoni speċifiċi għal tipi ta’ kuntratti individwali. Pereżempju:

  • kuntratt għall-bejgħ tal-beni huwa rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il-bejjiegħ għandu r-residenza abitwali tiegħu;
  • kuntratt fir-rigward ta’ kirja huwa rregolat mil-liġi tal-pajjiż li fih tkun tinsab il-proprjetà;
  • kuntratt għall-provvista ta’ servizzi huwa rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il-fornitur tas-servizz għandu r-residenza abitwali tiegħu.

Il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi f’tali materji huwa rregolat mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (ir-“Regolament Brussell Ia” jew ir-“Regolament Brussell I bis”).

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Il-Liġi 2018/1995, iċċitata hawn fuq, tispeċifika r-regoli applikabbli fil-każijiet ta’ obbligi mhux kuntrattwali li ġejjin:

  • wegħda unilaterali (liġi tal-istat fejn issir il-wegħda);
  • strumenti ta’ kreditu (il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1930 dwar kambjali u noti promissorji, il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1931 dwar iċ-ċekkijiet; filwaqt li għal strumenti ta’ kreditu oħrajn, l-obbligi primarji huma rregolati mil-liġi tal-istat fejn jinħareġ l-istrument);
  • aġenzija (liġi tal-istat li fih ir-rappreżentant għandu l-istabbiliment tan-negozju tiegħu u li fih jeżerċita s-setgħat tiegħu);
  • obbligi li jirriżultaw mil-liġi (liġi tal-post li fih seħħ l-avveniment li rriżulta fl-obbligu);
  • obbligu f’tort/delitt (liġi tal-istat fejn seħħ l-avveniment, iżda fejn mitlub mill-vittma, il-liġi tal-pajjiż fejn seħħ l-avveniment li rriżulta fid-danni; u jekk iċ-ċittadini ta’ stat wieħed biss huma involuti, tapplika l-liġi ta’ dak l-istat).

Wara l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 (ir-“Regolament Ruma II”), il-każijiet ta’ natura transfruntiera li jinvolvu lill-Istati Membri jkunu soġġetti għal dak ir-Regolament. Huwa jipprovdi li l-obbligi li jirriżultaw minn tort/delitt, mir-responsabbiltà li tirriżulta minn negozjar qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, minn obbligazzjoni mġarrba waqt il-ġestjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ħaddieħor u minn arrikkiment indebitu rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn isseħħ il-ħsara, irrispettivament mill-pajjiż li fih ikun seħħ l-avveniment li jkun wassal għall-ħsara. Il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi abbażi ta’ ftehim li jidħlu fih wara li jseħħ l-avveniment li jirriżulta fil-ħsara.

Il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi f’tali materji huwa rregolat mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (ir-“Regolament Brussell Ia” jew ir-“Regolament Brussell I bis”).

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

L-istatus u l-kapaċità personali u l-eżistenza u l-kontenut tad-drittijiet personali, inkluż id-dritt għal isem, huma rregolati mil-liġi domestika tal-parti interessata, ħlief għad-drittijiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet tal-familja, li għalihom japplikaw ir-regoli ta’ rinviju stipulati mil-Liġi 218/1995 fuq bażi ta’ każ b’każ.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

Il-filjazzjoni u ċ-ċittadinanza huma akkwitati abbażi tal-liġi nazzjonali tal-ġenituri jew ta’ wieħed mill-ġenituri fil-ħin tat-twelid. Il-filjazzjoni u r-relazzjonijiet personali u finanzjarji bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluż is-setgħa tal-ġenituri, huma rregolati mil-liġi nazzjonali tat-tfal mat-twelid.

Madanakollu, minkejja dawn ir-referenzi għal liġijiet oħra, il-liġi barranija tingħeleb mil-leġiżlazzjoni Taljana li tinkorpora l-prinċipju li hemm status wieħed ta’ “minuri” (u għalhekk li tfal li jitwieldu għand koppji miżżewġin u mhux miżżewġin għandhom jiġu trattati bl-istess mod), li tagħti s-setgħa tal-ġenituri liż-żewġ ġenituri, u titlob miż-żewġ ġenituri li jipprovdu għall-manutenzjoni tal-minuri, u tagħti s-setgħa lill-qrati biex jadottaw miżuri li jillimitaw jew ineħħu s-setgħa tal-ġenituri f’każijiet ta’ kondotta li tkun detrimentali għall-minuri.

Meta jsir rikors lil qorti Taljana għall-adozzjoni ta’ minuri, li tagħti lill-minuri l-istatus ta’ minuri leġittimu, tapplika l-liġi Taljana (Liġi 184/1983). L-Artikoli 29 et seq. tal-Liġi 184/1983 fihom, fost l-oħrajn, regola partikolari għall-każijiet meta l-adozzjoni ta’ tfal barranin tintalab minn persuni residenti fl-Italja, li timplimenta r-rekwiżiti fil-Konvenzjoni tal-Aja tad-29 ta’ Mejju 1993 dwar l-adozzjoni internazzjonali.

Għal regoli oħra dwar il-kunflitt tal-liġijiet, l-Artikolu 38 tal-Liġi 218/1995 fih dispożizzjonijiet dettaljati dwar xenarji differenti.

Il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fir-rigward tas-setgħa tal-ġenituri huma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 2201/2003.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

F’materji matrimonjali r-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi huma rregolati mil-liġi taċ-ċittadinanza tal-konjuġi, jekk dawn ikollhom l-istess ċittadinanza, u inkella mil-liġi tal-istat fejn iqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ħajja miżżewġa tagħhom.

Bħala regola ġenerali, il-liġi applikabbli għal relazzjonijiet personali, tkopri wkoll reġimi ta’ proprjetà matrimonjali li jirregolaw is-sjieda konġunta jew separata tal-proprjetà, iżda hawn jistgħu jsiru xi eċċezzjonijiet meta jaqblu l-konjuġi jew f’każijiet oħra pprovduti b’mod speċifiku mil-liġi.

Il-liġi Taljana tirrikonoxxi wkoll l-unjonijiet bejn persuni tal-istess sess (unioni civili, “unjonijiet ċivili”), li jkunu soġġetti għal kważi preċiżament l-istess regoli legali bħaż-żwieġ, minbarra d-dritt tal-adozzjoni. L-unjonijiet ċivili huma rregolati mil-liġi tal-istat li fih tkun saret l-unjoni, sakemm waħda mill-partijiet ma titlobx lill-qorti biex tapplika l-liġi tal-istat fejn iqattgħu il-biċċa l-kbira ta’ ħajjithom flimkien. Il-liġi applikabbli għar-reġimi ta’ proprjetà hija wkoll dik tal-istat li fih tkun saret l-unjoni ċivili, iżda huwa possibbli li jiġi rreġistrat ftehim bejn il-partijiet li l-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi ta’ stat fejn tirrisjedi waħda minnhom, jew li tiegħu hu/hi għandu/ha ċ-ċittadinanza.

Żwieġ li jkun seħħ barra mill-pajjiż minn ċittadin Taljan ma’ individwu tal-istess sess għandu l-effett ta’ unjoni ċivili rregolata mil-liġi Taljana.

Is-separazzjoni ġudizzjarja u d-divorzju, u x-xoljiment ta’ unjoni ċivili, huma rregolati mir-Regolament (UE) Nru 1259/2010, li jieħu preċedenza fuq il-Liġi 218/1995. Dan jippermetti lill-konjuġi (jew lis-sħab ċivili) biex jagħżlu l-liġi applikabbli, dejjem jekk din tkun waħda minn dawn li ġejjin: il-liġi tal-istat li t-tnejn ikunu residenti fih; il-liġi tal-istat fejn għexu l-aħħar flimkien, jekk wieħed minnhom jkun għadu jgħix hemm meta jsir il-ftehim; il-liġi tal-istat taċ-ċittadinanza tagħhom; jew il-liġi tal-qorti li tisma’ l-kawża. Jekk il-partijiet ma jikkonkludux ftehim, japplikaw l-istess fatturi ta’ konnessjoni fl-ordni ta’ prijorità (tal-ewwel jieħu preċedenza fuq tat-tieni, u jibqgħu sejrin hekk).

Fl-aħħar nett, huwa possibbli li persuni li ma jkunux miżżewġin jew f’unjoni ċivili jidħlu fi ftehimiet ta’ koabitazzjoni. Dawn jiġu rregolati mil-liġi taċ-ċittadinanza tal-koppja, jekk ikollhom l-istess ċittadinanza, u jekk dan ma jkunx il-każ mil-liġi tal-istat li fih ikunu qattgħu il-biċċa l-kbira ta’ ħajjithom flimkien.

L-obbligi tal-manutenzjoni tal-familja huma rregolati f’konformità mal-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973.

Il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fir-rigward tal-materji matrimonjali huma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 2201/2003.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Fl-Italja, il-prinċipju ġenerali huwa li l-proprjetà matrimonjali tkun tat-tnejn (comunione dei beni).

Il-konjuġi jistgħu minflok jagħżlu sistema alternattiva, bħal dik fejn kull wieħed ikollu s-sjieda tal-proprjetà tiegħu b’mod separat (separazione dei beni), jew arranġament ieħor li jistabbilixxu bi ftehim bejniethom.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ perjodi.

  1. Meta l-ftuħ tas-suċċessjoni (apertura della successione) seħħ qabel is-17 ta’ Awwissu 2015, is-suċċessjoni tiġi rregolata mil-liġi nazzjonali tal-mejjet fil-mument tal-mewt. Waqt li jkun għadu ħaj, testatur jista’, permezz ta’ dikjarazzjoni fit-testment, jagħmel is-suċċessjoni soġġetta għal-liġi tal-pajjiż fejn ikun jirrisjedi; jekk hu jkun ċittadin Taljan, din l-għażla ma taffettwax id-drittijiet tal-werrieta residenti fl-Italja li bil-liġi jkunu intitolati għal sehem mill-patrimonju (legittimari, Artikolu 46 tal-Liġi 218/1995).
  2. Għal suċċessjonijiet miftuħa fis-17 ta’ Awwissu 2015 u wara, japplika r-Regolament (UE) Nru 650/2012, u jissostitwixxi l-arranġament deskritt hawn fuq. Dawn is-suċċessjonijiet huma rregolati bil-liġi tal-post tar-residenza abitwali tad-decujus fil-mument tal-mewt. Testatur jista’ jiddetermina li l-liġi li tirregola s-suċċessjoni tiegħu għandha tkun il-liġi tal-istat li tiegħu huwa jipposjedi ċ-ċittadinanza fil-ħin li jagħmel l-għażla jew fil-ħin tal-mewt. Ir-Regolament introduċa wkoll iċ-ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni, li jikkonferma l-istatus tad-detentur bħala werriet, legatarju jew eżekutur fid-diversi Stati Membri.

3.8 Proprjetà reali

Proprjetà immobbli, proprjetà mobbli (ma tidhirx utli f’dan il-kuntest li wieħed jinsisti fuq ir-regoli dettaljati dwar l-intanġibbli).

Il-proprjetà u drittijiet oħra in rem huma rregolati mil-liġi tal-istat li fih tkun tinsab il-proprjetà.

Fil-każ ta’ proprjetà immobbli li tkun tinsab fi Stat Membru, japplika r-Regolament (UE) Nru 1212/2012 (ir-“Regolament Brussell Ia” jew ir-“Regolament Brussell I bis”): huwa jistabbilixxi li għad-drittijiet in rem fil-proprjetà immobbli, il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà għandhom ġurisdizzjoni.

3.9 Insolvenza

Il-liġi Taljana ma tagħmel l-ebda provvediment espress għal-liġi applikabbli meta ma jkunx hemm kunflitt tal-liġijiet relatat mal-insolvenza.

Ir-regoli uniformi dwar il-kunflitti tal-liġijiet bejn l-Istati Membri huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 848/2015. Dan jipprevedi l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza fl-Istat Membru fejn ikun jinsab iċ-ċentru tal-interessi ewlenin tad-debitur; il-liġi applikabbli għall-proċedimenti ta’ insolvenza u għall-effetti tagħhom hija dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinbdew tali proċedimenti.

Lista tal-Konvenzjonijiet Multilaterali li għalihom tappartjeni l-Italja

1. ŻWIEĠ, SEPARAZZJONI, DIVORZJU

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Ġunju 1970 dwar ir-rikonoxximent tad-divorzji u s-separazzjonijiet legali.

Il-Kunsill tal-Konvenzjoni tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, miftuħ u ffirmat f’Istanbul fil-11 ta’ Mejju 2011 (Liġi Nru 77 tas-27 ta’ Ġunju 2013).

2. PATERNITÀ U ADOZZJONI

Il-Konvenzjoni ta’ Munich tal-5 ta’ Settembru 1980 dwar il-liġi applikabbli għall-kunjomijiet u l-ismijiet.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tad-29 ta’ Mejju 1993 dwar il-protezzjoni tal-ulied u l-kooperazzjoni f’adozzjonijiet bejn pajjiż u ieħor.

3. MINURI

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 li tikkonċerna s-setgħat tal-awtoritajiet u l-liġi applikabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni ta’ minorenni.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri.

Il-Konvenzjoni Ewropea tal-Lussemburgu tal-20 ta’ Mejju 1980 dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kustodja ta’ minuri u dwar ir-restituzzjoni tal-kustodja ta’ minuri.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta’ Ottubru 1996 fuq il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-kooperazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u miżuri għall-protezzjoni tat-tfal (Liġi Nru 101 tat-18 ta’ Ġunju 2015).

4. OBBLIGI TA’ MANUTENZJONI FIR-RELAZZJONIJIET FAMILJALI

Il-Konvenzjoni ta’ New York tal-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-Irkupru Barra mill-Pajjiż tal-Manteniment.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet relatati mal-obbligi ta’ manteniment.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment.

5. ĊITTADINANZA U APOLIDIJA

Il-Konvenzjoni ta’ New York tat-28 ta’ Settembru 1954 fir-rigward tal-istatus ta’ persuni mingħajr Stat.

Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-istatus tar-refuġjati u l-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967.

6. SUĊĊESSJONI

Il-Konvenzjoni ta’ Washington tas-26 ta’ Ottubru 1973 li tipprovdi liġi uniformi dwar il-forma ta’ testment internazzjonali.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar l-amministrazzjoni internazzjonali tal-patrimonju tad-deċedut.

7. OBBLIGI KUNTRATTWALI

Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali.

Il-Konvenzjoni ta’ Lugano tas-16 ta’ Settembru 1988 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali.

8. KUMMERĊ INTERNAZZJONALI

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Ġunju 1955 dwar il-liġi applikabbli għall-bejgħ internazzjonali ta’ oġġetti.

Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna (NU) tal-11 ta’ April 1980 dwar kuntratti għall-bejgħ internazzjonali ta’ oġġetti.

Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tad-19 ta’ Mejju 1956 dwar il-kuntratt għall-ġarr internazzjonali ta’ oġġetti bit-triq.

9. STRUMENTI TA’ KREDITU

Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tas-7 ta’ Ġunju 1930 li tipprovdi liġi uniformi għall-kambjali u ċ-ċedoli u għas-soluzzjoni ta’ ċerti kunflitti ta’ liġijiet.

Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tad-19 ta’ Marzu 1931 li tipprovdi liġi uniformi għaċ-ċekkijiet u għas-soluzzjoni ta’ ċerti kunflitti ta’ liġijiet.

10. OBBLIGI MHUX KUNTRATTWALI

Il-Konvenzjoni ta’ Pariġi tad-29 ta’ Lulju 1960 dwar ir-responsabbiltà ta’ terzi fil-qasam tal-enerġija nukleari (u protokolli addizzjonali).

Il-Konvenzjoni ta’ Brussell tad-29 ta’ Novembru 1969 dwar ir-responsabbiltà ċivili għad-danni mit-tniġġis taż-żejt.

11. ARBITRAĠĠ

Il-Konvenzjoni ta’ New York tal-10 ta’ Ġunju 1958 dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ barranin.

Il-Konvenzjoni Ewropea tal-21 ta’ April 1961 dwar l-arbitraġġ kummerċjali internazzjonali.

12. GĦAJNUNA U KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-notifika barra l-pajjiż ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.

Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-18 ta’ Marzu 1970 dwar il-ksib ta’ provi barra mill-pajjiż f’materji ċivili jew kummerċjali.

Il-Konvenzjoni ta’ Lugano tas-16 ta’ Settembru 1988 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali.

13. TRUSTS

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-liġi applikabbli għal trusts u dwar ir-rikonoxximent tagħhom.

Il-koordinazzjoni bejn ir-regoli ta’ konvenzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari regoli uniformi tal-liġi, u r-regoli domestiċi korrispondenti tal-liġi internazzjonali privata, hija żgurata mill-Artikolu 2 tal-Liġi 218/1995, fejn il-fatt li sitwazzjoni jew relazzjoni hija fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi domestika ma jippreġudikax l-applikazzjoni għall-istess każ tal-konvenzjonijiet internazzjonali fis-seħħ għall-Italja.

L-aħħar aġġornament: 22/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Ċipru

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Meta titressaq kawża transfruntiera quddiem il-qorti, ir-regoli dwar liema liġi hija applikabbli f’Ċipru huma primarjament dawk previsti skont il-liġi tal-UE, b’mod partikolari r-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u (KE) Nru 864/2007 (Ruma II) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali.

F’aspetti oħrajn, il-qrati Ċiprijotti huma ggwidati mill-ġurisprudenza tagħhom stess, minħabba li ma hemmx regoli kodifikati jew liġijiet nazzjonali rilevanti. Fin-nuqqas ta’ ġurisprudenza Ċiprijotta rilevanti, il-qrati japplikaw id-dritt komuni Ingliż skont l-Artikolu 29(1)(c) tal-Att dwar il-Qrati (il-Liġi 14/60).

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-Liġi Applikabbli għat-trusts u dwar ir-rikonoxximent tagħhom, kif irratifikata mir-Repubblika ta’ Ċipru bis-saħħa tal-Att ta’ Ratifika 15(III) tal-2017.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Mhux applikabbli.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-imħallef mhuwiex obbligat japplika dawn ir-regoli fuq inizjattiva tiegħu stess. Il-kwistjoni tista’ titqajjem biss minn parti fil-kawża, li trid tipprova b’suċċess permezz ta’ xhieda li l-liġi ta’ stat ieħor tissostitwixxi l-liġi ta’ Ċipru. Jekk il-qorti ma tkunx sodisfatta, għandha tapplika l-liġi ta’ Ċipru.

Minħabba li l-prattika msemmija hawn fuq hija kwistjoni ta’ xhieda u proċedura, mhijiex affettwata mir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 imsemmija hawn fuq.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (KE) Nru 864/2007 ma jippermettux l-applikazzjoni tar-regola ta’ rinviju. Madankollu, fil-kawżi mhux koperti mir-Regolamenti, ir-regola ta' rinviju tista’ tiġi applikata kif ġej:

Il-qorti li tisma’ kawża li għaliha huwa stabbilit li għandha tiġi applikata l-liġi ta’ Stat ieħor trid tapplika jew ir-regoli nazzjonali interni biss ta’ dik il-liġi, jew inkella dik il-liġi fl-intier tagħha, inklużi r-regoli internazzjonali applikabbli skont dik il-liġi.

Id-diffikultà fil-każ tal-aħħar tirriżulta mill-fatt li r-regoli dwar il-liġi applikabbli skont is-sistema legali tal-Istat l-ieħor ikkonċernat jistgħu jirreferu lill-imħallef għal-liġi ta’ Ċipru, li huwa jrid japplika (rinviju). F’dak il-każ, il-qorti għandha żewġ għażliet: jew li taċċetta r-regola ta’ rinviju u tapplika l-liġi ta’ Ċipru (it-teorija ta’ "rinviju parzjali"), jew tirrifjutaha u tapplika l-liġi tal-Istat l-ieħor fl-intier tagħha ("rinviju totali").

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Sabiex tiġi evitata kull problema li tista' tinqala' minn bidla fil-fattur ta’ konnessjoni (eż. id-domiċilju, il-post għal fejn ikunu ġew ittrasferiti l-proprjetà mobbli jew it-trust, eċċ.), ir-regola dwar il-liġi applikabbli normalment tintuża sabiex tiddetermina d-data li fiha jiġi identifikat il-fattur ta’ konnessjoni. Bħala eżempju, ara l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar it-trusts.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-liġi ta’ stat ieħor ma għandhiex tiġi applikata, lanqas meta r-regoli dwar il-liġi applikabbli jesiġu li tiġi applikata, jekk l-applikazzjoni tagħha tkun inkompatibbli mal-ordni pubbliku fir-Repubblika ta’ Ċipru. Skont il-ġurisprudenza, "ordni pubbliku" jinkludi l-prinċipji essenzjali tal-ġustizzja u l-moralità pubblika u l-etika (Pilavachi & Co Ltd vs International Chemical Co Ltd (1965) 1 CLR 97).

Il-liġi ta’ Stat ieħor ma għandhiex tiġi applikata lanqas fir-rigward tad-dazji, it-taxxi u t-tassazzjoni.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Għandha tapplika r-regola stabbilita fil-kawża Royal Bank of Scotland plc vs Geodrill Co Ltd u Oħrajn (1993) 1 JSC 753, li ddikjarat li parti li ssostni li liġi barranija hija applikabbli għall-kawża tagħha għandha l-ewwel tagħmel din l-affermazzjoni u mbagħad tipprovdi xhieda esperta tagħha għas-sodisfazzjon tal-qorti. Jekk il-qorti ma tkunx sodisfatta b’dik l-evidenza jew ebda waħda mill-partijiet ma tagħmel talba bħal din, mela għandha tapplika l-liġi ta’ Ċipru.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) japplika għall-obbligi kuntrattwali u l-atti legali kollha fejn titqajjem il-kwistjoni ta’ liema liġi għandha tapplika.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 (Ruma II) japplika fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, li r-regola ġenerali tiegħu hija li l-liġi applikabbli għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ fejn iseħħ id-dannu (lex loci damni), irrispettivament mill-pajjiż jew pajjiżi fejn jistgħu jseħħu l-konsegwenzi indiretti. Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli speċifiċi dwar kif tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għat-tipi speċifiċi ta’ obbligi mhux kuntrattwali, bħall-kompetizzjoni inġusta u r-responsabbiltà għall-prodotti.

Fir-rigward tat-trusts, tapplika l-Liġi (ta’ Ratifika) tal-2017 Applikabbli għat-Trusts u dwar ir-Rikonoxximent tagħhom (il-Liġi 15(III)/2017), li rratifikat il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1985. Skont il-Liġi ta’ Ratifika u l-Konvenzjoni, trust għandu jiġi rregolat mil-liġi magħżula mill-fiduċjarju. Inkella, trust għandu jiġi rregolat mil-liġi li magħha jkun konness l-aktar mill-qrib.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Il-kunjom

Il-Liġi dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal (il-Liġi 216/90) tapplika għad-determinazzjoni tal-kunjom. Skont il-Liġi 216/90, il-kunjom ta’ wild jiġi ddeterminat permezz ta’ dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-ġenituri tal-wild fi żmien tliet xhur mid-data tat-twelid. Jekk huma jonqsu li jagħmlu dikjarazzjoni bħal din, il-wild jingħata l-kunjom tal-missier. Il-kunjom tal-omm għandu jingħata lil wild imwieled barra miż-żwieġ ħlief jekk, jew sakemm, il-wild jiġi rikonoxxut mill-missier.

Id-domiċilju

Id-domiċilju ta’ persuna jiġi ddeterminat mill-Kapitolu 195 tal-Att dwar it-Testmenti u s-Suċċessjoni, li jistabbilixxi li kull persuna jkollha, fi kwalunkwe żmien partikolari, jew id-domiċilju li tkun irċeviet fit-twelid ("domiċilju tal-oriġini") jew domiċilju li tkun akkwistat jew żammet minn jeddha ("domiċilju tal-għażla").

Fil-każ ta’ wild leġittimu mwieled matul il-ħajja ta’ missieru, id-domiċilju tal-oriġini tal-wild ikun id-domiċilju tal-missier sa mit-twelid tiegħu.

Fil-każ ta’ wild imwieled barra miż-żwieġ, jew wild imwieled wara l-mewt ta’ missieru, id-domiċilju tal-oriġini tal-wild ikun id-domiċilju tal-omm sa mit-twelid tiegħu.

Il-kapaċità

Il-kapaċità ta’ persuna li tiżżewweġ hija soġġetta għall-Att dwar iż-Żwieġ (il-Liġi 104(I)/2013), li l-Artikolu 14 tiegħu jistabbilixxi li persuna ma jkollhiex il-kapaċità li tiżżewweġ jekk tkun taħt it-tmintax-il sena jew jekk, mid-data meta jiġi kuntrattat iż-żwieġ, ma tkunx tista’ tagħti l-kunsens minħabba disturb jew defiċjenza mentali, kundizzjoni jew marda fil-moħħ jew kundizzjoni jew marda oħra, jew inkella minħabba dipendenza fuq sustanzi, li tagħmilha impossibbli li tali persuna tifhem u tkun konxja ta’ dak li qed tagħmel.

Madankollu, anki jekk il-koppja kkonċernata, jew xi ħadd minnhom, ikunu taħt it-tmintax-il sena, huma jitqiesu bħala li għandhom il-kapaċità li jiżżewġu jekk ikollhom mill-inqas sittax-il sena jew jekk il-kustodji tagħhom ikunu taw il-kunsens tagħhom bil-miktub jew jekk ikun hemm raġunijiet serji li jiġġustifikaw iż-żwieġ. Meta l-kunsens imsemmi hawn fuq jiġi rrifjutat jew ma jkun hemm ebda kustodju, il-kwistjoni ta’ jekk persuna għandhiex il-kapaċità li tiżżewweġ għandha tissolva mill-qorti tal-familja tad-distrett fejn tgħix il-persuna kkonċernata.

Fir-rigward tal-kapaċità li jitwettqu atti legali, l-Artikolu 11 tal-Kapitolu 149 tal-Att dwar il-Kuntratti jistabbilixxi li persuna jkollha l-kapaċità li tidħol f’kuntratti jekk tkun kapaċi tirraġuna sewwa u ma tkunx ġiet imċaħħda minn dik il-kapaċità bil-liġi. Il-liġi tistabbilixxi li persuna miżżewġa ma titqiesx bħala inkapaċi li tidħol f’kuntratti għall-unika raġuni li hija taħt it-tmintax-il sena.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Ir-relazzjoni legali bejn ġenitur u wild, inklużi r-responsabbiltà tal-ġenituri, il-manteniment u l-komunikazzjoni, hija rregolata mil-liġi ta’ Ċipru, b’mod partikolari l-Liġi dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal (il-Liġi 216/90).

Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (Brussell IIa) u r-Regolament (KE) Nru 4/2009, kif ukoll il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Ħarsien tat-Tfal, japplikaw ukoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li jkopru.

3.4.2 L-adozzjoni

Meta l-proċedimenti tal-adozzjoni jitmexxew fil-qrati Ċiprijotti, tapplika l-liġi ta’ Ċipru, irrispettivament minn jekk il-kawża tal-adozzjoni tkunx transfruntiera fin-natura tagħha.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Il-kwistjonijiet relatati mal-kuntrattar u x-xoljiment ta’ żwieġ huma rregolati f’Ċipru mill-Att dwar iż-Żwieġ tal-2003 (il-Liġi 104(I)/2003). Huma soġġetti wkoll għall-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Kunsens għaż-Żwieġ, l-Età Minima għaż-Żwieġ u r-Reġistrazzjoni taż-Żwiġijiet, kif irratifikata fir-Repubblika ta’ Ċipru mil-Liġi 16(III)/2003.

3.5.2 Koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Il-kwistjonijiet relatati mad-divorzju huma rregolati mill-Artikolu 111 tal-Kostituzzjoni u mill-Att dwar it-Tentattiv ta’ Rikonċiljazzjoni u x-Xoljiment Spiritwali taż-Żwieġ tal-1990 (il-Liġi 22/1990) fir-rigward taż-żwiġijiet reliġjużi u l-Att dwar iż-Żwieġ (il-Liġi 104(I)/2003).

Il-Konvenzjoni tal-Aja dwar ir-Rikonoxximent tad-Divorzji u s-Separazzjonijiet Legali tal-1971, kif irratifikata mir-Repubblika ta’ Ċipru permezz tal-Liġi 14(III)1983, tapplika għall-kwistjonijiet relatati mar-rikonoxximent ta’ divorzju u separazzjoni legali.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

L-obbligi ta’ manteniment

Skont l-Att dwar il-Proprjetà Matrimonjali (il-Liġi 232/1991), kif emendat:

Jekk il-konjuġi jieqfu jikkoabitaw, il-qorti tista’, fuq talba ta’ parti mill-konjuġi, toħroġ ordni ta’ manteniment għall-parti l-oħra tal-konjuġi sabiex tħallas allowance għall-manteniment lill-konjuġi rikorrent.

L-obbligi ta’ manteniment bejn ekskonjuġi japplikaw meta xi ħadd minnhom ma jkunx jista’ jmantni lilu nnifsu mill-introjtu jew mill-proprjetà tiegħu u:

(a) jekk, meta jiġi ffinalizzat id-divorzju jew malli jiskadu l-perjodi ta’ żmien speċifikati hawn taħt, l-età jew l-istat ta’ saħħa tagħha jkunu tali li l-persuna ma tkunx tista’ tkompli fl-impjieg tagħha, li jwassal biex jiġi żgurat li ma tkunx tista’ tmantni lilha nnifisha;

(b) jekk il-persuna jkollha l-kura ta’ minuri jew wild adult jew persuna dipendenti oħra li ma tkunx tista’ tieħu ħsieb lilha nnifisha minħabba diżabilità fiżika jew mentali u, b’hekk, il-persuna li tagħmel it-talba ma tkunx tista’ ssib impjieg addattat;

(ċ) il-persuna ma tkunx tista’ ssib impjieg xieraq u stabbli jew tkun teħtieġ taħriġ vokazzjonali, għal mhux aktar minn tliet snin minn meta jiġi ffinalizzat id-divorzju;

(d) fi kwalunkwe każ ieħor fejn l-għoti tal-manteniment fil-mument li jiġi ffinalizzat id-divorzju jkun neċessarju għal raġunijiet ta’ ekwità.

Il-manteniment jista’ jiġi mċaħħad jew ristrett għal raġunijiet importanti, speċjalment jekk iż-żwieġ kien għal żmien qasir jew jekk il-parti mill-konjuġi li tista’ tkun intitolata għal manteniment tkun il-ħtija tad-divorzju jew tal-waqfien tal-koabitazzjoni barra mir-rabta taż-żwieġ jew inkella tkun wasslet lilha nnifisha f’sitwazzjoni ta’ faqar volontarjament.

Barra minn hekk, l-intitolament għal manteniment għandu jintemm, jew l-ordni ta’ manteniment għandha tiġi mmodifikata kif xieraq, meta ċ-ċirkostanzi jkunu jirrikjedu dan.

L-obbligi ta’ manteniment għal wild minuri

Skont il-Liġi dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal (il-Liġi 216/90), l-obbligi ta’ manteniment għal wild minuri jaqgħu fuq il-ġenituri b’mod konġunt skont il-mezzi finanzjarji tagħhom. L-obbligu tal-ġenituri msemmi hawn fuq jista’ jitkompla, bis-saħħa ta’ deċiżjoni u ftehim ġudizzjarju, anki wara li l-wild isir adult, meta dan ikun ġustifikat minn ċirkostanzi eċċezzjonali (eż. il-wild ikun inkapaċitat jew ikollu diżabilità jew ikun iservi mal-Gwardja Nazzjonali jew jattendi korsijiet fi stabbiliment edukattiv jew skola vokazzjonali).

L-intitolament għal manteniment ta’ wild minuri mingħand il-ġenituri tiegħu jibqa’ japplika anki jekk ikollu proprjetà tiegħu.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Għandu japplika l-Artikolu 13 tal-Liġi 232/1991, li r-regola ġenerali tiegħu hija li ż-żwieġ ma jbiddilx l-awtonomija tal-konjuġi fir-rigward tal-proprjetà. Madankollu, l-Artikolu 14 tal-Liġi jippermetti li parti waħda mill-konjuġi titlob il-proprjetà tal-parti l-oħra fil-każ tax-xoljiment jew l-annullament taż-żwieġ, diment li l-parti mill-konjuġi li tagħmel it-talba tkun ikkontribwiet lejn iż-żieda tal-proprjetà tal-parti l-oħra tal-konjuġi bi kwalunkwe mod. Il-parti li tagħmel it-talba tista’, permezz ta’ azzjoni legali, titlob li l-parti taż-żieda li rriżultat mill-kontribuzzjoni tagħha titħallas lilha.

Il-kontribuzzjoni magħmula minn parti waħda mill-konjuġi lejn iż-żieda tal-proprjetà tal-parti l-oħra titqies bħala li hija terz taż-żieda, sakemm ma tiġix ipprovata kontribuzzjoni aktar baxxa jew ogħla.

Iż-żieda fil-proprjetà tal-konjuġi ma tinkludix dak li jkunu akkwistaw permezz ta’ għotja, wirt, legat jew donazzjoni oħra.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Is-suċċessjoni u l-kwistjonijiet kollha relatati mal-wirt, ħlief għall-formola li tintuża sabiex jitfassal u jiġi rrevokat testment, huma rregolati mir-Regolament (UE) Nru 650/2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

F’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament imsemmi hawn fuq, persuna tista’ tagħżel bħala l-liġi li tirregola s-suċċessjoni tagħha l-liġi tal-Istat li jkollha ċ-ċittadinanza tiegħu fil-mument li tagħmel l-għażla jew meta din tmut. L-għażla tal-liġi ssir permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita.

Meta jkun hemm testment fis-seħħ, għandha tapplika l-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji. F’konformità mal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni, dispożizzjoni testamentarja għandha tkun valida fir-rigward tal-forma, jekk il-forma tagħha tkun konformi mal-liġi interna:

(a) tal-post fejn ikun għamilha t-testatur, jew

(b) ta’ nazzjonalità li għandu t-testatur, jew fil-ħin li jkun għamel id-dispożizzjoni, jew meta jmut, jew

(ċ) ta’ post fejn it-testatur kellu d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu jew fil-ħin li jkun għamel id-dispożizzjoni, jew meta jmut, jew

(d) sa fejn huma kkonċernati proprjetajiet immobbli, tal-post fejn ikunu jinsabu.

3.8 Proprjetà reali

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I), li jistabbilixxi li kuntratt jiġi rregolat mil-liġi magħżula mill-partijiet, japplika għar-relazzjonijiet li joħolqu obbligi li huma assoċjati ma’ proprjetà immobbli. Fin-nuqqas ta’ għażla, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament, li jispeċifika espliċitament il-liġi applikabbli f’kull każ.

Fir-rigward tal-kuntratti relatati ma’ drittijiet in rem, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-qrati ta’ Ċipru, il-qorti tapplika l-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà immobbli (lex situs).

3.9 Insolvenza

Il-liġi applikabbli hija ddeterminata mir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza. Din hija l-liġi tal-Istat li fit-territorju tiegħu jinfetħu dawn il-proċedimenti.

L-aħħar aġġornament: 11/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Litwanja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Il-Kapitolu II, il-Parti I, l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)

Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Kunflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji.

Il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Poteri tal-Awtoritajiet u l-Liġi Applikabbli fir-rigward tal-Protezzjoni tal-Minuri.

Il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-4 ta’ Mejju 1971 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku.

Il-Konvenzjoni ta’ The Hague tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment.

Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali miftuħa għall-iffirmar f'Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980.

Il-Konvenzjoni ta’ The Hague tad-19 ta’ Ottubru 1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Konvenzjoni tat-30 ta’ Ottubru 2007 dwar il-Ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (il-Konvenzjoni ta’ Lugano l-ġdida).

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

F’konformità mal-Artikolu 33(1) tal-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar il-Qrati, meta jisimgħu l-kawża, il-qrati jkunu ggwidati mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja, mil-liġijiet, mill-ftehimiet internazzjonali li għalihom hija parti r-Repubblika tal-Litwanja, mir-riżoluzzjonijiet tal-Gvern, u minn atti legali oħra fis-seħħ fir-Repubblika tal-Litwanja li ma jkunux f’kunflitt mal-liġijiet. F’konformità mal-Artikolu 1.10(1) tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, liġi barranija tapplika għal relazzjonijiet ċivili meta jkun stipulat hekk mill-ftehimiet internazzjonali li għalihom hija parti r-Repubblika tal-Litwanja, mill-ftehimiet bejn il-partijiet jew mil-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

F’konformità mal-Artikolu 1.14 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, jekk il-liġi barranija applikabbli tipprevedi renvoi lura għal-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja, il-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja tapplika biss fil-każijiet previsti f’dan il-Kodiċi jew fil-liġi barranija. Jekk il-liġi barranija applikabbli tipprevedi renvoi għal-liġi ta’ stat terz, il-liġi tal-istat terz tkun tapplika biss fil-każijiet previsti f’dan il-Kodiċi jew fil-liġi tal-istat terz. Jekk, meta tiddetermina l-istat legali ċivili ta’ persuna, il-liġi barranija applikabbli tirreferi lura għal-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja, il-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja tkun applikabbli. Dawn ir-regoli ma japplikawx fl-istanzi li fihom il-liġi applikabbli tkun intgħażlet mill-partijiet fi tranżazzjoni, inkluża d-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-forma tat-tranżazzjoni u tal-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali. Meta r-regoli tad-dritt internazzjonali privat ikunu jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ trattat/konvenzjoni internazzjonali, il-kwistjonijiet ta’ renvoi u r-renvoi għal-liġi ta’ stat terz ikunu rregolati bid-dispożizzjonijiet tat-trattat/tal-konvenzjoni internazzjonali applikabbli.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Il-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja ma jistabbilixxix regola ġenerali f’dan ir-rigward.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

F’konformità mal-Artikolu 1.11 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, ir-regoli tal-liġi barranija ma japplikawx jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun tmur kontra l-ordni pubblika stabbilita mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja u minn liġijiet oħra. F’dawn il-każijiet japplikaw il-liġijiet ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja. Ir-regoli obbligatorji tal-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja jew ta’ stat ieħor li miegħu tkun l-aktar marbuta mill-qrib it-tilwima, japplikaw irrispettivament mill-fatt li l-partijiet ikunu għażlu liġi barranija differenti permezz ta’ ftehim. Meta jiddeċiedu fuq dawn il-materji, il-qrati jridu jqisu n-natura u l-objettivi ta’ dawk ir-regoli u l-konsegwenzi tal-applikazzjoni jew tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħhom. Il-liġi barranija applikabbli skont dan il-Kodiċi tista’ ma tiġix applikata meta, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, dik il-liġi ma jkollha l-ebda konnessjoni ċara mal-każ jew ma’ parti minnu, iżda minflok tkun marbuta mal-liġi ta’ stat ieħor. Din ir-regola ma tapplikax meta l-liġi applikabbli tkun intgħażlet bi ftehim bejn il-partijiet fit-tranżazzjoni.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

F’konformità mal-Artikolu 1.12 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, fil-każijiet imsemmija mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaftehimiet internazzjonali jew mil-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja, il-liġi barranija tiġi applikata, interpretata u l-kontenut tagħha jiġi ddeterminat mill-qorti ex officio (fuq inizjattiva tagħha stess). Meta l-applikazzjoni tal-liġi barranija tkun prevista minn ftehim bejn il-partijiet, l-evidenza kollha relatata mal-kontenut tal-liġi barranija applikata, b’kunsiderazzjoni tal-interpretazzjoni uffiċjali ta’ dik il-liġi, tal-prattika tal-applikazzjoni tagħha u tad-duttrina tal-istat barrani kkonċernat, għandha tiġi pprovduta mill-parti li tibbaża fuq il-liġi barranija. Fuq it-talba ta’ parti fit-tilwima, il-qorti tista’ tipprovdi assistenza fil-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-liġi barranija applikabbli. Jekk il-qorti jew parti li tibbaża fuq il-liġi barranija tonqos milli tikkonforma ma’ dawk l-obbligi, tapplika l-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja. F’każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm bżonn li jittieħdu miżuri interim urġenti sabiex ikunu protetti d-drittijiet tal-individwu jew l-assi tiegħu sakemm tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għat-tilwima u għall-kontenut tagħha, il-qorti tista’ tiddeċiedi fuq materji urġenti billi tapplika l-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

F’konformità mal-Artikolu 1.37 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, l-obbligi kuntrattwali huma rregolati bil-liġi magħżula bi ftehim bejn il-partijiet fl-obbligu. Ftehim bħal dan bejn il-partijiet jista’ jkun stabbilit skont it-termini tal-kuntratt konkluż bejn il-partijiet jew jista’ jiġi inferit miċ-ċirkostanzi fattwali tal-każ. Permezz ta’ ftehim reċiproku, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż partikolari, li tapplika għall-kuntratt sħiħ jew għal parti jew partijiet minnu. Fi kwalunkwe waqt, u bi ftehim reċiproku, il-partijiet jistgħu jissostitwixxu l-liġi magħżula qabel applikabbli għall-obbligu kuntrattwali b’liġi oħra. Tibdil fil-liġi applikabbli jkollu effett retroattiv, iżda ma jistax jiġi invokat kontra terzi u ma jrendix il-kuntratt ineffettiv. Il-fatt li l-partijiet ikunu għażlu, bi ftehim reċiproku, liġi barranija li għandha tkun applikabbli għall-kuntratt ma jikkostitwixxix raġuni valida għar-rifjut tal-applikazzjoni tar-regoli obbligatorji tal-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja jew ta’ stat ieħor, li l-partijiet ma jistgħux jemendaw jew jirrinunzjaw bi ftehim.

Jekk il-partijiet ma jkunux għażlu l-liġi applikabbli, tapplika l-liġi tal-istat li miegħu jkun marbut l-aktar mill-qrib l-obbligu kuntrattwali. F’każ bħal dan, jiġi preżunt li l-istat l-aktar affettwat mill-obbligu skont il-kuntratt ikun l-istat li jkunu stabbiliti fit-territorju tiegħu dawn li ġejjin:

(1) id-domiċilju jew l-amministrazzjoni ċentrali tal-parti li tkun meħtieġa twettaq l-obbligu l-aktar karatteristiku tal-kuntratt. Jekk l-obbligu jkun marbut aktar mill-qrib mal-liġi tal-istat fejn jinsab il-post tan-negozju tal-parti fl-obbligu, tapplika l-liġi ta’ dak l-istat;

(2) il-post tal-proprjetà immobbli, fejn is-suġġett tal-kuntratt ikun dritt għall-proprjetà immobbli jew dritt għall-użu ta’ proprjetà immobbli;

(3) is-sede prinċipali tal-operatur ta’ trasport fil-mument tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġarr, sakemm il-merkanzija tkun tgħabbiet jew l-uffiċċju prinċipali tal-konsenjatur jew il-post tad-dispaċċ tal-merkanzija jkun jinsab fl-istess stat bħas-sede prinċipali tal-operatur ta’ trasport.

Id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar ma tapplikax meta l-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li jkun l-aktar karatteristiku tal-kuntratt ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat u l-preżunzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu ma jkunux jistgħu jitħaddmu għaliex miċ-ċirkostanzi tal-każ ikun jidher li l-kuntratt ikun marbut aktar mill-qrib ma’ stat ieħor.

Il-kuntratti tal-assigurazzjoni huma rregolati bil-liġi tal-istat tad-domiċilju tal-assiguratur jew, fil-każ ta’ assigurazzjoni tal-proprjetà immobbli, bil-liġi tal-istat fejn tinsab il-proprjetà.

Ftehim ta’ arbitraġġ huwa rregolat bil-liġi li tirregola l-kuntratt ewlieni jew, fin-nuqqas ta’ din, bil-liġi tal-post fejn ikun ġie konkluż il-ftehim ta’ arbitraġġ jew, meta ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat il-post tal-konklużjoni, bil-liġi tal-istat tal-post ta’ arbitraġġ.

Il-kuntratti konklużi f’borża jew fi rkant huma rregolati bil-liġi tal-istat tal-borża jew tal-irkant.

F’konformità mal-Artikolu 1.39 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, id-dritt tal-partijiet f’kuntratt li jagħżlu l-liġi applikabbli f’obbligu kuntrattwali, kif previst fl-Artikolu 1.37 tal-Kodiċi, la jeskludi u lanqas jirrestrinġi d-dritt ta’ konsumatur li jiddefendi l-interessi tiegħu bil-mezzi u bir-rimedji ddefiniti bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tiegħu, sakemm:

(1) il-kuntratt tal-konsumatur ikun ġie konkluż fil-pajjiż tar-residenza abitwali tiegħu fuq il-bażi ta’ offerta speċjali jew ta’ reklamar f’dak il-pajjiż;

(2) il-konsumatur ikun ġie indott mill-parti kontraenti l-oħra sabiex jivvjaġġa f’pajjiż barrani bl-għan li jikkonkludi l-kuntratt;

(3) il-parti l-oħra jew ir-rappreżentant tagħha jkunu rċevew l-ordni mingħand il-konsumatur fl-istat tar-residenza abitwali tiegħu.

Meta l-partijiet f’kuntratt konkluż minn konsumatur ma jkunux għażlu l-liġi applikabbli, tapplika l-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-konsumatur. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx għal kuntratti ta’ ġarr jew għal kuntratti ta’ servizzi meta s-servizzi jkunu pprovduti biss lill-konsumatur f’pajjiż għajr ir-Repubblika tal-Litwanja.

F’konformità mal-Artikolu 1.38 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, il-liġi applikabbli għall-forma tat-tranżazzjoni tiġi ddeterminata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1.37(1) tal-Kodiċi. Meta l-partijiet fit-tranżazzjoni ma jkunux għażlu l-liġi applikabbli bi ftehim reċiproku, il-forma tat-tranżazzjoni tkun irregolata bil-liġi tal-post tat-tranżazzjoni. Kuntratt konkluż bejn partijiet li jinsabu fi stati differenti jkun validu wkoll jekk il-forma tiegħu tkun tissodisfa r-rekwiżiti legali applikabbli għall-forma ta’ tranżazzjoni bħal din f’mill-anqas wieħed minn dawk l-istati. Il-forma tat-tranżazzjonijiet rigward kwalunkwe proprjetà immobbli jew dritt għaliha trid tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi tal-istat fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli. Il-forma tal-kuntratti konklużi minn konsumaturi hija rregolata bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-konsumatur.

F’konformità mal-Artikolu 1.40 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, il-forma ta’ prokura hija rregolata bil-liġi tal-istat fejn tinħareġ. It-terminu tal-validità ta’ prokura, sakemm ma jkunx stipulat fil-prokura, id-drittijiet u l-obbligi tal-aġent, ir-responsabbiltà tal-prinċipal u tal-aġent lejn xulxin u r-responsabbiltà tagħhom fir-rigward ta’ terzi persuni huma rregolati bil-liġi tal-istat fejn jopera l-aġent.

F’konformità mal-Artikolu 1.41 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, ftehimiet ta’ donazzjoni huma rregolati bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali jew tal-post tan-negozju tad-donatur, bl-eċċezzjoni ta’ ftehimiet ta’ donazzjoni għal proprjetà immobbli, li għalihom tapplika l-liġi tal-post tal-proprjetà immobbli. Ftehim ta’ donazzjoni ma jistax jiġi ddikjarat null u bla effett jekk il-forma tiegħu tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi tal-post tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ donazzjoni jew tal-istat tar-residenza abitwali jew tal-post tan-negozju tad-donatur.

F’konformità mal-Artikolu 1.42 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, ir-relazzjonijiet marbuta maċ-ċessjonabbiltà ta’ talba u mat-trasferiment ta’ dejn huma rregolati bil-liġi magħżula bi ftehim bejn il-partijiet. Il-liġi magħżula mill-partijiet ma tistax tkun invokata kontra debituri b’rabta maċ-ċessjoni tat-talba sakemm ma jkunx inkiseb il-kunsens tagħhom għall-għażla tal-liġi. Jekk il-partijiet ma jkunux għażlu l-liġi applikabbli, il-liġi li tirregola l-obbligu sottostanti li għalih tiġi ċeduta (ittrasferita) t-talba li tirriżulta (id-dejn) tapplika għar-relazzjoni marbuta maċ-ċessjoni tat-talba u tat-trasferiment tad-dejn. Il-forma taċ-ċessjoni ta’ talba jew ta’ trasferiment ta’ dejn hija rregolata bil-liġi applikabbli għaċ-ċessjoni ta’ talba jew ta’ trasferiment ta’ dejn.

Japplikaw ukoll ir-regoli tar-Regolament Ruma I.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

F’konformità mal-Artikolu 1.43 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet b’obbligi li jirriżultaw minn dannu kkawżat jiġu ddeterminati, skont l-għażla tal-parti aggravata, bil-liġi tal-istat fejn ikun seħħ l-att jew iċ-ċirkostanzi l-oħra li jwasslu għad-dannu jew bil-liġi tal-istat fejn seħħ id-dannu. Meta ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat l-istat fejn twettaq l-att jew fejn seħħew iċ-ċirkostanzi l-oħra jew id-dannu, tapplika l-liġi tal-istat li miegħu tkun marbuta l-aktar mill-qrib l-azzjoni għad-dannu. Wara li jseħħ id-dannu, il-partijiet jistgħu jaqblu li l-kumpens għad-dannu jkun irregolat bil-liġi tal-istat tal-qorti li tisma’ l-kawża. Jekk iż-żewġ partijiet ikunu abitwalment residenti fl-istess stat, il-kwistjoni ta’ kumpens għad-dannu tkun irregolata bil-liġi ta’ dak l-istat.

L-obbligi li jirriżultaw minn dannu kkawżat minn prodotti difettużi huma rregolati bil-liġi tal-istat fejn ikun seħħ id-dannu jekk ir-residenza abitwali tal-parti aggravata jew il-post tan-negozju tal-persuna responsabbli għad-dannu jkun jinsab f’dak l-istat jew il-parti aggravata tkun xtrat il-prodott f’dak l-istat. Jekk il-post tan-negozju tal-persuna responsabbli għad-dannu jkun jinsab fl-istat tar-residenza abitwali tal-parti aggravata, jew jekk il-parti aggravata tkun xtrat il-prodott f’dan l-istess stat, tapplika l-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-parti aggravata. Meta l-liġi applikabbli ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti f’dan il-paragrafu, tapplika l-liġi tal-istat tal-post tan-negozju tal-persuna responsabbli għad-dannu, sakemm ir-rikorrent ma jibbażax it-talba tiegħu fuq il-liġi tal-istat fejn ikun seħħ id-dannu.

Il-liġi applikabbli għall-obbligi li jirriżultaw b’rabta mad-dannu tiddetermina l-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà ċivili, il-firxa tagħha, il-persuna responsabbli u l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà ċivili.

F’konformità mal-Artikolu 1.44 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, il-liġi applikabbli għal talbiet għal kumpens ta’ dannu kkawżat fi żmien inċident tiġi ddeterminata f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ The Hague dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku.

F’konformità mal-Artikolu 1.45 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, it-talbiet għal kumpens ta’ dannu kkawżat lil drittijiet personali mhux fi proprjetà mill-midja tal-massa huma rregolati, skont l-għażla tal-parti aggravata, bil-liġi tal-istat fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali jew il-post tan-negozju tal-parti aggravata jew fejn ikun seħħ id-dannu, jew bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali jew tal-post tan-negozju tal-persuna li tikkawża d-dannu. Id-dritt ta’ risposta (ċaħda) huwa soġġett għal-liġi tal-istat fejn issir il-pubblikazzjoni inkwistjoni jew li minnu xxandret ix-xandira inkwistjoni fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni.

F’konformità mal-Artikolu 1.46 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, it-talbiet għal kumpens ta’ dannu kkawżat minn kompetizzjoni inġusta huma rregolati bil-liġi tal-istat li fis-suq tiegħu jkunu seħħew l-effetti negattivi tal-kompetizzjoni inġusta. Jekk il-kompetizzjoni inġusta tkun affettwat l-interessi ta’ individwu biss, il-liġi applikabbli tkun dik tal-istat fejn ikun jinsab il-post tan-negozju tal-parti aggravata.

Japplikaw ukoll ir-regoli tar-Regolament Ruma II.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

F’konformità mal-Artikolu 1.15 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, ċittadini barranin fir-Repubblika tal-Litwanja għandhom l-istess kapaċità ġuridika ċivili bħaċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja. L-eċċezzjonijiet għal din ir-regola jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja. Il-ħin tat-twelid jew tal-mewt ta’ ċittadini barranin jiġi ddeterminat bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tagħhom (l-Artikolu 2.12 tal-Kodiċi) fil-ħin tat-twelid jew tal-mewt. Persuni apolidi fir-Repubblika tal-Litwanja għandhom l-istess kapaċità ġuridika ċivili bħaċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja. L-eċċezzjonijiet individwali għal din ir-regola jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja. Il-ħin tat-twelid jew tal-mewt ta’ persuni apolidi jiġi ddeterminat bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tagħhom fil-ħin tat-twelid jew tal-mewt.

Skont l-Artikolu 1.16 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, il-kapaċità ċivili ta’ ċittadini barranin u ta’ persuni apolidi tiġi ddeterminata bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tagħhom. Jekk dawn il-persuni ma jkollhomx residenza abitwali jew din ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata b’ċertezza, il-kapaċità ġuridika tagħhom tiġi ddeterminata f’konformità mal-liġi tal-istat fejn ikunu daħlu għat-tranżazzjoni kkonċernata. Jekk persuna tkun tgħix f’aktar minn stat wieħed, tapplika l-liġi tal-istat li miegħu tkun marbuta l-aktar mill-qrib il-persuna. Ċittadini barranin u persuni apolidi li jkunu residenti permanenti fir-Repubblika tal-Litwanja jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala persuni inabilitati f’ċerti oqsma jew b’kapaċità ġuridika limitata f’ċerti oqsma jew jistgħu jkunu assistiti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet f’konformità mal-proċedura stabbilita bil-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja. Tibdil fir-residenza abitwali ma għandu l-ebda effett fuq il-kapaċità ġuridika jekk il-kapaċità ġuridika tkun diġà nkisbet qabel it-tibdil fir-residenza abitwali.

F’konformità mal-Artikolu 1.17 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, persuna ma tistax tinvoka inkapaċità skont il-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tagħha jekk kellha l-kapaċità ġuridika skont il-liġi tal-istat fejn tkun ġiet konkluża t-tranżazzjoni, sakemm il-parti l-oħra għat-tranżazzjoni ma kinitx taf jew suppost kienet taf bl-inkapaċità ta’ dik il-persuna skont il-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tagħha. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal-liġi tal-familja u tas-suċċessjoni u lanqas għad-drittijiet in rem.

Skont l-Artikolu 1.18 tal-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, ċittadini barranin u persuni apolidi jiġu rikonoxxuti bħala neqsin jew iddikjarati mejtin f’konformità mal-liġi tal-istat tal-aħħar residenza abitwali magħrufa tagħhom.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Il-filjazzjoni ta’ wild (ir-rikonoxximent, id-determinazzjoni jew il-kontestazzjoni tal-paternità jew tal-maternità) tiġi stabbilita f’konformità mal-liġi tal-istat li l-wild ikun kiseb iċ-ċittadinanza tiegħu mat-twelid jew mal-liġi tal-istat rikonoxxut bħala r-residenza abitwali tal-wild fit-twelid tiegħu jew mal-liġi tar-residenza abitwali ta’ wieħed mill-ġenituri tal-wild jew tal-istat taċ-ċittadinanza tiegħu fil-mument tat-twelid tal-wild, skont liema tkun l-aktar favorevoli għall-wild. Il-konsegwenzi tal-istabbiliment tal-filjazzjoni tal-wild jiġu ddeterminati bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-wild. Il-kapaċità tal-missier (jew tal-omm) tal-wild li jirrikonoxxi l-paternità (jew il-maternità) tiġi ddeterminata bil-liġi tal-istat fejn ikollu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument tar-rikonoxximent tal-paternità (jew tal-maternità). Il-forma tar-rikonoxximent tal-paternità (jew tal-maternità) hija rregolata bil-liġi tal-post ta’ rikonoxximent tal-paternità (jew tal-maternità) jew bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-wild (l-Artikolu 1.31 tal-Kodiċi Ċivili). Ir-relazzjonijiet personali u tal-proprjetà bejn it-tfal u l-ġenituri huma rregolati bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-wild. Jekk l-ebda wieħed mill-ġenituri tal-wild ma jkun abitwalment residenti fl-istat tar-residenza abitwali tal-wild u l-wild u ż-żewġ ġenituri tiegħu jkunu ċittadini tal-istess stat, tapplika l-liġi tal-istat taċ-ċittadinanza tagħhom (l-Artikolu 1.32 tal-Kodiċi Ċivili).

3.4.2 L-adozzjoni

Ir-relazzjonijiet tal-adozzjoni jiġu ddeterminati bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-wild. Jekk ikun ċar li l-adozzjoni skont il-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-wild li jkun se jiġi adottat ma tkunx se tirriżulta fir-rikonoxximent tal-adozzjoni fl-istat tar-residenza abitwali jew taċ-ċittadinanza tal-ġenitur(i) adottiv(i), tali adozzjoni tkun tista’ sseħħ skont il-liġi ta’ dawk l-istati sakemm ma tkunx tmur kontra l-aħjar interessi tal-wild. Jekk ma jkunx ċar jekk l-adozzjoni hijiex se tiġi rikonoxxuta fi stat ieħor, l-adozzjoni tkun ipprojbita. Ir-relazzjonijiet bejn il-wild adottat, il-ġenitur(i) adottiv(i) tiegħu u l-qraba tagħhom huma rregolati bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-ġenitur(i) adottiv(i) (l-Artikolu 1.33 tal-Kodiċi Ċivili).

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Il-kapaċità li persuna tiżżewweġ u kundizzjonijiet oħra taż-żwieġ huma ddeterminati bil-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja. Żwieġ għandu jiġi rreġistrat mal-awtoritajiet tar-reġistru ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja jekk mill-anqas wieħed mill-konjuġi jkun abitwalment residenti fil-Litwanja jew mill-anqas wieħed minnhom ikun ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja fil-mument taż-żwieġ. Il-kapaċità li persuna tiżżewweġ u kundizzjonijiet oħra ta’ ċittadini barranin u ta’ persuni apolidi li mhumiex abitwalment residenti fir-Repubblika tal-Litwanja jistgħu jiġu ddeterminati bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali taż-żewġ persuni li jkunu jixtiequ jiżżewġu, sakemm iż-żwieġ ikun rikonoxxut fl-istat tar-residenza abitwali ta’ mill-anqas waħda mill-persuni li jixtiequ jiżżewġu. Żwieġ iċċelebrat legalment fi stat barrani jiġi rikonoxxut fir-Repubblika tal-Litwanja, ħlief meta ż-żewġ konjuġi jkunu abitwalment residenti fir-Repubblika tal-Litwanja miżżewġin fi stat barrani bl-għan li jevitaw l-annullament taż-żwieġ f’konformità mal-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja (l-Artikolu 1.25 tal-Kodiċi Ċivili). Il-proċedura għall-ikkuntrattar taż-żwieġ hija ddeterminata bil-liġi tal-istat fejn ikun seħħ iż-żwieġ. Żwieġ jiġi rikonoxxut bħala validu wkoll jekk il-proċedura li biha jkun ġie kkuntrattat tkun konsistenti mar-rekwiżiti tal-liġi tal-istat tar-residenza abitwali jew taċ-ċittadinanza ta’ mill-inqas wieħed mill-konjuġi fiż-żmien taż-żwieġ (l-Artikolu 1.26 tal-Kodiċi Ċivili). Ir-relazzjonijiet personali bejn il-konjuġi huma rregolati bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tagħhom. Jekk il-konjuġi jkunu abitwalment residenti fi stati differenti, ir-relazzjonijiet personali tagħhom ikunu rregolati bil-liġi tal-istat tal-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom. Jekk il-konjuġi ma jkollhomx residenza abitwali komuni, tapplika l-liġi tal-istat li miegħu jkollhom l-eqreb relazzjonijiet personali l-konjuġi. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat ma’ liema stat ikollhom l-eqreb relazzjonijiet personali l-konjuġi, tapplika l-liġi tal-istat fejn ikun seħħ iż-żwieġ (l-Artikolu 1.27 tal-Kodiċi Ċivili).

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

Mhumiex regolati.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

F’konformità mal-Artikolu 1.29 tal-Kodiċi Ċivili, is-separazzjoni legali u d-divorzju huma rregolati bil-liġi tar-residenza abitwali tal-konjuġi. Jekk il-konjuġi ma jkollhomx residenza abitwali komuni, tapplika l-liġi tal-istat tal-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ din, il-liġi tal-istat tal-qorti li tistħarreġ il-kawża. Jekk il-liġi tal-istat taċ-ċittadinanza taż-żewġ konjuġi tipprojbixxi d-divorzju jew tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali għad-divorzju, iż-żwieġ jista’ jiġi xolt f’konformità mal-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja meta wieħed mill-konjuġi jkun ukoll ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja jew ikun abitwalment residenti fir-Repubblika tal-Litwanja.

Japplikaw ukoll ir-regoli tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (Ruma III).

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet ta’ manteniment tal-familja hija ddeterminata f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ The Hague tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment (l-Artikolu 1.36 tal-Kodiċi Ċivili).

Japplika wkoll il-Protokoll ta’ The Hague tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

F’konformità mal-Artikolu 1.28 tal-Kodiċi Ċivili, l-istatus legali ta’ proprjetà matrimonjali jiġi ddeterminat bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-konjuġi. Jekk il-konjuġi jkunu abitwalment residenti ta’ stati differenti, tkun tapplika l-liġi tal-istat taċ-ċittadinanza taż-żewġ konjuġi. Meta l-konjuġi jkunu ċittadini ta’ stati differenti u qatt ma kellhom residenza abitwali komuni, tkun tapplika l-liġi tal-istat fejn ikun seħħ iż-żwieġ. L-istatus legali tal-proprjetà matrimonjali skont il-kuntratti jiġi ddeterminat bil-liġi tal-istat magħżul bi ftehim bejn il-konjuġi. F’dan il-każ, il-konjuġi jistgħu jagħżlu l-liġi tal-istat tar-residenza abitwali attwali jew futura jew il-liġi tal-istat fejn ikun seħħ iż-żwieġ jew li tiegħu jkun ċittadin wieħed mill-konjuġi. Ftehim bejn il-konjuġi dwar il-liġi applikabbli jitqies validu jekk ikun jissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi tal-istat tal-għażla tagħhom jew tal-istat fejn ikun ġie konkluż il-ftehim. Il-liġi applikabbli magħżula bi ftehim tista’ tiġi invokata kontra terzi biss jekk it-terzi kienu jew suppost kienu jafu b’dan il-fatt. Il-liġi applikabbli magħżula bi ftehim bejn il-konjuġi tista’ tintuża sabiex tiġi solvuta tilwima rigward drittijiet in rem fi proprjetà immobbli biss meta jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni pubblika ta’ dik il-proprjetà u għad-drittijiet in rem fi proprjetà immobbli fl-istat fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli. Ftehim bejn il-konjuġi rigward tibdil fl-istatus legali tal-proprjetà huwa rregolat bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tal-konjuġi fiż-żmien tat-tali tibdil. Jekk, fiż-żmien tat-tibdil tal-istatus legali, il-konjuġi jkunu għexu fi stati differenti, tapplika l-liġi tal-istat tal-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ residenza abitwali bħal din, il-liġi li tiddetermina r-relazzjoni tal-proprjetà bejn il-konjuġi.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Il-kapaċità ta’ testatur li jfassal, jimmodifika jew iħassar testment hija ddeterminata bil-liġi tal-istat tar-residenza abitwali tat-testatur. Jekk persuna ma kellhiex residenza abitwali jew din ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, il-kapaċità li persuna tfassal testment tkun iddeterminata bil-liġi tal-istat fejn it-testment ikun tfassal (l-Artikolu 1.60 tal-Kodiċi Ċivili). Il-forma ta’ testment, l-emenda jew ir-revoka tiegħu huma rregolati bil-liġi tal-istat fejn ikunu tfasslu tali atti. Testment, l-emenda jew ir-revoka tiegħu jitqiesu validi wkoll jekk il-forma ta’ dawn l-atti tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi tal-istat tar-residenza abitwali jew taċ-ċittadinanza tat-testatur fiż-żmien meta l-atti jkunu ġew eżegwiti jew tal-istat tal-post ta’ residenza tiegħu fiż-żmien meta l-atti jkunu ġew eżegwiti jew tal-mewt tiegħu. Testment dwar proprjetà immobbli, kif ukoll il-modifika jew ir-revoka tiegħu, jitqies validu jekk il-forma tiegħu tkun konformi mal-liġi tal-istat fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli (l-Artikolu 1.61 tal-Kodiċi Ċivili). F’konformità mal-Artikolu 1.62 tal-Kodiċi Ċivili, il-liġi tal-istat fejn il-persuna deċeduta kienet abitwalment residenti fiż-żmien tal-mewt tagħha tapplika għas-suċċessjonijiet għajr għal dawk relatati ma’ suċċessjoni rigward proprjetà immobbli. Ir-relazzjonijiet ta’ suċċessjoni rigward proprjetà immobbli huma soġġetti għal-liġi tal-istat fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli. Jekk is-suċċessjoni tkun seħħet wara l-mewt ta’ ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja, il-werrieta tiegħu li jirrisjedu fir-Repubblika tal-Litwanja u li huma intitolati għal sehem riżervat tal-patrimonju, irrispettivament mil-liġi applikabbli, jirtu dak is-sehem f’konformità mal-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja, ħlief fir-rigward tal-proprjetà immobbli. Jekk, skont il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet ta’ suċċessjoni, il-proprjetà ma tkunx tista’ tiġi ttrasferita fi stat barrani fin-nuqqas ta’ werrieta oħra u l-proprjetà tkun tinsab fil-Litwanja, il-proprjetà inkwistjoni fil-Litwanja tiġi ttrasferita għas-sjieda tar-Repubblika tal-Litwanja.

Japplikaw ukoll ir-regoli tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

3.8 Proprjetà reali

F’konformità mal-Artikolu 1.48 tal-Kodiċi Ċivili, is-sjieda ta’ proprjetà immobbli u mobbli u d-drittijiet oħra f’tali proprjetà huma ddeterminati bil-liġi tal-istat fejn tkun tinsab il-proprjetà fiż-żmien tat-tibdil tal-istatus legali tagħha. Il-proprjetà tiġi rikonoxxuta bħala immobbli jew mobbli skont il-liġi tal-istat fejn tkun tinsab. Ir-reġistrazzjoni uffiċjali tas-sjieda u ta’ drittijiet oħra tal-proprjetà hija rregolata bil-liġi tal-istat fejn tkun tinsab il-proprjetà fiż-żmien tar-reġistrazzjoni. Is-sjieda ta’ proprjetà immobbli fil-każ ta’ preskrizzjoni akkwistattiva hija ddeterminata bil-liġi tal-istat fejn tkun tinsab il-proprjetà.

3.9 Insolvenza

L-aħħar aġġornament: 08/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Lussemburgu

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Ma jeżistix kodiċi ta’ dritt internazzjonali privat Lussemburgiż. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti tal-liġijiet fid-dritt intern huma mferrxin f’diversi kodiċijiet u liġijiet speċjali. Is-suġġett huwa rregolat l-aktar minn konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali kif ukoll minn strumenti Ewropej ta’ liġijiet sekondarji.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Numru importanti ta’ regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet ġejjin minn konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali li l-Lussemburgu huwa parti fihom. Il-maġġoranza tal-konvenzjonijiet huma dawk li ġew imfassla fi ħdan il-konferenza tal-Aja tad-dritt internazzjonali privat.

Rendikont ta’ dawn il-konvenzjonijiet jista’ jiġi kkonsultat fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonferenza tal-Aja.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Ċerti konvenzjonijiet bilaterali fihom regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet. Għal aktar dettalji kkonsulta s-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLegilux.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Fir-rigward tal-istat tal-persuni, l-imħallef iqajjem il-kunflitt tal-liġijiet ex officio. Dan mhuwiex il-każ jekk il-partijiet għandhom l-għażla tal-liġi applikabbli, bħal pereżempju f’materji kuntrattwali, minħabba l-prinċipju tal-libertà tal-għażla tal-liġi applikabbli mill-partijiet. F’dan il-każ, l-imħallef iqajjem ir-regola tal-kunflitt tal-liġijiet ex officio biss jekk tkun tirrigwarda sitwazzjoni ta’ frodi kkaratterizzata mil-liġi.

L-imħallef li il-kwistjoni tkun tressqet quddiemu japplika b’mod awtomatiku l-liġi nazzjonali tiegħu jekk il-partijiet ma jkunux talbu l-applikazzjoni ta’ liġi barranija.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Fil-Lussemburgu, fl-oqsma mhux koperti minn konvenzjoni internazzjonali jew minn regolament Ewropew, li jeskludu speċjalment ir-rinvijju, il-ġurisprudenza taċċetta r-rinvijju b’mod limitat. Jekk ir-rinvijju fil-mument tal-applikazzjoni tar-regola tal-kunflitt jindika l-liġi tal-imħallef li l-kwistjoni tinsab quddiemu, ir-rinvijju jiġi ammess, iżda jieqaf hemm. Huwa kkunsidrat li jindika l-liġi sostantiva tal-imħallef li l-kwistjoni tinsab quddiemu.

Ir-rinviju huwa eskluż fil-materji fejn il-partijiet għandhom il-libertà tal-għażla tal-liġi applikabbli.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Il-bidla fiċ-ċirkostanzi tal-każ hija l-ipoteżi fejn, b’tibdil fl-element tal-fattur ta’ konnessjoni li jindika l-liġi applikabbli, kwistjoni tiġi mressqa suċċessivament quddiem żewġ sistemi legali differenti. Huwa deskritt bħala kunflitt tal-liġijiet matul iż-żmien minħabba tibdil fil-fattur ta' konnessjoni.

Għalhekk fil-Lussemburgu tiġi applikata l-liġi l-ġdida b’effetti futuri ta’ kwistjoni li seħħet fil-passat b’kunsiderazzjoni tal-effetti li jippersistu. Madankollu l-liġi l-ġdida li tindika r-regola tal-kunflitt tiġi applikata meta jkun hemm tibdil f’sitwazzjoni li seħħet taħt il-liġi antika li dak iż-żmien kienet applikabbli.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Jeżistu ipoteżi fejn l-imħallef li quddiemu tinsab il-kwistjoni jrid japplika l-liġi nazzjonali tiegħu anke jekk ir-regola tal-kunflitt tal-liġijiet tagħti l-kompetenza lil liġi oħra:

  • L-impossibiltà li tinstab il-liġi barranija applikabbli
  • F’każ ta’ persuni apolidi
  • Fin-nuqqas ta’ soluzzjoni mil-liġi barranija
  • F’każ ta’ teħid ta’ miżuri provviżorji urġenti
  • Meta l-liġi barranija tmur kontra l-ordni pubblika tal-Istat tal-qorti konċernata

Meta minħabba dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni immedjata l-imħallef japplika xorta waħda l-liġi tal-post:

  • Liġijiet ta’ proċedura u liġijiet ta’ organizzazzjoni ġudizzjarja
  • Dispożizzjonijiet legali li jirregolaw il-protezzjoni tal-ħaddiema u dawk li jirregolaw il-kera
  • Il-protezzjoni legali tal-konsumaturi
  • Fl-aħħar nett, jekk l-applikazzjoni tal-liġi tal-imħallef li il-kwistjoni tinsab quddiemu tiġi miċħuda miż-żewġ partijiet bi skop li jidher ċarament frawdolenti biex tapplika liġi barranija b’mod artifiċjali, l-imħallef għandu jirrifjuta li jikkunsidra din il-liġi u jerġa’ japplika l-liġi nazzjonali tiegħu.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Peress li fil-Lussemburgu l-liġi barranija tikkostitwixxi, għall-imħallef Lussemburgiż, fatt, fil-prinċipju min jallega fatt irid iġib prova tiegħu. Għalhekk hija r-responsabbiltà tal-partijiet u aktar preċiżament għal dik li għandha talba soġġetta għal liġi barranija li għandha ġġib il-provi.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Fil-prinċipju l-obbligi kuntrattwali huma regolati mill-volontà espressa mill-partijiet, flimkien mal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-ordni pubblika u kontra l-frodi skont il-liġi.

Fin-nuqqas ta’ għażla espressa mill-partijiet, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 u tar-Regolament Nru 593/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008. F’din it-tieni ipoteżi, l-imħallef japplika l-aktar liġi xierqa oġġettivament.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Fil-prinċipju l-obbligi kuntrattwali huma regolati mil-liġi tal-post fejn seħħ il-fatt li kkawża l-ħsara jew li ta lok għall-obbligu, sakemm ma jkunx hemm liġi oħra li għandha rabta aktar mill-qrib mal-fatti jew tapplika xi konvenzjoni internazzjonali.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Fil-prinċipju, l-istatut personali huwa soġġett għal-liġi nazzjonali tal-persuna fiżika, bl-eċċezzjoni ta' kriterji emerġenti bħar-residenza abitwali tal-partijiet konċernati u l-aktar dik tal-minuri konċernati. Dan jgħodd ukoll għal kif jintgħażel l-isem, kif jinkiteb u l-kundizzjonijiet tal-bidla tal-isem għaliex dan huwa parti mill-istat tal-persuna.

Il-kapaċità ġenerali biex jingħadda att ġuridiku kif ukoll il-kapaċità li wieħed jibda proċedimenti legali huma regolati mil-liġi nazzjonali tal-persuna konċernata. Madankollu, il-locus standi huwa regolat mil-liġi applikabbli għal dan id-dritt, minħabba li huwa bbażat fil-fond fuq il-liġi. Fi kwistjonijiet kuntrattwali din ir-regola hija kemxejn differenti, għaliex il-kontroparti in bona fide tkun ġiet sorpriża minn kawża ta’ inkapaċità mhux magħrufa fil-pajjiż fejn seħħ l-obbligu. Għalhekk huwa ammess illi l-liġi nazzjonali ċċedi quddiem il-liġi tal-post ta’ eżekuzzjoni.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Fil-Lussemburgu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-filjazzjoni leġittima, hija l-liġi illi tirregola ż-żwieġ li tapplika, jiġifieri l-liġi nazzjonali komuni tal-ġenituri, jew inkella l-liġi tad-domiċilju komuni, jew il-liġi tal-lex fori.

Dak kollu li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment tar-rabta tal-filjazzjoni naturali huwa regolat mil-liġi nazzjonali tal-minuri.

Dwar in-natura tal-provi biex tiġi stabbilita l-filjazzjoni, il-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent, il-preskrizzjoni u d-dekadenza għall-kontestazzjoni tal-filjazzjoni u l-mezzi ta’ difiża kontra t-talba, tapplika l-liġi nazzjonali tal-minuri.

3.4.2 L-adozzjoni

- Kundizzjonijiet tal-adozzjoni

Fil-prinċipju, skont l-Artikolu 370 tal-Kodiċi Ċivili, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni huma regolati mil-liġi nazzjonali ta’ wieħed jew taż-żewġ persuni li jkunu se jadottaw. Jekk iż-żewġ konjuġi li jkunu se jadottaw ikunu ta’ nazzjonalitajiet differenti, tapplika l-liġi tar-residenza abitwali komuni tagħhom meta’ jkunu ressqu t-talba. Il-kundizzjonijiet meħtieġa biex persuna tiġi adottata jibqgħu, fil-prinċipju, regolati mil-liġi nazzjonali tal-persuna adottata. Hemm eċċezzjoni għal dan il-prinċipju, jiġifieri meta l-adozzjoni tagħti ċ-ċittadinanza tal-adottant lill-persuna adottata. F'dan il-każ il-kundizzjonijiet huma regolati mil-liġi nazzjonali tal-adottant.

- L-effetti tal-adozzjoni

Hija l-liġi nazzjonali ta’ wieħed jew taż-żewġ adottanti li tirregola l-effetti tal-adozzjoni. Jekk l-adozzjoni ssir minn żewġ konjuġi ta’ nazzjonalitajiet differenti jew apolidi, jew jekk wieħed mill-konjuġi biss ikun persuna apolida, tapplika l-liġi tar-residenza abitwali komuni tagħhom fil-mument meta sseħħ l-adozzjoni.

F’każ ta’ adozzjonijiet barranin jista’ jkun hemm kunflitt bejn ir-regoli ta’ kompetenza promulgati mil-liġi nazzjonali tal-adottant u tal-persuna adottata rispettivament. F'dan il-każ l-adozzjoni tiġi konkluża u tkun valida jekk jiġu mħarsa l-forom previsti mil-liġi tal-pajjiż fejn seħħet l-adozzjoni u saret quddiem l-awtoritajiet kompetenti indikati minn din l-istess liġi.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

- Il-kundizzjonijiet għall-validità ta’ żwieġ

Il-kundizzjonijiet formali huma fil-prinċipju regolati mil-liġi tal-post fejn ġie ċċelebrat iż-żwieġ.

Biex żwieġ ikun validu, skont il-konvenzjoni tal-Aja tal-14 ta’ Marzu 1978 dwar id-dikjarazzjoni u r-rikonoxximent tal-validità taż-żwiġijiet, iridu jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet sostantivi previsti mil-liġijiet interni ta’ kull wieħed mill-konjuġi. Il-liġijiet interni huma dawk indikati mir-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet tal-Istat fejn ġie ċċelebrat iż-żwieġ. Imbagħad jeħtieġ ukoll illi, bil-kundizzjoni illi konjuġi minnhom ikollu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat jew ikollu r-residenza abitwali tiegħu hemmhekk, jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet sostantivi mitluba mil-liġi tal-Istat fejn ġie ċċelebrat iż-żwieġ. Il-liġi li tirregola l-kundizzjonijiet għall-validità taż-żwieġ tapplika wkoll għall-kundizzjonijiet sostantivi għall-kawża ta’ annullament taż-żwieġ.

Għaż-żwiġijiet barranin, hemm il-preżunzjoni ta’ validità jekk iċ-ċertifikat taż-żwieġ ikun redatt skont ir-rekwiżiti tal-forma stabbilita mil-liġi tal-post fejn ġie ċċelebrat. Ir-rikonoxximent jista’ jiġi rifjutat jekk iż-żwieġ iċċelebrat barra l-pajjiż ikun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubblika nazzjonali tal-Lussemburgu.

- L-effetti taż-żwieġ

Fin-nuqqas ta’ nazzjonalità komuni, l-effetti fil-Lussemburgu jiġu regolati fil-prinċipju mil-liġi tad-domiċilju komuni tal-konjuġi, jiġifieri l-post fejn il-koppja tkun effettivament stabbilita.

3.5.2 Koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

M’hemmx regoli speċifiċi dwar il-konflitt ta’ liġijiet għall-unjoni tal-liġi komuni jew il-koabitazzjoni sa fejn, skont il-liġi Lussemburgiża, ir-relazzjonijiet bejn il-koppji mhux miżżewġin li jgħixu flimkien jikkostitwixxu sitwazzjoni de facto.

Il-liġi applikabbli għas-sħubiji ċivili konklużi fil-Lussemburgu hija l-”lex fori”.

Tista’ ssir iskrizzjoni fir-reġistru ċivili, għas-sħab li rreġistraw is-sħubija tagħhom barra l-pajjiż, jekk iż-żewġ partijiet kienu jissodisfaw, fid-data tal-konklużjoni tas-sħubija barra l-pajjiż, il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4. Ladarba s-sħubija barranija tiġi rikonoxxuta l-Lussemburgu hija tgawdi mill-istess vantaġġi mogħtija lis-sħubiji Lussemburgiżi.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Jekk il-konjuġi jkunu tal-istess nazzjonalità, id-divorzju u s-separazzjoni personali jkunu regolati mil-liġi nazzjonali tagħhom it-tnejn. Fil-każ kuntrarju, hija l-liġi tad-domiċilju komuni tagħhom illi tapplika. Jekk l-anqas dawn iż-żewġ kriterji ma jgħoddu f’dan il-każ, tapplika l-”lex fori”.

Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għall-ammissibiltà tad-divorzju b'mod ġenerali, għall-kawżi, għall-effetti u għall-miżuri kumplimentari tiegħu.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar l-obbligi ta’ manteniment, il-liġi applikabbli hija ddeterminata skont il-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-irkupru internazzjonali ta’ appoġġ tat-tfal u forom oħra ta’ manteniment familjari. Il-prinċipju huwa dak tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tal-kreditur tal-manteniment, iżda l-partijiet jistgħu jagħżlu, bi ftehim reċiproku, li, għal proċedimenti li diġà qegħdin fis-seħħ, jinnominaw il-liġi tal-forum jew waħda mil-liġijiet li ġejjin:

a) il-liġi ta’ kwalunkwe Stat li xi waħda mill-partijiet tkun ċittadina tiegħu meta ssir in-nomina;

b) il-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali ta’ kwalunkwe parti fiż-żmien tan-nomina;

c) il-liġi magħżula mill-partijiet kif applikabbli, jew il-liġi fil-fatt applikata, għar-reġim tal-proprjetà tagħhom;

d) il-liġi magħżula mill-partijiet kif applikabbli, jew il-liġi fil-fatt applikata, għad-divorzju jew is-separazzjoni legali tagħhom.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Ir-reġim matrimonjali huwa sottomess għal-liġi interna magħżula mill-konjuġi qabel iż-żwieġ.

Jekk, fil-mument tal-konklużjoni taż-żwieġ, il-konjuġi ma jkunux għamlu għażla, il-liġi applikabbli tiġi determinata skont il-konvenzjoni tal-Aja tal-14 ta’ Marzu 1978 dwar id-dikjarazzjoni u r-rikonoxximent tal-validità taż-żwieġ.

Skont il-konvenzjoni tal-Aja tal-14 ta’ Marzu 1978 il-konjuġi jistgħu jagħżlu waħda biss minn dawn il-liġijiet li ġejjin:

1. il-liġi tal-Istat li wieħed mill-konjuġi jkun ċittadin tiegħu fil-mument tal-għażla; 
2. il-liġi tal-Istat li wieħed mill-konjuġi jkollu r-residenza abitwali fit-territorju tiegħu fil-mument tal-għażla; 
3. Il-liġi tal-ewwel Stat li wieħed mill-konjuġi jkun se jistabbilixxi residenza abitwali ġdida fit-territorju tiegħu wara ż-żwieġ.

Il-liġi magħżula mbagħad tapplika għall-beni kollha tagħhom.

Madankollu, sew jekk il-konjuġi jkunu għażlu l-liġi skont il-punti preċedenti u sew jekk le, huma jkunu jistgħu jagħżlu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-propjetà immobbli jew xi ftit minnhom, il-liġi tal-post fejn tinsab il-propjetà immobbli. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll illi l-propjetà immobbli li jkunu se jixtru wara tiġi regolata mil-liġi tal-post fejn tkun tinsab.

F’każ ta’ nuqqas ta’ għażla mill-partijiet l-imħallef ikollu jara liema kienet l-għażla taċita tagħhom. Hemm preżunzjoni għal-liġi interna tal-Istat li fuq it-territorju tiegħu jistabbilixxu l-ewwel residenza abitwali tagħhom wara ż-żwieġ.

Madankollu, fil-każijiet li ġejjin, ir-reġim matrimonjali huwa sottomess, f’konformità mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-14 ta’ Marzu 1978, għal-liġi interna tal-Istat tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi:

1. jekk id-dikjarazzjoni prevista mill-Artikolu 5 tkun saret minn dan l-Istat u l-effett tagħha ma jkunx eskluż mis-subparagrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;          
2. jekk dan l-Istat ma jkunx Parti mill-Konvenzjoni, il-liġi interna tiegħu hija applikabbli skont id-dritt internazzjonali privat tiegħu u jekk il-konjuġi jkunu stabbilew l-ewwel residenza abitwali tagħhom wara ż-żwieġ;

a) fi Stat li għamel id-dikjarazzjoni prevista skont l-Artikolu 5,

jew

b) fi Stat li mhux Parti mill-Konvenzjoni u fejn id-dritt internazzjonali privat jindika wkoll l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali tiegħu;

3. jekk il-konjuġi ma jistabbilux fuq it-territorju tal-istess Stat Membru l-ewwel residenza abitwali tagħhom wara ż-żwieġ.

Fin-nuqqas ta’ residenza abitwali tal-konjuġi fuq it-territorju tal-istess Stat u fin-nuqqas ta’ nazzjonalità komuni, ir-reġim matrimonjali tagħhom jiġi regolat mil-liġi interna tal-Istat li miegħu, ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha, għandhom l-aktar rabtiet mill-qrib.

Il-liġi applikabbli tista’ tinbidel b’mod volontarju bil-mod previst mil-liġi l-ġdida magħżula.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012 japplikaw għas-suċċessjonijiet miftuħa mis-17 ta’ Awwissu 2015. L-Artikolu 21 tar-Regolament jistabbilixxi l-liġi tal-Istat li kellu r-residenza abitwali tiegħu fih id-deċedut fil-mument tal-mewt bħala l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni fl-intier tagħha.

Is-suċċessjonijiet miftuħa qabel is-17 ta’ Awwissu 2015 jibqgħu regolati mir-regoli Lussemburgiżi dwar il-konflitt tal-liġijiet.

- Is-suċċessjoni ġudizzjarja

Fil-Lussemburgu s-suċċessjoni hija maqsuma f’diversi lottijiet: Lott ta’ propjetà mobbli u lott jew aktar ta’ propjetajiet immobbli. Biex wieħed ikun jaf jekk beni humiex mobbli jew immobbli trid tiġi applikata l-”lex fori”.

Is-suċċessjoni tal-beni mobbli hija regolata prinċipalment mil-liġi tal-aħħar domiċilju tad-decujus dakinhar ta’ mewtu. Id-domiċilju jiġi determinat skont ir-regoli tal-Kodiċi Ċivili.

Is-suċċessjoni tal-propjetà immobbli hija soġġetta għal-liġi tal-Istat tal-post ta’ kull propjetà immobbli.

- Is-suċċessjoni testamentarja

Fil-prinċipju, huwa l-istatus personali li jirregola l-kapaċità ġenerali biex wieħed jiddisponi mill-propjetà “causa mortis”. Madankollu l-inkapaċitajiet speċifiċi jaqgħu taħt il-qasam tal-liġi tas-suċċessjoni. Il-kapaċità ġenerali biex wieħed jiret bis-saħħa tax-xewqa ta’ ħaddieħor taqa’ taħt il-liġi personali.

3.8 Proprjetà reali

Il-propjetà immobbli tiġi determinata b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Kodiċi Ċivili, mil-liġi tal-Istat fejn tinsab il-propjetà. Dan jgħodd ukoll għall-kontenut tad-drittijiet reali fejn jistgħu jiġu affettwati, mill-ħolqien u t-trażmissjoni tagħhom u mir-reġim tal-usucapio.

3.9 Insolvenza

Dak li ma jaqax fil-kamp t’applikazzjoni tar-Regolamenti tal-UE 1346/2000 u 2015/848 fil-qasam ta’ falliment jiġi regolat mil-liġi tal-post fejn infetħu l-proċeduri ta’ falliment.

Din il-liġi tapplika wkoll għall-effetti tal-proċeduri kollettivi miftuħa fil-Lussemburgu u għal dawk iddikjarati barra l-pajjiż. Madankollu, għall-effetti partikolari tal-falliment ta’ waħda mill-partijiet fuq id-drittijiet li jistgħu jiġu invokati mill-kontroparti tagħha, hija l-liġi tal-Istat fejn ġie ddikjarat il-falliment illi tapplika.

Il-kompetenza ta’ din l-imsemmija liġi hija limitata għall-effetti speċifiċi u ma tkoprix l-aspetti kollha tal-operazzjoni affettwata mill-falliment.

L-aħħar aġġornament: 11/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Ungerija

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Il-liġi applikabbli hija rregolata mill-Att XXVIII tal-2017 dwar id-dritt internazzjonali privat (“l-Att XXVIII tal-2017”). Madankollu, dan japplika biss f'każ li ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni li tikkonċerna l-liġi applikabbli f'regolament tal-Unjoni Ewropea jew trattat internazzjonali.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

L-informazzjoni dwar dan tinstab primarjament fil-paġna web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Trattat bejn l-Ungerija u ċ-Ċekoslovakkja dwar l-assistenza legali

- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Trattat bejn l-Ungerija u l-Jugożlavja dwar l-assistenza legali

- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Trattat bejn l-Ungerija u r-Rumanija dwar l-assistenza legali

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Iva.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Jekk tapplika liġi barranija, japplikaw ir-regoli sostantivi tal-liġi barranija speċifikata li jirregolaw direttament il-kwistjoni kkonċernata. Jekk il-liġi barranija applikabbli tiġi ddeterminata skont in-nazzjonalità u l-liġi barranija tirreferi għal-liġi Ungeriża, tapplika l-liġi sostantiva Ungeriża, filwaqt li jekk il-liġi barranija tirreferi għal-liġi ta’ pajjiż terz, tapplika l-liġi sostantiva ta’ dak il-pajjiż terz.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Kwalunkwe bidla fil-fatturi li jiddeterminaw il-liġi applikabbli taffettwa r-relazzjonijiet legali ffurmati b’mod validu skont il-liġi applikabbli qabel il-bidla biss jekk l-Att XXVIII tal-2017 jipprevedi b’mod espliċitu li jsir hekk.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-applikazzjoni ta’ liġi barranija li skont l-Att XXVIII tal-2017 titqies li tkun applikabbli, tmur kontra l-politika pubblika Ungeriża u għalhekk ma tistax tiġi applikata jekk, f’dak il-każ partikolari, dan jirriżulta fi ksur ovvju u serju tal-valuri fundamentali u l-prinċipji kostituzzjonali tal-ordinament ġuridiku Ungeriż. Jekk il-ksur tal-ordni pubbliku ma jistax jiġi evitat b’mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-liġi Ungeriża japplikaw minflok id-dispożizzjoni tal-liġi barranija mwarrba.

Irrispettivament mil-liġi li tirregola l-kwistjoni, iridu jiġu applikati id-dispożizzjonijiet tal-liġi Ungeriża li n-natura prevalenti tagħhom hija stabbilita b’mod ċar mill-kontenut u l-għan tagħhom (regoli mandatorji). Ir-regoli mandatorji skont il-liġijiet ta’ stati oħrajn jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk ikun hemm rabta mill-qrib u jkunu deċiżivi għall-finijiet tal-eżami tal-fatti.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-qorti tistabbilixxi l-kontenut tal-liġi barranija ex officio u tuża kull mezz meħtieġ. Hija tista’ tibgħat talba lill-awtoritajiet barranin fuq il-bażi ta’ ftehim internazzjonali, u tikkunsidra s-sottomissjonijiet tal-partijiet jew l-opinjonijiet tal-esperti. Għal dan il-għan hija tista’ wkoll tikkonsulta l-ministru tal-ġustizzja.

Jekk il-kontenut tal-liġi barranija ma jkunx jista' jiġi stabbilit fi żmien raġonevoli, tapplika l-liġi Ungeriża. Jekk il-fatti tal-kwistjoni ma jistgħux jiġu ġġudikati abbażi tal-liġi Ungeriża, tapplika l-liġi barranija li tkun l-eqreb għal-liġi applikabbli.

Il-ministru tal-ġustizzja jippreżenta ċertifikati dwar il-liġi Ungeriża u l-ġurisprudenza għal użu f'pajjiż ieħor.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Id-dispożizzjonijiet tal-Att XXVIII tal-2017 japplikaw għal relazzjonijiet legali li ma jkunux suġġetti għar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (KE) 593/2008 (ir-Regolament Ruma I).

Il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi magħżula mill-partijiet għall-kuntratt kollu jew għal parti minnu biss. Jekk l-għażla tal-liġi ma tkunx espliċita, din trid tiġi stabbilita b’mod ċar mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt jew miċ-ċirkostanzi tal-każ. L-għażla tal-liġi applikabbli trid issir qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-qorti fl-ewwel seduta.

Il-partijiet jistgħu jaqblu li jagħżlu liġi oħra li tapplika għall-kuntratt minflok dak applikat qabel. Dan il-fatt ma jaffettwax il-validità tal-kuntratt skont il-liġi li tirregola l-validità formali.

Jekk il-kuntratt ikun marbut mal-liġi ta’ stat wieħed biss, l-għażla tal-liġi ma tistax tippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi ta’ dak il-pajjiż li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim.

Fin-nuqqas ta’ għażla tal-liġi, il-liġi applikabbli tkun dik tal-pajjiż li l-elementi essenzjali tar-relazzjoni kuntrattwali partikolari jkollhom l-iktar konnessjoni mill-qrib miegħu.

L-eżistenza u l-validità ta' kuntratt, jew ta' kwalunkwe terminu ta’ kuntratt, jiġu ddeterminati mil-liġi li tirregolah skont l-Att XXVIII tal-2017 li kieku l-kuntratt jew it-terminu kien ikun validu.

Kuntratt li s-suġġett tiegħu jkun dritt in rem fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli jkun suġġett għar-rekwiżiti tal-forma tal-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà, jekk dawk ir-rekwiżiti japplikaw irrispettivament mill-pajjiż fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt u irrispettivament mil-liġi li tirregola l-kuntratt, u dawk ir-rekwiżiti ma jistgħux jiġu derogati bi qbil.

Ir-regoli dwar il-kuntratti japplikaw mutatis mutandis għad-dikjarazzjonijiet unilaterali.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Id-dispożizzjonijiet tal-Att XXVIII tal-2017 japplikaw għar-relazzjonijiet legali li ma jkunux suġġetti għar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (KE) 864/2007 (ir-Regolament Ruma II). Persuna li titlob kumpens tista’ tagħżel liġi skont l-Artikoli 7 tar-Regolament Ruma II qabel ma jiskadi t-terminu stabbilit mill-qorti fl-ewwel seduta.

Għall-obbligi legali mhux kuntrattwali, il-liġi applikabbli hija dik tal-Istat li l-effett tal-fatt legali li joħloq l-obbligu jkun immaterjalizza ruħu fit-territorju tiegħu. Jekk ir-residenza abitwali jew l-uffiċċju rreġistrat tal-kreditur u d-debitur fir-relazzjoni legali jkun jinsab fl-istess pajjiż fil-mument meta l-effett tal-fatt legali li joħloq l-obbligu jkun immaterjalizza ruħu, tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż. Jekk ir-relazzjoni mhux kuntrattwali tkun marbuta mill-qrib ma’ relazzjoni legali oħra li kienet diġà ġiet konkluża bejn il-partijiet, il-liġi li tirregola r-relazzjoni legali preċedenti tapplika wkoll għar-relazzjoni mhux kuntrattwali.

Wara l-ħolqien tal-obbligu mhux kuntrattwali, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi li tirregolah. Jekk l-għażla tal-liġi ma tkunx espliċita, din trid tiġi stabbilita b’mod ċar miċ-ċirkostanzi tal-każ. Il-liġi applikabbli tista’ tintgħażel qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-qorti fl-ewwel seduta. Jekk ir-relazzjoni legali tkun marbuta mal-liġi ta’ stat wieħed biss, l-għażla tal-liġi ma tistax tippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi ta’ dak il-pajjiż li ma jistgħux jiġu derogati bi qbil.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Il-kapaċità legali u d-drittijiet tal-personalità tal-persuni jridu jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-liġi personali applikabbli għalihom. Il-liġi personali applikabbli għal persuna hija l-liġi tal-Istat li tkun ċittadin tiegħu. Jekk persuna jkollha iktar minn nazzjonalità waħda u waħda minnhom tkun Ungeriża, il-liġi personali applikabbli tkun il-liġi Ungeriża, sakemm il-persuna ma jkollhiex rabta eqreb man-nazzjonalità l-oħra. Jekk persuna jkollha aktar minn nazzjonalità waħda u l-ebda waħda minn dawn ma tkun Ungeriża, il-liġi personali applikabbli tkun il-liġi tal-istat li l-persuna jkollha l-aktar rabtiet qawwija miegħu meta jitqiesu l-fatti bażiċi tal-każ. Jekk persuna jkollha iktar minn nazzjonalità waħda u l-ebda waħda minn dawn ma tkun Ungeriża, u jkollha rabtiet ugwali mal-istati tan-nazzjonalità, jew jekk in-nazzjonalità ta’ persuna ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, jew jekk persuna tkun apolida, il-liġi personali applikabbli tkun il-liġi tal-istat fejn tkun abitwalment residenti. Jekk il-liġi personali ta’ persuna ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, tapplika l-liġi Ungeriża. Il-liġi Ungeriża tapplika għall-kapaċità ġuridika u d-drittijiet tal-personalità ta’ persuni bi status ta’ ażil jew ammessi fl-Ungerija.

Il-liġi applikabbli għal isem ta’ persuna hija l-liġi personali tagħhom, jew il-liġi Ungeriża jekk jitolbu li jkun hekk. Jekk persuna jkollha iktar minn nazzjonalità waħda, hija tkun tista’ tagħżel liġi bbażata fuq kwalunkwe waħda min-nazzjonalitajiet tagħha biex tapplika fir-rigward ta’ kunjomha. Rigward il-kunjom taż-żwieġ, tista’ ssir talba konġunta tal-partijiet biex ikunu jistgħu jagħżlu n-nazzjonalità ta’ wieħed mill-miżżewġin jew il-liġi Ungeriża. Fin-nuqqas ta’ tali talba, il-liġi li tirregolah tkun dik applikabbli għar-relazzjoni personali tal-miżżewġin. Ir-regoli dwar il-kunjomijiet fil-każ ta’ divorzju jew nullità taż-żwieġ huma rregolati mil-liġi tal-Istat fejn ikun ġie rreġistrat il-kunjom taż-żwieġ. Il-kunjom mat-twelid u maż-żwieġ ta’ ċittadin Ungeriż, jekk ikunu rreġistrati b’mod validu skont il-liġi ta’ pajjiż ieħor, iridu jiġu rikonoxxuti fl-Ungerija jekk iċ-ċittadin Ungeriż ikkonċernat jew il-konjuġi tiegħu jkun ukoll ċittadin tal-pajjiż l-ieħor, jew jekk ir-residenza abitwali taċ-ċittadin Ungeriż ikkonċernat tkun f’dak il-pajjiż. Ismijiet li jmorru kontra l-ordni pubbliku Ungeriż ma jistgħux jiġu rikonoxxuti uffiċjalment.

Persuna li ma jkollhiex il-kapaċità jew li jkollha kapaċità limitata skont il-liġi applikabbli għaliha trid titqies li jkollha l-kapaċità fir-rigward ta’ għadd ta’ kuntratti ta’ kuljum b’sinifikanza minuri, konklużi u mwettqa fl-Ungerija, jekk skont il-liġi Ungeriża kien ikollha l-kapaċità. Persuna li ma jkollhiex il-kapaċità jew li jkollha kapaċità limitata skont il-liġi personali applikabbli għaliha, imma li kien ikollha l-kapaċità skont il-liġi Ungeriża trid titqies li jkollha l-kapaċità fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi l-oħrajn tagħha wkoll, jekk il-konsegwenzi legali ta' dawk it-tranżazzjonijiet ikollhom effett fl-Ungerija.

F’materji ta’ rappreżentanza għal persuna li jkollha kapaċità limitata li tieħu ħsieb l-affarijiet tagħha, jew li tkun taħt kustodja ad hoc, il-liġi applikabbli tkun dik tal-istat tal-qorti li taħtar ir-rappreżentant jew il-gwardjan.

Il-liġi applikabbli għad-dikjarazzjoni ta' persuna bħala mejta jew nieqsa jew biex tiġi rreġistrata mewtha hija l-liġi personali applikabbli għall-persuna nieqsa. Jekk il-liġi personali ta’ persuna nieqsa ma tkunx il-liġi Ungeriża, il-liġi Ungeriża tapplika jekk ikun hemm interess ġuridiku Ungeriż fin-nofs.

Ir-residenza abitwali ta’ persuna hija l-post fejn tkun effettivament iċċentrata ħajjitha, kif stabbilit miċ-ċirkustanzi kollha tar-relazzjoni legali partikolari. Meta jiġi identifikat fejn tkun effettivament iċċentrata ħajjet il-persuna, jiġu kkunsidrati wkoll il-fatti indikattivi tal-intenzjonijiet tal-persuna kkonċernata. Domiċilju tfisser il-post fejn il-persuna tirrisjedi permanentement jew bl-intenzjoni li tibqa' hemm indefinittivament.

Il-liġi personali applikabbli għal persuna ġuridika jew għal entità mingħajr personalità ġuridika hija l-liġi tal-Istat fejn tkun irreġistrata. Jekk il-persuna ġuridika tkun irreġistrata f’aktar minn stat wieħed jew ma jkunx meħtieġ li tiġi rreġistrata skont il-liġi tal-istat tal-uffiċċju rreġistrat speċifikat fil-memorandum ta' assoċjazzjoni tagħha, il-liġi personali applikabbli tkun il-liġi tal-istat fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat. Jekk il-persuna ġuridika ma jkollhiex uffiċċju rreġistrat imniżżel fil-memorandum ta' assoċjazzjoni tagħha jew ikollha bosta uffiċċji rreġistrati u ma tkun irreġistrata skont il-liġi ta’ ebda Stat, il-liġi personali applikabbli tkun il-liġi tal-Istat fejn jinsab il-post prinċipali tal-amministrazzjoni tagħha. L-istatus legali ta’ persuna ġuridika jew entità mingħajr personalità ġuridika jrid jiġi ddeterminat skont il-liġi personali applikabbli għaliha.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Il-liġi applikabbli biex tiġi stabbilita l-filjazzjoni jew biex tiġi kkontestata l-preżunzjoni ta’ paternità hija l-liġi applikabbli għall-wild fil-mument ta' twelidu. Tagħrif ta' wild mill-missier irid jiġi ddeterminat skont il-liġi personali applikabbli għall-wild fil-mument tat-tagħrif, filwaqt li t-tagħrif ta' tarbija konċepita, imma li tkun għadha ma twilditx, trid tiġi ddeterminata skont il-liġi personali tal-omm fil-mument tat-tagħrif. Tagħrif ma jistax jitqies bħala formalment invalidu jekk ikun formalment validu skont il-liġi Ungeriża jew skont il-liġi fis-seħħ fiż-żmien u fil-post tat-tagħrif. Jekk l-istatus ta’ missier ikun vakanti skont il-liġi applikabbli, tapplika l-liġi tal-Istat l-ieħor b’rabta mill-qrib mal-każ jekk dan ifisser trattament aktar favorevoli għall-wild.

3.4.2 L-adozzjoni

L-adozzjoni tkun valida biss jekk kemm il-kundizzjonijiet skont il-liġi personali applikabbli għall-ġenitur adottiv u kemm dawk skont il-liġi personali applikabbli għall-persuna li tkun se tiġi adottata fil-mument tal-adozzjoni. Il-liġi personali applikabbli għall-ġenitur adottiv fil-mument tal-adozzjoni jew tal-waqfien tal-adozzjoni tapplika għall-effetti legali tal-adozzjoni, tal-waqfien tal-adozzjoni u l-effetti legali tal-waqfien.

Jekk il-ġenituri adottivi jkunu miżżewġin lil xulxin, il-liġi applikabbli għall-effetti legali tal-adozzjoni, il-waqfien tal-adozzjoni u l-effetti legali tal-waqfien tkun:

(a) il-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità komuni tal-miżżewġin fil-mument tal-adozzjoni jew l-interruzzjoni tal-adozzjoni; jew fin-nuqqas ta’ hekk

(b) il-liġi tal-Istat fejn kienet ir-residenza komuni tal-miżżewġin fil-mument tal-adozzjoni jew tal-waqfien tagħha; jew fin-nuqqas ta’ hekk

(c) il-liġi tal-Istat tal-qorti li tittratta l-kawża.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Iż-żwieġ ikun validu biss jekk il-kundizzjonijiet sostantivi jiġu ssodisfati fil-mument taż-żwieġ skont il-liġijiet personali applikabbli għal kull wieħed mill-miżżewġin. Il-liġi li tirregola l-formalitajiet li jikkonċernaw il-validità taż-żwieġ hija l-liġi fis-seħħ fil-mument u fil-post taż-żwieġ. Ir-regoli applikabbli għaċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ u tal-validità taż-żwieġ japplikaw mutatis mutandis biex jiġi ddeterminat jekk iż-żwieġ jeżistix jew le. Iż-żwieġ ma jistax isir l-Ungerija jekk ikun hemm impediment insurmontabbli għaż-żwieġ skont il-liġi Ungeriża.

3.5.2 Koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

Ir-regoli li jikkonċernaw iż-żwieġ japplikaw għat-twaqqif u l-validità ta' sħubija rreġistrata u l-effetti legali tagħha (ħlief il-kunjomijiet), bl-eċċezzjonijiet li ġejjin.

Ma jkunx impediment għat-twaqqif jew il-validità ta' sħubija rreġistrata li l-liġi personali applikabbli għal sieħeb irreġistrat futur ma tkunx tirrikonoxxi sħubijiet irreġistrati ta' persuni tal-istess sess, sakemm:

(a) is-sieħeb irreġistrat futur li ma jkunx Ungeriż jiċċertifika li ma jkun hemm l-ebda impediment għaż-żwieġ skont il-liġi personali applikabbli għalih, u

(b) mill-inqas wieħed mis-sħab irreġistrati futuri jkun ċittadin Ungeriż jew ikollu r-residenza abitwali tiegħu l-Ungerija. F’dan il-każ il-liġi applikabbli għall-effetti legali tas-sħubija rreġistrata tkun il-liġi tal-Ungerija.

Il-liġi applikabbli għax-xoljiment ta’ sħubija rreġistrata hija l-liġi tal-Istat:

(a) fejn tkun ir-residenza abitwali tas-sħab irreġistrati fil-mument meta tiġi ppreżentata t-talba jew ir-rikors li jiftaħ il-proċedura għax-xoljiment tas-sħubija rreġistrata; jew fin-nuqqas ta’ hekk

(b) fejn kienet l-aħħar residenza abitwali tas-sħab fis-sħubija rreġistrata, jekk din ir-residenza abitwali waqfet mhux iktar minn sena qabel ma tressqet it-talba jew ir-rikors, sakemm wieħed mis-sħab irreġistrati jkun għadu jirrisjedi f'dak l-Istat fil-mument li titressaq it-talba jew ir-rikors; jew fin-nuqqas ta’ hekk

(c) fejn iż-żewġ sħab irreġistrati kienu ċittadini fil-mument li tressqet it-talba jew rikors.

Jekk ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli fuq il-bażi ta’ li ntqal fuq, tapplika l-liġi tal-Istat tal-qorti li tkun qed tittratta l-kawża.

Il-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità komuni tas-sħab konviventi tapplika għat-twaqqif, ix-xoljiment u l-effetti legali ta’ koabitazzjoni barra mir-rabta taż-żwieġ. Jekk in-nazzjonalità tas-sħab konviventi tkun differenti, tapplika l-liġi tal-Istat fejn tinsab ir-residenza abitwali tas-sħab konviventi, jew fin-nuqqas ta’ residenza abitwali, l-aħħar residenza abitwali komuni. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata r-residenza abitwali komuni tas-sħab konviventi, tapplika l-liġi tal-Istat tal-qorti li tkun qed tittratta l-kawża. Is-sħab konviventi għandhom l-għażla tal-liġi applikabbli għar-relazzjoni tal-proprjetà tagħhom.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Hawnhekk, il-leġiżlazzjoni applikabbli hija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-Regolament (UE) 1259/2010 (Ruma III). Il-miżżewġin jistgħu jagħżlu liġi skont l-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament qabel ma jiskadi t-terminu stabbilit mill-qorti fl-ewwel seduta.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Hawnhekk, il-leġiżlazzjoni applikabbli hija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Għar-relazzjonijiet tal-proprjetà matrimonjali, il-liġi applikabbli hija dik tal-istat tan-nazzjonalità tal-miżżewġin fil-mument tas-sentenza. Jekk in-nazzjonalità tal-miżżewġin tkun differenti fil-mument tas-sentenza, tapplika l-liġi tal-Istat fejn tinsab ir-residenza abitwali tal-miżżewġin, jew fin-nuqqas ta’ residenza abitwali komuni, l-aħħar residenza abitwali komuni. Jekk il-miżżewġin ma kellhomx residenza komuni, tapplika l-liġi tal-Istat tal-qorti li tittratta l-kawża.

Il-miżżewġin għandhom l-għażla tal-liġi li tirregola l-beni taż-żwieġ tagħhom, sakemm din tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a) il-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità ta’ wieħed mill-miżżewġin fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim,

(b) il-liġi tal-istat fejn wieħed mill-miżżewġin kellu r-residenza abitwali tiegħu fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, jew

(c) il-liġi tal-Istat tal-qorti li tittratta l-kawża.

L-għażla tal-liġi applikabbli qiegħda hemm ukoll għall-miżżewġin futuri. Il-liġi applikabbli tista’ tintgħażel qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-qorti fl-ewwel seduta. Sakemm il-miżżewġin ma jaqblux mod ieħor, l-għażla tal-liġi applikabbli għall-beni taż-żwieġ tagħhom ikollha effett legali għall-futur biss.

Il-ftehim dwar il-beni taż-żwieġ ikun formalment validu wkoll jekk jikkonforma mal-liġi tal-post tal-formazzjoni tal-kuntratt.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament (UE) 650/2012 japplika għall-persuni li mietu fis-17 ta' Awwissu 2015 jew wara.

3.8 Proprjetà reali

Għas-sjieda u drittijiet in rem oħrajn, inklużi r-rahan u l-pussess, tapplika l-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà.

3.9 Insolvenza

L-Artikoli 7–17 tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (UE) 2015/848 jiddeterminaw il-liġi applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 15/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Malta

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Il-liġijiet nazzjonali huma statutorji (jiġifieri liġijiet miktubin). Dawn huma aċċessibbli mingħajr ħlas fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-Liġijiet ta’ Malta. Wara li ssieħbet mal-Unjoni Ewropea fl-2004, is-sistema legali Maltija tinkorpora wkoll il-liġijiet u r-regolamenti tal-UE li huma direttament applikabbli jew trasposti fil-liġijiet Maltin u li x’aktarx jieħdu preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni domestika.

Għalkemm il-prinċipju tal-preċedent ma għandux għeruq fil-liġi Maltija u ma jsibx applikazzjoni vinkolanti f’Malta, il-qrati Maltin ġeneralment għandhom tendenza jagħtu piż lis-sentenzi preċedenti, partikolarment deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Appell u l-Qorti Kostituzzjonali (it-tnejn Qrati Superjuri f’Malta).

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

  • Il-Konvenzjoni tal-5 ta’ Ottubru 1961 li Telimina l-Eżiġenza tal-Leġiżlazzjoni ta’ Atti Pubbliċi Barranin
  • Il-Konvenzjon tal-15 ta' Novembru 1965 dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Ekstraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali
  • Il-Konvenzjoni tat-18 ta’ Marzu 1970 dwar it-Teħid ta’ Evidenza Barra mill-Pajjiż fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali
  • Il-Konvenzjoni tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri
  • Il-Konvenzjoni tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar Aċċess Internazzjonali għal Ġustizzja
  • Il-Konvenzjoni tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-Liġi Applikabbli għat-Trusts u r-Rikonoxximent tagħhom
  • Il-Konvenzjoni tal-25 ta’ Jannar 1988 dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet ta’ Taxxa
  • Il-Konvenzjoni tas-16 ta’ Jannar 1992 dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkeoloġiku
  • Il-Konvenzjoni tad-29 ta’ Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f’Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor
  • Il-Konvenzjonitad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal
  • Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali
  • Il-Konvenzjoni tat-30 ta’ Ġunju 2005 dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Forum
  • Il-Konvenzjoni tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom Oħra ta' Manteniment tal-Familja
  • Il-Protokoll tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment

Malta rratifikat ukoll numru ta’ Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti - l-istatus tar-ratifika jista’ jiġi vverifikat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Ma nafux b’xi konvenzjonijiet bilaterali li fihom dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-liġi li Malta hija firmatarja tagħhom.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Ir-regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet ma jistgħux jitqajmu ex officio mill-imħallef; dawn ir-regoli japplikaw biss jekk tal-inqas waħda mill-partijiet fil-kawża tkun sostniet illi hemm kunflitt ta’ liġijiet. Il-parti li tqajjem din l-eċċezzjoni trid tagħti prova suffiċjenti lill-qorti dwar il-kontenut tal-liġi barranija. Fin-nuqqas ta’ din l-eċċezzjoni, jew ta’ prova sodisfaċenti, il-qrati nazzjonali għandhom jiddeċiedu skont il-liġi Maltija.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Il-pożizzjoni Maltija mhix ċara rigward l-applikazzjoni tad-duttrina ta’ rinviju. Ir-regoli kodifikati dwar l-għażla tal-liġi huma limitati u għalhekk ta’ spiss iridu jiġu applikati regoli mhux kodifikati tal-Dritt Internazzjonali Privat mill-qrati biex jiġi determinat liema liġi għandha tapplika fil-każ partikolari. Fil-fatt, il-Qrati Maltin qalu illi fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tirregola d-dritt internazzjonali privat, il-Qrati Maltin għandhom jirrikorru għall-prinċipji tad-Dritt Komuni Ingliż. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-qrati Maltin jadottaw l-applikazzjoni Ingliża tar-rinviju. Għalhekk, id-duttrina ta’ rinviju tiġi miċħuda f’każ ta’ delitti, assigurazzjoni u kuntratti. Madankollu hija tapplika f’każ tal-validità ta’ testmenti, talbiet dwar propjetà immobbli barranija u kwistjonijiet dwar il-liġi tal-familja.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Dan jiġi trattat billi jiġi speċifikat f’kull regola tal-għażla tal-liġi l-mument li fih jiġi identifikat il-fattur ta’ konnessjoni.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-Qrati Maltin jistgħu jirrifjutaw illi japplikaw liġi barranija li tmur kontra l-politika pubblika Maltija u jekk dik il-liġi barranija tista’ tiġi karatterizzata bħala dritt fiskali barrani jew liġi kriminali.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

L-eċċezzjoni ta’ liġi barranija trid tiġi pruvata bħala kwistjoni ta’ fatt u mhux bħala punt ta’ dritt. Il-Qrati Maltin għandhom is-setgħa jinterpretaw il-leġiżlazzjoni domestika iżda mhux li jinterpretaw il-kontenut tal-liġi barranija huma stess. Sabiex tifhem il-liġi barranija, il-Qorti taħtar esperti dwar il-liġi barranija. Il-partijiet fil-kawża wkoll jistgħu jressqu rapporti mħejjija minn diversi esperti bħala parti mill-provi tagħhom.

L-oneru tal-provi jaqa’ fuq il-parti li tqajjem l-eċċezzjoni, jiġifieri l-konvenut fil-kawża.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

F’każijiet li jikkonċernaw l-obbligi kuntrattwali f’pajjiżi mhux fl-UE, tapplika l-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980, b’riżultat tal-Att li Jirratifika l-Konvenzjoni ta’ Ruma fuq l-Obbligazzjonijiet Kuntrattwali, il-Kapitolu 482 tal-Liġijiet ta’ Malta. Min-naħa l-oħra, l-obbligi kuntrattwali fi ħdan il-pajjiżi tal-UE huma regolati mir-Regolament Ruma I (ir-Regolament (KE) 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Ir-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet għall-obbligi mhux kuntrattwali huma regolati mir-Regolament (KE) 864/2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II).

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Iċ-ċittadinanza Maltija tinkiseb mat-twelid, jekk l-omm jew missier it-tarbija jkunu ċittadini Maltin.

Bil-kontra taċ-ċittadinanza, ir-residenza abitwali tista’ tintgħażel mill-individwu meta’ jilħaq l-età maġġuri. Ir-residenza abitwali tingħata skont il-post fejn jgħix l-individwu flimkien mal-ħsieb li wieħed jgħix f’dik il-ġuriżdizzjoni rilevanti b’mod indefinit jew permanenti.

Il-kapaċità li wieħed jidħol għal ċerti obbligi, bħal pereżempju ż-żwieġ, kuntratt, attività kummerċjali, testment, eċċ hija determinata minn regoli speċifiċi għal dak il-qasam.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Ir-responsabbiltajiet tal-ġenitur għat-tfal tiegħu huma determinati mill-Kodiċi Ċivili Malti, madankollu s-setgħa tal-ġenitur tieqaf ipso jure meta l-minuri jilħaq l-età ta’ tmintax-il sena. Il-ġuriżdizzjoni tal-qorti Maltija hija determinata mir-Regolament (KE) 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri (Brussell IIa). Din tiġi diskussa aktar fil-fond fis-sezzjoni rilevanti.

3.4.2 L-adozzjoni

L-adozzjoni wkoll hija regolata mill-Kodiċi Ċivili Malti u jiġi applikat mill-Qrati Maltin kull meta jkollhom il-ġuriżdizzjoni. L-adozzjonijiet barranin huma rikonoxxuti mil-liġi Maltija skont it-termini tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Il-validità formali ta’ żwieġ hija regolata mil-liġi tal-post fejn ġie ċċelebrat iż-żwieġ. F’Malta, il-formalitajiet għaż-żwieġ jinsabu fil-Kapitolu 255 tal-Liġijiet ta’ Malta (l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar iż-Żwieġ). Dan l-Att jirregola, fost oħrajn, ir-restrizzjonijiet fuq iż-żwieġ. Waħda mir-restrizzjonijiet li jsemmi l-Att hija illi "żwieġ bejn persuni li waħda minnhom tkun taħt l-età ta’ sittax-il sena jkun null.”

Il-liġi applikabbli f’Malta hija li jitqies id-domiċilju tal-konjuġi.

3.5.2 Koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

L-Unjonijiet Ċivili huma regolati mill-Kapitolu 530 tal-Liġijiet ta’ Malta (l-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili), li mbagħad jirreferi għall-Kapitolu 255. Għalhekk il-formalitajiet u r-rekwiżiti meħtieġa skont il-Kapitolu 255 jridu jiġu sodisfatti wkoll mill-unjonijiet ċivili.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Qorti Maltija jkollha ġuriżdizzjoni fi proċedimenti ta’ divorzju biss skont ir-Regolament (KE) 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri. Din tiġi diskussa aktar fil-fond fis-sezzjoni rilevanti.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Malta hija marbuta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment. Din tiġi diskussa aktar fil-fond fis-sezzjoni rilevanti.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Il-liġi applikabbli f’Malta hija l-liġi tal-post fejn tinsab id-dar matrimonjali (lex situs). Skont l-Artikolu 1316 tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi li kull żwieġ iċċelebrat Malta jagħti lok għar-reġim tal-komunjoni tal-akkwisti. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ żwieġ iċċelebrat barra minn Malta bejn konjuġi li mbagħad jistabbilixxu r-residenza tagħhom f’Malta, il-komunjoni tal-akkwisti ssir ir-reġim matrimonjali ta’ bejniethom hekk kif jistabbilixxu r-residenza tagħhom f’Malta, sakemm ma jkunux għamlu ftehim minn qabel li jeskludi l-komunjoni tal-akkwisti.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Fil-każ ta’ wirt u testmenti, il-Qrati Maltin dejjem adottaw id-dritt komuni. Għalhekk f’"każijiet ta’ suċċessjoni ab intestato" (jiġifieri meta ma jkunx sar testment) għas-suċċessjoni ta’ propjetà mobbli tapplika l-liġi tad-domiċilju tat-testatur fil-mument tal-mewt; għas-suċċessjoni tal-proprjetà immobbli tapplika l-liġi tal-qorti fejn tinsab il-propjetà. F’każijiet li jinvolvu testmenti, il-kapaċità tat-testatur biex jagħmel testment hija ddeterminata mil-liġi tal-pajjiż tad-domiċilju tat-testatur fid-data tat-testment. Legatarju għandu l-kapaċità jirċievi propjetà mobbli jekk ikollu l-kapaċità jew taħt il-liġi tad-domiċilju tiegħu stess jew inkella skont il-liġi tad-domiċilju tat-testatur. Barra minn hekk, testment jitqies validu formalment jekk jikkonforma ma’ xi waħda minn dawn il-liġijiet li ġejjin: il-liġi tal-post fejn ġie eżegwit it-testment (jiġifieri normalment fejn jiġi ffirmat bix-xhieda) fiż-żmien li ġie eżegwit; il-liġi tad-domiċilju, tar-residenza abitwali jew tan-nazzjonalità tat-testatur fil-ħin li ġie eżegwit it-testment; il-liġi tad-domiċilju, tar-residenza abitwali jew tan-nazzjonalità tat-testatur fil-mument li ġie eżegwit it-testment. Testment huwa formalment validu wkoll b’mod illi jkun jista’ jittrasferixxi l-propjetà immobbli jekk ikun konformi mal-liġi tal-ġuriżdizzjoni fejn tinsab il-proprjetà.

3.8 Proprjetà reali

3.9 Insolvenza

Malta hija marbuta bir-Regolament (KE) 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ insolvenza, kif emendat. Ir-Regolament jipprevedi, fost l-oħrajn, ir-regoli rilevanti fi proċedimenti li jinvolvu l-iżvestiment totali jew parzjali tad-debitur u l-ħatra ta’ stralċjarju meta l-interessi ewlenin tad-debitur ikunu fi Stat Membru tal-UE. F’każijiet li ma jaqgħux taħt ir-Regolament (KE) 1346/2000, il-liġi Maltija tiġi applikata fejn il-qorti Maltija jkollha ġuriżdizzjoni, jiġifieri meta l-kumpanija tkun reġistrata Malta.

L-aħħar aġġornament: 11/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Awstrija

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Id-dritt internazzjonali privat Awstrijak ġie kkodifikat, primarjament fl-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Gesetz über das internationale Privatrecht – IPR-Gesetz) tal-15 ta’ Ġunju 1978, BGBl. Nru 304/1978. Id-dispożizzjonijiet dwar il-konflitt tal-liġijiet jinsabu f’liġijiet oħrajn apparti mill-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (taħt, IPRG):

  • L-Artikolu 13a tal-Att Federali tat-8 ta’ Marzu1979 li jadotta dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur (l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur– KSchG) (Bundesgesetz vom 8. März 1979, mit dem Bestimmungen zum Schutz der Verbraucher getroffen werden (Konsumentenschutzgesetz - KSchG)), BGBl. Nru 140/1979
  • L-Artikolu 11 tal-Att Federali dwar ix-xiri tad-dritt li beni immobbli jintużaw fuq bażi timeshare (l-Att Timeshare – TNG) (Bundesgesetz über den Erwerb von Teilzeitnutzungsrechten an unbeweglichen Sachen (Teilzeitnutzungsgesetz – TNG)), BGBl. I Nru 32/1997
  • L-Artikolu 20 tal-Att Federali li jimplimenta d-Direttiva 93/7/KEE fuq ir-ritorn ta’ oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea (Bundesgesetz zur Umsetzung der Richtlinie 93/7/EWG über die Rückgabe von unrechtmäßig aus dem Hoheitsgebiet eines Mitgliedstaates der Europäischen Gemeinschaft verbrachten Kulturgütern), BGBl. I Nru 67/1998
  • L-Artikolu 23 tal-Att Federali dwar l-imputabilità ċivili għal ħsara kkawżata mir-radjoattività (Att dwar l-Imputabilità Nukleari 1999 – AtomHG 1999) (Bundesgesetz über die zivilrechtliche Haftung für Schäden durch Radioaktivität (Atomhaftungsgesetz 1999 – AtomHG 1999)), BGBl. I Nru 170/1998
  • L-Artikoli 16 u 18 tal-Att Federali dwar il-finalità tas-saldu fis-sistemi ta’ pagamenti u saldu tat-titoli (Att dwar il-Finalità tas-Saldu) (Bundesgesetz über die Wirksamkeit von Abrechnungen in Zahlungs- sowie Wertpapierliefer und -abrechnungssystemen (Finalitätsgesetz)), BGBl. I Nru 98/2001
  • L-Artikoli 221 sa 235 tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza (Insolvenzordnung)

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

L-Artikolu 53 IPRG jiddikjara li ma jaffettwax ftehimiet internazzjonali, li mhux biss jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, iżda wkoll fuq regoli nazzjonali dwar il-konflitt tal-liġijiet. Il-konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali li ġejjin, li l-Awstrija hija parti minnhom, fihom regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet:

  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-24 ta’ Ottubru 1956 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment lejn it-tfal
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar is-Setgħat tal-Awtoritajiet u l-Liġi Applikabbli fil-qasam tal-Protezzjoni tal-Minorenni
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar il-Kunflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-4 ta’ Mejju 1971 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku
  • Il-Konvenzjoni CIEC tal-20 ta’ Settembru 1970 dwar il-leġittimazzjoni permezz taż-żwieġ sussegwenti
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-kooperazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-miżuri tal-protezzjoni tat-tfal
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-13 ta’ Jannar 2000 dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti
  • Il-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

It-trattati bilaterali li ġejjin fihom regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet:

  • It-Trattat ta’ Ħbiberija u Residenza tad-9 ta’ Settembru 1959 bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Imperu tal-Iran
  • It-Trattat tas-16 ta’ Diċembru 1954 bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika Popolari Federali tal-Jugoslavja dwar relazzjonijiet legali reċiproċi
  • It-Trattat tal-11 ta’ Diċembru 1963 bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika Popolari tal-Polonja dwar ir-relazzjonijiet reċiproċi fi kwistjonijiet u dokumentazzjoni tad-dritt ċivili

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Id-dritt barrani huwa applikabbli uffiċjalment u fil-qasam oriġinali tal-applikazzjoni tiegħu (l-Artikolu 3 IPRG).

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Skont l-Artikolu 5 IPRG, għandu jkun hemm konformità mar-rinviju sakemm ma ssirx referenza partikolari għal-dritt sostantiv tal-Istat l-ieħor. Jekk il-liġi barranija tirreferi lura għad-dritt Awstrijak, allura d-dritt Awstrijak ikun deċiżiv. Jekk il-liġi barranija tirreferi għal liġi li għaliha diġà tkun saret referenza, il-dritt applikabbli jkun dak li għalih tkun saret referenza l-ewwel.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Il-bidliet sussegwenti fil-kundizzjonijiet li huma deċiżivi għall-konnessjoni ma’ ordinament ġuridiku speċifiku normalment ma jaffettwawx l-elementi ta’ kawża li diġà jkunu ġew solvuti (l-Artikolu 7 IPRG), għalkemm ċerti regoli speċifiċi dwar il-konflitt tal-liġijiet jinkludu eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju. Fil-prinċipju, id-dritt deċiżiv għal kwistjonijiet li diġà jkunu ġew konklużi jkun id-dritt applikabbli fil-ħin li dawk il-kwistjonijiet inqalgħu, u d-dritt deċiżiv għal kwistjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx riżolti huwa d-dritt applikabbli fil-ħin li tkun qed tinqata’ s-sentenza.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Id-dritt li ssir riferenza għalih ma jkunx applikabbli jekk l-applikazzjoni tiegħu jkollha tipproduċi riżultat li jkun inkompatibbli mal-valuri fundamentali tal-ordinament ġuridiku Awstrijak (l-Artikolu 6 IPRG).

Skont id-dritt Awstrijak, hemm dispożizzjonijiet li huma applikabbli irrispettivament mir-regoli tad-dritt internazzjonali privat (regoli obbligatorji). Għal xi wħud minn dawn id-dispożizzjonijiet, il-karattru tagħhom ta’ regoli obbligatorji jinbet mill-għażla tal-kliem tagħhom, f’oħrajn sempliċiment mill-iskop tal-liġi.

Regoli obbligatorji qegħdin stipulati, pereżempju, fl-Artikoli 7, 7a u 7b tal-Att li jemenda l-liġi dwar il-kuntratti tax-xogħol (Arbeitsvertragsrechts-AnpassungsgesetzAVRAG) u jipprevedu li, irrispettivament mid-dritt applikabbli, il-ħaddiema Awstrijaċi huma intitolati għal tal-anqas il-pagi negozjati minn ftehim kollettiv u l-btala minima. Regola obbligatorja ulterjuri hija prevista fl-Artikolu 13a(2) KSchG, skont liema l-Artikolu 6 KSchG (dwar klawżoli tal-kuntratt inammissibbli), l-Artikolu 864a tal-Kodiċi Ċivili (ABGB) (dwar il-validità ta’ provvedimenti insoliti f’termini ġenerali tan-negozju u forom ta’ kuntratti) u l-Artikolu 879(3) ABGB (dwar in-nullità ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali f’termini ġenerali tan-negozju u forom tal-kuntratti li jippreġudikaw il-protezzjoni tal-konsumatur b’mod gross) huma deċiżivi, irrispettivament mil-liġi li tirregola l-kuntratt, jekk il-kuntratt ġie konkluż b’rabta ma’ attività li saret mill-operatur tas-suq fl-Awstrija bl-għan li jikkonkludi tali kuntratti.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Id-dritt barrani huwa soġġett li jiġi stabbilit b’mod uffiċjali. Għal dan il-għan, il-qorti tista’ tiddependi fuq il-kooperazzjoni tal-partijiet, fuq informazzjoni mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja jew fuq rapporti esperti. Jekk, minkejja sforzi konsiderevoli, ma tkunx kapaċi tipprova d-dritt barrani fi żmien raġonevoli, japplika d-dritt Awstrijakk (l-Artikolu 4 IPRG).

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Obbligi kuntrattwali li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), ĠU L 177 tal-4 ta’ Lulju 2008, p. 6, għandhom jiġu ġġudikati skont l-għażla tal-liġi applikabbli espressament jew konklużivament speċifikata mill-partijiet. Jekk ma tkun saret l-ebda għażla tal-liġi applikabbli, id-dritt deċiżiv ikun dak tal-Istat tar-residenza abitwali (stabbiliment) tal-parti li twettaq is-servizz li jkun karatteristika tal-kuntratt (l-Artikolu 35 IPRG).

Regoli speċjali dwar il-konflitt ta’ liġijiet japplikaw għal kuntratti konklużi minn konsumaturi. Ir-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet previsti f’għadd ta’ direttivi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur huma trasposti fl-Artikolu 13a(1) tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur, li fil-biċċa l-kbira tiegħu jirrestrinġi l-libertà tal-għażla tad-dritt biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Drittijiet mhux kuntrattwali biex jiġu mitluba d-danni li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 864/2007 dwar id-dritt applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II – ĠU L 199 tal-31 ta’ Lulju 2007, p. 40) għandhom jiġu ġġudikati skont l-għażla tad-dritt murija espressament jew konklużivament mill-partijiet. Jekk ma tkun saret l-ebda għażla ta' dritt applikabbli, id-dritt deċiżiv huwa dak tal-Istat li fih tkun saret l-imġiba li tkun wasslet għad-danni. Madankollu, jekk għall-partijiet ikkonċernati jkun hemm rabta ikbar mad-dritt ta’ Stat differenti uniku, allura d-dritt ta’ dak l-Istat ikun deċiżiv (l-Artikolu 48 IPRG).

Din ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet tiddetermina d-dritt applikabbli għall-kwistjoni ta’ jekk obbligazzjoni għad-danni tfaċċatx, min hu responsabbli għad-danni u l-ammonti pagabbli. Tinkludi wkoll kwistjonijiet ta’ negliġenza kontributorja u l-pretensjoni diretta tal-parti li tkun saritilha d-dannu kontra l-assiguratur, kif ukoll il-perijodu ta’ preskrizzjoni għall-pretensjonijiet għad-danni.

Id-drittijiet li jintalab kumpens li jirriżulta minn inċidenti tat-traffiku, li jaqgħu taħt l-ambitu tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-4 ta’ Mejju 1971 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku, għandhom jiġu konnessi skont din il-Konvenzjoni.

Drittijiet mhux kuntrattwali li jintalbu d-danni li jkunu nibtu fl-Awstrija b’riżultat ta’ radjazzjoni jonizzanti għandhom, fuq talba tal-parti li saritilha l-ħsara, jiġu ġġudikati skont id-dritt Awstrijakk (l-Artikolu 23(1) AtomHG 1999). Jekk il-ħsara kkawżata mir-radjazzjoni jonizzanti sseħħ barra u għandha tiġi ġġudikata skont id-dritt Awstrijakk, il-kumpens għad-danni għandu jingħata biss u sal-punt li l-istatus personali tal-parti offiża jiddisponi (l-Artikolu 23(2) AtomHG 1999).

Liema liġi tapplika għal negotiorum gestio jew għal pretensjonijiet li joriġinaw minn arrikkiment indebitu huwa rregolat mir-Regolament Ruma II.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

L-istatus personali ta’ persuna huwa rregolat mil-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità tagħha. Jekk persuna jkollha iktar minn nazzjonalità waħda, id-dritt deċiżiv ikun dak tal-Istat li miegħu dik il-persuna jkollha l-eqreb rabta; madankollu, iċ-ċittadinanza Awstrijaka dejjem tieħu preċedenza. Għar-refuġjati u l-persuni mingħajr Stat, l-istatus personali huwa rregolat mid-dritt tal-Istat tar-residenza abitwali tagħhom (l-Artikolu 9 IPRG).

Id-dritt ta’ persuna li jkollha isem għandu jiġi ġġudikat skont l-istatus personali tagħha, tkun xi tkun ir-raġuni li abbażi tagħha t-teħid ta’ isem ikun se jsir (l-Artikolu 13 IPRG).

L-isem wara ż-żwieġ, pereżempju, għaldaqstant m’għandux jiġi ġġudikat skont l-istat ċivili iżda skont l-istatus tal-isem. L-istatus formali ġenerali ta’ l-Artikolu 8 IPRG japplika għall-forma ta’ dikjarazzjonijiet ta' deżinjazzjoni tal-isem. (Skont dan, il-forma ta’ att legali għandha tiġi ġġudikata mill-istess liġi tal-att legali nnifsu; madankollu, il-konformità mar-rekwiżiti formali tal-Istat li fih jitwettaq l-att legali hija biżżejjed.) Skont il-każistika, isem li jkun ittieħed taħt status personali preċedenti ma jinbidilx sempliċiment bil-bidla tal-istatus personali (nazzjonalità).

Il-kapaċità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi ta’ persuna wkoll għandhom jiġu ġġudikati abbażi tal-istatus personali ta’ dik il-persuna (l-Artikolu 12 IPRG). Din ir-referenza tinkludi kull restrizzjoni tal-kapaċità li taġixxi, pereżempju b’riżultat ta’ marda mentali, iżda mhux il-kapaċità li persuna tiżżewweġ. Jekk persuna tkun saret adulta, din tibqa’ hekk, saħansitra kieku dan ma jkunx il-każ skont status personali ġdid akkwiżit.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Ir-rekwiżiti ta’ leġittimità ta’ wild u biex din tiġi kkontestata għandhom jiġu ġġudikati skont l-istatus ċivili personali li l-konjugi kellhom fil-waqt tat-twelid tal-wild jew, jekk iż-żwieġ ġie xolt qabel, fil-waqt tax-xoljiment. Jekk il-konjugi jkollhom stati ċivili differenti, l-istatus personali tal-wild fil-waqt tat-twelid huwa deċiżiv. L-ambitu tal-applikazzjoni ta’ din ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet jinkludi wkoll il-preżunzjoni ta’ paternità tar-raġel, ir-raġunijiet li għalihom il-leġittimità qed tiġi kkontestata u wkoll il-kwistjoni ta’ min huwa intitolat jikkontesta l-leġittimità u liema termini preskrittivi japplikaw biex jagħmlu dan.

Ir-rekwiżiti għal-leġittimazzjoni ta’ wild illeġittimu permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ leġittimità (jiġifieri permezz ta’ att ta’ awtorità pubblika, mhux ta’ żwieġ sussegwenti) għandhom jiġu ġġudikati skont l-istatus personali tal-missier (l-Artikolu 23 IPRG).

Skont il-ftehim ta’ leġittimazzjoni, il-leġittimazzjoni permezz taż-żwieġ sussegwenti tal-ġenituri tkun effettiva jekk dan ikun il-każ skont id-dritt tal-Istat ta’ nazzjonalità tal-missier jew l-omm.

Ir-rekwiżiti biex il-paternità tiġi stabbilita u rikonoxxuta b’rabta ma’ wild illeġittimu għandhom jiġu vvalutati skont l-istatus personali tal-wild fil-waqt tat-twelid. Status personali sussegwenti tal-wild ikun deċiżiv jekk l-istabbiliment jew ir-rikonoxximent ikun permissibbli skont dan l-istatus, iżda mhux skont l-istatus personali fil-waqt tat-twelid. Il-liġi skont liema l-paternità tkun ġiet stabbilita jew rikonoxxuta hija deċiżiva wkoll biex din tiġi kkontestata (l-Artikolu 25 IPRG).

Relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied: L-effetti tal-leġittimità u l-leġittimazzjoni ta’ wild u tal-illeġittimità għandhom jiġu ġġudikati skont l-istatus personali tal-wild. L-Artikoli 24 u 25 IPRG ikopru kwistjonijiet tal-kura u t-trobbija tal-wild, l-amministrazzjoni u l-użu tal-assi tal-wild, ir-rappreżentanza legali minn ġenitur wieħed jew it-tnejn li huma, inkluż il-bżonn għall-approvazzjoni uffiċjali ta’ ċerti atti ta’ rappreżentanza, kif ukoll, għal ulied leġittimi, ir-riżolviment tal-kustodja wara d-divorzju tal-ġenituri u t-talbiet reċiproċi għal manteniment. Dawn id-dispożizzjonijiet huma fil-biċċa l-kbira tagħhom koperti wkoll mill-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u l-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Protezzjoni tal-Minorenni tal-1961 f’każijiet fejn din tkun (għadha) fis-seħħ (b’rabta mat-Turkija u l-Macao). Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw id-dritt domestiku tagħhom għal miżuri biex jiżguraw il-protezzjoni tal-minorenni; l-awtoritajiet fl-Istat ta’ residenza huma ġeneralment kompetenti.

Fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ filjazzjoni, din tiddependi fuq l-istatus personali f’ħin partikolari. Dan mhuwiex il-każ għal kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-wild; li jimporta huwa l-istatus personali rispettiv tal-wild. Jekk l-istatus personali jinbidel, ir-relazzjoni bejn il-ġenitur u l-wild għandha tiġi vvalutata skont l-istatus personali ġdid miż-żmien tal-bidla fl-istatus (il-bidla tal-fatturi ta’ konnessjoni rilevanti, nazzjonalità).

Il-każistika ripetutament ma applikatx regolamenti ta’ kustodja skont ordinamenti ġuridiċi barranin bir-raġuni li dawn kienu jmorru kontra l-ordni pubbliku jekk ma kinux jikkunsidraw l-aħjar interessi tal-minuri.

3.4.2 L-adozzjoni

Taħt l-Artikolu 26 IPRG, il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ wild u għat-terminazzjoni tal-adozzjoni huma bbażati fuq l-istatus personali ta’ kull wieħed mill-ġenituri adottivi. Barra minn hekk, l-istatus personali tal-wild ikun deċiżiv, minkejja li fil-każ tal-ulied li jkunu minorenni, ikun deċiżiv biss sa fejn ikun jipprevedi l-kunsens tal-wild jew ta’ parti terza li jkollha relazzjoni mal-wild skont id-dritt tal-familja. Il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ wild jinkludu pereżempju l-età tal-ġenitur adottiv, id-differenza fl-età bejn il-ġenituri adottivi u l-wild għall-adozzjoni u l-kwistjoni ta’ għaliex u taħt liema kundizzjonijiet l-eżistenza tal-ulied tal-ġenitur adottiv stess tipprojbixxi l-adozzjoni ta’ wild, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ta’ kunsens, inkluża l-possibbiltà ta’ deċiżjoni uffiċjali xort’oħra dwar il-kunsens miċħud.

L-effetti tal-adozzjoni ta’ wild għandhom ikunu ġġudikati skont l-istatus personali tal-ġenitur adottiv u fil-każ tal-adozzjoni minn konjuġi, skont il-liġi deċiżiva f’termini ta’ regolamentazzjoni tal-effetti legali personali taż-żwieġ. Wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi, l-istatus personali tal-konjuġi l-ieħor ikun deċiżiv għal dawn l-effetti.

L-effetti tal-adozzjoni ta’ wild f’termini ta dritt tas-suċċessjoni għandhom ikunu ġġudikati mhux skont l-istatus tal-adozzjoni, iżda skont l-istatus tas-suċċessjoni.

L-adozzjoni ta’ wild bħala tali hija ċirkostanza fattwali konkluża, għaldaqstant il-ġudizzju ma jinbidilx jekk l-istatus personali jew il-fattur ta’ konnessjoni sussegwentement jinbidel. L-istatus ta’ persuna adottata min-natura tiegħu huwa relazzjoni legali permanenti. L-istatus li jkun deċiżiv għall-effetti tal-adozzjoni ta’ wild jista’ għaldaqstant jinbidel: jiddependi mill-istatus personali rispettiv tal-ġenitur adottiv.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

L-għamla ta’ żwieġ fl-Awstrija għandu jkun iġġudikat skont il-liġi tal-Awstrija u l-għamla ta’ żwieġ barra l-pajjiż għandu jkun iġġudikat skont l-istatus personali ta’ kull wieħed mill-għarajjes; madankollu, il-konformità mar-rekwiżiti formali tal-post taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ hija biżżejjed (l-Artikolu 16 IPRG). Ir-referenza limitata għar-rekwiżiti formali tal-post taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ tirreferi għad-dispożizzjonijiet tad-dritt sostantiv tal-liġi msemmija, b’hekk kull rinviju skont il-liġi lokali jkun għaldaqstant irrilevanti (eċċezzjoni mill-Artikolu 5 IPRG).

Ir-rekwiżiti għaż-żwieġ u n-nullità ta’ żwieġ u r-rekwiżiti għall-annullament taż-żwieġ (f’kuntrast mad-divorzju) għandhom ikunu ġġudikati għal kull wieħed mill-għarajjes skont l-istatus personali tagħhom (l-Artikolu 17 IPRG). Madankollu, jekk il-liġi applikabbli għall-istatus personali ta’ wieħed mill-għarajjes jew tat-tnejn li huma ma jkun fiha l-ebda dispożizzjoni dwar iż-żwieġ abbażi tal-ġeneru ta’ wieħed mill-għarajjes jew tat-tnejn li huma, ir-rekwiżiti għaż-żwieġ għandhom jiġu ġġudikati skont il-liġi tal-Istat li fih iż-żwieġ ikun stabbilit.

Din ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet tirrigwarda r-rekwiżiti materjali għaż-żwieġ, bħall-età li tinħtieġ, in-nuqqas ta’ impedimenti għaż-żwieġ, kwalunkwe rekwiżit ta’ kunsens u s-sostitwibbiltà tagħhom.

Skont l-Artikolu 18 IPRG, l-effetti legali personali taż-żwieġ għandhom ikunu ġġudikati skont l-istatus personali komuni tal-konjuġi jew, fin-nuqqas ta’ status personali komuni, skont l-aktar status personali reċenti, jekk wieħed minnhom ikun żammu. Inkella, għandhom ikunu ġġudikati skont il-liġi tal-Istat li fih iż-żewġ konjuġi jirrisjedu abitwalment jew, fin-nuqqas ta’ tali residenza, skont il-liġi tal-Istat li fih iż-żewġ konjuġi kellhom l-aħħar residenza abitwali tagħhom, jekk wieħed minnhom ikun żammha.

L-ambitu ta’ din ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet ikopri wkoll l-obbligu tal-komunjoni konjugali, il-konsegwenzi għar-residenza, l-obbligu li tingħata assistenza, kif ukoll id-dritt tal-manteniment ta’ kull konjuġi, iżda mhux il-liġi marbuta mal-użu tal-kunjom taż-żwieġ jew ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali. Ir-referenza tista’ tinbidel; jekk il-fatturi ta’ konnessjoni jinbidlu, liġi differenti tista’ ssir deċiżiva.

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

L-Att dwar is-Sħubija Rreġistrata (Gesetz über die eingetragene Partnerschaft) daħħal mill-Artikoli 27a sa 27d fl-IPRG.

Ir-rekwiżiti (kif ukoll l-għamla) tas-sħubija rreġistrata, in-nullità tagħha u x-xoljiment dovut għal ħtija għandhom ikunu ġġudikati skont il-liġi tal-Istat li fih tkun ġiet stabbilita (l-Artikolu 27a IPRG).

Skont l-Artikolu 27b IPRG, l-effetti personali tas-sħubija rreġistrata għandhom ikunu ġġudikati skont il-liġi tal-Istat li fih is-sħab reġistrati jkollhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ residenza abitwali komuni, skont il-liġi tal-Istat li fih it-tnejn li huma kellhom l-aħħar residenza abitwali tagħhom, jekk wieħed minnhom ikun żammha. Jekk, skont dan, il-liġi tal-Istat ta’ residenza ma tkunx jista’ tiġi applikata jew jekk din il-liġi ma tirregolax l-effett legali personali, l-istatus personali komuni tas-sħab irreġistrati jkun deċiżiv jew, fin-nuqqas ta’ status personali komuni, l-aktar status personali komuni reċenti, jekk ikun inżamm minn wieħed minnhom. Inkella, tkun applikabbli l-liġi tal-Awstrija, u dan ikun il-każ ukoll jekk l-istatus personali ma jirregolax l-effetti legali personali tas-sħubija rreġistrata.

Ir-reġim tal-proprjetà tas-sħubija rreġistrata għandu jiġi ġġudikat skont il-liġi applikabbli sa mid-29 ta’ Jannar 2019 skont ir-Regolament (UE) 2016/1104 dwar il-konsegwenzi patrimonjali ta’ sħubijiet irreġistrati.

Ix-xoljiment tas-sħubija rreġistrata li ma jkunx dovut għal ħtija huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li fih is-sħab irreġistrati jkollhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom fil-mument tax-xoljiment, jew fin-nuqqas ta’ tali residenza abitwali komuni, skont il-liġi tal-Istat li fih kellhom l-aħħar residenza abitwali tagħhom, jekk wieħed minnhom ikun żammha. Jekk, skont dan, il-liġi tal-Istat ta’ residenza ma tkunx jista’ tiġi applikata jew jekk, skont il-każ, is-sħubija rreġistrata ma tkunx tista’ tiġi xolta abbażi tal-fatti miġjuba, l-istatus personali komuni tas-sħab irreġistrati jkun deċiżiv jew, fin-nuqqas ta’ status personali komuni, l-aktar status personali komuni reċenti, jekk ikun inżamm minn wieħed minnhom. Inkella, tkun applikabbli l-liġi tal-Awstrija, u dan ikun il-każ ukoll jekk l-istatus personali ma jippermettix ix-xoljiment tas-sħubija rreġistrata abbażi tal-fatti miġjuba.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Skont l-Artikolu 20 IPRG, l-aspetti tad-divorzju li mhumiex irregolati mir-Regolament Ruma III (ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, ĠU L 343 tad-29 ta’ Diċembru 2010, p. 10) (il-konsegwenzi tad-divorzju fuq il-proprjetà) għandhom ikunu ġġudikati skont il-liġi li tkun deċiżiva għall-effetti legali personali taż-żwieġ. Hawnhekk huwa sinifikanti l-waqt tad-divorzju; għaldaqstant ir-referenza ma tistax tinbidel.

Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali għandu jiġi ġġudikat skont il-liġi applikabbli sa mid-29 ta’ Jannar 2019 skont ir-Regolament (UE) 2016/1103 fi kwistjonijiet ta’ reġimi tal-proprjetà matrimonjali.

Ix-xoljiment taż-żwieġ mhuwiex rikonoxxut skont il-liġi tal-Awstrija. Sa fejn dan ma jkunx regolat mir-Regolament Ruma III, ikun jenħtieġ li ssir konnessjoni skont l-eqreb relazzjoni f’konformità mal-Artikolu 1 IPRG. L-eqreb relazzjoni tista’ faċilment tinstab fil-ġurisprudenza b’analoġija mal-Artikolu 20 IPRG.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, ĠU L 7, p. 1 (UE, ir-Regolament dwar il-Manteniment), jirreferi għall-istatus ta’ manteniment għall-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment. Skont dan, il-liġi tal-Istat li fih il-persuna li tkun dovuta l-manteniment ikollha l-post ta’ residenza abitwali tagħha tkun primarjament applikabbli (issupplimentata b’xejriet lejn lex fori, fatturi ta’ konnessjoni speċjali, klawżola difensiva kontra pretensjonijiet “mhux mistennija” u possibbiltà — ferm restrittiva — li tintgħażel il-liġi applikabbli).

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali għandu jiġi ġġudikat skont il-liġi applikabbli sa mid-29 ta’ Jannar 2019 skont ir-Regolament (UE) 2016/1103 fi kwistjonijiet ta’ reġimi tal-proprjetà matrimonjali (ara aktar ’il fuq).

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Is-suċċessjonijiet huma rregolati fir-Regolament dwar is-Suċċessjoni tal-UE (ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, ĠU L 201 tas-27 ta’ Lulju 2012, p. 107). Għal kawżi antiki, japplika l-Artikolu 28 IPRG, li fih hemm stipulat li l-liġi deċiżiva tiddependi fuq l-istatus personali tad-deċedut fil-waqt tal-mewt. Din ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet, fil-prinċipju kopriet ukoll ir-responsabbiltà għad-dejn tal-patrimonju u l-akkwiżizzjoni tas-suċċessjoni. Madankollu, fil-każ li fl-Awstrija kellhom iseħħu proċedimenti dwar wirt, l-akkwiżizzjoni tas-suċċessjoni u r-responsabbiltà għad-dejn tal-patrimonju jiġu ġġudikati skont il-liġi tal-Awstrija (l-Artikolu 28(2) IPRG).

3.8 Proprjetà reali

L-akkwiżizzjoni u t-telf tal-jeddijiet in rem fir-rigward tal-beni tanġibbli, inkluż il-pussess, għandhom ikunu ġġudikati skont il-liġi tal-Istat li fih ikunu jinsabu l-beni malli jitwettqu ċ-ċirkostanzi fattwali sottostanti għall-akkwiżizzjoni jew it-telf. Il-kategorija ġuridika tal-beni u l-kontenut tal-jeddijiet għandhom ikunu ġġudikati skont il-liġi tal-Istat li fih ikunu jinsabu l-beni (l-Artikolu 31 IPRG).

L-ambitu tar-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet ikopri b’mod partikolari s-sjieda, is-servitujiet (ipoteki fuq l-art), il-preferenza, il-jedd għall-bini, is-sjieda tad-dar, iżda wkoll il-jeddijiet ta’ żamma effettivi kontra partijiet terzi u r-riżerva tat-titlu. Il-konsegwenzi tat-trasferiment tas-sjieda huma koperti wkoll minn din il-liġi.

Bidla sussegwenti fil-post ma taffettwax il-liġi applikabbli għaliex l-akkwiżizzjoni tal-jedd tirrappreżenta ċirkostanza fattwali mwettqa.

L-effetti ta’ akkwiżizzjoni ta’ jedd huma bbażati fuq il-liġi tal-post rispettiv; dan il-fattur ta’ konnessjoni jista’ għaldaqstant jinbidel. Kwistjonijiet li jirrigwardaw sa fejn tasal il-protezzjoni tas-sid, jekk u sa fejn il-persuna intitolata għall-jedd in rem għandhiex il-jedd li tiddisponi, pereżempju jekk pleġġ ta’ beni mobbli jistax jinbiegħ mingħajr intervent ġudizzjarju, kif ukoll kwistjonijiet oħra, għandhom ukoll ikunu ġġudikati skont din il-liġi.

Fil-każ ta’ mezzi tat-trasport japplika regolament speċjali (l-Artikolu 33 IPRG). Il-jeddijiet in rem fir-rigward tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru li ddaħħlu f’reġistru għandhom ikunu ġġudikati skont il-liġi tal-Istat tar-reġistru; fil-każ ta’ vetturi ferrovjarji, il-liġi applikabbli hija dik tal-Istat li fih il-kumpanija ferrovjarja li fis-servizz tagħha jintużaw il-vetturi jkollha l-amministrazzjoni ċentrali effettiva tagħha. Fil-każ ta’ pleġġijiet ġuridiċi u ġġustifikati b’mod obbligatorju jew jeddijiet ġuridiċi ta’ żamma għal garanzija ta’ talbiet għal kumpens għad-dannu kkaġunat mill-vettura jew l-infiq fuq dan, il-liġi applikabbli hija dik tal-Istat li fih ikun jinsab il-beni malli jitwettqu ċ-ċirkostanzi fattwali sottostanti.

Fil-każ ta’ beni tanġibbli immobbli hemm ukoll regolament speċjali: jekk il-jeddijiet in rem għal beni immobbli jkunu koperti wkoll mill-ambitu ta’ regola oħra dwar il-konflitt ta’ liġijiet (pereżempju dik għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali), ir-referenza għal-liġi dwar il-beni, jiġifieri l-konnessjoni mal-liġi tal-Istat li fih ikun jinsab il-beni, tieħu preċedenza.

Ma hemm l-ebda regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet għall-beni intanġibbli. Skont l-Artikolu 1 IPRG, il-liġi applikabbli skont il-liġi dwar il-beni hija dik li magħha hemm l-eqreb konnessjoni. Il-jeddijiet titolizzati huma ġġudikati skont lex cartae. L-Artikolu 33a IPRG, li jittrasponi l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali b’kamp ta’ applikazzjoni usa’, jinkludi regola speċjali għat-titoli mniżżla fil-kotba. Għat-titoli f’sistemi ta’ saldu, japplikaw ir-regolamenti speċjali fl-Artikoli 16 u 18 tal-Att dwar il-Finalità tas-Saldu (Finalitätsgesetz), li jittrasponu d-Direttiva dwar Finalità ta' Settlement 98/26/KE.

3.9 Insolvenza

Id-dritt dwar l-insolvenza internazzjonali huwa rregolat fil-Parti Sebgħa tal-Kodiċi għall-Insolvenza (IO). Skont l-Artikolu 217 IO, id-dispożizzjonijiet huma applikabbli biss sa fejn ma jkunx previst xort’oħra mid-dritt internazzjonali jew f’atti ġuridiċi partikolari tal-Komunitajiet Ewropej, primarjament ir-Regolament (KE) Nru 848/2015 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza (ir-Regolament tal-UE dwar l-Insolvenza). F’termini ta’ kontenut, id-dispożizzjonijiet isegwu prinċipalment id-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament dwar l-Insolvenza tal-UE.

Fil-prinċipju, il-prerekwiżiti għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u l-effetti tal-proċedimenti ta’ insolvenza huma rregolati mil-liġi tal-Istat li fih jinfetħu l-proċedimenti. B’mod partikolari, mill-Artikolu 221 sa 235 IO hemm stipulati r-regoli dwar il-jeddijiet in rem ta’ partijiet terzi, it-tpaċija, ir-riżerva tat-titlu, kuntratti relatati mal-beni immobbli, is-swieq irregolati, il-kuntratti ta’ impjieg, l-effetti tal-proċedimenti ta’ insolvenza fuq il-jeddijiet soġġetti għal reġistrazzjoni, kif ukoll il-liġi applikabbli għal atti detrimentali u l-protezzjoni tax-xerrejja terzi, l-effetti ta’ kawżi pendenti, il-liġi ta’ lex rei sitae fir-rigward tal-eżerċitar tal-jeddijiet fuq il-beni jew jeddijiet oħra, ftehimiet ta’ novazzjoni u tpaċija, ftehimiet ta’ riakkwist u pagamenti wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza.

Meta jkun hemm sovrapożizzjoni tar-regolamenti ma’ dawk tal-IPRG jew dispożizzjonijiet oħra dwar konflitt ta’ liġijiet, l-aktar dispożizzjonijiet speċjalizzati tal-Kodiċi għall-Insolvenza jieħdu preċedenza.

L-aħħar aġġornament: 04/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Polonja

AVVIŻ: It-tweġibiet mogħtija hawn isfel MA JAPPLIKAWX għal sitwazzjonijiet regolati mil-liġi tal-UE

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat tal-4 ta’ Frar 2011 (test konsolidat: Ġurnal tal-Liġijiet 2015, partita 1792), (“il-PILA”).

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjoni tal-Aja tas-17 ta’ Lulju 1905 dwar iċ-ċaħda tad-drittijiet ċivili u miżuri simili ta’ protezzjoni

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta' Ottubru 1961 dwar il-kunflitti ta' liġijiet relatati mal-forma ta' dispożizzjonijiet testamentarji

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 dwar is-setgħat tal-awtoritajiet u tal-liġi applikabbli fir-rigward tal-protezzjoni tat-tfal

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-4 ta’ Mejju 1971 dwar il-liġi applikabbli għall-inċidenti tat-traffiku

Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment

Il-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali nfetħet għall-iffirmar f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980

Il-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Il-Polonja ffirmat numru ta’ ftehimiet bilaterali fuq tranżazzjonijiet legali, li kienu jipprevedu wkoll ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet. Dawn jinkludu ftehimiet kemm mal-Istat Membri tal-UE u ma’ pajjiżi terzi. Minħabba li l-istrumenti li jorbtu lill-Istati Membri tal-UE u li jinkludu regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet rigward diversi oqsma jieħdu preċedenza fuq ftehimiet bilaterali ffirmati bejn l-Istati Membri, fil-prinċipju, il-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi biss għandhom importanza prattika.

Dawn jinkludu ftehimiet mal-Belarus (26 ta’ Ottubru 1994), mar-Russja (16 ta’ Settembru 1996), l-Ukrajna (24 ta’ Mejju 1993), ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (28 ta’ Settembru 1986), Cuba (18 ta’ Novembru 1982), il-Vjetnam (22 ta’ Marzu 1993) u b’suċċessjoni (abbażi tal-ftehim mal-Jugoslavja datat 6 ta’ Frar 1960), mal-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Iva, l-qorti tapplika r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet ex officio. Hija tapplika wkoll il-liġi barranija ex officio fejn regola dwar il-kunflitt tal-liġijiet tidentifika dik il-liġi bħala applikabbli wkoll għal kwistjoni speċifika.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Skont l-Artikolu 5 tal-PILA, ir-rinviju bil-maqlub biss huwa permess taħt il-liġi Pollakka.

Il-Paragrafu 1 ma japplikax jekk il-liġi applikabbli ġiet determinata:

1) bl-għażla tal-liġi;

2) skont il-forma tat-tranżazzjoni legali;

3)   fir-rigward ta’ obbligi kuntrattwali, obbligu mhux kuntrattwali jew tranżazzjoni legali unilaterali li għalihom dan l-Att jistabbilixxi l-liġi applikabbli.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Id-derogi mill-applikazzjoni tal-liġi stipulati mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mar-relazzjoni legali huma previsti fl-Artikoli 3 u 10 tal-PILA.

Artikolu 3(1). Fejn l-Att jeħtieġ l-applikazzjoni tal-lex patriae u ma jkunx possibbli li tiġi determinata n-nazzjonalità tal-persuna konċernata, jekk ma għandhiex nazzjonalità jew ma jistax jiġi determinat il-kontenut tal-lex patriae, tapplika l-liġi tad-domiċilju tal-persuna u, fejn ma jkollhiex domiċilju, tapplika l-liġi tar-residenza abitwali tagħha.

Artikolu 10(1). Fejn ikun impossibbli li jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi li jiddeterminaw l-applikabilità tal-liġi, tapplika l-liġi li magħha hija l-aktar marbuta r-relazzjoni legali. Barra minn hekk, il-liġi Pollakka għandha tapplika fejn ikun impossibbli li jiġi determinat il-kontenut tal-liġi barranija applikabbli f’ammont ta’ żmien raġonevoli.

Barra minn hekk ukoll, l-Artikolu 67 tal-PILA jgħid illi fejn ma tiġi identifikata l-ebda liġi applikabbli fil-PILA, f’regolamenti speċifiċi, fi ftehimiet internazzjonali rratifikati u eżegwibbli fil-Polonja jew fil-liġi tal-UE, il-liġi li tirregola r-relazzjoni legali għandha tkun il-liġi tal-pajjiż li magħha hija l-aktar marbuta r-relazzjoni legali.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-qorti tidentifika u tapplika l-liġi barranija ex officio - l-Artikolu 51a(1) tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji tas-27 ta’ Lulju 2001 (test konsolidat: Ġurnal tal-Liġijiet 2019, partita 52), kif emendat).

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet rilevanti stabbiliti fil-PILA:

L-Artikolu 28(1). Il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali għandha tiġi determinata mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177 tal-4 ta’ Lulju 2008, p.6). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom japplikaw fejn hu xieraq għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu mill-Artikolu 1(2)(j) tar-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1.

Skont l-Artikolu 29(1)tal-PILA, fejn il-liġi Pollakka tipprovdi għal obbligu ta’ assigurazzjoni, il-kuntratt tal-assigurazzjoni għandu jiġi regolat mil-liġi Pollakka.

2. Fejn il-liġi ta’ Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea li jipprovdi għal obbligu ta’ assigurazzjoni teħtieġ illi tiġi applikata l-liġi ta’ dak l-Istat Membru għall-kuntratt ta' assigurazzjoni, għandha tapplika dik il-liġi.

L-Artikolu 30(1) Bl-eċċezzjoni tal-każijiet speċifikati fir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 28, l-għażla tal-liġi applikabbli ta’ pajjiż ieħor li mhux Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea fir-rigward ta’ kuntratt li huwa marbut mill-qrib mat-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed ma tistax iċċaħħad lill-konsumaturi mill-protezzjoni mogħtija lilhom mil-liġi Pollakka li tittrasponi d-direttivi li ġejjin:

1)   1) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95 tal-21 ta’ April 1993, p. 29; ĠU UE Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk, Kapitolu 15 Volum 2 p. 288);

2)   (imħassar);

3)   Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171 tas-7 ta’ Lulju 1999, p. 12; ĠU UE Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk, Kapitolu 15 Volum 4 p. 223);

4)   Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 98/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271 tad-9 ta’ Ottubru 2002, p. 16; ĠU UE Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk, Kapitolu 6 Volum 4 p. 321);

5) Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66 kif emendata).

2. Fejn il-liġi applikabbli għal kuntratt li huwa kopert mid-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10) hija l-liġi ta’ pajjiż li mhux Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, il-konsumaturi ma jistgħux jiġu miċħuda mill-protezzjoni li jgawdu minnha taħt il-liġi Pollakka li tittrasponi dik id-Direttiva:

1)   jekk xi proprjetà immobbli tinsab f’wieħed mill-Istati Membri, jew

2)   fir-rigward ta’ ftehim li ma għandux x’jaqsam direttament mal-proprjetà immobbli, jekk operatur ekonomiku jmexxi n-negozju tiegħu jew l-attività professjonali tiegħu f’wieħed mill-Istati Membri jew jittrasferixxi dik l-attività f’wieħed mill-Istati Membri b’xi mod u l-kuntratt jaqa’ taħt dik l-attività.

L-Artikolu 31. Obbligu minħabba titolu ta' sigurtà li mhux kambjala jew ċekk għandu jiġi regolat mil-liġi tal-pajjiż li fih ġie eżegwit jew maħruġ dak it-titolu.

L-Artikolu 32(1) Obbligu li jseħħ minħabba tranżazzjoni legali unilaterali għandu jiġi regolat mil-liġi magħżula mill-parti li qed twettaq dik it-tranżazzjoni. Meta’ ż-żewġ partijiet għal dan l-obbligu jiġu identifikati, il-liġi għanda tintagħżel, tiġi emendata jew imħassra bi ftehim bejn il-partijiet.

2. Fil-każijiet fejn ma ssir l-ebda għażla espressa tal-liġi, obbligu minħabba tranżazzjoni legali unilaterali jiġi regolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il-persuna li qed twettaq dik it-tranżazzjoni għandha r-residenza abitwali jew uffiċċju reġistrat tagħha. Jekk il-fatti tal-każ jindikaw illi l-obbligu huwa aktar marbut mill-qrib mal-liġi ta’ pajjiż differenti, tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż.

Skont l-Artikolu 36 l-effetti ta’ ċessjoni ta’ riċevibbli fir-rigward ta’ partijiet terzi għandhom jiġu determinati mil-liġi tal-pajjiż li għandu ġurisdizzjoni fuq ir-riċevibbli ċeduti.

L-Artikolu 37. Il-liġi applikabbli għall-assunzjoni tad-dejn hija l-liġi tal-pajjiż b’ġurisdizzjoni fuq id-dejn assunt.

L-Artikolu 38. L-effett ta’ bidla fil-valur ta’ munita fuq l-ammont ta’ dejn għandhom jiġu evalwati skont il-liġi applikabbli għad-dejn.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet rilevanti huma stabbiliti fil-PILA:

L-Artikolu 33. Il-liġi applikabbli għall-obbligi riżultanti minn avvenimenti għajr tranżazzjonijiet legali għandha tiġi determinata mir-Regolament (KE) Nru 864/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (ir-Regolament Ruma II) (ĠU L 199, tal-31 ta’ Lulju 2007, p.40).

L-Artikolu 34. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-4 ta’ Mejju 1971 dwar il-liġi applikabbli għall-inċidenti tat-traffiku (Ġurnal tal-Liġijiet 2003/63 partita 585) tiddetermina l-liġi applikabbli għar-responsabbiltà mhux kontrattwali ta’ partijiet terzi minħabba inċidenti tat-traffiku.

L-Artikolu 35. Ir-responsabbiltà tal-partijiet terzi għall-azzjonijiet u omissjonijiet tal-korpi li jeżerċitaw awtorità pubblika f’pajjiż speċifiku għandha tiġi regolata mil-liġi ta’ dak il-pajjiż.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li japplikaw għall-istatus ta’ persuna fiżika:

Il- kapaċità ġuridika ta’ persuna fiżika u l-kapaċita tagħha biex twettaq tranżazzjonijiet legali għandhom jiġu regolati mill-lex patriae tagħha (Artikolu 11(1)).

2. Fejn persuna fiżika qed twettaq tranżazzjoni legali fi ħdan il-qafas tan-negozju tagħha, ikun suffiċjenti illi jkollha l-kapaċità biex twettaq din it-tranżazzjoni skont il-liġi tal-pajjiż fejn huwa bbażat in-negozju.

3. Il-paragrafu 1 ma jeskludix l-applikazzjoni tal-liġi li tirregola t-tranżazzjoni legali jekk hija tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-kapaċità biex twettaq dik it-tranżazzjoni legali.

Skont l-Artikolu 12, meta jkun ġie ffirmat ftehim minn partijiet li jinsabu fl-istess pajjiż, persuna fiżika li għandha l-kapaċità tiffirma dak il-ftehim skont il-liġi ta’ dak il-pajjiż tista’ tinvoka inkapaċità skont il-liġi msemmija fl-Artikolu 11(1) biss jekk il-parti l-oħra ma kinitx taf b’dik l-inkapaċità meta ffirmat il-ftehim jew meta’ l-parti l-oħra ma kinitx taf b’negliġenza b’dik l-inkapaċità dakinhar tal-iffirmar.

2. Persuna fiżika li twettaq tranżazzjoni legali unilaterali u li għandha l-kapaċità tagħmel hekk skont il-liġi tal-pajjiż fejn saret it-tranżazzjoni tista’ tinvoka l-inkapaċità skont il-liġi msemmija fl-Artikolu 11(1) biss jekk din ma taffettwax ħażin lil kull persuna li, meta aġixxiet b’diliġenza dovuta, straħet fuq l-assunzjoni illi dik il-persuna li wettqet it-tranżazzjoni legali kellha l-kapaċità rikjesta biex tagħmel hekk.

3. Jekk persuna fiżika taġixxi permezz ta’ rappreżentant, l-applikabilità tal-paragrafi 1 u 2 tiġi determinata miċ-ċirkostanzi rilevanti li jikkonċernaw ir-rappreżentant.

4. Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għat-tranżazzjonijiet legali fil-qasam tal-liġi tal-familja u tal-kurazija jew il-liġi tas-suċċessjoni, jew għal xi regolamenti dwar propjetà immobbli f’pajjiż li mhux il-pajjiż li fih twettqet it-tranżazzjoni legali.

Skont l-Artikolu 13(1), l-inkapaċità legali għandha tiġi regolata mill-lex patriae tal-persuna fiżika inkapaċitata.shall be governed by the lex patriae of the incapacitated natural person. Fejn Qorti Pollakka tiddeċiedi dwar l-inkapaċità ta’ ċittadin barrani, tapplika l-liġi Pollakka.

L-Artikolu 14(1) jeħtieġ l-applikazzjoni tal-lex patriae għall- preżunzjoni jew dikjarazzjoni tal-mewt ta’ persuna fiżika. Fejn Qorti Pollakka tiddeċiedi dwar il-preżunzjoni jew dikjarazzjoni tal-mewt ta’ ċittadin barrani, tapplika l-liġi Pollakka.

Skont l-Artikolu 16(1), id-drittijiet personali ta’ persuna fiżika jiġu regolati mil-lex patriae tagħhom.

Persuna fiżika li d-drittijiet personali tagħha jiġu mhedda jew ġew miksura tista’ titlob protezzjoni taħt il-liġi tal-pajjiż li fit-territorju tiegħu seħħ l-avveniment li kkawża din it-theddida jew vjolazzjoni, jew taħt il-liġi tal-pajjiż li fit-territorju tiegħu seħħew l-effetti tal-vjolazzjoni.

Jekk id-drittijiet personali ta’ persuna fiżika ġew miksura mill-midja tal-massa, id-dritt ta’ risposta, għal korrezzjoni jew għal miżura simili ta’ protezzjoni għandhom jiġu regolati mil-liġi tal-pajjiż fejn għandu l-uffiċċju reġistrat jew residenza abitwali l-pubblikatur jew xandar.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet applikabbli għar-relazzjonijiet bejn ġenituri u tfal (PILA):

Il-filjazzjoni ta’ wild tista’ tiġi determinata jew ikkontestata skont il-the lex patriae tal-wild fil-mument tat-twelid tiegħu (l-Artikolu 55(1) tal-PILA).Jekk il-lex patriae tal-wild meta’ jitwieled ma tippermettix ir-rikonoxximent tal-paternità permezz ta’ ordni tal-qorti, il-filjazzjoni paterna b’ordni tal-qorti tiġi regolata mil-lex patriae tat-tifel fil-mument meta’ ġiet aċċertata l-filjazzjoni tat-tifel. Ir-rikonoxximent tal-filjazzjoni tat-tfal għandha tiġi regolata mil-lex patriae tagħhom fi żmien ir-rikonoxximent. Meta’ l-liġi ma tipprovdix għar-rikonoxximent ta’ tifel, tapplika l-lex patriae tat-tifel meta jitwieled, sakemm din tippermetti dan ir-rikonoxximent. Ir-rikonoxximent ta’ wild konċeput jew li għadu ma twelidx għandu jiġi regolat mil-lex patriae tal-omm fi żmien ir-rikonoxximent.

Skont l-Artikolu 56(1) tal-PILA, Il-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal (ĠU L 151 tal-11 ta’ Ġunju 2008, p.39; Ġurnal tal-Liġijiet 2010/172, partita 1158) tiddetermina l-liġi applikabbli għas-setgħa tal-ġenituri u d-drittijiet ta’ kustodja.

Meta l-post ta’ residenza abitwali ta’ tifel jinbidel għal pajjiż li mhux parti mill-konvenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-liġi ta’ dak il-pajjiż tibda tiddetermina t-termini għall-applikazzjoni tal-miżuri imposti fil-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti tat-tifel..

Il-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal tiddetermina l-liġi applikabbli għat-tutela tat-tfal (Artikolu 59 tal-PILA).

Meta l-post ta’ residenza abitwali ta’ tifel jinbidel għal pajjiż li mhux parti mill-konvenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-liġi ta’ dak il-pajjiż tibda tiddetermina t-termini għall-applikazzjoni tal-miżuri imposti fil-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti tat-tifel.

3.4.2 L-adozzjoni

Skont l-Artikolu 57 tal-PILA, l-adozzjoni għandha tiġi regolata mil-lex patriae tal-ġenitur adottiv.

L-adozzjoni konġunta mill-konjuġi għandha tiġi regolata mil-lex patriae komuni tagħhom. Meta l-konjuġi ma għandhomx lex patriae komuni, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż fejn huma t-tnejn domiċiljati u, jekk ma jkunux domiċiljati fl-istess pajjiż, imbagħad il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iż-żewġ konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom. Meta l-konjuġi ma jkollhomx ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż li miegħu huma aktar qrib il-konjuġi.

Kif stabbilit fl-Artikolu 58 tal-PILA, l-adozzjoni tkun impossibbli mingħajr l-applikazzjoni tal-lex patriae tal-persuna li se tkun adottata rigward il-kunsens tagħha, il-kunsens tar-rappreżentant legali tagħha u l-kunsens tal-awtorità kompetenti, kif ukoll kull restrizzjoni fuq l-adozzjoni wara tibdil ta’ domiċilju lejn pajjiż differenti.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Il-kapaċità biex wieħed jidħol għaż-żwieġ tiġi determinata fir-rigward ta’ kull waħda mill-partijiet mil-lex patriae fi żmien it-tieġ (l-Artikolu 48 tal-PILA.)

Skont id-dispożizzjonijet tal-Artikolu 49(1), il-forma li biha jiġi ċelebrat iż-żwieġ tiġi regolata mil-liġi tal-pajjiż fejn ġie ċelebrat. Jekk iż-żwieġ jiġi ċċelebrat barra l-Polonja, ikun suffiċjenti illi wieħed iħares ir-rekwiżiti tal-lex patriae taż-żewġ konjuġi jew il-liġi tad-domiċilju jew residenza abitwali taż-żewġ konjuġi fiż-żmien taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ.

Skont l-Artikolu 50 tal-PILA, il-liġi msemmija fl-Artikoli 48 u 49 għandha tapplika mutatis mutandis għall-effetti tal-inabilità għaċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ u n-nuqqas ta’ osservazzjoni tar-rekwiżiti rigward il-forma li biha ġie ċċelebrat iż-żwieġ.

Ir-relazzjonijiet personali tal-konjuġi u r-reġim tal-propjetà matrimonjali għandhom jiġu regolati mil-lex patriae komuni tagħhom (l-Artikolu 51(1). Meta l-konjuġi ma għandhomx lex patriae komuni, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż fejn huma t-tnejn domiċiljati u, jekk ma jkunux domiċiljati fl-istess pajjiż, imbagħad il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iż-żewġ konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom. Meta l-konjuġi ma jkollhomx ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż li miegħu huma aktar qrib il-konjuġi.

3.5.2 Koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

L-ebda

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Skont l-Artikolu 54 tal-PILA, ix-xoljiment taż-żwieġ jiġi regolat mil-lex patriae komuni tal-konjuġi meta’ jitolbu x-xoljiment taż-żwieġ. Meta l-konjuġi ma jkollhomx lex patriae komuni, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż fejn huma t-tnejn domiċiljati meta jitlobu x-xoljiment taż-żwieġ u, fejn ma jkollhomx domiċilju komuni meta’ jitolbu x-xoljiment taż-żwieġ, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż fejn kellhom l-aħħar residenza abitwalit tagħhom, sakemm tibqa’ r-residenza abitwali ta’ xi ħadd minhhom. Il-liġi Pollakka għandha tapplika meta ma jkunx hemm ċirkostanzi li jippermettu d-determinazzjoni tal-liġi applikabbli.

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-separazzjoni legali.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Skont l-Artikolu 63, il-liġi applikabbli għall-manteniment tiġi determinata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ( ĠU L 7, 10.1.2009 p.1).

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Ir-relazzjonijiet personali tal-konjuġi u r-reġim tal-propjetà matrimonjali għandhom jiġu regolati mil-lex patriae komuni tagħhom (l-Artikolu 51(1). Meta l-konjuġi ma għandhomx lex patriae komuni, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż fejn huma t-tnejn domiċiljati u, jekk ma jkunux domiċiljati fl-istess pajjiż, imbagħad il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iż-żewġ konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom. Meta l-konjuġi ma jkollhomx ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-pajjiż li miegħu huma aktar qrib il-konjuġi.

Skont l-Artikolu 52(1) tal-PILA, il-konjuħi jistgħu jagħżlu l-lex patriae ta’ wieħed minnhom, jew il-liġi tal-pajjiż fejn huwa domiċiljat jew għandu r-residenza abitwali tiegħu wieħed minnhom bħala l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom. L-għażla tal-liġi tista’ ssir ukoll qabel jiġi ċċelebrat iż-żwieġ.

Il-kuntratti dwar il-propjetà matrimonjali huma regolati mil-liġi magħżula mill-partijiet kif jgħid il-paragrafu 1. F’każijiet fejn ma ssir l-ebda għażla espliċita tal-liġi, il-kuntratt dwar il-propjetà matrimonjali jiġi regolat mil-liġi applikabbli għar-relazzjoni personali u r-reġim tal-propjetà matrimonjali tal-konjuġi, fiż-żmien meta kien ġie ffirmat il-kuntratt. Meta ssir l-għażla tal-liġi biex tirregola r-reġim ta’ propjetà matrimonjali jew il-kuntratt matrimonjali, ikun biżżejjed illi tinżamm il-forma meħtieġa għall-kuntratti ta’ propjetà matrimonjali skont il-liġi magħżula jew skont il-liġi tal-pajjiż fejn intagħżlet il-liġi.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni hija indikata fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni ( ĠU L 201, 27.7.2012, p.107, kif emendat).

3.8 Proprjetà reali

Skont l-Artikolu 41(1) tal-PILA, is-sjieda u d-drittijiet oħra ta’ proprjetà jiġu regolati mil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab is-soġġett tagħhom. L-akkwist u t-telf tal-propjetà u l-akkwist, it-telf jew bidla fil-kontenut jew prijorità ta’ drittijiet oħra ta’ propjetà jiġu regolati mil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab is-soġġett tagħhom meta seħħ l-avveniment li ta lok għall-effetti legali msemmija hawn qabel.

3.9 Insolvenza

Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jiddeterminaw il-liġi applikabbli għall-proċedimenti ta' falliment huma stabbilit fl-Att dwar il-Falliment tat-28 ta’ Frar 2003 (test konsolidat: Ġurnal tal-Liġijiet 2019, partita 498):

Skont l-Artikolu 460 tal-Att dwar il-Falliment, il-liġi Pollakka għandha tapplika għall-proċedimenti ta’ falliment imressqa fil-Polonja, sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu ma jipprevdux mod ieħor.

Skont l-Artikolu 461 tal-Att dwar il-Falliment, ix-xogħol tal-ħaddiema impjegati fi Stat Membru ieħor tal-UE jew ta’ Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jiġi regolat mill-kuntratt ta' impjieg tagħhom.

Il-liġi li tiddetermina jekk oġġett partikolari jikkostitwix propjetà immobbli hija l-liġi applikabbli fil-post fejn jinsab dak l-oġġett.

Ftehimiet dwar l-użu jew l-akkwist ta’ proprjetà immobbli fi Stat Membru ieħor tal-UE jew ta’ Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jiġu regolati mil-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà immobbli.

Id-drittijiet marbuta ma’ proprjetà immobbli fi Stat Membru ieħor tal-UE jew ta’ Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jew ma’ bastimenti tal-baħar jew inġenji tal-ajru rreġistrati jiġu regolati mil-liġi tal-pajjiż fejn jinżamm ir-reġistru rilevanti.

Dikjarazzjoni ta’ falliment ma tiksirx id-drittijiet tal-kredituri jew ta’ partijiet terzi li rreġistraw ipoteka fuq l-assi jew propjetà oħra tal-parti falluta li jinsabu fi Stat Membru differenti tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huwa parti għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, mingħajr l-esklużjoni ta’ xi partijiet organizzati tal-propjetà u b’mod partikolari, id-dritt ta’ trasferiment tal-propjetà biex tkopri dejn jew id-dritt li jiġi kopert id-dejn mill-benefiċċji mogħtija mill-propjetà, pleġġ u drittjiet ipotekarji, id-dritt li jintalab ir-rilaxx tal-propjetà mill-persuni responsabbli għaliha kontra l-volontà tal-parti awtorizzata jew id-dritt li l-propjetà tintuża bħala t-trustee tagħha (l-Artikolu 462 tal-Att dwar il-Falliment). Dan japplika għad-drittijiet u t-talbiet personali imniżżla fir-reġistru tal-artijiet u tal-ipoteki u f’reġistri pubbliċi oħra fejn l-eżerċizzju tagħhom jirriżulta fil-kreazzjoni tad-drittijiet imsemmija hawn fuq.

Skont l-Artikolu 463(1) tal-Att dwar il-Falliment, ir-riżerva tad-dritt ta’ sjieda lill-bejjiegħ f’kuntratt ta’ bejgħ ma tiskadix bħala riżultat ta’ dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ bank domestiku li huwa l-akkwirent tal-oġġett tal-ftehim jekk, meta’ jiġi dikjarat il-falliment, l-oġġett tal-ftehim ikun jinsab fi Stat Membru differenti tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

Dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ bank domestiku li qed jittrasferixxi ass ma tistax tipprovdi bażi għall-irtirar mill-kuntratt ta’ bejgħ jekk l-oġġett tal-bejgħ kien trasferit qabel ġie ddikjarat il-falliment u l-oġġett tal-bejgħ kien jinsab barra l-pajjiż meta ġie ddikjarat il-falliment.

Skont l-Artikolu 464, l-eżerċizzju tad-drittijiet li, sabiex jinħolqu, jeżistu jew jiġu trasferiti, jridu jiġu mniżżla f’reġistru, żvelati f’kont jew depożitati f’depożitu ċentrali, jiġu regolati mil-liġi tal-pajjiż fejn jinżammu dawn ir-reġistri, kontijiet jew depożiti.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 464, id-dritt ta’ riakkwist għandu jiġi regolat mil-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali li jirregolaw il-ftehim li ta lok għad-dritt.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 464, il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali li jirregolaw it-tranżazzjonijiet konklużi f’suq regolat għandhom japplikaw għall-ftehimiet iffirmati fi ħdan il-qafas tat-tranżazzjonijiet imwettqa fis-suq regolat fi ħdan it-tifsira tal-Att dwar in-Negozju fl-Istrumenti Finanzjarji tad-29 ta’ Lulju 2005.

It-tpaċija prevista fl-Artikolu 467 tal-Att dwar il-Falliment għandu jiġi regolat mil-liġi dwar l-obbligi kuntrattwali li japplikaw għall-ftehim ta’ tpaċija.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4671 tal-Att dwar il-Falliment, id-dikjarazzjoni ta’ falliment ma tiksirx id-dritt tal-kreditur li jpaċi d-dejn tiegħu mad-dejn tal-parti falluta fejn dan huwa permess skont il-liġi applikabbli għad-dejn tal-parti falluta.

L-eżekuzzjoni u l-validità ta’ tranżazzjoni legali mwettqa wara dikjarazzjoni ta’ falliment u li tikkonsisti fit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli, ta’ bastiment tal-baħar jew inġenju tal-ajru li jrid jitniżżel fir-reġistru, jew tat-trasferiment ta’ drittijiet li, sabiex jiġu kreati, sabiex jeżistu jew jiġu trasferiti, jridu jitniżżlu f’reġistru, imniżżla f’kont jew iddepożitati f’depożitu ċentrali, għandhom jiġu regolati mil-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-propjetà jew fejn huma miżmuma dawn ir-reġistru, kontijiet jew depożiti.

Skont l-Artikolu 469 tal-Att dwar il-Falliment, id-dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni u l-invalidità ta’ tranżazzjoni legali mwettqa bi ħsara għall-kredituri ma japplikawx fejn il-liġi applikabbli għat-tranżazzjoni ma tippermettix li tranżazzjonijiet legali mwettqa bi ħsara għall-kredituri jitqiesu mhux eżegwibbli.

Skont l-Artikolu 470 tal-Att dwar il-Falliment, l-effetti ta’ dikjarazzjoni ta’ falliment fuq proċedimenti legali pendenti quddiem qorti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jiġu evalwati skont il-liġi tal-pajjiż fejn huma pendenti l-proċedimenti.

L-aħħar aġġornament: 07/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Portugall

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

Is-sorsi li ġejjin tad-dritt nazzjonali huma previsti fl-Artikoli 1, 3 u 4 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż:

  • Liġijiet
  • Konswetudni
  • Ekwità

Dawn li ġejjin huma sorsi tad-dritt internazzjonali (l-Artikolu 8 tal-Kostituzzjoni Portugiża):

  • Ir-regoli u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali ġenerali jew komuni jiffurmaw parti integrali mil-liġi Portugiża.
  • Ir-regoli stabbiliti f’konvenzjonijiet internazzjonali rratifikati jew approvati kif xieraq jidħlu fis-seħħ fid-dritt nazzjonali wara l-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom u jibqgħu hekk sakemm ikunu internazzjonalment vinkolanti fuq l-Istat Portugiż.
  • Ir-regoli stabbiliti mill-korpi kompetenti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li l-Portugall huwa membru tagħhom jidħlu fis-seħħ direttament fid-dritt nazzjonali Portugiż, sakemm ikun tniżżel hekk fit-trattati fundaturi rispettivi.
  • Id-dispożizzjonijiet tat-trattati li jirregolaw l-Unjoni Ewropea u r-regoli stabbiliti mill-istituzzjonijiet fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom japplikaw fid-dritt nazzjonali Portugiż f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u b'rispett tal-prinċipji fundamentali ta' Stat demokratiku bbażat fuq l-istat tad-dritt.

1.1 Regoli nazzjonali

Liġijiet

Il-liġijiet huma sors immedjat tal-liġi domestika. L-Artikolu 1(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż iqis id-dispożizzjonijiet ġenerali kollha stabbiliti mill-korpi kompetenti tal-Istat. L-Artikolu 112(1) tal-Kostituzzjoni Portugiża jgħid illi l-liġijiet, id-digrieti amministrattivi u d-digrieti leġiżlattivi reġjonali huma atti leġiżlattivi.

Konswetudni

Il-konswetudni tkun legalment ġustifikabbli bħala sors tal-liġi domestika meta jiġu osservati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • ma tkunx tmur kontra l-prinċipji tal-bona fide, u
  • dan ikun stabbilit bil-liġi (l-Artikolu 3(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Ekwità

Il-qrati Portugiżi jistgħu isolvu kwistjoni f’konformità mal-prinċipju tal-ekwità f'waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi biss:

  • meta l-liġi tippermetti li jsir hekk (l-Artikolu 4(a) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż), jew
  • meta l-partijiet jaqblu u r-relazzjoni legali tapplika għalihom (l-Artikolu 4(b) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż), jew
  • meta l-partijiet ikunu qablu dwar rimedju ekwitabbli minn qabel (l-Artikolu 4(c) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjonijiet tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat

Il-Portugall marbut b’26 Konvenzjoni tal-Aja:

1. Il-Konvenzjoni dwar il-proċedura ċivili (L-Aja,1954)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

2. Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi applikabbli għall-obbligi tal-manteniment lejn it-tfal (L-Aja, 1956)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

3. Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet Relatati mal-Obbligi ta’ Manteniment lejn it-Tfal (L-Aja, 1958)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

4. Il-Konvenzjoni dwar il-Poteri tal-Awtoritajiet u l-Liġi Applikabbli fir-rigward tal-Protezzjoni tat-Tfal (L-Aja, 1961)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

5. Il-Konvenzjoni dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji (L-Aja, 1961)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

6. Il-Konvenzjoni li Tabolixxi r-Rekwiżit ta' Legalizzazzjoni għad-Dokumenti Pubbliċi Barranin (L-Aja, 1961)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

7. Il-Konvenzjoni dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Ekstraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali (L-Aja, 1965)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

8. Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi Barranin f'Materji Ċivili u Kummerċjali (L-Aja, 1971)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

9. Il-Protokoll Supplimentari għall-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi Barranin f'Materji Ċivili u Kummerċjali (L-Aja, 1971)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

10. Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent ta’ Divorzji u Separazzjonijiet Legali (L-Aja, 1970)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

11. Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku (L-Aja, 1971)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

12. Il-Konvenzjoni dwar il-Kumpilazzjoni ta' Xhieda Barra mill-Pajjiż f'Materji Ċivili jew Kummerċjali (L-Aja, 1970)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

13. Il-Konvenzjoni rigward l-Amministrazzjoni Internazzjonali tal-Beni tal-Persuni Deċeduti (L-Aja, 1973)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

14. Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għar-Responsabbiltà tal-Prodotti (L-Aja, 1973)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

15. Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet Relatati mal-Obbligi ta’ Manteniment (L-Aja, 1973)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

16. Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi tal-Manteniment (L-Aja, 1973)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

17. Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għas-Sistemi li Jirregolaw il-Beni tal-Miżżewġin (L-Aja, 1978)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

18. Il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċelebrazzjoni u l-Għarfien tal-Validità taż-Żwiġijiet (L-Aja, 1978)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

19. Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għall-Kuntratti Intermedjarji u għar-Rappreżentazzjoni (L-Aja, 1978)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

20. Il-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri (L-Aja, 1980)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

21. Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor, (L-Aja, 1993)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

22. Il-Konvenzjoni fuq il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, (L-Aja, 1996)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

23. Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti (L-Aja, 2000)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

24. Il-Konvenzjoni dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Forum (L-Aja, 2005)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

25. Il-Konvenzjoni dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom oħra ta' Manteniment tal-Familja (L-Aja, 2007)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

26. Il-Protokoll dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi tal-Manteniment (L-Aja, 2007)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Konvenzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istat Ċivili (ICCS)

Il-Portugall marbut b’10 Konvenzjonijiet tal-ICCS

Dawn il-konvenzjonijiet jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

1. Il-Konvenzjoni dwar il-ħruġ ta’ ċerti estratti mir-rekords tal-istat ċivili għall-użu barra mill-pajjiż (Pariġi, 27 ta’ Settembru 1956). Approvata: Il-Liġi Nru 33/81, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 196 tas-27.8.1981

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

2. Il-Konvenzjoni dwar il-ħruġ mingħajr ħlas u eżenzjoni mil-legalizzazzjoni ta’ kopji ta’ atti tal-istat ċivili (Il-Lussemburgu, 26 ta’ Settembru 1957). Approvata: Il-Liġi Nru 22/81, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 189 tad-19.8.1981

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

3. Il-Konvenzjoni dwar l-iskambju internazzjonali ta’ informazzjoni relatata mal-istat ċivili (Istanbul, 4 ta’ Settembru 1958). Approvata: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Digriet Amministrattiv Nru 39/80, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 145 tas-26.6.1980

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

4. Il-Konvenzjoni dwar bidliet fil-kunjomijiet u l-ismijiet (Istanbul, 4 ta’ Settembru 1958). Approvata: Ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tar-Repubblika Nru 5/84, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 40 tas-16.2.1984

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

5. Il-Konvenzjoni li testendi l-kompetenza tal-awtoritajiet bis-setgħa li jirċievu dikjarazzjonijiet li jirrikonoxxu t-tfal imwielda barra ż-żwieġ (Ruma, 14 ta’ Settembru 1961). Approvata: Ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tar-Repubblika Nru 6/84, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 50 tat-28.2.1984

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

6. Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-ħruġ ta’ estratti multilingwi mill-atti tal-istat ċivili (Vjenna, 8 ta’ Settembru 1976). Approvata: Id-Digriet tal-Gvern Nru 34/83, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 109 tat-12.5.1983

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

7. Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-ħruġ ta’ estratti multilingwi mill-atti tal-istat ċivili (Vjenna, 8 ta’ Settembru 1976). Approvata: Id-Digriet tal-Gvern Nru 34/83, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 109 tat-12.5.1983

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

8. Il-Konvenzjoni dwar l-eżenzjoni mil-legalizzazzjoni ta’ ċerti atti u dokumenti (Pariġi, 15 ta’ Settembru 1977). Approvata:
Id-Digriet Amministrattiv Nru 135/82, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 292 tal-20.12.1982

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

9. Il-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-kunjomijiet u l-ismijiet, (Munich, il-5 ta' Settembru 1980). Approvata: Ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tar-Repubblika Nru 8/84, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 54 tat-3.3.1984

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

10. Il-Konvenzjoni dwar il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ (Munich, 5 ta’ Ottubru 1980). Approvata: Id-Digriet tal-Gvern Nru 40/84, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Portugiża, Sensiela I, Nru 170 tal-24.7.1984

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Konvenzjonijiet multilaterali rilevanti oħrajn li jorbtu lill-Portugall:

Il-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (Stokkolma, 1967)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tagħha tal-1967

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-protokoll: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni li tipprovdi Liġi Uniformi għal Kambjali u Noti Promissorji u l-Konvenzjoni għas-Soluzzjoni ta’ Ċerti Kunflitti ta’ Liġijiet b’rabta mal-Kambjali u n-Noti Promissorji (Ġinevra, 1930)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni li tipprovdi Liġi Uniformi għaċ-Ċekkijiet u l-Konvenzjoni għas-Soluzzjoni ta’ Ċerti Kunflitti tal-Liġijiet b’rabta maċ-Ċekkijiet (Ġinevra, 1931)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni ta’ Washington tal-1973 li tipprovdi Liġi Uniformi dwar il-Forma ta' Testment Internazzjonali, li l-Portugall huwa parti fiha, bl-adeżjoni approvata skont id-Digriet Amministrattiv Nru 252/75

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ Barranin (New York, 1958)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni ta’ Lugano II Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE tas-27 ta’ Novembru 2008)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Deċiżjoni: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni tal-1980 konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tal-1999

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni Ewropea dwar Informazzjoni dwar id-Dritt Barrani, iffirmata Londra fl-1970

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika – il-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-2011

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Irkupru tal-Manteniment barra l-Pajjiż – il-Konvenzjoni ta’ New York tal-1956

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

  • Ftehim Ġenerali dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja bejn ir-Repubblika tal-Portugall u r-Repubblika tal-Angola, iffirmat fil-Luanda (1995)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

  • Il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau, iffirmat f’Bissau (1988)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

  • Il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Popolari tal-Mozambique, iffirmat f’Lisbona (1990)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

  • Il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (1976)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

  • Il-Ftehim għall-irkupru tal-manteniment bejn il-Portugall u r-Repubblika ta' Cabo Verde (1982)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

  • Il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika ta' Cabo Verde (2003)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

  • Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Portugiża u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-Irkupru tal-Manteniment (2000)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

  • Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Portugiża u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu dwar l-għajnuna legali fi kwistjonijiet relatati mal-kustodja u d-drittijiet ta’ aċċess (1992)

Ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Meta regola dwar il-konflitt ta' liġijiet tirreferi għal liġi barranija, dan ifisser biss l-applikazzjoni tal-liġi domestika f’dak l-Istat; ma jfissirx illi l-Qrati ta’ dak l-Istat għandhom ġuriżdizzjoni. L-unika eċċezzjoni għal dan huwa jekk tmur kontra xi regola speċifika (l-Artikolu 16 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

L-applikazzjoni tal-liġi barranija hija limitata għar-regoli tal-ordinament ġuridiku barrani li huwa parti mir-reġim li jirregola l-qasam tal-liġi kopert mir-regola dwar il-konflitt ta' liġijiet (pereżempju suċċessjonijiet, familja, obbligazzjonijiet, drittijiet in rem) (l-Artikolu 15 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Fil-Portugall, il-Qorti mhix soġġetta għat-talbiet tal-partijiet fir-rigward ta’ investigazzjoni, interpretazzjoni u applikazzjoni tar-regoli tal-liġi (l-Artikoli 5(3) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Portugiż). Minn dan il-prinċipju ġenerali isegwi illi l-Qorti nazzjonali tapplika r-regola dwar il-konflitt ta' liġijiet ex officio.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Fil-Portugall, hemm tliet regoli ewlenin f’dak li għandu x’jaqsam mar-rinviju:

  • regola li tipprevedi r-rinviju għal-liġi ta’ Stat ieħor (l-Artikolu 17 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Portugiż)
  • regola li tipprevedi r-rinviju għal-liġi Portugiża (l-Artikolu 18 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż)
  • regola li tipprevedi l-każijiet meta r-rinviju ma jkunx permess (l-Artikolu 19 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Portugiż).

Rinviju għal-liġi ta’ Stat ieħor

Fil-Portugall, il-Qorti tista’ tuża l-liġi ta’ Stat ieħor.

Jista’ jsir rinviju għal-liġi ta’ Stat ieħor meta r-regola Portugiża dwar il-konflitt tal-liġijiet tirreferi għal-liġi ta’ Stat ieħor u dak l-Istat jitqies kompetenti biex jittratta l-kawża (l-Artikolu 17(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Ir-rinviju jieqaf meta:

  • il-liġi barranija indikata mir-regola Portugiża dwar il-konflitt ta' liġijiet tkun liġi tal-istatus personali u
    • l-parti interessata jkollha r-residenza abitwali tagħha fil-Portugall, jew
    • tgħix f’pajjiż li għandu regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet li jqisu illi japplikaw l-liġijiet tal-Istat ta’ ċittadinanza tiegħu (l-Artikolu 17(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Madankollu, dejjem ikun hemm rinviju jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin b’mod kumulattiv:

  • il-każijiet jinvolvu kurazija, tutela, relazzjonijiet ta’ propjetà bejn il-miżżewġin, responsabbiltà paterna, relazzjonijiet bejn min qed jadotta u l-adottat jew suċċessjonijiet causa mortis, u
  • l-liġi barranija speċifikata mir-regola dwar il-konflitt ta' liġijiet Portugiża tirreferi għal-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli u titqies applikabbli. (L-Artikolu 17(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Rinviju għal-liġi Portugiża

Ikun hemm rinviju għal-liġi Portugiża meta r-regola dwar il-konflitt ta' liġijiet Portugiża tirreferi għal-liġi ta’ Stat ieħor li huwa stess ikollu regola dwar il-konflitt ta' liġijiet li terġa’ tirreferi l-każ għal-liġi Portugiża. F’dan il-każ tapplika l-liġi Portugiża (l-Artikolu 18(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Madankollu, f’materji marbuta mal-istatus personali, ir-rinviju għal-liġi Portugiża huwa permess biss jekk jiġi ssodisfat addizzjonalment ir-rekwiżit li ġej:

  • il-parti interessata għandha r-residenza abitwali tagħha fit-territorju Portugiż, jew
  • il-liġi tal-pajjiż ta’ residenza tal-parti interessata tqis illi hija applikabbli l-liġi Portugiża (l-Artikolu 18(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Portugiż).

Il-każijiet meat r-rinviju ma jkunx permess

L-ebda wieħed mit-tipi ta’ rinviju msemmija hawn qabel mhuma permessi fil-każijiet li ġejjin:

  • meta r-rinviju jrendi invalida jew mhux eżegwibbli tranżazzjoni li kienet tkun valida jekk ir-regola dwar il-konflitt ta' liġijiet Portugiża kellha sempliċement tiġi applikata (mingħajr rinviju) (l-Artikolu 19(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż)
  • meta r-rinviju jirriżulta fl-illeġittimità ta’ stat li xort’oħra kien ikun leġittimu (l-Artikolu 19(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż)
  • meta l-partijiet interessati jkunu speċifikaw il-liġi barranija applikabbli, f’każijiet fejn dan huwa permess (l-Artikolu 19(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Il-fattur ta' konnessjoni huwa ċirkostanza fattwali jew legali, magħżul mir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet, li jservi bħala bażi biex tiġi speċifikata l-liġi applikabbli. Skont il-każ, dan jista’ jkun, pereżempju, in-nazzjonalità jew il-post fejn saret it-tranżazzjoni, fejn ġie kkreat xogħol intellettwali, fejn ġie rreġistrat intitolament, fejn qiegħdin l-assi jew fejn tgħix il-parti interessata.

Is-sistema ġuridika Portugiża tqiegħed mill-inqas żewġ limitazzjonijiet fuq il-bdil tal-fattur ta' konnessjoni:

  • Evażjoni frawdolenti tal-liġi - bidla fil-fattur ta' konnessjoni minħabba sitwazzjoni ta’ fatt jew ta’ dritt maħluqa mill-partijiet interessati biex jevitaw l-applikazzjoni ta’ liġi li f’ċirkostanzi oħra kienet tapplika titqies irrelevanti (l-Artikolu 21 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).
  • L-età maġġuri – milħuqa skont il-liġi dwar l-istatus personali preċedenti mhix affettwata minn bidla fil-liġi dwar l-istatus personali (l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Jekk il-fattur ta' konnessjoni li fuqu tiddependi d-determinazzjoni tal-liġi applikabbli ma jkunx jista’ jiġi determinat bl-ebda mod, tintuża l-liġi li tapplika fil-każ l-ieħor (l-Artikolu 23 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-ksur tal-politika pubblika

Id-dispożizzjonijiet tal-liġi barranija speċifikati mir-regola dwar il-konflitt ta' liġijiet ma japplikawx jekk jiksru l-prinċipji fundamentali tal-politika pubblika internazzjonali tal-Istat Portugiż (l-Artikolu 22(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż). F’dan il-każ, japplikaw dispożizzjonijiet ta’ liġi barranija li titqies aktar xierqa, jew, bħala alternattiva, japplikaw ir-regoli tal-liġi domestika Portugiża (l-Artikolu 22(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Konvenzjonijiet Internazzjonali u l-Leġiżlazzjoni tal-UE

Meta l-konvenzjonijiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq l-Istat Portugiż jew fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE jipprovdu regoli dwar il-liġi applikabbli li huma differenti minn dawk provduti mir-regoli nazzjonali ta’ konflitt tal-liġijiet, dawk ir-regoli nazzjonali ma japplikawx.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Kull min iqajjem il-liġi barranija għandu l-oneru tal-prova tal-eżistenza u tal-kontenut tagħha. Madankollu, l-Qorti trid tfittex li tikseb għarfien dwar il-liġi barranija ex officio. Il-liġi barranija hija interpretata fi ħdan is-sistema li fiha tappartjeni u skont ir-regoli ta’ interpretazzjoni stabbiliti hemmhekk (l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Sabiex tinkiseb informazzjoni dwar liġi barranija dwar materji ċivili u kummerċjali, tista’ ssir referenza liż-żewġ konvenzjonijiet li tagħhom huwa parti l-Portugall:

  • Il-Konvenzjoni Ewropea dwar Informazzjoni rigward il-Liġi Barranija (Londra, 1968)
  • Il-Konvenzjoni dwar Informazzjoni fuq Materji Legali fir-Rigward tal-Liġi fis-Seħħ u l-Applikazzjoni Tagħha (Brasília, 1972)

Jekk ma jkunx possibbli illi wieħed jivverifika l-kontenut tal-liġi barranija, tintuża l-liġi li kieku tapplika (l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Ir-reġim previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (minbarra d-Danimarka), il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali tiġi determinata skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 (Ruma I) li tieħu preċedenza fuq ir-regoli nazzjonali ta’ konflitt tal-liġijiet indikati hawn taħt sa fejn jipprovdu mod ieħor.

Id-Danimarka hija l-uniku Stat Membru tal-UE li għaliha ma japplikax ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008. Id-Danimarka tkompli tkun koperta mill-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali. Fid-Danimarka, il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali tiġi determinata skont il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980, li tieħu preċedenza fuq ir-regoli nazzjonali ta’ konflitt tal-liġijiet indikati hawn taħt, sa fejn jipprovdu mod ieħor.

Ir-reġim previst mir-regoli nazzjonali dwar il-konflitt ta' liġijiet

Kwistjonijiet marbuta mal-konferma, l-interpretazzjoni u t-tlestija ta’ dikjarazzjoni ta’ intenzjoni u ta’ nuqqas ta’ testment jew difetti f’testment huma regolati:

  • mil-liġi applikabbli għas-sostanza tat-tranżazzjoni (l-Artikolu 35(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-valur ta’ mġiba bħala dikjarazzjoni ta’ intenzjoni jiġi ddeterminat:

  • mil-liġi tar-residenza abitwali komuni tad-dikjarant u tar-riċevitur tad-dikjarazzjoni, jew, fin-nuqqas ta’ hekk,
  • mil-liġi tal-post fejn seħħet l-imġiba.

Il-valur ta’ skiet bħala dikjarazzjoni ta’ intenzjoni jiġi ddeterminat:

  • mil-liġi tar-residenza abitwali komuni tad-dikjarant u tar-riċevitur tad-dikjarazzjoni, jew, fin-nuqqas ta’ hekk,
  • mil-liġi tal-post fejn tkun ġiet irċevuta il-proposta (l-Artikolu 35(2) u (3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-forma tad-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni hija regolata:

  1. mil-liġi applikabbli għas-sostanza tat-tranżazzjoni jew
  2. mil-liġi fis-seħħ fil-post fejn saret id-dikjarazzjoni jew
  3. mil-liġi tal-Istat referut mir-regola ta’ konflitt tal-liġijiet fis-seħħ fil-post fejn saret id-dikjarazzjoni (l-Artikolu 36(1) u (2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

NB:

L-alternattivi 2) u3) huma ammissibbli biss jekk il-liġi li tirregola s-sostanza tat-tranżazzjoni ma tipprovdix illi d-dikjarazzjoni tkun nulla jew mhux eżegwibbli f’każ ta’ inadempjenza ma’ ċerta forma anke jekk it-tranżazzjoni tkun saret barra l-pajjiż.

Il-liġi applikabbli għar-rappreżentazzjoni legali hija:

  • il-liġi li tirregola r-relazzjoni legali li minnha ġejja s-setgħa ta’ rappreżentanza (l-Artikolu 37 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi applikabbli għar-rappreżentazzjoni ta’ persuni ġuridiċi mill-korpi statutorji tagħhom hija:

  • il-liġi dwar l-istatus personali rilevanti.

Ir-rappreżentazzjoni volontarja hija regolata kif ġej:

  • Il-liġi tal-Istat fejn qiegħdin jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ rappreżentazzjoni tirregola l-eżistenza, l-estensjoni, l-emendi, l-effetti u t-terminazzjoni tas-setgħat ta’ rappreżentazzjoni (l-Artikolu 39(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).
  • Il-liġi tal-pajjiż fejn il-persuna rappreżentata jkollha r-residenza abitwali tagħha tapplika jekk ir-rappreżentant jeżerċita s-setgħat tiegħu f’pajjiż li mhux dak indikat mill-persuna rappreżentata u jekk dan huwa magħruf mill-parti terza li magħha daħal għal kuntratt (l-Artikolu 39(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).
  • Il-liġi tal-post tal-uffiċċju reġistrat tar-rappreżentant tapplika jekk dan ir-rappreżentant jeżerċita r-rwol ta’ rappreżentazzjoni b’mod professjonali u dan ikun magħruf mill-parti terza kontraenti (l-Artikolu 39(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).
  • Il-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli tapplika meta’ r-rappreżentazzjoni tirrigwarda t-trasferiment jew l-amministrazzjoni ta’ dik il-propjetà (l-Artikolu 39(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni huma regolati:

  • mil-liġi applikabbli għad-dritt li għalih wieħed jew l-ieħor jirrigwarda (l-Artikolu 40 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

L-obbligi ġejjin minn tranżazzjonijiet legali u s-sostanza tat-tranżazzjoni huma regolati:

I. mil-liġi li għażlu l-partijiet kontraenti jew dik li kellhom f’moħħhom (l-Artikolu 41(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż), sakemm tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • l-applikabbiltà tikkorrispondi ma’ interess serju tad-dikjaranti, jew
  • tkun marbuta ma’ wieħed mill-aspetti tat-tranżazzjoni li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt internazzjonali privat (l-Artikolu 41(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

II. Jekk il-partijiet ma jagħżlux il-liġi, il-liġi applikabbli tkun kif ġej:

  • il-liġi tar-residenza abitwali tad-dikjarant, f’każ ta’ tranżazzjoni unilaterali;
  • il-liġi tar-residenza abitwali komuni tal-partijiet, f’każ ta’ kuntratt (l-Artikolu 42(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

III. F’każ ta’ kuntratt fejn il-partijiet ma jkunux għażlu l-liġi u ma jkollhomx residenza abitwali komuni, trid issir distinzjoni bejn iż-żewġ sitwazzjonijiet:

  • kuntratti mingħajr ħlas, li għalihom il-liġi applikabbli hija l-liġi tar-residenza abitwali tal-parti kontraenti li tat il-benefiċċju;
  • kuntratti onerużi, li għalihom il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-post fejn ġew konklużi (l-Artikolu 42(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi applikabbli għall-ġestjoni tan-negozju hija:

  • il-liġi tal-post fejn issir l-attività prinċipali tal-maniġer (l-Artikolu 43 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi applikabbli għall-arrikkiment indebitu hija:

  • il-liġi li fuqha kien ibbażat it-trasferiment tal-assi favur il-parti li ġiet arrikkita indebitament.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Ir-reġim previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (minbarra d-Danimarka), il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali tiġi determinata skont ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 (Ruma II), li tieħu preċedenza fuq ir-regoli nazzjonali ta’ konflitt tal-liġijiet indikati hawn taħt sa fejn jipprovdu mod ieħor.

Madankollu, fir-relazzjonijiet bejn il-Portugall u l-Istati li huma partijiet tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1971 Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku, il-liġi applikabbli f’każijiet bħal dawn tiġi ddeterminata f’konformità ma’ din il-konvenzjoni, li tieħu preċedenza fuq il-liġijiet dwar il-kunflitt ta’ regoli relatati magħha stabbiliti fir-Regolament Ruma II (l-Artikolu 28 tar-Regolament Ruma II).

Ir-reġim previst mir-regoli nazzjonali dwar il-konflitt ta' liġijiet

I. Il-liġi applikabbli għar-responsabbiltà ekstrakuntrattwali ibbażata fuq att illegali jew fuq riskju hija kif ġejja:

  1. il-liġi tal-Istat fejn issir l-attività prinċipali dannuża jew
  2. f’każ ta’ omissjoni, il-liġi tal-post fejn kellha tieħu azzjoni l-persuna responsabbli (l-Artikolu 45(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

II. Jekk l-awtur ma jinsabx responsabbli skont il-liġi tal-post fejn saret l-attività dannuża jew, f’każ ta’ omissjoni, il-liġi tal-post fejn kellha taġixxi l-persuna, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-Istat fejn seħħ l-effett dannuż, jekk jiġu sodisfatti ż-żewġ rekwiżiti kumulattivament:

  1. il-liġi tal-Istat fejn l-effett dannuż ħoloq l-effett tiegħu tqis lill-awtur responsabbli u
  2. l-awtur missu bassar id-dannu kkawżat f’dak l-Istat bħala konsegwenza tal-azzjoni jew omissjoni tiegħu (l-Artikolu 45(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

III. Ir-regoli msemmija hawn qabel fil-punti I u II ma japplikawx f’dawn iċ-ċirkostanzi:

  1. jekk l-awtur u l-parti leża għandhom l-istess nazzjonalità jew l-istess residenza abitwali u ġieli jkunu msifrin, il-liġi applikabbli hija dik tan-nazzjonalità tagħhom jew tar-residenza abitwali komuni tagħhom, kif xieraq;
  2. dan huwa l-każ mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Istat lokali li jridu japplikaw għal kulħadd b’mod indaqs (l-Artikolu 45(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Il-kunċett tal-liġi dwar l-istatus personali

  • Individwi:
    • Il-liġi dwar l-istatus personali hija dik tan-nazzjonalità tal-individwu (l-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).
    • F’każ ta’ persuni apolidi, il-liġi tal-istatus personali tal-persuna apolida hija dik tar-residenza abitwali tagħha (l-Artikolu 32(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż). Madankollu, jekk il-persuna apolida tkun minuri jew persuna fqira, il-liġi tal-istatus personali hija dik tad-domiċilju legali tagħha (l-Artikolu 32(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).
  • Persuni ġuridiċi:
    • Il-liġi tal-istatus personali tal-persuni ġuridiċi hija dik tal-Istat fejn għandhom l-uffiċċju reġistrat ewlieni u s-sede reali tal-amministrazzjoni tagħhom (l-Artikolu 33(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi tal-istatus personali tal-individwi tirregola:

  • l-istat ċivili (l-Artikolu 25 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • il-kapaċità (l-Artikolu 25 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • il-bidu u t-tmiem tal-personalità ġuridika (l-Artikolu 26(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • id-drittijiet tal-personalità – l-eżistenza, protezzjoni u restrizzjonijiet (bil-provvediment illi l-barrani jew persuna apolida ma tgawdix minn protezzjoni legali ta’ xejn li mhix rikonoxxuta mil-liġi Portugiża) (l-Artikolu 27 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • l-età maġġuri (bil-provvediment illi tibdil fil-liġi tal-istatus personali ma taffettwax l-età maġġuri milħuqa taħt il-liġi preċedenti) (l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • il-kurazija u istituzzjonijiet simili li għandhom l-għan li jipproteġu lil persuni b’xi inkapaċità legali (l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi tal-istatus personali tal-persuni ġuridiċi tirregola:

  • il-kapaċità tal-persuna ġuridika;
  • l-inkorporazzjoni, l-operat u l-kompetenza tal-korpi tagħha;
  • il-modi kif tikseb u titlef l-isħubija u d-drittijiet u l-obbligi assoċjati magħha;
  • ir-responsabbiltà lejn terzi tal-persuna ġuridika, il-korpi u l-membri rispettivi tagħha;
  • it-trasformazzjoni, id-dissoluzzjoni u t-terminazzjoni tal-persuna ġuridika (l-Artikolu 33(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

It-trasferiment u l-fużjoni tal-persuni ġuridiċi:

  • It-trasferiment minn Stat għal ieħor tal-uffiċċju reġistrat ta’ persuna ġuridika ma jġibx fit-tmiem il-personalità tagħha jekk il-liġijiet taż-żewġ uffiċċji jaqblu dwar dan.
  • il-fużjoni tal-persuni ġuridiċi ġejjin minn liġijiet dwar l-istatus personali differenti jiġu evalwati skont iż-żewġ liġijiet (l-Artikolu 33(3) u (4) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Persuni ġuridiċi internazzjonali:

  • Il-liġi dwar l-istatus personali jiġi determinat fil-konvenzjoni li ħolqitu jew fl-artikoli ta’ assoċjazzjoni.
  • Jekk dan ma jkunx il-każ, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ewlieni (l-Artikolu 34 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Il-liġi applikabbli għat-twaqqif ta’ relazzjoni bejn il-ġenitur u l-wild hija kif ġejja:

  • Il-liġi dwar l-istatus personali tal-ġenitur fil-mument ta’ twaqqif tar-relazzjoni (l-Artikolu 56(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż)
  • Il-liġi nazzjonali komuni taż-żewġ ġenituri. Fin-nuqqas ta’ hekk, il-liġi tar-residenza abitwali komuni tal-konjuġi jew, fin-nuqqas, il-liġi dwar l-istatus personali tal-wild, jekk il-wild huwa dak ta’ mara miżżewġa u t-twaqqif tar-relazzjoni bejn ġenitur u wild tikkonċerna l-missier (l-Artikolu 56(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal hija regolata:

  • mil-liġi komuni nazzjonali tal-ġenituri jew, fin-nuqqas,
  • mil-liġi tar-residenza abitwali komuni tal-ġenituri; jew,
  • jekk il-ġenituri jkunu residenti fi Stati differenti, mil-liġi tal-istatus personali tal-wild (l-Artikolu 57(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

3.4.2 L-adozzjoni

Il-liġi applikabbli għall-adozzjoni, ir-relazzjoni bejn min jadotta u l-adottat, u r-relazzjoni bejn l-adottat u l-familja bijoloġika tiegħu hija kif ġej:

  • il-liġi tal-istatus personali tal-persuna li qed tadotta (l-Artikolu 60(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż), jew
  • jekk il-persuni li qed jadottaw huma miżżewġa jew jekk l-adottat huwa l-wild ta’ wieħed minnhom, il-liġi nazzjonali komuni tagħhom, jew fin-nuqqas ta’ hekk
  • il-liġi tar-residenza abitwali komuni tal-persuni li qed jadottaw, jew fin-nuqqas,
  • il-liġi tal-post ma’ fejn hija l-aktar marbuta l-ħajja tal-familja tal-persuni li qed jadottaw (l-Artikolu 60(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Is-sitwazzjonijiet fejn l-adozzjoni mhux permessa:

  • L-adozzjoni mhux permessa jekk il-liġi kompetenti li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-persuni adottati u l-ġenituri bijoloġiċi tagħhom ma tirrikonoxxix jew ma tippermettix l-adozzjoni f’dawk iċ-ċirkostanzi (l-Artikolu 60(4) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Is-sitwazzjonijiet li fihom huma meħtieġ il-kunsens għall-adozzjoni jew fil-każ tar-relazzjoni bejn il-ġenitur u l-wild:

  • Meta l-liġi dwar l-istatus personali tal-adottat teħtieġ il-kunsens tiegħu (l-Artikolu 61(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).
  • Meta l-liġi li tirregola r-relazzjoni bejn il-parti interessata u parti terza li magħha għandha relazzjoni legali ta' familja jew ta’ kurazija, teħtieġ il-kunsens tal-parti terza (l-Artikolu 62(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Il-liġi dwar l-istatus personali ta’ kull wieħed mill-għarajjes tapplika:

  • għall-kapaċità tagħhom biex jiżżewġu;
  • għall-kapaċità tagħhom biex jiffirmaw ftehim qabel iż-żwieġ;
  • għar-regoli dwar in-nuqqas ta’ kunsens jew kunsens vizzjat tal-partijiet kontraenti (l-Artikolu 49 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi applikabbli għat-tipi ta’ żwieġ hija kif ġejja:

  • Il-liġi tal-Istat fejn ġie ċċelebrat iż-żwieġ;
  • Il-liġi nazzjonali ta’ kull wieħed mill-konjuġi jekk huma t-tnejn barranin li żżewġu l-Portugall quddiem l-uffiċċjali konsulari jew diplomatiċi rispettivi, u jekk dik il-liġi tippermetti kompetenza indaqs għall-uffiċjali konsulari u diplomatiċi Portugiżi (l-Artikolu 51(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • L-uffiċjali konsulari jew diplomatiċi tal-Istat Portugiż jew qassisin Kattoliċi jistgħu jiċċelebraw iż-żwieġ ta’ żewġ ċittadini Portugiżi jew ta’ ċittadin Portugiż u ċittadini barrani (l-Artikolu 51(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • F’kull waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet msemmija fl-aħħar punt, iż-żwieġ irid ikun ġie preċedut mill-pubblikazzjoni tal-avviżi mħejjija mill-korp kompetenti, sakemm dan ma jkunx saret deroga (l-Artikolu 51(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • Żwieġ reliġjuż, iċċelebrat barra l-pajjiż, bejn żewġ ċittadini Portugiżi jew bejn ċittadin Portugiż u barrani, jitqies żwieġ Kattoliku u jiġi rreġistrat fil-Portugall skont l-arkivji tal-parroċċa, irrispettivament mill-forma legali taż-żwieġ (l-Artikolu 51(4) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet bejn il-konjuġi u għat-tibdil fir-reġim tal-proprjetà matrimonjali hija kif ġejja:

  • il-liġi nazzjonali komuni (l-Artikolu 52(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż) jew, fin-nuqqas ta’ dan,
  • il-liġi tar-residenza abitwali komuni jew fin-nuqqas,
  • il-liġi tal-pajjiż li l-ħajja tal-familja hija marbuta l-aktar miegħu (l-Artikolu 51(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

Ma hemmx regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet nazzjonali li jipprovdu speċifikament għall-koppji mhux miżżewġa/koabitanti u unjonijiet ċivili.

Skont il-liġi domestika, il-koabitazzjoni hija regolata mil-Liġi Nru 7/2001 tal-11 ta’ Mejju 2001 (Protezzjoni tas-Sħubijiet Domestiċi), emendata l-aħħar mil-Liġi Nru 71/2018 tal-31 ta’ Diċembru 2018.

Il-liġi Portugiża tiddefinixxi l-koabitazzjoni bħala l-qagħda legali ta’ koppja li, minkejja l-ġeneru tagħha, ilhom jgħixu flimkien daqslikieku kienu miżżewġin għal aktar minn sentejn (l-Artikolu 1(2) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tas-Sħubijiet Domestiċi).

Fin-nuqqas ta’ regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet li jipprovdu speċifikament għall-koabitazzjoni, jistgħu jiġu applikati b’analoġija r-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet relatati mar-relazzjonijiet bejn il-konjuġi u l-bidliet fir-reġim tal-proprjetà matrimonjali. Madankollu, din l-interpretazzjoni hija soġġetta għal bidliet fil-ġurisprudenza nazzjonali.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Ir-reġim previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li pparteċipaw f’dan il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni iktar mill-qrib, il-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja tiġi ddeterminata skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010, li tieħu preċedenza fuq ir-regoli nazzjonali ta’ konflitt tal-liġijiet indikati hawn taħt sa fejn jipprovdu mod ieħor.

Ir-reġim previst mir-regoli nazzjonali dwar il-konflitt ta' liġijiet

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u separazzjoni legali tal-persuni u l-assi hija:

  • il-liġi komuni nazzjonali jew, fin-nuqqas,
  • il-liġi tar-residenza abitwali komuni jew fin-nuqqas,
  • il-liġi tal-pajjiż li l-ħajja tal-familja hija l-aktar marbuta mill-qrib miegħu (l-Artikolu 52 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż, applikabbli għas-separazzjoni ġudizzjarja ta’ persuni u beni, f’konformità mal-Artikolu 55(1) tal-istess Kodiċi).

Bdil fil-liġi applikabbli għaż-żwieġ:

  • F'dan il-każ, fatt li kien rilevanti fiż-żmien li ġie stabbilit biss jista’ jintuża bħala bażi għal divorzju jew separazzjoni legali (l-Artikolu 55(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Ir-reġim previst fil-Protokoll tal-Aja tal-2007

Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (bl-eċċezzjoni tad-Danimarka), il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment minħabba relazzjonijiet familjari, relazzjoni bejn ġenituri u t-tfal, żwieġ jew affinità, inkluż obbligi ta’ manteniment dovuti lit-tfal ta’ ġenituri mhux miżżewġa, hija determinata skont il-Protokoll tal-Aja dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment tat-23 ta' Novembru 2007 li jieħdu preċedenza fuq ir-regoli nazzjonali ta’ konflitt tal-liġijiet indikati hawn taħt, sa fejn jipprovdu mod ieħor.

Ir-reġim previst mir-regoli nazzjonali dwar il-konflitt ta' liġijiet

Il-liġi applikabbli, fejn xieraq, hija l-liġi indikata hawn taħt:

  • taħt l-intestatura “It-twaqqif tar-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal inkluż l-adozzjoni” sa fejn tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, u r-relazzjonijiet bejn min jadotta u l-adottat;
  • taħt l-intestatura “Żwieġ, koppji mhux miżżewġa/koabitanti, unjonijiet ċivili, divorzju, separazzjoni legali u obbligi ta’ manteniment” sa fejn tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn il-konjuġi.

F’każijiet fejn il-manteniment dovut huwa bbażat fuq relazzjonijiet familjari oħra:

  • Il-liġi applikabbli hija l-liġi dwar l-istatus personali tal-partijiet rispettivi.

F’każijiet fejn il-manteniment dovut huwa bbażat fuq tranżazzjonijiet legali:

  • Il-liġi applikabbli hija l-liġi indikata hawn fuq taħt l-intestatura “Obbligi kuntrattwali u atti legali”, b’mod partikolari r-referenza għall-obbligi ġejjin minn tranżazzjonijiet legali u s-sostanza tat-tranżazzjoni.

F’każijiet fejn il-manteniment dovut huwa bbażat fuq suċċessjoni jew dispożizzjoni testamentarja:

  • Il-liġi applikabbli hija l-liġi indikata hawn taħt taħt l-intestatura “Testmenti u suċċessjonijiet”.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Ir-reġim previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li pparteċipaw f’dan il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni iktar mill-qrib, li l-Portugall huwa wieħed minnhom, il-liġi applikabbli għar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali u l-konsegwenzi fuq il-proprjetà ta’ sħubijiet irreġistrati tiġi ddeterminata, rispettivament, bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1103 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1104, li jieħdu preċedenza fuq ir-regoli nazzjonali ta’ konflitt tal-liġijiet indikati hawn taħt sa fejn jipprovdu mod ieħor.

Ir-reġim previst mir-regoli nazzjonali dwar il-konflitt ta' liġijiet

Il-liġi applikabbli għall-ftehimiet qabel iż-żwieġ (sostanza u effetti) u għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali (statutorju jew stabbilit bi ftehim) hija kif ġej:

  • il-liġi nazzjonali tal-koppja fil-mument li żżewġu (l-Artikolu 53(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż); jew, jekk ma jkollhomx l-istess nazzjonalità,
  • il-liġi tar-residenza abitwali komuni tal-koppja fil-mument li żżewġu; jew fin-nuqqas ta’ hekk,
  • il-liġi tal-ewwel residenza matrimonjali (l-Artikolu 53(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż); jew,
  • kwalunkwe wieħed mir-reġimi msemmijin, jekk tkun tapplika liġi barranija, wieħed mill-għarajjes ikun jgħix abitwalment fil-Portugall u hekk ikun miftiehem mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ terzi qabel il-ftehim (l-Artikolu 53(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Fir-rigward ta’ tibdil fir-reġim tal-proprjetà matrimonjali, ara r-referenza għar- relazzjonijiet bejn il-miżżewġin u t-tibdil fir-reġim tal-proprjetà matrimonjali fil-punt 3.5.1 hawn fuq –“Żwieġ” (l-Artikolu 54 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Ir-reġim previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (minbarra d-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit), il-liġi applikabbli għas-suċċessjonijiet tiġi determinata skont ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 li tieħu preċedenza fuq ir-regoli nazzjonali ta’ konflitt tal-liġijiet indikati hawn taħt sa fejn jipprovdu mod ieħor.

Ir-Regolament tal-UE dwar is-suċċessjoni ma jippreġudikax l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li l-Portugall huwa parti fihom fil-mument tal-adozzjoni tiegħu (l-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012).

Għalkemm il-Portugall huwa firmatarju tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji, sa issa (April 2021) il-Portugall għadu ma rratifikax il-konvenzjoni u, għalhekk, mhuwiex marbut biha.

Għaldaqstant, it-testmenti internazzjonali huma rregolati mill-Konvenzjoni ta’ Washington tal-1973 li Tipprovdi Liġi Uniformi dwar il-Forma ta' Testment Internazzjonali, li l-Portugall huwa parti fiha, l-adeżjoni approvata skont id-Digriet Amministrattiv Nru 252/75 tat-23 ta’ Mejju 1975, u mir-regoli stabbiliti fil-Kodiċi tan-Nutara Portugiżi.

Ir-reġim previst mir-regoli nazzjonali dwar il-konflitt ta' liġijiet

Il-liġi dwar l-istatus personali tat-testatur fil-mument tal-mewt tapplika:

  • għas-suċċessjoni causa mortis
  • għas-setgħat tal-amministratur tal-wirt u tal-eżekutur testamentarju (l-Artikolu 61 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi dwar l-istatus personali tat-testatur fil-mument tad-dikjarazzjoni tapplika:

  • għall-kapaċità li ssir, tinbidel jew titħassar dispożizzjoni mal-mewt (l-Artikolu 63(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • għall-formola speċjali meħtieġa minħabba l-età tal-persuna li qed teżegwixxi d-dispożizzjoni (l-Artikolu 63(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • għall-interpretazzjoni tal-klawżoli u d-dispożizzjonijiet mal-mewt sakemm ma ssirx referenza għal xi liġi oħra (l-Artikolu 64(a) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • għan-nuqqas ta’ kunsens u kunsens vizzjat (l-Artikolu 64(b) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • għall-ammissibilità ta’ testmenti unica charta (l-Artikolu 64(c) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż);
  • għall-ammissibilità ta’ ftehimiet rigward is-suċċessjoni mingħajr preġudizzju għar-reġim indikat aktar il-fuq taħt l-intestatura “Reġimi tal-proprjetà matrimonjali” (l-Artikolu 64(c) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

NB:

F’każ ta’ bidla fil-liġi dwar l-istatus personali wara li tkun saret id-dispożizzjoni ta’ propjetà mal-mewt, il-persuna li tkun qed teżegwixxi dik id-dispożizzjoni tkun għadha tista’ tirrevoka dik id-dispożizzjoni skont il-liġi dwar l-istatus personali preċedenti (l-Artikolu 65(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Rigward il-forma tad-dispożizzjonijiet ta’ propjetà mal-mewt, u r-revoka ta’ jew bdil fid-dispożizzjoni, dawn li ġejjin jista’ japplikaw bħala alternattiva:

  • il-liġi fejn twettaq l-att; jew
  • il-liġi dwar l-istatus personali tad-deċedut fiż-żmien tad-dikjarazzjoni; jew
  • il-liġi dwar l-istatus personali tad-deċedut fil-mument tal-mewt; jew
  • il-liġi li għaliha tirreferi r-regola dwar il-konflitt ta' liġijiet lokali (l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Limitazzjonijiet għal dan ir-reġim:

Il-konformità mal-forma meħtieġa mill-liġi dwar l-istatus personali tad-deċedut fil-mument tad-dikjarazzjoni trid tiġi mħarsa jekk in-nuqqas ta’ konformità jirriżulta fl-invalidità jew nuqqas ta’ eżegwibbiltà tad-dikjarazzjoni, anke jekk din issir barra l-pajjiż.

3.8 Proprjetà reali

Il-liġi applikabbli għall-pussess, sjieda u drittjiet oħra in rem hija:

  • il-liġi tal-Istat li fit-territorju tiegħu tinsab il-propjetà(l-Artikolu 46(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi applikabbli għall-istabbiliment u t-trasferiment ta’ drittjiet in rem fuq propjetà in tranżitu hija:

  • il-liġi tal-pajjiż ta' destinazzjoni (l-Artikolu 46(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi applikabbli għall-istabbiliment u t-trasferiment ta’ drittjiet in rem fuq mezzi ta’ trasport soġġetti għar-reġistrazzjoni hija:

  • il-liġi tal-pajjiż fejn saret ir-reġistrazzjoni (l-Artikolu 46(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi applikabbli għall-kapaċità biex jiġu stabbiliti drittjiet in rem fuq proprjetà immobbli jew biex tiġi trasferita hija:

  • il-liġi tal-post fejn tinsab il-propjetà, jekk il-liġi hekk tipprovdi jew, fin-nuqqas ta’ hekk
  • il-liġi dwar l-istatus personali rilevanti (l-Artikolu 47 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

Il-liġi applikabbli għad-drittijiet tal-awtur hija:

  • il-liġi tal-post fejn ix-xogħol ġie ppubblikat għall-ewwel darba, jew, jekk ma ġiex ippubblikat,
  • il-liġi dwar l-istatus personali tal-awtur, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet f’leġiżlazzjoni speċjali. (l-Artikolu 48(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż)

Il-liġi applikabbli għall-propjetà industrijali hija:

  • il-liġi tal-post fejn ġiet maħluqa (l-Artikolu 48(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).

3.9 Insolvenza

Bħala regola ġenerali, il-liġi applikabbli tkun dik tal-Istat fejn tkun tressqet il-kawża (l-Artikolu 276 tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall).

Hemm eċċezzjonijiet għal din ir-regola fir-rigward tal-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza f’ċerti każijiet:

  • il-kuntratti ta’ impjieg u r-relazzjonijiet ta’ impjieg huma rregolati mil-liġi applikabbli għall-kuntratti ta’ impjieg (l-Artikolu 277 tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall);
  • fil-każ tad-drittijiet tad-debitur fir-rigward ta’ proprjetà immobbli, bastiment jew inġenju tal-ajru soġġett għar-reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku, il-liġi applikabbli tkun dik tal-Istat li r-reġistru jinżamm taħt l-awtorità tiegħu (l-Artikolu 278 tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall);
  • kuntratti li jikkonferixxu d-dritt li jinkisbu drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli jew id-dritt li tintuża dik il-proprjetà huma rregolati biss mil-liġi tal-Istat li l-proprjetà tkun tinsab fit-territorju tiegħu (l-Artikolu 279(1) tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall);
  • id-drittijiet tal-bejjiegħ fir-rigward ta’ beni mibjugħa lid-debitur insolventi bir-riżerva tat-titolu u d-drittijiet in rem tal-kredituri jew tat-terzi fuq beni li jappartjenu lid-debitur u li, fiż-żmien meta nfetħu l-proċedimenti, kienu jinsabu fit-territorju tal-Istat l-ieħor ikunu rregolati biss mil-liġi ta’ dak l-Istat (l-Artikolu 280(1) tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall);
  • id-drittijiet li jikkonċernaw it-titoli rreġistrati jew depożitati huma rregolati mil-liġi applikabbli għat-trasferiment tagħhom, skont l-Artikolu 41 tal-Kodiċi tat-Titoli Portugiż (l-Artikolu 282(1) tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall);
  • id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għal suq finanzjarju jew għal sistema ta’ ħlas kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998, jew l-ekwivalenti, huma rregolati mil-liġi applikabbli għal dik is-sistema (l-Artikolu 285 tal-Kodiċi tat-Titoli Portugiż u l-Artikolu 282(2) tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall);
  • it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u xiri mill-ġdid skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 huma rregolati mil-liġi applikabbli għal dak it-tip ta’ kuntratti (l-Artikolu 283 tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall);
  • il-proċedimenti li għaddejjin li jikkonċernaw beni jew dritt li jifforma parti integrali mill-patrimonju tal-insolvenza huma rregolati biss mil-liġi tal-Istat fejn ikunu qed jitmexxew il-proċedimenti (l-Artikolu 285 tal-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall).

Ħoloq għal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kostituzzjoni Portugiża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi Ċivili Portugiż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tan-Nutara Portugiż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru Korporattiv tal-Portugall

Nota Finali

L-informazzjoni f'din l-iskeda informattiva hija ta' natura ġenerali u mhix eżawrjenti. Hija ma torbotx lill-punt ta' kuntatt, lin-Network Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali, lill-qrati jew lil xi persuni oħra. Wieħed għandu xorta jivverifika t-testi legali applikabbli fis-seħħ.

L-aħħar aġġornament: 25/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Rumanija

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

(b’mod selettiv)

Is-sorsi nazzjonali tad-dritt internazzjonali privat fir-Rumanija jinkludu: il-Kostituzzjoni; it-Titolu VII tal-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili; diversi atti speċjali li għandhom x’jaqsmu mad-dritt internazzjonali privat dwar iċ-ċittadini barranin; il-kumpaniji; ir-Reġistru tal-Kummerċ; u ċ-ċittadinanza.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

(b’mod selettiv)

Il-Konvenzjonijiet tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat dwar il-proċedura ċivili; l-abolizzjoni tar-rekwiżit tal-legalizzazzjoni tad-dokumenti; in-notifika ta’ dokumenti; il-kisba ta’ evidenza; l-iffaċilitar tal-aċċess għall-ġustizzja; l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tat-tfal; il-protezzjoni tat-tfal; l-adozzjoni; l-għażla tal-qorti; l-obbligi ta’ manteniment, u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Il-Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-arbitraġġ kummerċjali; ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ta’ kustodja tat-tfal; l-informazzjoni dwar liġi barranija; l-adozzjoni; l-istatus legali tat-tfal imwielda barra miż-żwieġ, u ċ-ċittadinanza.

Il-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal; l-irkupru ta’ manteniment għat-tfal barra mill-pajjiż; l-arbitraġġ; l-immunità; it-trasport; il-proprjetà intellettwali; ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali; ir-responsabbiltà ċivili għal ħsara mit-tniġġis; l-imbark; il-perjodi ta’ limitazzjoni, u l-kuntratt ta’ bejgħ.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

It-trattati dwar l-assistenza legali f’każijiet ċivili konklużi mir-Rumanija mal-Albanija, l-Alġerija, l-Awstrija, il-Belġju, ir-Renju Unit, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-R.P. taċ-Ċina, ir-R.P. tal-Korea, Kuba, l-Eġittu, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Maċedonja, il-Marokk, il-Moldova, il-Mongolja, il-Polonja, ir-Russja, is-Serbja, is-Sirja, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukrajna, l-Ungerija.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-applikazzjoni tal-liġi barranija f’relazzjoni legali b’element internazzjonali tista’ tiġi invokata kemm ex officio mill-qorti u kemm mill-parti kkonċernata.

Il-qorti tista’, abbażi tar-rwol attiv tagħha, tqajjem fuq l-inizjattiva tagħha stess, u tħalli lill-partijiet jiddibattu, l-applikazzjoni ta’ liġi barranija meta r-regola dwar il-konflitt ta' liġijiet tagħmel referenza għaliha. Barra minn hekk, kull parti kkonċernata tista’ tinvoka l-liġi barranija f’qorti, abbażi tal-prinċipju ta’ disponibbiltà.

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-liġi barranija tinkludi d-dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva (inklużi r-regoli tal-kunflitt), sakemm il-partijiet ma għażlux il-liġi barranija applikabbli; każijiet ta’ liġi barranija applikabbli għall-forma ta’ atti legali u obbligi mhux kuntrattwali, u każijiet speċjali oħra previsti f’konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom ir-Rumanija hija parti kontraenti, mil-liġi tal-Unjoni Ewropea jew mil-liġi.

Meta l-liġi barranija tirreferi għal-liġi Rumena jew il-liġi ta’ stat ieħor, il-liġi Rumena tapplika, sakemm mhux previst mod ieħor.

Ara l-Artikoli 2559 u 2560 tal-Kodiċi Ċivili.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Il-liġi barranija tinkludi d-dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva (inklużi r-regoli tal-kunflitt), sakemm il-partijiet ma għażlux il-liġi barranija applikabbli; każijiet ta’ liġi barranija applikabbli għall-forma ta’ atti legali u obbligi mhux kuntrattwali, u każijiet speċjali oħra previsti f’konvenzjonijiet internazzjonali għalihom ir-Rumanija hija parti kontraenti, mil-liġi tal-Unjoni Ewropea jew mil-liġi.

Meta l-liġi barranija tirreferi għal-liġi Rumena jew il-liġi ta’ stat ieħor, il-liġi Rumena tapplika, sakemm mhux previst mod ieħor.

Ara l-Artikoli 2559 u 2560 tal-Kodiċi Ċivili.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Każijiet fejn il-liġi l-antika dejjem tapplika anke jekk il-fattur ta’ konnessjoni jinbidel jinkludu: il-liġi tal-aħħar ċittadinanza (deċiżjoni li ssib mewt preżunta, assenza jew għajbien); liġi li, fid-data tat-twelid tat-tfal, tirregola l-effetti taż-żwieġ tal-ġenituri tat-tfal (filjazzjoni tat-tfal ġewwa ż-żwieġ); il-liġi nazzjonali tat-tfal mid-data tat-twelid tagħhom (filjazzjoni tat-tfal barra ż-żwieġ).

Każijiet fejn il-liġi l-antika tieħu preċedenza fuq il-liġi l-ġdida, anke jekk il-fattur ta’ konnessjoni jinbidel jinkludu: il-liġi tal-istat fejn ġiet mibgħuta l-proprjetà (proprjetà li għandha tintbagħat); il-liġi tar-residenza/uffiċċju rreġistrat tad-debitur tal-prestazzjoni karatteristika mal-konklużjoni tal-kuntratt (li tistabbilixxi l-eqreb rabtiet li jkun jippreżenta kuntratt).

Każijiet li fihom tista’ tapplika l-liġi l-ġdida jew il-liġi l-antika jekk il-fattur ta’ konnessjoni jinbidel jinkludu: il-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà mobbli fil-ħin tal-okkorrenza tal-fatt legali li ġġenera jew temm id-dritt (kostituzzjoni, trażmissjoni jew tmiem ta’ drittijiet reali); il-liġi applikabbli fil-ħin u l-post fejn jitwettqu l-forom ta’ reklamar (proprjetà mobbli li qabel kienet spustjata jew li aktar tard ġiet ittrasferita lejn pajjiż ieħor); il-liġi tal-istat fejn tinsab il-proprjetà fil-bidu tal-perjodu tal-pussess jew fejn ġiet ittrasferita (pussess li jikkawża preġudizzju).

Każijiet fejn tapplika l-liġi l-iktar favorevoli fejn il-fattur ta’ konnessjoni jinbidel jinkludu: f’każ li tinbidel in-nazzjonalità fir-rigward tal-ilħuq tal-età tal-maġġoranza; f’każ ta’ filjazzjoni ta’ tfal barra ż-żwieġ (li għandu żewġ ċittadinanzi mat-twelid).

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

L-applikazzjoni ta’ liġi barranija titneħħa meta din tmur kontra l-politika pubblika dwar id-dritt internazzjonali privat Rumen (pereżempju, jekk din twassal għal riżultat li huwa inkompatibbli mal-prinċipji fundamentali tal-liġi Rumena jew tal-liġi tal-Unjoni Ewropea u mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem) jew meta dik il-liġi barranija tkun saret infurzabbli minħabba twettiq ta’ frodi għal-liġi Rumena. F’każ tat-tneħħija tal-applikazzjoni tal-liġi barranija, tapplika l-liġi Rumena.

Bħala eċċezzjoni, l-infurzar tal-liġi kif stabbilit f’konformità ma’ regoli nazzjonali dwar id-dritt internazzjonali privat jista’ jitneħħa meta r-relazzjoni legali jkollha rabta distanti ma’ din il-liġi. F’dan il-każ, tapplika l-liġi li għandha l-eqreb rabtiet mar-relazzjoni legali.

Id-dispożizzjonijiet mandatorji skont il-liġi Rumena għar-regolazzjoni ta’ relazzjoni legali b’element internazzjonali għandhom japplikaw b’mod prijoritarju. Id-dispożizzjonijiet mandatorji skont il-liġi ta’ Stat ieħor jistgħu wkoll jiġu applikati direttament għar-regolazzjoni ta’ relazzjoni legali b’element internazzjonali, meta r-relazzjoni legali turi rabtiet mill-qrib għal-liġi ta’ dak l-istat, u l-interessi leġittimi tal-partijiet ikunu jirrikjedu hekk.

Ara l-Artikoli 2564 u 2566 tal-Kodiċi Ċivili.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-kontenut tal-liġi barranija għandu jkun stabbilit mill-qorti permezz ta’ ċertifikati miksuba minn korpi tal-istat li ordnawhom, permezz ta' opinjoni esperta jew b'mod xieraq ieħor. Il-parti li qiegħda tinvoka l-liġi barranija tista' tkun mitluba tipprova l-kontenut tagħha.

Ara l-Art. 2562 tal-Kodiċi Ċivili, l-Artikolu 29 tal-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza ġudizzjarja internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili; il-Konvenzjoni Ewropea dwar Informazzjoni dwar Liġi Barranija, Londra 1968; it-trattati bilaterali konklużi mal-istati kif imsemmi fil-punt 1.3.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Is-sustanza tal-att legali huwa stabbilit mil-liġi magħżula mill-partijiet jew mill-awtur tagħha. Il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli fl-intier tagħha jew parti biss mill-att legali.

Fin-nuqqas ta' għażla, il-liġi tal-istat li d-dokument legali l-aktar li jirrigwarda mill-qrib (l-istat fejn id-debitur tal-prestazzjoni karatteristika jew l-awtur tal-att għandu, fid-data tal-konklużjoni tal-att, il-post ta' residenza normali jew l-uffiċċju reġistrat) u, meta din il-liġi ma tistax tiġi identifikata, tapplika l-liġi tal-post fejn kien konkluż l-att legali.

Ir-rekwiżiti formali ta' att legali huma stabbiliti mil-liġi li tirregola l-merti tiegħu. L-att jitqies validu jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn waħda mil-liġijiet li ġejjin: il-liġi tal-post fejn tfassal; il-liġi taċ-ċittadinanza jew il-liġi tal-post ta’ residenza abitwali tal-persuna li qablet miegħu, jew il-liġi applikabbli skont id-dritt internazzjonali privat tal-awtorità li teżamina l-validità tal-att legali.

Il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali hija stabbilita skont ir-regolamenti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, u fi kwistjonijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tagħhom, id-dispożizzjonijiet domestiċi tal-liġi applikabbli għall-att legali jkunu applikabbli, sakemm ma jiġix previst mod ieħor mill-konvenzjonijiet internazzjonali jew minn dispożizzjonijiet speċjali.

Ara l-Artikoli 2640 sa 2646 tal-Kodiċi Ċivili.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Il-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali hija stabbilita f’konformità mar-regolamenti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, u fi kwistjonijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tagħhom, il-liġi li tirregola s-sustanza tar-relazzjoni legali preċedenti bejn il-partijiet hija applikabbli, sakemm ma jiġix previst mod ieħor mill-konvenzjonijiet internazzjonali jew minn dispożizzjonijiet speċjali.

Talbiet għal rimedju bbażati fuq ksur tal-privatezza u drittijiet relatati mal-personalità huma rregolati, fuq l-għażla tal-persuna danneġġjata, mil-liġi tal-istat: tal-post ta’ residenza abitwali tal-persuna danneġġata; li fiha ġie prodott ir-riżultat detrimentali, jew li fiha l-awtur tal-preġudizzju għandu l-post ta’ residenza jew l-uffiċċju reġistrat abitwali tiegħu.

Id-Dritt ta’ risposta kontra ksur relatat mal-personalità huwa suġġett għal-liġi tal-istat fejn inħarġet il-pubblikazzjoni jew fejn ixxandar il-programm. Ara l-Art.

Ara l-Artikoli 2641 u 2642 tal-Kodiċi Ċivili.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

L-isem tal-individwu huwa rregolat mil-liġi nazzjonali tiegħu. L-għoti tal-isem tal-minuri mat-twelid tiegħu huwa rregolat, skont l-għażla, mil-liġi tal-istat li kemm il-ġenituri u kemm il-minuri huma ċittadini tiegħu, jew il-liġi tal-istat fejn twieled u għex il-minuri sa minn twelidu.

Il-post ta’ residenza tal-individwu huwa suġġett għal-liġi nazzjonali.

L-istat ċivili u l-kapaċità tal-individwi huwa rregolat mil-liġi nazzjonali tagħhom. L-inċapaċitajiet speċjali relatati ma’ relazzjoni legali partikolari huma suġġetti għal-liġi applikabbli għal dik ir-relazzjoni legali. Il-bidu u t-tmiem ta’ personalità jkunu stabbiliti mil-liġi nazzjonali ta’ kull individwu.

Il-provvediment ta’ kura lill-individwu b’kapaċità legali sħiħa huwa suġġett għal-liġi tal-Istat fejn ikollu l-post ta’ residenza abitwali tiegħu fid-data tal-istabbiliment ta’ kurazija jew fid-data li fiha tittieħed miżura ta’ protezzjoni oħra.

Ara l-Artikoli 2570, 2572 sa 2576, u 2578 sa 2579 tal-Kodiċi Ċivili.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Il-filjazzjoni ta' minuri li twieled fiż-żwieġ tiġi stabbilita f’konformità mal-liġi li, fid-data tat-twelid, tirregola l-effetti ġenerali taż-żwieġ tal-ġenituri tiegħu. Jekk, qabel it-twelid tal-minuri, iż-żwieġ tal-ġenituri jiġi mitmum jew jiġi maħlul, tapplika l-liġi li fid-data tat-terminazzjoni jew tax-xoljiment irregolat l-effetti tiegħu . Dan jgħodd ukoll sabiex tiġi miċħuda l-paternità ta' minuri li twieled fiż-żwieġ, kif ukoll għall-kisba tal-isem tal-minuri.

Il-filjazzjoni ta' minuri li twieled barra miż-żwieġ hija stabbilita f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-minuri sa mid-data tat-twelid, li tapplika għar-rikonoxximent tal-filjazzjoni u l-effetti tagħha u għall-kontestazzjoni tar-rikonoxximent tal-filjazzjoni. Meta l-minuri jkollu aktar minn nazzjonalità waħda barra minn dik Rumena, tapplika l-liġi tan-nazzjonalità l-aktar favorevoli għalih.

Ara l-Artikoli 2603 sa 2606 tal-Kodiċi Ċivili.

3.4.2 L-adozzjoni

Il-kundizzjonijiet sostanzjali mitluba għall-adozzjoni huma stabbiliti mil-liġi nazzjonali tal-adottant u tal-minuri li għandu jiġi adottat. Dawn iridu wkoll jissodisfaw il-kundizzjonijiet li huma mandatorji għat-tnejn, kif stabbiliti minn kull waħda mil-liġijiet nazzjonali msemmija hawn fuq. Il-kundizzjonijiet sostanzjali mitluba mill-konjuġi li jadottaw konġuntament jew jekk wieħed mill-konjuġi jadotta l-minuri tal-ieħor huma stabbiliti mil-liġi li tirregola l-effetti ġenerali taż-żwieġ.

L-effetti tal-adozzjoni, ir-relazzjonijiet bejn l-adottant u min qiegħed jiġi adottat u x-xoljiment tal-adozzjoni huma rregolati mil-liġi nazzjonali tal-adottant, u jekk iż-żewġ konjuġi huma l-adottanti, il-liġi li tirregola l-effetti ġenerali taż-żwieġ għandha tapplika.

Il-forma tal-adozzjoni hija suġġetta għal-liġi tal-istat fejn tiġi konkluża.

Ara l-Artikoli 2607 sa 2610 tal-Kodiċi Ċivili.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Ir-rekwiżiti sostanzjali mitluba għall-konklużjoni taż-żwieġ huma stabbiliti mil-liġi nazzjonali ta’ kull wieħed mill-konjuġi futuri fil-ħin taċ-ċerimonja taż-żwieġ.

Il-forma ta’ konklużjoni taż-żwieġ hija suġġetta għal-liġi tal-Istat fejn jiġi ċċelebrat.

Il-liġi li tirregola r-rekwiżiti legali għall-konklużjoni taż-żwieġ tapplika wkoll għall-invalidità ta’ żwieġ u għall-effetti ta’ tali invalidità.

L-effetti ġenerali ta’ żwieġ huma suġġetti għar-residenza abitwali komuni u, fin-nuqqas ta’ dan, għal-liġi dwar iċ-ċittadinanza komuni tal-konjuġi. Fin-nuqqas ta’ nazzjonalità komuni, tapplika l-liġi tal-Istat fejn iż-żwieġ kien iċċelebrat.

Ara l-Artikoli 2585 sa 2589 tal-Kodiċi Ċivili.

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Ir-Rumanija tapplika r-Regolament Ruma III.

Skont il-liġi nazzjonali, il-konjuġi jistgħu jagħżlu bi ftehim reċiproku waħda mil-liġijiet li ġejjin applikabbli għad-divorzju: il-liġi tal-istat fejn il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom fid-data tal-ftehim dwar il-liġi applikabbli magħżula; il-liġi tal-istat fejn il-konjuġi kellhom l-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom jekk mill-inqas wieħed minnhom għadu jgħix hemm fil-mument li ntgħażel il-ftehim dwar il-liġi applikabbli; il-liġi tal-istat li wieħed mill-konjuġi jkun ċittadin tiegħu, il-liġi tal-istat fejn il-konjuġi għexu għal mill-inqas tliet (3) snin, jew il-liġi Rumena.

Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għad-divorzju jista’ jiġi konkluż jew emendat mhux aktar tard mid-data ta’ rinviju lill-awtorità responsabbli sabiex tiddeċiedi dwar id-divorzju. Madankollu, il-qorti tista’ tieħu nota tal-ftehim tal-konjuġi mhux aktar tard mill-ewwel seduta għas-smigħ li l-partijiet ikunu ġew debitament notifikati biha.

Jekk il-konjuġi ma jagħżlux liġi, il-liġi applikabbli għad-divorzju hija: il-liġi tal-istat fejn il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom fid-data tat-tressiq tat-talba għad-divorzju; fin-nuqqas ta’ residenza abitwali komuni, il-liġi tal-istat tal-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi jekk mill-inqas konjuġi wieħed ikollu r-residenza abitwali tiegħu fit-territorju ta’ dak l-istat fid-data tat-tressiq tat-talba għad-divorzju; fin-nuqqas ta’ dan, il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-konjuġi fil-ħin tat-tressiq tat-talba għad-divorzju; fin-nuqqas ta’ ċittadinanza komuni tal-konjuġi, il-liġi tal-aħħar ċittadinanza komuni tal-konjuġi fejn mill-inqas wieħed minnhom żamm dik iċ-ċittadinanza fid-data tal-preżentata għad-divorzju, u l-liġi Rumena, fil-każijiet l-oħra kollha.

Il-liġi li tirregola d-divorzju tapplika debitament għas-separazzjoni legali wkoll.

Ara l-Artikoli 2597 sa 2602 tal-Kodiċi Ċivili.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Il-Liġi applikabbli għall-obbligu tal-manteniment għandha tkun stabbilita skont ir-regolamenti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea (l-Art. 2612 tal-Kodiċi Ċivili).

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali hija l-liġi magħżula mill-konjuġi (ir-residenza abitwali ta’ parti waħda mill-konjuġi fid-data tal-għażla; il-liġi dwar iċ-ċittadinanza ta’ parti waħda mill-konjuġi fid-data tal-għażla; il-liġi tal-ewwel residenza abitwali wara ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ). Din tirregola l-miżuri pubbliċitarji u ta’ infurzar kontra partijiet terzi u, b’mod alternattiv mal-liġi tal-post ta’ konklużjoni, il-formalitajiet mitluba għall-konklużjoni tal-konvenzjoni matrimonjali.

Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali jista’ jiġi konkluż qabel iċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ, jew meta jiġi konkluż iż-żwieġ jew matul iż-żwieġ.

Il-kundizzjonijiet formali huma dawk previsti mil-liġi magħżula biex jiġi rregolat r-reġim matrimonjali jew mil-liġi tal-post fejn kien konkluż il-ftehim. Jekk il-konjuġi ma jkunux għażlu l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom, dan ikun suġġett għal-liġi applikabbli għall-effetti ġenerali taż-żwieġ.

Ara l-Artikoli 2590 sa 2596 tal-Kodiċi Ċivili.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Ir-Rumanija tapplika r-Regolament (UE) Nru 650/2012.

Fil-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Istat fejn id-decujus kellu r-residenza abitwali tiegħu mal-mewt tiegħu tirregola l-wirt tiegħu.

Individwu jista’ jagħżel bħala l-liġi applikabbli għall-wirt il-liġi tal-Istat li jkollu n-nazzjonalità tiegħu. F’każ li jkun għażel il-liġi applikabbli, din tirregola l-eżistenza u l-validità tal-kunsens espress fid-dikjarazzjoni tal-għażla tal-liġi applikabbli.

Il-preparazzjoni, l-emenda jew ir-revoka tat-testment għandhom jiġu kkunsidrati validi jekk l-att jissodisfa r-rekwiżiti formali applikabbli, jew fid-data meta ġie ppreparat, emendat jew revokat, jew mal-mewt tat-testatur, skont: il-liġi nazzjonali tat-testatur; il-liġi tal-post ta’ residenza abitwali; il-liġi tal-post fejn id-dokument ġie ppreparat, emendat jew revokat; il-liġi tal-post tal-proprjetà immobbli, jew il-liġi tal-qorti jew korp li jissodisfa l-proċedura tat-trasmissjoni tal-assi li ntirtu.

Meta, skont il-liġi applikabbli tal-wirt, is-suċċessjoni tkun vakanti, il-proprjetà li tkun tinsab fit-territorju tar-Rumanija tittieħed mill-Istat Rumen abbażi tal-liġi Rumena dwar l-għoti ta’ proprjetà minn suċċessjoni vakanti.

Ara l-Artikoli 2633 sa 2636 tal-Kodiċi Ċivili.

3.8 Proprjetà reali

Il-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà (lex rei sitae) tirregola kwistjonijiet bħal: pussess, sjieda u drittijiet reali oħra fuq il-proprjetà, inkluż kollateral; (mal-bidu tal-perjodu tas-sjieda) pussess li jikkawża preġudizzju; (meta seħħ il-fatt legali li ġġenera, immodifika jew temm dak id-dritt) il-ħolqien, it-trasmissjoni jew it-tmiem ta’ drittijiet reali fuq proprjetà li biddlet il-post tagħha; (dwar il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ ipoteka fuq proprjetà mobbli) il-kondizzjonijiet ta’ validità, reklamar u effetti ta’ ipoteka fuq proprjetà mobbli; forom ta’ reklamar u dawk li jistabbilixxu drittijiet relatati ma’ proprjetà immobbli, u (fil-ħin tas-serq/tal-esportazzjoni jew fil-ħin tat-talba) talbiet ta’ proprjetà misruqa jew esportata illegalment.

Il-proprjetà li issa qed tiġi ttrasportata hija suġġetta għal-liġi tal-istat fejn kienet mibgħuta.

L-istabbiliment, it-trasmissjoni jew it-terminazzjoni ta’ drittijiet reali fuq mezz ta’ trasport huma soġġetti għal: il-liġi tal-bandiera li jtajjar il-bastiment jew il-liġi tal-istat tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru; il-liġi applikabbli għall-istatus organizzazzjonali tal-kumpanija tat-trasport għall-vetturi ferrovjarji u tat-triq tal-wirt tagħha.

L-assigurazzjoni ta’ ishma jew bonds, f’forma reġistrata jew f’forma ta’ portatur, hija suġġetta għal-liġi applikabbli għall-istatus organiku tal-persuna ġuridika ta’ ħruġ.

L-istabbiliment, il-kontenut u l-iskadenza ta’ drittijiet tal-awtur għal xogħol ta’ ħolqien intellettwali għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Istat fejn dan sar pubbliku għall-ewwel darba.

L-istabbiliment, il-kontenut u l-iskadenza ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-istat li fih sar id-depożitu jew ir-reġistrazzjoni jew li fih saret it-talba għal depożitu jew reġistrazzjoni.

Ara l-Artikoli 2613 sa 2632 tal-Kodiċi Ċivili.

3.9 Insolvenza

Id-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli jistgħu jinsabu fil-Liġi Nru 85/2014 dwar l-insolvenza u l-proċedimenti ta’ prevenzjoni ta’ insolvenza, li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2015/848 dwar il-proċedimenti tal-insolvenza.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Slovenja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Il-liġi bażika li tistabbilixxi r-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali privat huwa l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura (Zakon o mednarodnem zasebnem pravu in postopku; imqassar bħala ZMZPP, Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja (Uradni list RS) Nru 56/99). Il-kunflitt speċifiku ta’ liġijiet huwa rregolat mil-liġijiet fuq diversi temi (pereżempju, l-Att dwar l-Operazzjonijiet Finanzjarji, il-Proċedimenti ta’ Insolvenza u x-Xoljiment Obbligatorju (Zakon o finančnem poslovanju, postopkih zaradi insolventnosti in prisilnem prenehanju; imqassar bħala ZFPPIPP).

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-konvenzjonijiet li huma rratifikati u ppubblikati fir-Repubblika tas-Slovenja huma applikabbli direttament u jipprevalu fuq il-liġijiet nazzjonali. Ir-regoli ta’ konflitt ta’ interess huma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), li jinkludi Stati Membri li huma obbligati li jagħmlu emendi lill-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali u r-Regolament Nru 864/2007 (Ruma II) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II). Ir-regoli ta’ konflitt ta’ interess jinsabu wkoll f’konvenzjonijiet multilaterali adottati mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni tal-Aja dwar id-dritt internazzjonali privat, li r-Repubblika tas-Slovenja hija firmatarja tagħha.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Ir-regoli ta’ konflitt ta’ interess jinsabu wkoll f’konvenzjonijiet bilaterali dwar l-għajnuna legali konklużi mal-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Ungerija, il-Mongolja, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Federazzjoni Russa. Il-lista ta’ konvenzjonijiet hija disponibbli fis- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasiti web tal-Ministeru.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-qorti hija marbuta bil-liġi li tirregola l-kunflitt ta’ liġijiet iżda l-partijiet huma liberi li jiftiehmu b’liema liġi huma jixtiequ li jirregolaw ir-relazzjoni legali tagħhom. Fit-tali każ, tapplika l-liġi magħżula mill-partijiet. Barra minn dan, il-liġi li tapplika normalment skont l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura, ma tkunx applikabbli meta, abbażi taċ-ċirkustanzi kollha, ikun ċar li ma jkun hemm l-ebda rabta sinifikanti għal-liġi li għandha tiġi applikata mar-relazzjoni legali inkwistjoni iżda jkun hemm rabta eqreb sinifikanti ma’ xi liġi oħra.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Id-duttrina tar-rinviju hija stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura, li jipprovdi li meta jiġi deċiż liema liġi hija applikabbli, u r-regoli ta’ Stat barrani jindikaw il-liġi Slovena, f’dak il-każ il-liġi Slovena tapplika mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-istruzzjonijiet Sloveni dwar liema liġi hija applikabbli. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax meta l-partijiet jagħżlu l-liġi applikabbli.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Regola speċifika dwar għażla tal-liġi li tirregola fatturi marbuta li jistgħu jinbidlu tiddefinixxi normalment ukoll iż-żmien li fih it-tali regola għandha tapplika. Xi fatturi ta’ rabta jinkludu ż-żmien li huwa deċiżiv fl-għażla ta’ liġi applikabbli stabbilita fir-regola ta’ kunflitt ta’ liġijiet (pereżempju: in-nazzjonalità ta’ testatur meta jikteb testment) filwaqt li f’ċirkustanzi oħra t-tibdil fiċ-ċirkustanzi ta’ rabta jista’ ifisser li tapplika l-liġi ta’ sistema legali differenti. F’każijiet ta’ relazzjonijiet permanenti, huwa meħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju ta’ rikonoxximent ta’ drittijiet diġà miksuba.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-liġi stabbilita mill-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura ma tapplikax meta l-effett tal-applikazzjoni tagħha tkun kuntrarja għas-sistema legali Slovena. Il-kunċett ta’ ordni pubbliku huwa standard legali espress permezz tal-ġurisprudenza. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, dan huwa bbażat fuq ir-regoli kostituzzjonali tal-Istat, il-prinċipji fundamentali ta’ liġijiet nazzjonali u l-prinċipji morali.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-qorti jew awtorità kompetenti oħra tistabbilixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess il-kontenut tal-liġi barranija li għandha tiġi applikata bl-użu ta’ notifika ta’ liġi barranija mill-ministeru responsabbli għall-ġustizzja jew teżamina l-kontenut tagħha b’xi metodu adegwat ieħor. Il-partijiet jistgħu jissottomettu dokument pubbliku jew dokument ieħor ta’ awtorità jew istituzzjoni kompetenti barranija dwar il-kontenut tal-liġi barranija. Meta l-kontenut tal-liġi barranija ma jistax jiġi stabbilit f’każ partikolari, tapplika l-liġi Slovena.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Fir-rigward tal-Istati Membri, ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali huwa applikabbli għar-Repubblika tas-Slovenja u jħassar il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-liġi sostantiva. Għal kwistjonijiet li r-Regolament mhuwiex applikabbli għalihom, japplikaw il-konvenzjonijiet bilaterali meta jkunu rilevanti. Meta ma jkunx hemm konvenzjonijiet bilaterali, tapplika l-liġi nazzjonali li tirregola l-kunflitt ta’ liġijiet f’relazzjonijiet kuntrattwali (l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura).

Ir-regola ġenerali dwar il-kunflitt ta’ liġijiet:

L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura jipprevedi li tapplika l-liġi magħżula mill-partijiet kuntrattwali għall-kuntratt tagħhom sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi jew minn konvenzjoni internazzjonali. Ir-rieda tal-partijiet dwar l-għażla tal-liġi tista’ tiġi stabbilita espressament, jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali jew ċirkustanzi oħra jistgħu jindikaw b’mod ċar li ġiet magħżula liġi partikolari. Il-validità tal-kuntratt jiġi mbagħad eżaminat skont il-liġi magħżula. Meta l-partijiet ma jkunux għażlu liema liġi għandha tapplika, f'dak il-każ tapplika l-liġi li hija assoċjata mill-iktar qrib. Meta ċ-ċirkustanzi ma jindikawx liġi oħra, tapplika l-liġi tal-Istat fejn il-parti bl-obbligazzjoni li twettaq l-elementi essenzjali tal-kuntratt ikollha r-residenza permanenti jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha.

Il-liġi tal-Istat fejn ħaddiem abitwalment iwettaq xogħlu tirregola l-ftehimiet ta’ impjieg. Meta jaqblu mal-applikazzjoni ta’ liġi differenti f’kuntratt ta’ impjieg, il-partijiet ma jistgħux jeskludu dispożizzjonijiet mandatorji dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-impjegati inklużi fil-liġi tal-Istat li kienet tkun applikabbli li kieku l-partijiet ma kinux għażlu l-liġi l-oħra.

Kuntratt konkluż minn konsumatur huwa kuntratt għat-trasferiment ta’ prodotti, drittijiet u / jew servizzi lil konsumatur. Konsumatur huwa persuna li jikseb prodotti, drittijiet jew servizzi, l-aktar għall-użu personali jew għad-dar. Kuntratt konkluż minn konsumatur ma jinkludix kuntratt ta’ trasport jew kuntratt għall-forniment ta’ servizzi lil konsumatur meta dak il-kuntratt huwa mwettaq bis-sħiħ barra minn dak l-Istat fejn il-konsumatur għandu r-residenza permanenti tiegħu. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura, kuntratt konkluż minn konsumatur huwa rregolat mil-liġi tal-Istat fejn il-konsumatur għandu r-residenza tiegħu, meta l-kuntratt ġie konkluż suġġett għal offerta jew reklamar f'dak l-Istat, jew meta l-konsumatur ħa l-passi meħtieġa biex jikkonkludi l-kuntratt f’dak l-Istat, jew meta l-konsumatur ikun parti kokontraenti jew ir-rappreżentant tagħha jikseb l-ordni tal-konsumatur f’dak l-Istat, jew meta l-kuntratt ta’ bejgħ kien konkluż fi Stat ieħor, jew il-konsumatur ikun ta l-ordni fi Stat ieħor, jew fejn l-ivvjaġġar kien organizzat mill-bejjiegħ bil-ħsieb li jippromwovi l-konklużjoni ta’ tali kuntratti.

Fil-każijiet imsemmija hawn fuq, il-partijiet għall-kuntratt ma jistgħux jiftiehmu dwar l-applikazzjoni ta’ liġi li teskludi d-dispożizzjonijiet mandatorji dwar id-drittijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur applikabbli fl-Istat fejn il-konsumatur ikollu r-residenza permanenti tiegħu.

Għal kuntratti relatati ma’ proprjetà immobbli, tapplika dejjem il-liġi tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli.

Meta l-partijiet kuntrattwali ma jkunux qablu mod ieħor, tapplika r-regola ġenerali dwar il-kunflitt ta’ liġijiet għar-relazzjoni bejn il-partijiet kontraenti sabiex jiġi deċiż minn liem żmien ’il quddiem akkwirent ta’ proprjetà mobbli għandu dritt għall-prodotti u l-frott tiegħu u biex jiġi deċiż iż-żmien minn meta akkwirent jaċċetta r-riskji dwar il-prodott.

Barra minn dan, meta l-partijiet kontraenti ma jkunux ftiehmu mod ieħor, il-metodu tal-konsenja tal-prodott u l-miżuri meħtieġa meta l-konsenja tiġi rrifjutata huwa rregolat mil-liġi tal-Istat fejn il-prodott kellu jiġi kkonsenjat.

Rigward l-effett ta’ trasferiment ta’ kreditu jew assunzjoni ta' dejn: l-istatus legali ta’ kwalunkwe debitur jew kreditur li mhuwiex involut direttament fil-kreditu jew fil-preżunzjoni huwa rregolat mill-istess liġi li tirregola t-trasferiment jew il-preżunzjoni nfisha.

Il-liġi applikabbli għat-tranżazzjoni prinċipali tapplika għal tranżazzjoni awżiljarja sakemm ma jkunx deċiż b’mod ieħor.

Il-liġi tal-istat tar-residenza permanenti jew is-sede tad-debitur tapplika għal tranżazzjoni legali waħda biss.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Rigward l-obbligi mhux kuntrattwali mhux irregolati minn konvenzjoni internazzjonali jew ir-Regolament Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II), ir-regoli ta’ kunflitti ta’ liġijiet jipprevedu li tapplika l-liġi nazzjonali.

L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura jipprevedi li l-liġi tal-istat fejn ikun sar l-att tapplika għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali. Il-liġi tal-istat fejn titbata l-konsegwenza tapplika meta dik il-liġi tkun aktar favorevoli għall-vittma, sakemm il-vittma kellha jew setgħet tipprevedi l-post tal-konsegwenzi. Meta t-tali liġi ma għandhiex rabta mill-qrib għar-relazzjoni iżda teżisti rabta ma’ liġi oħra, f’dak il-każ tapplika dik il-liġi l-oħra.

Meta tkun qamet kwistjoni fuq bastiment fil-baħar internazzjonali jew fuq ajruplan, li għaliha jkun hemm lok ta’ kumpens, il-liġi applikabbli hija preżunta li tkun il-liġi tal-Istat fejn huwa rreġistrat il-bastiment jew l-ajruplan.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Meta ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja jkun ċittadin ukoll ta’ Stat ieħor, dik il-persuna hija meqjusa bħala ċittadina Slovena biss għall-għanijiet tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura. Meta persuna li mhijiex ċittadina tar-Repubblika tas-Slovenja iżda li hija ċittadina ta’ żewġ Stati jew aktar, il-liġi tal-Istat li fih dik il-persuna għandha r-residenza permanenti tagħha tkun applikabbli għall-għanijiet tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura. Meta persuna ma jkollhiex residenza permanenti f’xi wieħed mill-Istati li hija ċittadina tiegħu, il-liġi tal-Istat dik il-persuna għandha l-eqreb rabta tagħha miegħu tkun applikabbli għall-għanijiet tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura.

Meta persuna ma jkollhiex in-nazzjonalità jew in-nazzjonalità tagħha ma tistax tiġi stabbilita, tapplika l-liġi tal-Istat tar-residenza permanenti tagħha. Meta persuna ma jkollhiex residenza permanenti jew din ma tistax tiġi stabbilita, tapplika l-liġi tal-Istat tar-residenza temporanja tagħha. Meta ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita anki residenza temporanja, tapplika l-liġi Slovena.

Il-liġi tal-Istat li persuna tkun ċittadina tiegħu hija applikabbli għat-tibdil ta’ isem personali.

Il-liġi tal-Istat li persuna tkun ċittadina tiegħu hija applikabbli għall-kapaċità ta’ persuna fiżika biex tagħmel kuntratt. Persuna fiżika li, skont il-liġi tal-Istat li tkun ċittadina tiegħu ma jkollhiex il-kapaċità li tagħmel kuntratt hija preżunta li jkollha dik il-kapaċità jekk ikollha l-kapaċità skont il-liġi tal-istat fejn jirriżulta l-obbligu. It-telf jew ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità ta’ persuna fiżika biex tagħmel kuntratt huma rregolati mill-Istat li l-persuna tkun ċittadina tiegħu.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Il-ħatra jew it-terminazzjoni ta’ kurazija u r-relazzjonijiet bejn kuratur u l-persuna taħt kurazija (persuna f’kura) hija rregolata mil-liġi tal-Istat li l-persuna tkun ċittadina tiegħu. Il-miżuri temporanji ta’ kura tas-saħħa maħruġa kontra ċittadin barrani jew persuna apolida fir-Repubblika tas-Slovenja huma rregolati mil-liġi Slovena u jibqgħu fis-seħħ sakemm Stat kompetenti jiddeċiedi dwar il-miżura jew jannullaha, kif xieraq. Din ir-regola tapplika wkoll għall-protezzjoni ta’ proprjetà ta’ ċittadin barrani jew persuna apolida li tinsab fir-Repubblika tas-Slovenja.

Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-minuri huma rregolati mil-liġi tal-Istat li jkunu ċittadini tiegħu. Meta l-ġenituri u l-minuri jkunu ċittadini ta’ Stati differenti, tapplika l-liġi tal-Istatfejn ikollhom kollha residenza permanenti. Meta l-ġenituri u l-minuri jkunu ċittadini ta’ Stati differenti u ma jkollhomx residenza permanenti fl-istess Stat, tapplika l-liġi tal-Istat li l-minuri jkun ċittadin tiegħu.

Il-proċedura għar-rikonoxximent, l-iffissar u l-kontestazzjoni tal-paternità u l-maternità hija rregolata mil-liġi tal-Istat li l-minuri jkun ċittadin tiegħu.

L-obbligu li jiġi pprovdut manteniment għad-dixxendenti, bl-esklużjoni tal-ġenituri lejn il-minuri, u l-obbligu li jiġi pprovdut manteniment għal qraba bi żwieġ (jiġifieri qraba li mhumiex marbuta bid-demm), huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li l-persuna li qiegħda titlob manteniment tkun ċittadina tiegħu.

Il-proċess li bih minuri jiġi leġitimizzat huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li l-ġenituri jkunu ċittadini tiegħu jew mil-liġi tal-Istat tal-ġenitur li skontha l-adozzjoni għandha tkun valida meta l-ġenituri ma jkunux ċittadini tal-istess Stat. Il-fatt ta’ qbil għal-leġittimizzazzjoni minn minuri, persuna jew entità nazzjonali oħra huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li l-minuri jkun ċittadin tiegħu.

3.4.2 L-adozzjoni

Il-kundizzjonijiet u t-terminazzjoni ta’ adozzjoni jiġu deċiżi mil-liġi tal-Istat li l-adottant u l-persuna adottata jkunu ċittadini tiegħu. Meta l-adottant u l-persuna adottata jkunu ċittadini ta’ Stati differenti, il-kundizzjonijiet u t-terminazzjoni ta’ adozzjoni jkunu rregolati konġuntament mill-Istati li jkunu ċittadini tiegħu. Meta l-konjuġi jadottaw flimkien, il-kundizzjonijiet u t-terminazzjoni ta’ adozzjoni jkunu rregolati mil-liġi tal-Istat li l-persuna adottata tkun ċittadina tiegħu u anki tal-Istati li parti waħda mill-konjuġi tkun ċittadina tiegħu. Il-forma tal-adozzjoni hija rregolata mil-liġi tal-Istat li fih saret l-adozzjoni. L-effett tal-adozzjoni huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li l-adottant u l-persuna adottata jkunu ċittadini tiegħu fil-ħin tal-għoti tal-adozzjoni. Meta l-adottant u l-persuna adottata jkunu ċittadini ta’ Stati differenti, tapplika l-liġi tal-Istat fejn ikollhom ir-residenza permanenti tagħhom. Meta l-adottant u l-persuna adottata jkunu ċittadini ta’ Stati differenti u ma jkollhomx residenza permanenti fl-istess Stat, tapplika l-liġi tal-Istat li l-persuna adottata tkun ċittadina tiegħu.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Il-kundizzjonijiet għal dħul fi żwieġ huma rregolati mil-liġi tal-Istat li kull persuna tkun ċittadina tiegħu fil-ħin tal-ikkuntrattar taż-żwieġ. Il-forma taż-żwieġ hija rregolata mil-liġi tal-Istat fejn ġie kkuntrattat iż-żwieġ. L-invalidità taż-żwieġ hija rregolata mil-liġi li skontha sar iż-żwieġ permezz tar-regoli ta’ kunflitti ta’ liġijiet deskritti hawn fuq.

3.5.2 Koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura ma jipprevedi l-ebda dispożizzjoni speċjali dwar koppji mhux miżżewġin / koppji li jgħixu flimkien. Madankollu, billi l-konsegwenzi ta’ sħab li mhux miżżewġin / li jgħixu flimkien huma l-istess bħal dawk ta’ żwieġ, jista’ ikun li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw iż-żwieġ japplikaw għal sħab li mhux miżżewġin / li jgħixu flimkien ukoll.

Ir-relazzjonijiet ta' patrimonju bejn żewġ persuni li jgħixu fi sħubija / f’koabitazzjoni huma rregolati mil-liġi tal-Istat li huma ċittadini tiegħu. Meta l-persuni ma jkunux tal-istess nazzjonalità, tapplika l-liġi tal-Istat fejn għandhom ir-residenza komuni tagħhom. Għal relazzjonijiet ta’ patrimonju kuntrattwali bejn persuni li jgħixu fi sħubija / f’koabitazzjoni, il-liġi applikabbli hija l-liġi applikabbli għar-relazzjoni ta’ patrimonju tagħhom meta ġie konkluż il-kuntratt.

L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura ma jipprevedix xi dispożizzjonijiet speċjali dwar sħubijiet bejn persuni tal-istess sess u l-kundizzjonijiet tagħhom. Madankollu, billi l-konsegwenzi ta’ sħubijiet bejn persuni tal-istess sess huma l-istess bħal dawk taż-żwieġ, l-istess dispożizzjonijiet li jirregolaw iż-żwieġ jistgħu japplikaw.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Id-divorzju huwa rregolat mil-liġi tal-Istat li ż-żewġ konjuġi huma ċittadini tiegħu meta jsir ir-rikors għad-divorzju. Meta l-konjuġi jkunu ċittadini ta’ Stati differenti meta jsir ir-rikors għad-divorzju, id-divorzju jiġi rregolat konġuntament mill-Istati li jkunu ċittadini tagħhom. Meta d-divorzju ma jistax ikollu lok abbażi tar-regoli preċedenti, id-divorzju jkun mbagħad irregolat mil-liġi Slovena, jekk parti waħda mill-konjuġi kellha r-residenza permanenti tagħha fir-Repubblika tas-Slovenja meta sar ir-rikors għad-divorzju. Meta parti waħda mill-konjuġi tkun ċittadina Slovena iżda ma jkollhiex residenza permanenti fis-Slovenja u d-divorzju ma jkunx jista' iseħħ abbażi tar-regoli preċedenti, id-divorzju mbagħad ikun irregolat mil-liġi Slovena.

L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura ma jipprevedi l-enda dispożizzjoni speċjali dwar it-terminazzjoni ta’ sħubijiet bejn persuni tal-istess sess. Madankollu, billi l-konsegwenzi ta’ sħubija bejn persuni tal-istess sess huma l-istess bħal dawk ta’ żwieġ, l-istess dispożizzjonijiet li jirregolaw id-divorzju jistgħu japplikaw.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-minuri huma rregolati mil-liġi tal-Istat li jkunu ċittadini tiegħu. Meta l-ġenituri u l-minuri jkunu ċittadini ta’ Stati differenti, tapplika l-liġi tal-Istatfejn ikollhom kollha residenza permanenti. Meta l-ġenituri u l-minuri jkunu ċittadini ta’ Stati differenti u ma jkollhomx residenza permanenti fl-istess Stat, tapplika l-liġi tal-Istat li l-minuri jkun ċittadin tiegħu.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Ir-relazzjonijiet personali u ta’ patrimonju bejn il-konjuġi huma rregolati mil-liġi tal-Istat li huma ċittadini tiegħu. Meta l-konjuġi jkunu ċittadini ta’ Stati differenti, tapplika l-liġi tal-Istat fejn ikollhom ir-residenza permanenti taghom. Meta l-konjuġi la jkollhom l-istess nazzjonalità u lanqas l-istess residenza permanenti fl-istess Stat, tapplika l-liġi tal-Istat fejn kellhom l-aħħar residenza konġunta tagħhom. Meta l-liġi applikabbli ma tistax tiġi stabbilita abbażi ta’ dawn ir-regoli, imbagħad tapplika l-liġi li jkollhom l-eqreb rabta magħhom.

Ir-reġimi ta’ patrimonju kuntrattwali bejn il-konjuġi huma rregolati mil-liġi tal-Istat li rregolat ir-relazzjoni personali u ta’ patrimonju meta ġie konkluż il-kuntratt. Meta din il-liġi tipprevedi li l-konjuġi jistgħu jagħżlu liġi li tirregola l-ftehimiet ta’ patrimonju tagħhom, tapplika l-liġi li jagħżlu.

Meta żwieġ jiġi annullat jew xolt, l-istess regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet li japplikaw għal reġimi personali u ta’ patrimonju bejn il-konjuġi, japplikaw għal reġimi personali u ta’ patrimonju konġunt.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Il-liġi tal-Istat li d-decujus kien ċittadin tiegħu meta miet tirrregola l-wirt tiegħu. Il-kapaċità testamentarja hija rregolata mil-liġi tal-Istat li t-testatur kien ċittadin tiegħu meta saret l-eżekuzzjoni tat-testment.

Il-forma tat-testment tkun valida jekk tkun valida skont waħda mis-sistemi legali li ġejjin: il-liġi tal-Istat fejn ġie redatt it-testment; il-liġi tal-Istat li t-testatur kien ċittadin tiegħu meta ġie redatt it-testment jew mal-mewt tiegħu; il-liġi tal-Istat fejn it-testatur kellu r-residenza permanenti tiegħu meta ġie redatt it-testment jew mal-mewt tiegħu; il-liġi Slovena; jew il-liġi tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli fir-rigward ta’ proprjetà immobbli.

Forma ta’ revoka ta’ testment tkun valida abbażi ta’ kwalunkwe liġi li skontha r-redazzjoni tat-testment tkun valida, kif spjegat.

3.8 Proprjetà reali

Għal relazzjonijiet ta’ patrimonju u drittijiet in rem oħra, tapplika l-liġi tal-istat fejn jinsab l-oġġett. Għal relazzjonijiet ta’ patrimonju dwar oġġetti fi tranżitu, tapplika l-liġi tal-istat ta’ destinazzjoni. Għal relazzjonijiet ta’ patrimonju dwar vetturi tat-trasport, il-liġi tal-Istat fejn jinsabu dawn il-vetturi, sakemm il-liġi Slovena ma tistipulax mod ieħor.

3.9 Insolvenza

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment japplika direttament fis-Slovenja għal kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-applikabbiltà tagħha u tal-Istati Membri tal-UE. Meta r-Regolament ma jkunx applikabbli, il-liġi applikabbli tkun il-liġi nazzjonali Slovena, b’mod partikolari l-Att dwar l-Operazzjonijiet Finanzjarji, il-Proċedimenti ta’ Insolvenza u x-Xoljiment Obbligatorju (Zakon o finančnem poslovanju, postopkih zaradi insolventnosti in prisilnem prenehanju; imqassar bħala ZFPPIPP, UL RS, ZFPPIPP-UPB7, Nru 63/2013).

F’dan l-Att, il-kapitolu li huwa intitolat “Proċedimenti ta’ insolvenza b’element internazzjonali” fih regoli ġenerali dwar proċedimenti ta’ insolvenza b’element internazzjonali, jirregola l-aċċess ta’ kredituri u amministraturi barranin għal qorti nazzjonali, u jirregola l-kooperazzjoni mal-qrati barranin u l-amministraturi barranin. Dan jirregola wkoll ir-rikonoxximent ta’ proċedimenti ta’ insolvenza barranin u miżuri temporanji, miżuri paralleli dovuti għal insolvenza, u l-liġi biex jiġu applikati l-konsegwenzi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza.

Il-qorti nazzjonali li jkollha ġuriżdizzjoni fuq proċedimenti ta’ insolvenza nazzjonali, tista’ tiddeċiedi dwar ir-rikonoxximent ta’ proċedura barranija u l-kooperazzjoni mal-qrati barranin. Il-qrati nazzjonali lokali kompetenti biex jiġġestixxu proċedimenti ta’ insolvenza nazzjonali huma: 1. meta debitur li jkun entità ġuridika jew imprenditur nazzjonali, ikun stabbilit fir-Repubblika tas-Slovenja: il-qorti fit-territorju fejn id-debitur ikun stabbilit; 2. meta debitur li jkun persuna barranija ikollu fergħa fir-Repubblika tas-Slovenja: il-qorti fit-territorju fejn il-fergħa tad-debitur ikollha l-post tan-negozju prinċipali tagħha; 3. fil-każijiet l-oħra: il-Qorti Distrettwali ta’ Ljubljana (Okrožno sodišče v Ljubljani).

Rigward il-liġi li tirregola l-konsegwenzi legali ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, ir-regola ġenerali hija li tapplika l-liġi tal-Istat fejn isiru l-proċedimenti, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor għal każ partikolari. Hemm regoli dwar il-liġi applikabbli fl-Att dwar l-Operazzjonijiet Finanzjarji, il-Proċedimenti ta’ Insolvenza u x-Xoljiment Obbligatorju dwar kuntratti li jolqtu l-użu ta’ proprjetà immobbli miksuba, inkwantu tapplika l-liġi tal-istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli. Japplikaw regoli speċjali dwar il-liġi ta’ drittijiet irreġistrati f’reġistru (il-liġi tal-Istat li huwa awtorizzat li jiġġestixxi r-reġistru) dwar il-liġi biex jiġu applikati sistemi ta’ pagament u s-swieq finanzjarji (il-liġi tal-Istat li hija applikata għat-tali sistemi ta’ pagament / swieq finanzjarji), dwar il-liġi li għandha tiġi applikata għal kuntratti ta’ kumpens u kuntratti ta’ riakkwist u l-liġi dwar il-kuntratti ta’ impjieg.

L-aħħar aġġornament: 17/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Slovakkja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Is-sors nazzjonali bażiku tad-dritt internazzjonali privat Slovakk hu l-Att Nru 97/1963 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u Proċedurali (“l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat”), li, permezz ta’ konflitt fir-regoli tal-liġijiet fl-Artikoli 3 – 31 jiddefinixxi l-liġi applikabbli f’oqsma speċifiċi tal-liġi (il-kapaċità għal drittijiet u għal azzjonijiet legali, il-validità ta’ azzjonijiet legali, il-liġi sostantiva, il-liġi tal-kuntratti, il-liġi dwar l-impjiegi, il-liġijiet tal-wirt, il-liġi tal-familja). L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat japplika biss fejn mhux stipulat mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni Ewropea direttament applikabbli jew fi trattat internazzjonali li jorbot lir-Repubblika Slovakka jew — b’mod iktar preċiż — b’att legali li jimplimenta tali trattat. Dan ifisser li fejn l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat hu msemmi hawn taħt, għandu jitfakkar li dan japplika biss fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Il-liġi Slovakka fiha regoli ta’ konflitt tal-liġijiet indipendenti fil-leġiżlazzjoni u mhux biss fl-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, pereżempju:

- l-Att Nru 513/1991 (il-“Kodiċi Kummerċjali”). Minbarra r-regola ta’ konflitt tal-liġijiet fl-Artikolu 22 ta’ dak l-Att, taħt it-Titolu III hemm dispożizzjonijiet speċjali għal obbligi fil-kummerċ internazzjonali li jridu jiġu applikati flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra f’każijiet ta’ kuntratti b’element barrani

- l-Att Nru 311/2001 (il-“Kodiċi tax-Xogħol”), l-Artikolu 241a (7) (il-liġi applikabbli biex jiġi ddeterminat jekk min iħaddem huwiex impjegatur maniġerjali jekk dan tal-aħħar ikun suġġett għal liġi diversa minn dik ta’ Stat Membru)

- l-Att Nru 8/2008 dwar l-Assigurazzjoni, l-Artikolu 89 (il-liġi applikabbli għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni)

- l-Att Nru 191/1950 dwar Kambjali u Ċekkijiet (l-“Att tal-Kambjali u taċ-Ċekkijiet”), dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dritt internazzjonali dwar kambjali (l-Artikolu 91 et seq.) u ċekkijiet (l-Artikolu 69 et seq.).

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

(a) Konvenzjonijiet UNO: Il-Konvenzjoni dwar l-Irkupru minn Barra ta’ Manteniment, 20.6.1956 u l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, 24.4.1963

(b) Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa: Il-Konvenzjoni Ewropea dwar Informazzjoni dwar Liġi Barranija, 7.6.1968; Protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar Informazzjoni dwar Liġi Barranija, 15.3.1978; Il-Konvenzjoni Ewropea dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-Kustodja tat-Tfal u dwar l-Għoti Lura tal-Kustodja tat-Tfal, 20.5.1980

(c) Konvenzjonijiet tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat: Il-Konvenzjoni dwar il-Proċedura Ċivili, 1.3.1954; Il-Konvenzjoni dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali, 18.3.1970; Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent ta’ Divorzji u Separazzjonijiet Legali, 1.6.1970; Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet Relatati ma’ Obbligi ta’ Manteniment, 2.10.1973; Il-Konvenzjoni dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali, 15.11.1965; Il-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri, 25.10.1980; Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tal-Adozzjoni Bejn il-Pajjiżi, 29.5.1993; Il-Konvenzjoni li Tabolixxi r-Rekwiżit ta’ Legalizzazzjoni għad-Dokumenti Pubbliċi Barranin, 5.10.1961; Il-Konvenzjoni dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, 19.10.1996; Il-Konvenzjoni dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja, 25.10.1980

(d) It-Trattati tal-unifikazzjoni ta’ regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet: Il-Konvenzjoni dwar il-Liġi Applikabbli għall-Inċidenti tat-Traffiku, 4.5.1971; Il-Konvenzjoni dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni ta’ Minuri, 19.10.1996

(e) It-Trattati tal-unifikazzjoni tar-regoli tal-liġi sostantiva diretta: Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kuntratti ta’ Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija, 11.4.1980; Il-Konvenzjoni dwar il-Perjodu ta’ Preskrizzjoni fil-qasam ta’ Bejgħ Internazzjonali tal-Merkanzija, New York, l-14 ta’ Ġunju 1974, kif emendata bi Protokoll fil-11 ta’ April 1980

(f) Trattati ta’ arbitraġġ: Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ Barrani, 10.6.1958; Il-Konvenzjoni Ewropea rigward l-Arbitraġġ Kummerċjali Internazzjonali, 21.4.1961

(g) Trattati dwar trasport internazzjonali: Il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti bit-Triq, 19.5.1965; Il-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija, 9.5.1980, kif emendata bil-Protokoll tal-20.12.1990

(h) Konvenzjonijiet oħrajn ta’ dritt internazzjonali privat legalment sinifikanti: Bidliet tal-Istatut tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat tal-15 ta’ Lulju 1955, 30.6.2005; Il-Konvenzjoni ta’ UNIDROIT dwar Oġġetti Kulturali Misruqa jew Esportati Illegalment, 24.6.1995; Il-Konvenzjoni tal-Liġi Ċivili dwar il-Korruzzjoni, 4.11.1999; Il-Ftehim dwar it-Trasferiment tal-Katavri, 26.10.1973

(i) Konvenzjonijiet li jorbtu lir-Repubblika Slovakka dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet legali: Il-Konvenzjoni dwar l-Arranġament tat-Tilwim dwar Investimenti bejn l-Istati u Ċittadini ta’ Stati Oħra, 18.2.1965; L-Istatut tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (validu mill-15 ta’ Lulju 1955, emendat fl-1 ta’ Jannar 2007), 31.10.1951; Il-Konvenzjoni dwar l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ Barrani, 26.9.1927; Il-Protokoll dwar il-Klawżoli ta’ Arbitraġġ, 24.9.1923; Il-Konvenzjoni dwar l-Arranġament ta' Arbitraġġ ta’ Tilwim ta’ Dritt Ċivili li Jirriżulta minn Relazzjonijiet tal-Kooperazzjoni Ekonomika u Xjentifika Teknika, 26.5.1972; Il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet Relatati ma’ Obbligi ta’ Manteniment, 15.4.1958; Il-Konvenzjoni dwar l-Istatus Legali, il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Organizzazzjonijiet Ekonomiċi Intergovernattivi li Jaġixxu f’Ċerti Oqsma ta’ Kooperazzjoni, 5.12.1980

(j) It-Trattati dwar id-drittijiet tal-awtur u l-liġi industrijali (bħala eżempju): Il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, 20.3.1883; Il-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, 9.9.1886

Konvenzjonijiet oħrajn li jorbtu lir-Repubblika Slovakka jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-Ministeru Slovakk tal-Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej www.mzv.sk.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

1. It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu Ungeriża dwar l-Għajnuna Legali u l-Arranġamenti ta’ Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, tal-Familja u Kriminali, 28.3.1989

2. It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu Pollakka dwar l-Għajnuna Legali u l-Arranġamenti ta’ Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, tal-Familja u Kriminali, 21.12.1987

3. It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar l-Għajnuna Legali u r-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, tal-Familja u Kriminali, 12.8.1982

4. It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Awstrija dwar Relazzjonijiet Legali Reċiproċi f’Materji Ċivili, dwar Dokumenti u Informazzjoni Legali bi Protokoll Finali, 10.11.1961

5. It-Trattat bejn ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika Ċeka dwar l-Għajnuna Legali pprovduta mill-Korpi Ġudizzjarji u l-Arranġamenti ta’ Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, 29.10.1992

6. It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Federattiva Soċjalista tal-Jugoslavja dwar l-Arranġamenti ta’ Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, tal-Familja u Kriminali, 20.1.1964

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Hija l-awtorità ġudizzjarja li trid tistabbilixxi n-norma legali rilevanti u l-applikazzjoni tagħha għal relazzjoni legali partikolari, u dan tagħmlu ex officio skont il-prinċipju li l-partijiet f'tilwima legali ma għandhomx għalfejn jitolbu jew jagħtu prova ta’ liema liġi tapplika għall-kawża tagħhom. F’termini ta’ applikabbiltà, il-liġi Slovakka tagħmel distinzjoni bejn regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet mandatorji u standard. Ir-regoli mandatorji tar-regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet li jridu jiġu applikati minn imħallef indipendentement mix-xewqa tal-partijiet jew jekk il-partijiet invokawx dan id-dritt. Regoli awtomatiċi — li huma tipiċi għal każijiet ta’ kuntratt fil-liġi Slovakka — huma regoli tad-dritt li wieħed jista’ jidderoga jew jimmodifika permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Id-dritt internazzjonali privat Slovakk jikkunsidra rinviju skont ir-regoli tagħha dwar konflitt ta’ liġijiet bħala rinviju għas-sistema legali ta’ dak l-Istat fl-intier tagħha, inkluż ir-regoli tiegħu dwar konflitt tal-liġijiet. Ir-regola ġenerali fl-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (l-Artikolu 35) hija li rinviju jista’ jiġi aċċettat jekk iwassal għal soluzzjoni raġonevoli u ekwa tal-kwistjoni. Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex taċċetta jew tirrifjuta r-remissjoni u t-trażmissjoni suċċessiva, il-qorti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni biss l-elementi fattwali u legali li jistgħu jaffettwaw l-għażla tal-liġi applikabbli, iżda mhux fatturi li jistgħu jaffettwaw ir-riżoluzzjoni sostantiva attwali tal-kawża. Fil-liġi Slovakka, ir-rinviju għandu jiġi aċċettat f’każijiet li jinvolvu l-individwu, il-liġi tal-familja u l-liġi tas-suċċessjoni. F’każijiet ta’ kuntratti, rinviju jkun applikabbli biss b’mod eċċezzjonali u f’każijiet tal-għażla tal-liġi applikabbli hu direttament eskluż (l-Artikolu 9(2) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat). Hemm arranġament speċjali fl-Att dwar il-Kambjali u ċ-Ċekkijiet li jistipula li rinviju għandu jiġi aċċettat mingħajr ma l-qorti jkollha teżamina r-rekwiżit ta’ riżoluzzjoni raġonevoli u ekwu (l-Artikoli 69 u 91 tal-Att dwar il-Kambjali u ċ-Ċekkijiet).

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Il-liġi Slovakka ma tinkludi l-ebda regola dwar l-effett ta’ bidla fil-fattur ta’ konnessjoni. Jekk ir-regola tal-konflitt tal-liġi Slovakka ma tiddefinix il-mument applikabbli fejn għandu jiġi vvalutat il-fattur ta’ konnessjoni, il-qrati Slovakki jiddeduċu minn fatturi ta’ konnessjoni oħra jew permezz tal-każistika. Madankollu, b’mod ġenerali, iż-żmien applikabbli huwa ż-żmien meta titqajjem sitwazzjoni legali, jew aktar preċiżament, id-data li fiha nbdew il-proċedimenti skont iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ.

Il-bidla fl-istatus hija tipika għal beni mobbli. Modifika tal-kriterju tal-liġi applikabbli skont il-post hija koperta mill-Artikolu 6 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, li jagħmel distinzjoni bejn beni mobbli bħala tali (b’mod ġenerali) u beni mobbli li qed jiġi ttrasportat taħt kuntratt (prodotti fi tranżitu). Fil-każ ta’ tali beni mobbli, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-post fejn il-beni kien fil-mument meta seħħ il-fatt li wassal għad-dritt jew għal tmiemu. Madanakollu, il-każistika stabbiliet li l-kontenut u l-effetti ta’ dritt sostantiv akkwistat skont liġi oħra (jiġifieri traspożizzjoni ta’ drittijiet miksuba f’pajjiż wieħed għal kategorija ekwivalenti f’pajjiż ieħor) għandhom jiġu vvalutati skont il-liġi l-ġdida (attwali) fejn jinsab il-beni.

Il-fattur ta’ konnessjoni f’każijiet ta’ beni trasportat (fejn il-ġarr tal-proprjetà għad irid iseħħ) hija l-liġi tal-post minn fejn kien mibgħut il-beni. Il-kwistjoni tal-bdil ta’ fatturi ta’ konnessjoni għal beni mobbli tista’ tinħoloq wkoll b’rabta ma’ preskrizzjoni. Speċifikament għal dan l-għan, l-Artikolu 8 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jispeċifika li l-preskrizzjoni tkun irregolata mil-liġi tal-post fejn il-beni kien fil-bidu tal-perjodu ta’ preskrizzjoni. Madankollu; L-akkwirent tal-preskrizzjoni mhuwiex prekluż milli jiddependi fuq il-liġi tal-Istat fejn seħħet il-preskrizzjoni, jekk fiż-żmien meta l-beni kien f’dak l-Istat, kienu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha għal preskrizzjoni taħt il-liġi ta’ dak l-Istat. Jekk il-beni suċċessivament ġie rilokat għat-territorju ta’ iktar minn Stat wieħed, il-kundizzjonijiet jiġu vvalutati jew mil-liġi tal-post fejn kien jinsab il-beni fil-bidu tal-perjodu ta’ preskrizzjoni, jew mil-liġi tal-post fejn kien jinsab il-beni kontinwament matul il-perjodu kollu rilevanti għall-preskrizzjoni.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Normi obbligatorji tal-liġi u l-eċċezzjoni tal-ordni pubblika

Id-differenza fundamentali bejn normi obbligatorji u l-eċċezzjoni tal-ordni pubblika hija l-effett tagħhom: normi obbligatorji joperaw offensivament (ikun xi jkun il-kontenut tal-liġi barranija), filwaqt li l-eċċezzjoni tal-ordni pubblika topera difensivament (biss meta tapplika leġiżlazzjoni barranija li tipperikola interessi dikjarati). L-eċċezzjoni tal-ordni pubblika ma tħarisx id-dispożizzjonijiet obbligatorji kollha tal-liġi Slovakka, iżda biss dawk li jitqiesu li huma kwistjonijiet fundamentali ta’ prinċipju (bħall-prinċipju ta’ żwieġ monogamu).

In-normi obbligatorji huma normi tal-liġi nazzjonali li ma jippermettux devjazzjonijiet; huma għandhom jiġu applikati f’kull sitwazzjoni irrispettivament mil-liġi li taħtha għandha tiġi ttrattata relazzjoni legali partikolari fuq il-bażi tar-regoli dwar il-konflitt tal-liġi. B’mod ġenerali, huma għandhom karattru ta’ liġi pubblika, iżda jistgħu wkoll ikunu ta’ natura tal-liġi privata, jekk l-objettiv tagħhom huwa li jipproteġu l-interess sostanzjali partikolari. Il-valutazzjoni ta’ jekk norma legali partikolari tkunx obbligatorja hija għad-diskrezzjoni tal-qorti. Il-liġi ma ddefinihomx b’mod ċar; dawn huma tipiċi tal-liġi dwar il-konsumatur u xi oqsma tad-dritt industrijali (eż. regoli dwar is-saħħa u s-sigurtà, is-sigħat ta’ xogħol u l-bqija). Fil-liġi tal-familja, pereżempju, ir-regoli tal-Kodiċi Kriminali li jirregolaw id-delitti kontra l-familja u ż-żgħażagħ huma normi obbligatorji.

L-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku hija mniżżla fl-Artikolu 36 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, li skontu dispożizzjoni legali ta’ Stat barrani ma tistax tiġi applikata jekk l-effett tal-applikazzjoni tagħha jkun kontra l-prinċipji fundamentali tas-sistema soċjali u istatali tar-Repubblika Slovakka u l-liġijiet tagħha, li għandhom jiġu rispettati inkondizzjonalment, irrispettivament mir-rieda tal-partijiet. Dan ifisser b’mod partikolari li regoli kostituzzjonali jistabbilixxu d-dritt ta’ proċess ġust u l-prinċipji bażiċi ta’ ugwaljanza f'għajnejn il-liġi u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ sess, razza, karnaġjon, reliġjon, nazzjonalità u l-bqija. Skont l-għan tal-Att, l-eċċezzjoni tal-ordni pubblika għandha tiġi applikata meta tkun essenzjali u fl-applikazzjoni tagħha, il-qorti ma tistax teżamina jew tevalwa id-dispożizzjoni legali tal-Istat barrani, iżda biss l-effetti li l-applikazzjoni tagħha jista' jkollha fuq l-ordni pubbliku fir-Repubblika Slovakka.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Ir-Repubblika Slovakka hija wieħed mill-pajjiżi li jittratta dispożizzjoni legali bħala liġi, aktar milli bħala fatt li jrid jiġi ppruvat. Għalhekk, l-awtoritajiet ġudizzjarji jieħdu azzjoni biex jistabbilixxu liema huma d-dispożizzjonijiet legali fuq inizjattiva tagħhom stess. Skont l-Artikolu 53 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, għall-fini tal-istabbiliment ta’ liġi barranija, l-awtorità ġudizzjarja twettaq il-miżuri kollha neċessarji, inkluż il-proċess biex jinkiseb il-kontenut tal-liġi barranija bl-użu ta’ riżorsi tiegħu stess, billi tikkonsulta sorsi aċċessibbli għall-pubbliku, billi tobbliga lill-partijiet fil-kawża biex jipprovdu l-informazzjoni jew billi titlob informazzjoni mingħand il-Ministeru tal-Ġustizzja (li għandu jaġixxi fuq dawn it-talbiet). Dan ifisser li l-imħallfin jistgħu wkoll jużaw l-għarfien tagħhom dwar il-kontenut tal-liġi barranija jew jistabbiluh bl-użu ta’ esperti fil-qasam tad-dritt internazzjonali privat jew tal-partijiet fil-proċedimenti, jew saħansitra permezz ta’ konsultazzjoni fuq l-internet. Jekk il-kontenut tal-liġi barranija ma jkunx jista' jiġi ddeterminat fi żmien raġonevoli jew jekk l-istabbiliment tal-kontenut tal-liġi barranija tkun assoċjata ma’ ostakli serji jew tkun impossibbli, f’dak il-każ tapplika l-liġi Slovakka. F’każ ta’ dubji li jinqalgħu meta jiġi ddeterminat il-kontenut tal-liġi barranija, il-qrati huma intitolati li jitolbu lill-Ministeru tal-Ġustizzja għall-kooperazzjoni.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Obbligi kuntrattwali

Huma biss kuntratti tal-liġi privata li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, jiġifieri l-liġi ċivili, kummerċjali, tal-familja, tal-impjiegi u kuntratti oħra simili b’komponent internazzjonali. Skont il-prinċipju tal-awtonomija tat-testment tal-partijiet firmatarji, fil-każ ta’ relazzjonijiet tal-proprjetà, l-Artikolu 9 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat b’mod ċar jagħti preferenza għal għażla tal-liġi mill-partijiet kontraenti nfushom (barra minn hekk, dan jippermetti wkoll għażla tal-liġi fil-qasam tal-impjiegi). L-għażla tal-liġi hija limitata biss fil-każ ta’ kuntratti tal-konsumatur, li, jekk il-liġi magħżula ma tipprovdix grad suffiċjenti ta’ ħarsien tal-konsumatur, ikunu koperti mis-sistema legali li tiżgura trattament aktar favorevoli tal-konsumatur (l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(4) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat). Fin-nuqqas ta’ għażla ta’ liġi, il-leġiżlazzjoni applikata hija l-leġiżlazzjoni tal-Istat li tiżgura soluzzjoni raġonevoli għal kuntratti ta’ dan it-tip. F’konformità mal-prinċipju ta’ arranġament raġonevoli, l-Artikolu 10(2) u (3) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jagħti eżempji ta’ liema liġi tapplika b’mod ġenerali għal tipi speċifiċi ta’ kuntratt: pereżempju, kuntratti ta’ xiri huma rregolati mil-liġi tal-post fejn il-bejjiegħ ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu. Għal obbligi kuntrattwali l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jirregola wkoll l-effetti tal-liġi sostantiva ta’ relazzjonijiet kuntrattwali (l-Artikolu 12), l-istatut ta’ limitazzjonijiet ta’ kapaċità u għall-kumpens (l-Artikolu 13), kif ukoll arranġamenti għal atti legali unilaterali (l-Artikolu 14), kemm jekk ikunu indirizzati lil xi entità msemmija jew le (il-fattur ta’ konnessjoni f’dawn il-każijiet ikun id-domiċilju tad-debitur).

Obbligi kuntrattwali fil-liġi internazzjonali dwar il-kambjali u ċ-ċekkijiet huma speċifikament rregolati fl-Att dwar il-Kambjali u ċ-Ċekkijiet (l-Artikolu 69 et seq. u l-Artikolu 91 et seq.).

Atti legali

Kwistjonijiet dwar il-konflitt tal-liġijiet marbuta mal-validità ta’ atti legali, il-konsegwenzi tan-nullità, u l-forma ta’ att legali huma koperti mill-Artikolu 4 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Il-liġi applikabbli għall-effetti ta’ att legali hija applikabbli wkoll għal kwistjonijiet tal-validità u n-nullità tagħha. Il-liġi applikabbli hija determinata skont ir-regoli rilevanti dwar il-konflitt tal-liġijiet speċifikati għal dak l-att legali partikolari. Hemm żewġ eċċezzjonijiet meta l-validità ta’ att legali u l-konsegwenzi ta’ nullità ma jiġux rregolati bl-istess liġi hekk kif l-effetti: l-iktar fejn il-liġi ma tipprovdix mod ieħor jew meta dan ikun essenzjali għal arranġament raġonevoli. Fir-rigward tal-forma ta’ att legali, huwa biżżejjed li l-att legali ikun twettaq f’konformità mal-liġi tal-post fejn l-att ikun seħħ jew qed iseħħ. Mhuwiex għalhekk neċessarju li tinżamm il-forma ta’ azzjoni meħtieġa mil-liġi magħżula mill-forum tal-qorti, bħal fil-każ tal-validità tagħha. Madankollu din ir-regola ta’ konflitt tal-liġijiet sussidjarja ma tistax tintuża jekk il-liġi magħżula permezz tal-forum tal-qorti applikabbli għall-kuntratt tippreskrivi l-forma ta’ kuntratt bil-miktub bħala kundizzjoni għall-validità tagħha.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Ir-regola fundamentali nazzjonali għall-konflitt tal-liġijiet fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali hija l-Artikolu 15 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, li skontu talbiet għad-danni mġarrba b’riżultat ta’ ksur ta’ dmirijiet li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali (delitt) jew f’każijiet fejn il-liġi titlob kumpens irrispettivament mill-illegalità tal-azzjoni (ir-responsabbiltà għall-eżitu) huma rregolati mil-liġi tal-post fejn tkun seħħet il-ħsara jew tal-post fejn ikun seħħ l-avveniment li jagħti lok għal dritt għal kumpens. Fatturi ta’ konnessjoni applikabbli għal negotiorum gestor, arrikkiment indebitu eċċ. isegwu mutatis mutandis mill-Artikolu 15 u dispożizzjonijiet oħra tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat,

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Ir-regoli ta’ konflitt tal-liġijiet ġenerali, jiġifieri li tiġi determinata l-liġi applikabbli li tirregola l-personalità ġuridika ta’ persuna fiżika, huma stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, li jgħid li l-kapaċità ta’ persuna fir-rigward ta’ drittijiet u atti legali hija rregolata mil-liġi tal-Istat li dik il-persuna hija ċittadin tiegħu. Jekk l-att legali jiġi mwettaq fir-Repubblika Slovakka minn persuna barranija li ma jkollhiex il-kapaċità legali taħt il-liġijiet tal-Istat li tkun ċittadin tiegħu, ikun biżżejjed jekk ikollha kapaċità fir-rigward ta’ dak l-att skont il-liġi Slovakka. Madankollu, tali att legali mhux bilfors ikun meqjus validu skont il-liġijiet ta’ Stati oħra, fosthom dawk fil-pajjiż tal-barrani.

Taħt il-liġi nazzjonali Slovakka, il-kapaċità ta’ persuna fiżika fir-rigward ta’ drittijiet u dmirijiet tinħoloq mat-twelid (kwalunkwe wild ikkonċepit, jekk il-wild jitwieled ħaj, għandu wkoll tali kapaċità) u jintemm mal-mewt (meta persuna tiġi ddikjarata mejta minn qorti). Kapaċità ġuridika sħiħa hija miksuba fl-età ta’ 18-il sena jew permezz taż-żwieġ (li huwa possibbli mill-età ta’ 16-il sena). Kapaċità ġuridika sħiħa hija prerekwiżit għal kapaċità proċedurali, għalkemm il-liġi proċedurali tista’ tagħti l-kapaċità lill-parti li kieku tkun nieqsa, bħal ġenitur taħt l-età fi proċedimenti ta’ adozzjoni meta jilħaq l-età ta’ 16. Il-minorenni għandhom kapaċità legali biss għal atti li min-natura tagħhom huma xierqa għall-maturità intellettwali u mentali li tikkorrispondi għall-età tagħhom. Minbarra l-limitu ta’ età, biex ikollha kapaċità legali sħiħa persuna għandu jkollha fakultajiet mentali sani. Hija qorti biss li tista’ tneħħi jew tirrestrinġi l-kapaċità ġuridika ta’ persuna.

Konflitt nazzjonali speċjali tar-regoli tal-liġijiet dwar il-kapaċità legali japplika għall-kapaċità li tidħol għaż-żwieġ (l-Artikolu 19 tal-Att dwar il-Dritt Internazzjonali Privat — ara l-Punt 3.5), li tistabbilixxi u tirrevoka testment (l-Artikolu 18 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat — ara l-Punt 3.7.) u l-kapaċità proċedurali tal-barranin (l-Artikolu 49 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat). Ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet li jirregolaw il-kapaċità ta’ entitajiet ġuridiċi skont il-liġi Slovakka jinsabu fl-Artikolu 22 tal-Kodiċi Kummerċjali, li skontu l-istatus personali ta’ entitajiet ġuridiċi huwa rregolat mill-prinċipju tal-inkorporazzjoni, mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kapaċità mogħtija lilhom taħt il-liġi applikabbli wkoll mogħtija taħt il-liġi Slovakka. L-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ persuna li twettaq l-obbligi fir-rigward ta’ kambjali jew ċekkijiet huwa stipulat fl-Att dwar il-Kambjali u ċ-Ċekkijiet, li jiddikjara li l-persuna hija marbuta bil-liġi tal-Istat litkun ċittadin tiegħu.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-istat ċivili, bħala fattur ta’ konnessjoni, it-terminu “domiċilju” mhuwiex użat fil-liġi Slovakka u mhuwiex l-istess bħat-terminu Slovakk “residenza permanenti” (li huwa rreġistrat fir-Reġistru tal-Popolazzjoni tar-Repubblika Slovakka). Id-dritt tal-persuna għal isem huwa inkluż taħt status personali b’analoġija, il-liġi applikabbli tkun il-liġi applikabbli għall-kapaċità legali u l-kapaċità proċedurali tal-persuna kkonċernata.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

3.4.1 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal

Skont il-liġi nazzjonali l-omm hi l-mara li welldet il-wild. Fil-każ ta’ dubji dwar il-maternità, il-qorti tiddeċiedi fuq il-bażi ta’ fatti determinati f’relazzjoni mat-twelid. Il-paternità tkun stabbilita fuq il-bażi ta’ tliet preżunzjonijiet konfutabbli tal-paternità, li huma speċifikati fl-Att Nru 36/2005 dwar il-Familja (l-Att dwar il-Familja): (i) it-tul taż-żwieġ; (ii) dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-ġenituri f’Uffiċċju tar-Reġistru, u (iii) il-ħin ta’ kopulazzjoni sesswali bejn l-allegat missier putattiv u l-omm tal-wild.

L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fih regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet dwar l-istabbiliment (rikonoxximent jew aħda) tal-paternità, marbuta mal-ħin tat-twelid tal-wild. Skont l-Artikolu 23 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità tal-wild miksub mit-twelid. Din il-liġi tapplika b’mod partikolari biex jiġi ddeterminat min jista’ jkun is-suġġett ta’ dikjarazzjoni ta’ filjazzjoni, taħt liema forma tali dikjarazzjoni għandha ssir, u jekk huwiex possibbli li tiġi rikonoxxuta l-paternità tal-wild konċepit. Jekk mat-twelid wild jakkwista aktar minn nazzjonalità waħda jew ma jakkwista l-ebda nazzjonalità, japplika l-Artikolu 33 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Jekk wild ikun akkwista ċ-ċittadinanza Slovakka b’dan il-mod iżda jkun twieled u jgħix f’pajjiż ieħor, il-liġi applikabbli f’dan il-każ tkun il-liġi tal-Istat fejn tkun ir-residenza abitwali tal-wild. Skont l-Artikolu 23 (3) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, jekk wild (irrispettivament min-nazzjonalità) jgħix (jiġifieri għandu residenza permanenti) fir-Repubblika Slovakka fiż-żmien tad-determinazzjoni, il-filjazzjoni tkun tista’ tiġi ddeterminata skont il-liġi Slovakka, jekk dan ikun fl-interess tal-wild. Din id-dispożizzjoni tippermetti l-alternattiva li tkun qed tiġi kkunsidrata l-validità ta’ rikonoxximent taħt il-liġi tal-Istat fejn il-filjazzjoni ġiet rikonoxxuta, u mhux skont il-liġi tan-nazzjonalità tal-wild fiż-żmien tat-twelid. Madankollu, biex rikonoxximent ta’ filjazzjoni jkun validu, huwa biżżejjed li r-rikonoxximent ikun f’konformità mal-liġi tal-Istat fejn ikun sar.

3.4.2 L-adozzjoni

Skont l-Att tal-Familji Slovakk, l-adozzjoni tagħti lok għal relazzjoni bejn il-wild adottat u l-ġenitur adottiv (u qrabatu) li huwa legalment identiku għal ta' familja bijoloġika. Qorti biss tista’ tiddeċiedi dwar l-adozzjoni, fuq proposta minn ġenitur adottiv, li m’għandux għalfejn ikun ċittadin Slovakk, iżda għandu jitniżżel fuq ċertifkat ta’ adozzjoni skont l-Att Nru 305/2005 dwar il-protezzjoni socjali u legali tal-wild u t-tutela soċjali. Huma tfal taħt l-età ta’ 18-il sena li jistgħu jiġu adottati. Il-leġiżlazzjoni attwali tipprevedi l-adozzjoni konġunta ta’ wild biss minn koppji miżżewġa (jew minn konjuġi li jgħixu ma’ wieħed mill-ġenituri tal-wild fi żwieġ jew tar-romol jew ta’ ġenitur jew ġenituri adottiv(i)). F’ċirkostanzi eċċezzjonali wild jista’ wkoll jiġi adottat minn persuna waħda. L-adozzjoni ta’ minuri barra l-pajjiż jeħtieġ il-kunsens mill-Ministeru Slovakk għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja jew ta’ awtorità tal-amministrazzjoni statali maħtura mill-Ministeru. Adozzjoni tista’ tiġi kkanċellata fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-qorti fi żmien sitt xhur mill-validità tad-digriet ta’ adozzjoni.

Skont l-Artikolu 26 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, l-adozzjoni hi rregolata mill-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità tal-wild miksub mit-twelid. Jekk il-ġenituri adottivi jkunu ta’ ċittadinanzi differenti, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-Istat ta’ residenza abitwali konġunta tal-konjuġi. Jekk din ir-residenza ma teżistix, l-adozzjoni tkun irregolata mil-liġi li jkollhom l-eqreb rabtiet magħha. Il-liġi Slovakka tista’ tiġi applikata fejn il-liġi barranija ma tippermettix l-adozzjoni affattu jew biss taħt kundizzjonijiet li huma eċċezzjonalment diffiċli, u l-ġenitur adottiv jew mill-inqas wieħed mill-ġenituri adottivi jkun ilu jgħix għal perjodu estiż fir-Repubblika Slovakka (li skont il-każistika tfisser mhux inqas minn sena). Skont l-Artikolu 26a tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, it-tqegħid ta’ wild f’kura preadottiva (li skont il-liġi Slovakka tippreċedi l-adozzjoni) hu rregolat mil-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tal-wild. Il-liġi tal-pajjiż tan-nazzjonalità tal-wild li qed jiġi adottat tapplika meta jkunu qed jivvalutaw il-ħtieġa li jitolbu il-kunsens tal-wild għall-adozzjoni jew l-approvazzjoni ta’ persuni jew istituzzjonijiet oħra (l-Artikolu 27 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat). Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll f’każijiet simili għal adozzjoni, bħal rikonoxximent ta’ wild illeġittimu bħala leġittimu (li mhuwiex rikonoxxut skont il-liġi Slovakka).

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

3.5.1 Żwieġ

Skont il-liġi Slovakka żwieġ hu biss bejn raġel u mara li għandhom fakultajiet mentali sani; huma ma jistgħux, fil-mument li jidħlu għaż-żwieġ, ikunu fi żwieġ ieħor. L-Att jipprojbixxi ż-żwieġ bejn l-axxendenti u d-dixxendenti u bejn l-aħwa, kif ukoll minn minorenni (qorti tista’ b’mod eċċezzjonali tippermetti ż-żwieġ ta’ minorenni 'l fuq minn 16-il sena). Din il-kwalifikazzjoni tal-età tista’ tiġi kklassifikata bħala norma obbligatorja fil-liġi Slovakka. Skont il-leġiżlazzjoni Slovakka żwieġ ikun konkluż b’dikjarazzjoni kunsenswali fl-Uffiċċju tar-Reġistru jew quddiem awtorità ekkleżjastika.

Skont l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (l-Artikoli 19 u 20) il-kapaċità ta’ persuna li tidħol għaż-żwieġ, u l-kundizzjonijiet tal-validità tiegħu huma rregolati mil-liġi tal-Istat li l-persuna tkun ċittadina tiegħu. Għall-forma ta' kif jiġi konkluż, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-post fejn jiġi konkluż iż-żwieġ. B’kuntrast ġenerali mar-regoli ta’ konflitt tal-liġijiet (l-Artikoli 3 u 4 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat), huwa eskluż l-użu sussidjarju tad-dritt Slovakk. Meta niġu biex nivvalutaw il-forma li fiha jiġi konkluż iż-żwieġ, peress li l-liġi applikabbli hija l-liġi tal-post fejn isir iż-żwieġ, jiġifieri l-liġi użata biex tikkunsidra mistoqsijiet bħal, pereżempju, il-mod li bih persuna tesprimi kunsens għaż-żwieġ, in-numru ta’ xhieda, il-korp kompetenti li jmexxi ż-żwieġ, l-għażla li tidħol fi żwieġ bi prokura, u l-bqija. Dak il-kriterju ma japplikax fil-każ ta’ żwiġijiet konsulari. Il-konklużjoni ta’ żwieġ barra l-pajjiż minn ċittadini Slovakki quddiem awtorità li ma tkunx l-awtorità Slovakka awtorizzata għal dak l-għan hija speċifikament koperta mill-Artikolu 20a tal-Att tad-Dritt Internazzjonali Privat, li jgħid li tali żwieġ ikun validu fir-Repubblika Slovakka, jekk ikun validu fl-Istat quddiem l-awtorità tiegħu meta kien ġie konkluż, u jekk ma jkunx hemm impedimenti sostantivi taż-żwieġ skont il-liġi Slovakka.

3.5.2 oppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw u sħubijiet

Il-liġi Slovakka ma fiha l-ebda dispożizzjonijiet jew sħubiji għajr iż-żwieġ. Id-duttrina tagħraf l-eżistenza ta’ konjuġi tad-dritt komuni, jiġifieri ta’ raġel u mara li mhumiex miżżewġin, iżda jiffurmaw sħubija ċivili. Madankollu, din hija unjoni de facto, mingħajr ebda tifsira ġuridika. Bl-istess mod, il-liġi Slovakka ma tirrikonoxxix sħubijiet (reġistrati) bejn persuni tal-istess sess, jew separazzjoni (legali) ġudizzjarja.

3.5.3 Id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja

Taħt il-liġi sostantiva nazzjonali, divorzju jfisser xoljiment permezz ta’ qorti ta’ żwieġ bejn konjuġi ħajjin. Fil-każ ta’ divorzju tal-ġenituri ta’ minorenni, il-qorti għandha tiddeċiedi wkoll dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala ġenituri. Il-leġiżlazzjoni Slovakka tippermetti wkoll għal kustodja li talterna.

L-Artikolu 22 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jistabbilixxi regoli ta’ konflitt ta’ liġijiet għax-xoljiment ta’ koabitazzjoni ta’ żwieġ permezz ta’ divorzju, billi ż-żwieġ jiġi ddikjarat invalidu jew billi jinstab li ż-żwieġ qatt ma eżista. Għalhekk, din il-proposta primarjament tapplika għal regoli ta’ konflitt tal-liġijiet dwar ix-xoljiment ta’ żwieġ bejn konjuġi ħajjin. Ix-xoljiment taż-żwieġ permezz tad-divorzju huwa rregolat bil-liġi tal-Istat fejn il-konjuġi għandhom ċ-ċittadinanza tagħhom fil-mument li jibdew il-proċedimenti. Bħal fil-każ tar-relazzjonijiet personali u patrimonjali tal-konjuġi, il-kriterju applikabbli huwa ċ-ċittadinanza tagħhom marbuta ma’ punt speċifiku fiż-żmien, jiġifieri l-mument tal-bidu ta’ proċedimenti ta’ divorzju (iċ-ċittadinanza oriġinali tagħhom jew kwalunkwe bidla fiċ-ċittadinanza hija għalhekk irrilevanti). Jekk fiż-żmien tal-bidu tal-proċedimenti ta’ divorzju, il-konjuġi ma jkollhomx l-istess ċittadinanza, il-pajjiż tal-kriterju taċ-ċittadinanza ma jistax jiġi applikat u tapplika l-liġi Slovakka. Jekk il-liġi (barranija) applikabbli ma tippermettix ix-xoljiment taż-żwieġ permezz ta’ divorzju jew tippermettih biss skont kundizzjonijiet eċċezzjonalment diffiċli, iżda l-konjugi — jew mill-inqas /wieħed minnhom — għex fir-Repubblika Slovakka għal perjodu estiż, imbagħad tista’ tapplika l-liġi Slovakka. Ġaladarba din il-possibbiltà hija miftuħa biss għal persuni li jkollhom rabta xierqa mar-Repubblika Slovakka, il-każistika stabbiliet li dawn il-persuni għandhom ikunu għexu fir-Repubblika Slovakka għal mill-inqas sena.

F’dak li jirrigwarda l-liġi tal-Istat li l-konjuġi huma ċittadini tiegħu, il-fatturi ta’ konnessjoni stabbiliti fl-Artikolu 22(3) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat biex tiġi evalwata l-validità ta’ żwieġ u kemm jekk iż-żwieġ jeżistix jew le huma konformi mal-Artikolu 19 u l-Artikolu 20 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, li jirregola l-kapaċità li jidħlu fi żwieġ, il-validità ta’ żwieġ u l-forma ta’ żwieġ. Il-każistika stabbiliet li l-Artikolu 19 u l-Artikolu 20 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat japplika jekk il-possibbiltà li jiġi konkluż iż-żwieġ (f’termini ta’ kapaċità u l-forma) tiġi vvalutata qabel ma jiġi konkluż, billi l-Artikolu 22(3) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat japplika jekk il-validità ta’ żwieġ jiġi vvalutat b’mod retrospettiv jew jekk il-valutazzjoni tikkonċerna jekk iż-żwieġ jeżistix. Bl-istess mod, il-każistika stabbiliet li għall-Artikolu 22(3) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-Istat li l-konjuġi jkollhom iċ-ċittadinanza tiegħu fil-mument li fih iż-żwieġ kellu jiġi konkluż.

3.5.4 L-obbligi ta' manteniment

Il-liġi Slovakka tirrikonoxxi sitt tipi bażiċi ta’ obbligu ta’ manteniment: l-obbligu ta’ manteniment tal-ġenituri lejn il-wild (ikkunsidrat bħala l-aktar importanti), l-obbligu ta’ manteniment tal-ulied lejn il-ġenituri, l-obbligu ta’ manteniment bejn qraba oħrajn, l-obbligu ta’ manteniment bejn il-konjuġi, il-kontribuzzjoni lejn il-manteniment għal konjuġi divorzjati u l-kontribut għal manteniment u għar-rimborż ta’ ċerti spejjeż għal omm mhux miżżewġa. Ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet li jinsabu fl-Artikolu 24a tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jirreferu espliċitament biss għall-obbligi ta’ manteniment tal-ġenituri lejn il-wild u jkopru t-tipi kollha ta’ dan l-obbligu ta’ manteniment ħlief pretensjonijiet minn omm it-tarbija kontra missierha (il-liġi taċ-ċittadinanza tal-omm, l-Artikolu 25 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat), irrispettivament minn jekk il-benefiċjarju jkunx minorenni. Dawn ir-relazzjonijiet huma koperti mil-liġi tal-Istat li l-benefiċjarju ikun domiċiljat jew abitwalment residenti fih f’każ ta’ wild minorenni. F’ħafna każijiet, il-qrati Slovakki jiddeċiedu skont il-liġi tal-pajjiż li jiġi ppreżentat ir-rikors fih. Obbligi oħrajn ta’ manteniment (pereż. obbligi ta’ manteniment bejn konjuġi) huma rregolati mil-liġi tal-Istat li l-benefiċjarju tal-manteniment ikun domiċiljat fih.

Il-fattur ta’ konnessjoni ta’ residenza abitwali tal-wild huwa l-fattur ta’ konnessjoni ewlieni applikat għal relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-wild. F’każijiet eċċezzjonali biss il-Qorti tieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-liġi ta’ kwalunkwe Stat ieħor li jkollu rabta sostanzjali ma’ dan il-każ.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet fl-Artikolu 21 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet tal-proprjetà bejn il-konjuġi jistabbilixxu ċ-ċittadinanza tal-konjuġi bħala l-fattur ta’ konnessjoni. Madankollu, dan jista’ jiġi applikat b’mod konsistenti biss jekk il-konjuġi jkunu ċittadini tal-istess Stat. F’każijiet oħrajn, il-liġi applikabbli tkun il-liġi Slovakka. L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat ma jindirizzax sitwazzjonijiet fejn ikun hemm bidla fil-fattur ta’ konnessjoni (bidla fin-nazzjonalità konġunta tal-konjuġi). Madankollu, il-każistika stabbiliet li l-liġi applikabbli tiġi ddeterminata legalment saż-żmien meta seħħ l-avveniment legalment sinifikanti. L-Artikolu 21(2) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jeskludi l-konflitti potenzjali billi jiġi speċifikat li kwalunkwe arranġament maqbul dwar il-liġi dwar il-proprjetà matrimonjali (pereżempju, il-ftehimiet fuq it-tnaqqis tal-komunità tal-akkwisti, kuntratti taż-żwieġ, eċċ.) għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-liġi applikabbli għar-reġim patrimonjali tal-miżżewġin fil-mument meta jkun sar l-arranġament. Din ir-regola ta’ konflitt tal-liġijiet tista’ tiġi applikata biss fir-rigward ta’ regola ta’ konflitt tal-liġijiet oħra, iżda mhux waħedha.

Il-liġi sostantiva Slovakka tistipula forma speċifika ta’ reġim tal-proprjetà matrimonjali: komunjoni tal-proprjetà bejn il-konjuġi, li tinħoloq fuq il-konklużjoni ta’ żwieġ u tieqaf mat-tmiem tal-kuntratt taż-żwieġ. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-komunità tal-proprjetà jista’ sussegwentement jitnaqqas jew jiżdied abbażi tal-ftehim reċiproku bejn il-konjuġi jew immodifikati b’xi manjiera oħra (inkluż it-terminazzjoni jew ir-riintegrazzjoni) permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti. Ma jeżistux ftehimiet prenuzzjali fil-liġi Slovakka.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Skont ir-regola ta’ konflitt tal-liġijiet, il-wirt hu bbażat fuq fattur uniku ta’ konnessjoni: skont ir-regola ġenerali dwar il-konflitt tal-liġijiet fl-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, ir-relazzjonijiet tal-wirt legali huma rregolati mil-liġi tal-Istat li t-testatur kien ċittadin tagħha fil-mument ta' mewtu (l-Artikolu 17). Dan huwa l-uniku kriterju ta’ konnessjoni għas-suċċessjoni kollha kemm hi, mingħajr ebda distinzjoni ta’ jekk il-proprjetà tkunx proprjetà tanġibbli jew intanġibbli. Jekk fil-mument ta' mewtu t-testatur kien ċittadin ta’ żewġ Stati jew aktar jew bla ċittadinanza, in-nazzjonalità applikabbli tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 33 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

Fir-rigward tal-kapaċità li tagħmel jew tirrevoka testment u l-effetti ta’ difetti ta’ rieda u tad-difetti ta’ espressjoni ta’ rieda, in-nazzjonalità applikabbli hi ċ-ċittadinanza tat-testatur fil-mument li jkun esprima l-intenzjonijiet tiegħu. Dan ifisser li jekk ikun hemm bidla fin-nazzjonalità wara li dawn l-intenzjonijiet ikunu ġew espressi, dan ma jaffettwax il-validità ta’ testment jew il-validità tar-revoka tiegħu. L-Artikolu 18 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat hija għalhekk regola speċjali fir-rigward tal-Artikolu 3(2) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, li jgħid li jekk ċittadin barrani jwettaq att legali fir-Repubblika Slovakka, huwa biżżejjed li jkollu l-kapaċità għalih skont il-liġi Slovakka. Il-liġi determinata skont il-pajjiż taċ-ċittadinanza fil-ħin ta’ espressjoni ta’ rieda hija wkoll applikabbli biex jiġi ddeterminat kif jistgħu jkunu wirtu proprjetà permezz ta’ testment mal-mewt. Il-forma tat-testment u tar-revoka huma rregolati mil-liġi tal-Istat li t-testatur kien ċittadin tiegħu meta jkun sar. Madankollu huwa biżżejjed jekk it-testment ikun konformi mal-liġi tal-Istat fejn ikun sar (l-Artikolu 18). Din ir-regola ta’ konflitt tal-liġijiet addizzjonali hija applikata meta t-testatur ma jkunx ikkonforma mal-forma tat-testment mitlub mill-Istat li kien ċittadin tiegħu meta sar it-testment. Dan ifisser li jekk it-testatur jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-forma tat-testment stabbilita bil-liġi tal-Istat li kien ċittadin tiegħu meta sar it-testment, iżda jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi tal-post fejn sar it-testment, imbagħad it-testment ser jitqies validu.

Skont il-liġi sostantiva Slovakka, il-proprjetà tista’ tintiret abbażi tal-liġi, fuq il-bażi ta’ testment jew tat-tnejn li huma. Il-liġi tippreskrivi erba’ livelli ta’ werrieta fl-ordni tad-drittijiet tal-werrieta fejn dawk fil-livell preċedenti jeskludu dawk suċċessivi. L-ewwel grupp jinkludi l-ulied u l-konjuġi tat-testatur; aktar gruppi jinkludu qraba oħra u kull min kien jgħix mad-deċedut f’dar komuni għal tal-inqas sena qabel mewtu u li għal din ir-raġuni ħa ħsieb id-dar matrimonjali jew kien dipendenti fuq id-deċedut għall-manutenzjoni. Għal wirt b’testment, il-liġi tipprevedi testmenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti legalment li għandhom jitfasslu mit-testatur jew fil-forma ta’ att notarili. L-età minima biex jitfassal testment hija ta’ 15-il sena. Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-propjetà minn dixxendenti minuri, li għandhom jirċievu mill-inqas daqskemm jikkostitwixxi s-sehem tagħhom tal-patrimonju skont il-liġi u d-dixxendenti maġġuri għandhom jirċievu mill-inqas daqs nofs is-sehem tagħhom skont il-liġi. Il-liġi Slovakka tippermetti rinunzji ta’ suċċessjoni (fl-intier tagħhom biss, kemm għall-assi kif ukoll għall-obbligazzjonijiet), l-inkapaċità ta’ persuna li tiret (kif stipulat mil-liġi), diżeredazzjoni ta’ dixxendenti (fuq il-bażi ta’ strument ta’ diżeredazzjoni magħmula mid-deċedut) u escheat (fejn, jekk ma jkunx hemm werrieta, il-patrimonju jgħaddi f’idejn l-Istat), iżda ma tirrikonoxxix testmenti konġunti, ftehimiet dwar is-suċċessjoni jew rigali fil-ħin tal-mewt.

3.8 Proprjetà reali

Il-liġi Slovakka tiddefinixxi proprjetà immobbli bħala art jew bini mal-art b’sisien sodi (l-Artikolu 119 tal-Kodiċi Ċivili).

Skont l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, il-fattur ta’ konnessjoni ġenerali għad-drittijiet fuq il-proprjetà immobbli jkun il-liġi tal-post fejn tinsab (l-Artikolu 5 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, li tapplika wkoll għal proprjetà mobbli jekk ma tkunx koperta mill-Artikolu 6 u l-Artikolu 8 — ara 2.3). Madankollu, l-Artikolu 7 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jieħu preċedenza fuq din ir-regola, filwaqt li tingħata konsiderazzjoni għal entrati f’reġistri pubbliċi għall-istabbiliment, l-emendar jew it-terminazzjoni tad-drittijiet materjali għal proprjetà li tinsab fi Stat ieħor limhux l-Istata li l-liġi tiegħu tirregola l-bażijiet legali għall-istabbiliment, l-emendar jew it-terminazzjoni tad-drittijiet materjali għal dik il-proprjetà. F’każijiet bħal dawn, il-leġiżlazzjoni applikabbli hija l-leġiżlazzjoni dwar entrati f’reġistri pubbliċi fis-seħħ fil-post fejn tinsab il-proprjetà.

Skont il-liġi Slovakka attwali, it-terminu “atti pubbliċi” hu assoċjat mar-Reġistru tal-Art u l-Bini (Katast) (l-Att Nru 162/1995 dwar ir-Reġistru tal-Art u l-Bini), iżda l-istorja tal-proprjetà tinkludi r-Reġistru tal-Artijiet, ir-Reġistru tal-Linji Ferrovjarji, ir-Reġistru tal-Minjieri u r-Reġistru tal-Passaġġi fuq l-Ilma.

3.9 Insolvenza

Proċedimenti ta’ insolvenza b’element barrani li jinvolvu lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea huma rregolati mill-Att Nru 7/2005 dwar l-insolvenza u r-ristrutturar (“il-Kodiċi tal-Insolvenza”), sakemm ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 ma jistipulax mod ieħor. Skont il-Kodiċi ta’ Insolvenza, jekk ir-Repubblika Slovakka mhijiex marbuta minn trattat internazzjonali li jirregola s-sodisfazzjon tal-kredituri ta’ debitur fallut, japplika l-prinċipju tar-reċiproċità għar-rikonoxximent ta’ sentenzi barranin fi proċedimenti skont il-Kodiċi tal-Insolvenza. Insolvenza ddikjarata minn qorti Slovakka tapplika wkoll għal assi li jkunu jinsabu f’territorju ta’ pajjiż barrani jekk il-liġijiet ta’ dak il-pajjiż barrani jippermettu dan.

L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fih regoli ta’ konflitt tal-liġijiet li japplikaw mutatis mutandis għal falliment, jiġifieri l-Artikolu 5 (il-fattur ta’ konnessjoni huwa l-post fejn tinsab il-proprjetà mobbli jew immobbli), l-Artikolu 7 (il-fattur ta’ konnessjoni għal reġistrazzjoni f’reġistri pubbliċi huwa l-post fejn tinsab il-proprjetà) u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligi (l-Artikolu 9 et seq.).

L-aħħar aġġornament: 22/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Svezja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Id-dritt internazzjonali privat issa huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu rregolat mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Ir-regoli nazzjonali Żvediżi għal dan il-qasam huma stabbiliti mil-liġi u mill-ġurisprudenza. Il-leġiżlazzjoni prinċipalment tagħti effett lill-konvenzjonijiet internazzjonali li l-Iżvezja hija firmatarja tagħhom. Il-leġiżlazzjoni prinċipali f’dan il-qasam hija kif ġej:

Żwieġ u tfal

• L-Artikoli 4 u 6 tal-Kapitolu 3 tal-Att (1904:26, p. 1) dwar Ċerti Relazzjonijiet Ġuridiċi Internazzjonali fir-Rigward taż-Żwieġ u t-Tutela (lagen om vissa internationella rättsförhållanden rörande äktenskap och förmynderskap) (minn hawn ’il quddiem IÄL);

• L-Artikoli 9, 12 u 13 tal-Ordinanza (1931:429) dwar ċerti Relazzjonijiet Ġuridiċi Internazzjonali fir-rigward taż-Żwieġ, l-Adozzjoni u t-Tutela (förordningen om vissa internationella rättsförhållanden rörande äktenskap, adoption och förmynderskap) (minn hawn ’il quddiem NÄF);

• L-Artikolu 3 tal-Att (2018:1289) dwar l-Adozzjoni f’Sitwazzjonijiet Internazzjonali (lagen om adoption i internationella situationer);

• L-Artikoli 2, 3, 3a, 5, 5a, 6 u 6a tal-Att (1985:367) dwar il-Kwistjonijiet ta' Paternità Internazzjonali (lagen om internationella faderskapsfrågor) (minn hawn ’il quddiem IFL);

• Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali;

• Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati;

• L-Att (2019:234) dwar ir-Relazzjonijiet tal-Proprjetà bejn il-Miżżewġin jew il-Koabitanti f’Sitwazzjonijiet Internazzjonali (lagen om makars och sambors förmögenhetsförhållanden i internationella situationer);

• L-Artikolu 1 tal-Att (2012:318) dwar il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 (lagen om 1996 års Haagkonvention), u l-Artikoli 15-22 tal-Konvenzjoni dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward ta' Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal konkluża fl-Aja fid-19 ta’ Ottubru 1996 (minn hawn ’il quddiem il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996);

• L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment (minn hawn ’il quddiem ir-Regolament dwar il-Manteniment), u l-Protokoll tal-Aja tal-2007 dwar il-Liġi Applikabbli għal Obbligi ta' Manteniment.

Wirt

• L-Artikoli 20-38 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Kuntratti u akkwisti

• Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (minn hawn ’il quddiem ir-Regolament Ruma I);

• L-Artikoli 79-87 tal-Att dwar il-Kambjali (växellagen) (1932:130);

• L-Artikoli 58-65 tal-Att dwar iċ-Ċekkijiet (checklagen) (1932:131);

• L-Att (1964:528) dwar il-Liġi Applikabbli għall-Bejgħ ta' Oġġetti (lagen om tillämplig lag beträffande köp av lösa saker) (minn hawn ’il quddiem IKL);

• L-Artikoli 25a, 31a u 42a tal-Att (1976:580) dwar il-Kodeterminazzjoni fuq il-Post tax-Xogħol (Lagen om medbestämmande i arbetslivet) (minn hawn ’il quddiem MBL);

• L-Att (1993:645) dwar il-Liġi Applikabbli għal Ċerti Kuntratti tal-Assigurazzjoni (lagen om tillämplig lag för vissa försäkringsavtal);

• L-Artikolu 4 tal-Kapitolu 13 u l-Artikolu 2 tal-Kapitolu 14 tal-Kodiċi tat-Trasport Marittimu (sjölagen) (1994:1009);

• L-Artikolu 14 tal-Att dwar il-Kuntratti tal-Konsumaturi (1994:1512) (lagen om avtalsvillkor i konsumentförhållanden);

• L-Artikolu 4 tal-Kapitolu 1 tal-Att (2011:914) dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi fi Ftehimiet li jikkonċernaw Timeshares Residenzjali jew Prodotti tal-Btajjel fit-Tul (lagen om konsumentskydd vid avtal om tidsdelat boende eller långfristig semesterprodukt);

• L-Artikolu 14 tal-Kapitolu 3 tal-Att (2005:59) dwar il-Kuntratti mill-Bogħod u l-Ftehimiet dwar il-Bejgħ Remoti (lagen om distansavtal och avtal utanför affärslokaler);

• L-Artikolu 48 tal-Att dwar il-Bejgħ lill-Konsumatur (konsumentköplagen) (1990:932).

Kumpens għal korriment

Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (minn hawn ’il quddiem ir-Regolament Ruma II);

• L-Artikoli 8, 14 u 38 tal-Att dwar il-Korrimenti tat-Traffiku tat-Triq (trafikskadelagen )(1975:1410);

• L-Artikolu 1 tal-Att (1972:114) dwar il-Konvenzjoni tad-9 ta' Frar 1972 bejn l-Iżvezja u n-Norveġja dwar ir-Ragħa tar-Renniet (lagen med anledning av konventionen den 9 februari 1972 mellan Sverige och Norge om renbetning);

• L-Artikolu 1 tal-Att (1974:268) dwar il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent tad-19 ta' Frar 1974 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja (lagen med anledning av miljöskyddskonventionen den 19 februari 1974 mellan Danmark, Finland, Norge och Sverige).

Liġi tal-insolvenza

Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (minn hawn ’il quddiem ir-Regolament tal-2015 dwar l-Insolvenza);

• L-Artikoli 1, 3 u 5-8 tal-Att (1934:67) li jistabbilixxi r-Regoli li jirregolaw l-Insolvenzi li jinvolvu l-Proprjetà fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda jew in-Norveġja (lag med bestämmelser om konkurs, som omfattar egendom i Danmark, Finland, Island eller Norge);

• L-Artikoli 1, 4-9 u 13 tal-Att (1934:68) dwar l-Effetti tal-Insolvenzi li jiġru fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda jew in-Norveġja (lag om verkan av konkurs, som inträffat i Danmark, Finland, Island eller Norge);

• L-Artikoli 1, 3-8 u 12 tal-Att (1981:6) dwar l-Insolvenzi li jinvolvu l-Proprjetà f'Pajjiż Nordiku Ieħor (lag om konkurs som omfattar egendom i annat nordiskt land);

• L-Artikoli 1, 4-9, 13 u 14 tal-Att (1981:7) dwar l-Effetti tal-Insolvenzi li jiġru f'Pajjiż Nordiku Ieħor (lag om verkan av konkurs som inträffat i annat nordiskt land).

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

L-Iżvezja hija parti mill-konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali li ġejjin li jistabbilixxu regoli li jiddeterminaw id-dritt applikabbli. Peress li l-Iżvezja adottat approċċ duwalistiku għat-trattati internazzjonali, dawn il-konvenzjonijiet multilaterali ġew trasposti wkoll fil-liġi nazzjonali Żvediża. Jekk jogħġbok ara hawn fuq.

Il-Lega tan-Nazzjonijiet

• Il-Konvenzjoni tal-1930 għas-Soluzzjoni ta' ċerti Konflitti tal-Liġijiet b'konnessjoni mal-Kambjali u ċ-Ċedoli;

• Il-Konvenzjoni tal-1931 għas-Soluzzjoni ta' ċerti Konflitti tal-Liġijiet b'konnessjoni maċ-Ċekkijiet.

Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat

• Il-Konvenzjoni tal-1955 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Bejgħ Internazzjonali ta' Merkanzija;

• Il-Konvenzjoni tal-1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet li jirrigwardaw il-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji;

• Il-Konvenzjoni tal-1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal;

• Il-Protokoll tal-Aja tal-2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali.

L-Unjoni Ewropea

Il-Konvenzjoni tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali (ir-Regolament Ruma I ħadet post il-Konvenzjoni għal kuntratti li jkunu ġew stipulati fis-17 ta' Diċembru 2009 jew wara).

Konvenzjonijiet Nordiċi

• Il-Konvenzjoni tal-1931 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja li tistabbilixxi r-Regoli tad-Dritt Internazzjonali Privat dwar iż-Żwieġ, l-Adozzjoni u t-Tutela (emendata l-aħħar b'konvenzjoni ta' emenda tal-2006);

• Il-Konvenzjoni tal-1933 bejn l-Iżvezja, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda u n-Norveġja dwar l-Insolvenza (minn hawn ’il quddiem il-Konvenzjoni Nordika dwar l-Insolvenza);

• Il-Konvenzjoni tal-1934 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja dwar is-Suċċessjoni, it-Testmenti u l-Amministrazzjoni tal-Wirt (emendata l-aħħar bil-konvenzjoni ta' emenda tal-2012);

• Il-Konvenzjoni tal-1974 dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent bejn id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

  • Il-Konvenzjoni tal-1972 bejn l-Iżvezja u n-Norveġja dwar ir-Ragħa tar-Renniet (1972 års konvention mellan Sverige och Norge om renbetning).

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

F’termini ġenerali, meta tilwima jkollha konnessjonijiet internazzjonali, ikun jenħtieġ li qorti tindirizza ex officio l-kwistjoni ta’ liema liġi tkun applikabbli. Bosta regoli tad-dritt internazzjonali privat Żvediż jistipulaw li l-għażla tal-liġi applikabbli tal-partijiet kontraenti għal kwistjonijiet relatati mal-ftehim trid tiġi rispettata. Meta tilwima tkun soġġetta għal soluzzjoni ekstraġudizzjarja, ikun possibbli wkoll li l-partijiet jaqblu dwar il-liġi applikabbli meta t-tilwima tiġi eżaminata mill-qorti. Meta każ jikkonċerna relazzjoni legali li tkun tista’ ssir konċiljazzjoni għaliha skont il-liġi nazzjonali Żvediża, dikjarazzjoni unanima ta’ soġġezzjoni għal-liġi Żvediża għandha tiġi approvata mill-qorti, sakemm ikun hemm konnessjoni mal-Iżvezja (ara l-Arkivju tal-Liġi l-Ġdid (NJA) 2017 p. 168).

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Id-dritt internazzjonali privat Żvediż bħala regola ġenerali ma jaċċettax id-duttrina tar-rinviju. Madankollu, hemm eċċezzjoni fl-Artikolu 79(2) tal-Att dwar il-Kambjali u l-Artikolu 58(2) tal-Att dwar iċ-Ċekkijiet, rigward il-kapaċità ta' ċittadini barranin li jidħlu fi tranżazzjonijiet li jinvolvu kambjali jew ċekkijiet. Ir-raġuni hija li dawn id-dispożizzjonijiet huma bbażati fuq konvenzjonijiet internazzjonali. Hemm eċċezzjoni oħra fl-Artikolu 9(2) tal-Att (1981:7) dwar l-Effetti ta' Insolvenzi li jiġru f'Pajjiż Nordiku ieħor. Finalment, dwar il-validità formali ta' żwieġ, rinviju huwa rikonoxxut fl-Artikolu 1(7) tal-Kapitolu 1 tal-Att (1904:26 p. 1) dwar ċerti Relazzjonijiet Legali Internazzjonali fir-rigward ta' Żwieġ u Tutela.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Ma hemmx regoli ġenerali li jirregolaw l-effett ta’ bidla tal-fattur ta’ konnessjoni. Pereżempju, ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar ir-reġimi patrimonjali tal-konjuġi u tas-sħab reġistrati huma bbażati fuq il-prinċipju tal-immutabbiltà. Dan ifisser li l-liġi applikabbli ddeterminata għall-fattur ta’ konnessjoni li kien jeżisti meta sar iż-żwieġ, jew meta ġiet irreġistrata s-sħubija, tinbidel biss b’eċċezzjoni u wara li titressaq talba, taħt ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

Il-prinċipju tal-mutabbiltà, min-naħa l-oħra, japplika għar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali fil-kuntesti Nordiċi. Dan ifisser li, jekk il-miżżewġin ma jkunux daħlu fi ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli, u jekk it-tnejn li huma jkunu sussegwentement domiċiljati f’pajjiż Nordiku ieħor u jkunu għexu hemmhekk għal mill-inqas sentejn, minflok tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż. Jekk, madankollu, il-miżżewġin kienu t-tnejn domiċiljati f’dak il-pajjiż preċedentement matul iż-żwieġ tagħhom, jew jekk il-miżżewġin huma ċittadini ta’ dak il-pajjiż, il-liġi ta’ dak il-pajjiż tapplika mill-mument li saru domiċiljati hemmhekk. Prinċipju simili japplika għall-koabitazzjoni. (Ara l-Artikolu 9 tal-Kapitolu 3 u l-Artikolu 6 tal-Kapitolu 5 tal-Att [2019: 234] dwar ir-Relazzjonijiet ta’ Proprjetà bejn il-Miżżewġin jew il-Koabitanti f’Sitwazzjonijiet Internazzjonali.)

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Huwa meqjus bħala prinċipju ġenerali tad-dritt internazzjonali privat Żvediż li dispożizzjoni tal-liġi barranija ma għandhiex tiġi applikata jekk l-applikazzjoni tagħha tkun inkompatibbli manifestament mal-bażi fundamentali tal-ordinament ġuridiku f’dan il-pajjiż. Id-dispożizzjonijiet għal dan l-għan jinsabu wkoll f’ħafna leġiżlazzjoni tad-dritt internazzjonali privat, iżda ma jistax jiġi inferit li restrizzjoni tal-ordni pubbliku tirrikjedi bażi fil-leġiżlazzjoni. Kien hemm ftit sentenzi li sabu li l-liġi barranija ma setgħetx tiġi applikata minħabba l-ordni pubbliku.

Normalment, id-determinazzjoni ta’ liem regoli tal-liġi Żvediża huma vinkolanti internazzjonalment hija kwistjoni għall-ġudikatura.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Jekk il-qorti ssib li tapplika liġi barranija iżda ma tkunx konoxxenti tal-kontenut sostantiv tagħha, ikollha żewġ possibbiltajiet minn xiex tagħżel. Tista’ jew tinvestiga l-kwistjoni hi stess jew titlob lil parti biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Il-possibbiltà magħżula tkun l-iktar waħda konvenjenti. Jekk il-qorti tinvestiga l-kwistjoni hi stess, tista’ tikseb l-assistenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja. B’mod ġenerali, il-qorti għandu jkollha rwol aktar attiv f’tilwimiet li ma jkunux soġġetti għal soluzzjoni ekstraġudizzjarja, filwaqt li f’tilwimiet li jkunu soġġetti għal soluzzjoni ekstraġudizzjarja tista’ tiddelega aktar mix-xogħol investigattiv lill-partijiet infushom.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

L-Iżvezja hija parti għall-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali. Hemm regoli separati relatati mal-għażla tal-liġi applikabbli f’xi oqsma. Ir-Regolament Ruma I jieħu post il-Konvenzjoni fir-rigward tal-kuntratti konklużi fis-17 ta’ Diċembru 2009 jew wara.

Ftehimiet li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ merkanzija huma rregolati mill-Att (1964:528) dwar il-Liġi Applikabbli għall-Bejgħ tal-Merkanzija, li jittrasponi l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1955 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Bejgħ Internazzjonali ta' Merkanzija fil-liġi Żvediża. Dak l-Att għandu preċedenza fuq ir-regoli stipulati fir-Regolament Ruma I. Madankollu ma jkoprix kuntratti konklużi minn konsumaturi. L-Artikolu 3 tal-Att jippermetti li x-xerrej u l-bejjiegħ jiddeterminaw il-liġi applikabbli bi ftehim. L-Artikolu 4 jiddikjara li, jekk il-partijiet ma jagħżlux il-liġi applikabbli, il-liġi li tapplika tkun dik tal-pajjiż fejn ikun domiċiljat il-bejjiegħ. Isiru eċċezzjonijiet għal din ir-regola jekk il-bejjiegħ jaċċetta l-ordni fil-pajjiż fejn ikun domiċiljat ix-xerrej, u għal xiri f’borża jew irkant.

Hemm eċċezzjoni oħra għar-regoli tar-Regolament Ruma I għal xi kuntratti tal-konsumaturi. Hemm regoli speċjali maħsuba biex jipproteġu lill-konsumaturi minn klawżoli dwar l-għażla tal-liġi applikabbli fl-Artikolu 48 tal-Att (1990:932) dwar il-Bejgħ lill-Konsumatur, l-Artikolu 14 tal-Att (1994:1512) dwar il-Kuntratti tal-Konsumaturi, l-Artikolu 4 tal-Kapitolu 1 tal-Att (2011:914) dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur fi Ftehimiet li jikkonċernaw Timeshares Residenzjali jew Prodotti tal-Btajjel fit-Tul, u l-Artikolu 14 tal-Kapitolu 3 tal-Att (2005:59) dwar il-Kuntratti mill-Bogħod u l-Ftehimiet dwar il-Bejgħ Remoti. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-liġi ta’ Stat Membru taż-ŻEE trid tapplika taħt ċerti ċirkostanzi jekk toffri protezzjoni aħjar għall-konsumatur.

Hemm regoli speċifiċi għal kambjali u ċekkijiet fl-Artikoli 79-87 tal-Att (1932:130) dwar il-Kambjali u l-Artikoli 58-65 tal-Att dwar iċ-Ċekkijiet (1932:131). Dawn huma bbażati fuq il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1930 għas-Soluzzjoni ta’ ċerti Kunflitti tal-Liġijiet b’konnessjoni ma’ Kambjali u Ċedoli u l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1931 dwar is-Soluzzjoni ta’ ċerti Kunflitti tal-Liġijiet b’konnessjoni maċ-Ċekkijiet.

Ċerti kuntratti tal-assigurazzjoni tal-indennizz huma rregolati mill-Att (1993:645) dwar il-Liġi Applikabbli għal Ċerti Kuntratti tal-Assigurazzjoni.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Il-kwistjoni tal-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali hija rregolata mir-Regolament Ruma II.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Fid-dritt internazzjonali privat Żvediż il-fattur ta' konnessjoni deċiżiv għall-istabbiliment ta’ status personali dejjem kien dak tan-nazzjonalità. Issa tant hemm każijiet fejn in-nazzjonalità kellha ċċedi postha għad-domiċilju bħala l-fattur ta' konnessjoni prinċipali li huwa dubjuż jekk għadekx tista’ tgħid li hemm fattur ta' konnessjoni prinċipali wieħed għall-istatus personali. Fid-dritt internazzjonali privat Żvediż, l-istatus personali jinftiehem prinċipalment bħala li jikkonċerna l-kapaċità ġuridika u l-isem.

Skont l-Artikolu 1 tal-Kapitolu 1 tal-Att (1904:26 p. 1) dwar ċerti Relazzjonijiet Legali Internazzjonali fir-rigward ta' Żwieġ u Tutela, il-kapaċità li persuna tiżżewweġ quddiem awtorità Żvediża fil-prinċipju trid tiġi stabbilita skont il-liġi Żvediża jekk kwalunkwe waħda mill-partijiet tkun ċittadin Żvediż jew tkun residenti abitwali l-Iżvezja. Regoli simili japplikaw fil-qafas Nordiku skont l-Artikolu 1 tal-Ordinanza (1931:429) dwar ċerti Relazzjonijiet Legali Internazzjonali fir-rigward taż-Żwieġ, l-Adozzjoni u t-Tutela.

Fil-Kapitoli 4 u 5 tal-Att (1904:26 p. 1) dwar ċerti Relazzjonijiet Legali Internazzjonali fir-rigward ta’ Żwieġ u Tutela u fl-Artikoli 14-21a tal-Ordinanza (1931:429) dwar Ċerti Relazzjonijiet Legali Internazzjonali fir-rigward taż-Żwieġ, l-Adozzjoni u t-Tutela jeżistu regoli speċjali dwar it-tutela u l-kurazija.

Il-kwistjoni tal-liġi applikabbli għall-kapaċità li tkun parti f'kuntratt, hija rregolata mill-Artikolu 13 tar-Regolament Ruma I. Il-kapaċità li wieħed jidħol fi tranżazzjonijiet li jinvolvu kambjali jew ċekkijiet hija rregolata minn regoli speċjali stipulati fl-Artikolu 79 tal-Att dwar il-Kambjali u l-Artikolu 58 tal-Att dwar iċ-Ċekkijiet.

Hemm regola speċjali dwar il-kapaċità li tħarrek jew li titħarrek fl-Artikolu 3 tal-Kapitolu 11, tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken), li tiddikjara li barrani li ma jistax iwettaq proċedimenti legali f'pajjiżu jista' madankollu jagħmel hekk fl-Iżvezja jekk ikollu l-kapaċità skont il-liġi Żvediża.

Id-dritt internazzjonali privat Żvediż iqis kwistjonijiet ta' isem bħala li jagħmlu parti mil-liġi tal-istatus personali. Dan ifisser, pereżempju, li meta konjuġi jieħu l-kunjom tal-konjuġi l-ieħor dan ma jkunx ikklassifikat bħala kwistjoni tal-effetti legali taż-żwieġ fl-isfera personali. Skont l-Artikolu 31 tal-Att (2016:1013) dwar l-Ismijiet Personali(lagen om personnamn), l-Att ma japplikax għal ċittadini Żvediżi domiċiljati d-Danimarka, in-Norveġja jew il-Finlandja. Għall-kuntrarju, jista' jiġi determinat li japplika għal ċittadini Żvediżi f'pajjiżi oħrajn. Skont l-Artikolu 32, l-Att jista’ japplika wkoll għal ċittadini barranin domiċiljati l-Iżvezja.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

Id-dritt sostantiv Żvediż ma jagħmilx differenza bejn tfal leġittimi u illeġittimi, u d-dritt internazzjonali privat Żvediż ma għandu l-ebda regola speċifika dwar l-għażla tal-liġi applikabbli biex jiġi determinat jekk wild għandux jitqies bħala mwieled ġewwa jew barra ż-żwieġ, jew jekk wild imwieled barra ż-żwieġ jistax jiġi leġittimat sussegwentement.

Fir-rigward tal-liġi applikabbli għall-istabbiliment tal-paternità, hemm regoli differenti għall-preżunzjoni ta’ paternità u għall-istabbiliment tal-paternità minn qorti jew liġi. Il-preżunzjoni tal-paternità hija rregolata mill-Artikolu 2 tal-Att (1985:367) dwar il-Kwistjonijiet ta' Paternità Internazzjonali. Skont dik id-dispożizzjoni, raġel miżżewweġ jew li kien miżżewweġ lil omm il-wild jitqies li jkun missier il-wild jekk din hija l-konsegwenza tal-liġi tal-istat li l-wild sar domiċiljat fih mat-twelid, jew, meta din il-liġi ma tqis lil ħadd bħala missier, jekk hija l-konsegwenza tal-liġi tal-istat li l-wild sar ċittadin tiegħu mat-twelid. Jekk, madankollu, il-wild ikun sar domiċiljat l-Iżvezja fil-mument tat-twelid, il-kwistjoni dejjem tiġi deċiża skont il-liġi Żvediża. Jekk il-paternità trid tiġi stabbilita fil-qorti, il-qorti tapplika l-liġi tal-pajjiż li l-wild kien domiċiljat fih fil-mument tas-sentenza fl-ewwel istanza.

Skont l-Artikolu 3 tal-Att (2018:1289) dwar l-Adozzjoni f’Sitwazzjonijiet Internazzjonali, qorti Żvediża li tikkunsidra talba għall-adozzjoni trid tapplika l-liġi Żvediża.

Deċiżjoni ta’ adozzjoni barranija valida fl-Iżvezja għandha l-istess effett legali bħal deċiżjoni ta’ adozzjoni Żvediża.

Il-mistoqsija tal-liġi applikabbli għall-manteniment tat-tfal hija rregolata mill-Protokoll tal-Aja tal-2007 dwar il-Liġi Applikabbli għal Obbligi ta' Manteniment. Ir-regola ġenerali hija li l-obbligi ta' manteniment huma rregolati mil-liġi tal-istat li l-wild huwa domiċiljat fih. Jekk il-wild ma jkunx kapaċi jikseb manteniment mill-parti li tkun obbligata li tipprovdih skont dik il-liġi, trid tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż ta’ fejn tkun il-qorti. Jekk il-wild ma jkunx kapaċi jikseb manteniment mill-parti li tkun obbligata tipprovdih skont waħda minn dawk il-liġijiet, u ż-żewġ partijiet ikunu ċittadini tal-istess stat, trid tiġi applikata l-liġi ta' dak l-istat.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

Fir-rigward tal-kapaċità li persuna tiżżewweġ, ara l-punt 3.3 hawn fuq. Ir-regola ġenerali hija li żwieġ jitqies validu fir-rigward tal-forma jekk ikun validu fil-pajjiż fejn ikun sar; ara l-Artikolu 7 tal-Kapitolu 1 tal-Att (1904:26 p. 1) dwar ċerti Relazzjonijiet Legali Internazzjonali fir-rigward ta' Żwieġ u Tutela.

L-effetti legali taż-żwieġ jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji ewlenin: dawk fil-qasam personali u dawk relatati mal-proprjetà tal-miżżewġin (ara l-punt 3.6 hawn taħt). L-effett legali prinċipali taż-żwieġ f'termini personali huwa li l-miżżewġin għandhom obbligu reċiproku li jmantnu lil xulxin. Fid-dritt internazzjonali privat Żvediż, kwistjonijiet relatati mal-intitolament tal-miżżewġin li jirtu, l-akkwiżizzjoni tagħhom tal-kunjom tal-konjuġi l-ieħor jew id-dover tagħhom li jmantnu l-konjuġi l-ieħor mhumiex meqjusin bħala effetti legali taż-żwieġ, u l-liġi applikabbli tiġi ddeterminata mir-regoli tal-għażla tal-liġi applikabbli li jirregolaw il-wirt, l-ismijiet personali eċċ.

Il-kwistjoni tal-liġi applikabbli għall-manteniment ta' konjuġi hija rregolata mill-Protokoll tal-Aja tal-2007 dwar il-Liġi Applikabbli għal Obbligi ta' Manteniment. Ir-regola ġenerali hija li l-obbligi ta' manteniment huma rregolati mil-liġi tal-istat fejn tkun domiċiljata l-parti bl-obbligu li tipprovdi l-manteniment. Jekk xi ħadd mill-miżżewġin joġġezzjona kontra l-applikazzjoni ta' dik il-liġi, u l-liġi ta' stat ieħor ikollha konnessjoni iktar mill-qrib għaż-żwieġ (speċjalment il-liġi tal-istat fejn kienu domiċiljati l-aħħar), trid tiġi applikata l-liġi ta' dak l-Istat l-ieħor.

Fir-rigward tad-divorzju, l-Artikolu 4(1) tal-Kapitolu 3 tal-Att (1904:26 p. 1) dwar ċerti Relazzjonijiet Legali Internazzjonali fir-rigward taż-Żwieġ u t-Tutela jipprevedi li l-qrati Żvediżi japplikaw l-liġi Żvediża. L-Artikolu 4(2) jagħmel eċċezzjoni jekk il-miżżewġin ikunu t-tnejn li huma ċittadini barranin u l-ebda wieħed minnhom ma kien domiċiljat l-Iżvezja għal mill-inqas sena.

Id-dritt sostantiv Żvediż ma jinkludix l-istituzzjonijiet legali tas-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ. Ir-regoli li jirregolaw il-qsim tal-proprjetà wara separazzjoni legali huma stipulati fl-Artikolu 6 tal-Kapitolu 2 u l-Artikolu 13 tal-Kapitolu 3 tal-Att (2019:234) dwar ir-Relazzjonijiet ta’ Proprjetà bejn il-Miżżewġin jew il-Koabitanti f’Sitwazzjonijiet Internazzjonali.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Il-kwistjonijiet relatati mal-liġi applikabbli għar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali huma rregolati mill-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali. Hemm regoli simili għas-sħab reġistrati fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati. Il-Kapitolu 2 tal-Att (2019:234) dwar ir-Relazzjonijiet ta’ Proprjetà bejn il-Konjuġi jew il-Koabitanti f’Sitwazzjonijiet Internazzjonali jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea (ara fost l-oħrajn l-Artikoli 4 u 5 tal-Kapitolu 2).

Hemm dispożizzjonijiet speċjali dwar il-liġi applikabbli għar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali fil-kuntest Nordiku fil-Kapitolu 3 tal-Att (2019:234) dwar ir-Relazzjonijiet ta’ Proprjetà bejn il-Miżżewġin jew il-Koabitanti f’Sitwazzjonijiet Internazzjonali (ara fost l-oħrajn l-Artikoli 8–11 tal-Kapitolu 3).

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

Il-kwistjoni tal-għażla tal-liġi applikabbli għat-testmenti u s-suċċessjonijiet hija rregolata mir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni. Ir-regoli dwar l-għażla tal-liġi applikabbli f’dak ir-Regolament japplikaw irrispettivament minn jekk ir-rabta internazzjonali hijiex ma' Stat Membru jew ma’ kwalunkwe Stat ieħor.

Madankollu, hemm dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-validità ta’ testment fir-rigward tal-forma, skont l-Artikolu 3 tal-Kapitolu 2 tal-Att (2015: 417) dwar is-Suċċessjoni f'Sitwazzjonijiet Internazzjonali(lagen om arv i internationella situationer), li jittrasponi l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-Kunflitti tal-Liġijiet rigward l-Għamla tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji fil-liġi Żvediża. Testment irid jitqies validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-forma tiegħu skont il-liġi tal-post fejn ikun għamlu t-testatur, jew skont il-liġi tal-post fejn it-testatur kien domiċiljat jew ċittadin meta sar it-testment jew meta miet. Dispożizzjoni li tirrigwarda l-proprjetà immobbli trid titqies li tkun valida fil-forma wkoll jekk il-forma tagħha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-forma tagħha skont il-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà. L-istess regoli japplikaw għar-revoka tat-testmenti. Revoka trid titqies li tkun valida wkoll jekk tissodisfa r-rekwiżiti relatati mal-forma ta’ tali revoka skont kwalunkwe waħda mil-liġijiet li l-forma tat-testment kienet valida skontha.

3.8 Proprjetà reali

Fil-qasam tal-liġi tal-proprjetà hemm miktubin regoli dwar l-għażla tal-liġi applikabbli biss għal ċerti każijiet li jikkonċernaw bastimenti u inġenji tal-ajru, strumenti finanzjarji u oġġetti kulturali mneħħijin illegalment, u għal ċerti sitwazzjonijiet irregolati mill-Konvenzjoni Nordika dwar l-Insolvenza u r-Regolament dwar l-Insolvenza.

L-effetti fil-liġi tal-proprjetà ta' xiri jew self ipotekarju ta' proprjetà mobbli jew immobbli, pereżempju, iridu jiġu ddeterminati skont il-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà fil-mument tax-xiri jew tas-self ipotekarju. Dik il-liġi tiddetermina n-natura ta' kwalunkwe dritt ta' proprjetà, il-mod kif kull dritt ta' proprjetà jibda u jintemm, kull rekwiżit formali li jista' japplika, u d-drittijiet li jiġu kkonferiti minn dritt ta' proprjetà partikolari kontra partijiet terzi.

Fir-rigward ta' drittijiet ta' garanzija barranin, il-ġurisprudenza stabbiliet li jekk fil-mument li nħoloq dritt ta' garanzija l-bejjiegħ kien jaf li l-proprjetà kellha tittieħed l-Iżvezja, (u d-dritt ta' garanzija ma kienx validu l-Iżvezja), il-bejjiegħ minflok kellu jikseb garanzija li kienet tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi Żvediża. Barra minn hekk, dritt tal-garanzija barrani ma għandux jingħata effett legali jekk jgħaddi ftit żmien minn meta l-proprjetà ttieħdet l-Iżvezja. F’każijiet bħal dawn, il-kreditur barrani ikun kellu ż-żmien biex jew jikseb garanzija ġdida jew jirkupra d-dejn.

3.9 Insolvenza

Ir-Regolament tal-2015 dwar l-Insolvenza jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-liġi applikabbli fir-rigward ta’ Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea (minbarra d-Danimarka).

Fir-rigward ta’ dawk il-pajjiżi Nordiċi li mhumiex soġġetti għar-Regolament tal-2015 dwar l-Insolvenza, hemm dispożizzjonijiet separati li jikkonċernaw il-liġi applikabbli li huma bbażati fuq il-Konvenzjoni Nordika tal-1933 dwar l-Insolvenza u li ġew trasposti fil-liġi Żvediża permezz ta’ leġiżlazzjoni promulgata fl-1981 (madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni preċedenti li tmur lura għall-1934 japplikaw fir-rigward tal-Iżlanda). Ir-regola ġenerali tal-Konvenzjoni Nordika dwar l-Insolvenza hija li proċedura ta' insolvenza fi stat kontraenti (il-pajjiżi fejn isseħħ il-proċedura ta' insolvenza) trid tinkludi wkoll il-proprjetà tad-debitur li jinsab fi stat kontraenti ieħor. Bħala regola ġenerali, il-liġi tal-pajjiż fejn isseħħ il-proċedura ta’ insolvenza trid tiġi applikata għal kwistjonijiet li jikkonċernaw dik il-proprjetà, bħad-dritt tad-debitur li jikkontrolla l-proprjetà tiegħu u xi jrid jiġi inkluż fil-patrimonju insolventi.

Il-parti l-kbira tad-dritt internazzjonali Żvediż dwar l-insolvenza mhijiex stipulata fil-leġiżlazzjoni, għajr ir-regoli msemmijin hawn fuq. Is-suppożizzjoni fundamentali hija li tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż fejn isseħħ il-proċedura tal-insolvenza (lex fori concursus). Dan ifisser, fost l-oħrajn, li għal insolvenza Żvediża, il-liġi Żvediża tapplika kemm għall-proċedura nnifisha kif ukoll għal kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-liġi tal-insolvenza.

L-aħħar aġġornament: 30/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - L-Ingilterra u Wales

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Illum il-ġurnata, ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet fl-Ingilterra u f’Wales li jittrattaw il-liġi applikabbli ġejjin prinċipalment minn Regolamenti tal-UE li japplikaw direttament. Fir-rigward ta’ materjali ċivili u kummerċjali, dawn huma: Ir-Regolament 593/2008 (Ruma I) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali u r-Regolament 864/2007 (Ruma II) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali. L-Att tal-1990 dwar il-Kuntratti (Liġi Applikabbli) (The Contracts (Applicable Law) Act 1990) (li implimenta l-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980) jibqa’ rilevanti fir-rigward ta’ kuntratti applikabbli qabel is-17 ta’ Diċembru 2009 (ir-Regolament Ruma I japplika għal kuntratti applikabbli f’dik id-data jew wara). L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) tal-1995 (Private International Law (Miscellaneous Provisions) Act 1995) huwa rilevanti biss b’rabta ma’ sitwazzjonijiet mhux koperti mir-Regolament Ruma II (ir-Regolament japplika għal każijiet li fihom id-dannu seħħ wara l-11 ta’ Jannar 2009). Ir-regoli tradizzjonali dwar id-dritt komuni jibqgħu applikabbli għad-delitt ta’ malafama u fir-rigward tal-liġi tas-suċċessjoni u tal-proprjetà.

F’materji tal-familja, huwa ġeneralment id-dritt komuni li hu s-sors tar-regoli dwar il-liġi applikabbli, b’xi eċċezzjonijiet. F’materji tal-familja, ġeneralment tiġi applikata l-liġi Ingliża, soġġetta għal eċċezzjonijiet limitati fid-dritt komuni (eż. fir-rigward tan-nullità taż-żwieġ) jew fl-istatut (eż. fir-rigward tal-manteniment skont l-Att tal-1920 dwar l-Ordnijiet ta’ Manteniment (Faċilitajiet għall-Eżekuzzjoni) (Maintenance Orders (Facilities for Enforcement) Act 1920) u l-Att tal-1972 dwar l-Ordnijiet ta’ Manteniment (Eżekuzzjoni Reċiproka) (Maintenance Orders (Reciprocal Enforcement) Act 1972)). F’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u ta’ protezzjoni tat-tfal koperti bir-Regolament tal-UE 2201/2003 u bil-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta’ Ottubru 1996, huma r-Regolamenti (tal-Ingilterra u Wales u tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-2012 dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal (Obbligi Internazzjonali) (Parental Responsibility and Measures for the Protection of Children (International Obligations (England and Wales and Northern Ireland)) Regulations 2012), u l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-1996 li fihom ir-regoli dwar il-liġi applikabbli rispettivament, jiġifieri li l-liġi Ingliża tapplika soġġetta għal eċċezzjonijiet limitati.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji (Hague Convention on the Conflicts of Laws Relating to the Form of Testamentary Dispositions 1961).

Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali (Rome Convention 1980 on the Law Applicable to Contractual Obligations) (issostitwita bir-Regolament Ruma I fir-rigward ta’ kuntratti applikabbli fis-17 ta’ Diċembru 2009 jew wara).

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Fondi Fiduċjarji u dwar ir-Rikonoxximent tagħhom (Hague Convention of 1 July 1985 on the Law Applicable to Trusts and on their Recognition).

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Ma nafux b’xi konvenzjoni bilaterali li fiha dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-liġi li r-Renju Unit huwa parti fiha.

Madankollu, ta’ min jinnota li, għalkemm il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 u l-Konvenzjonijiet tal-Aja jippermettu li Stat japplika xi sistema oħra ta’ għażla tal-liġi għall-konflitti “interni” – bħal konflitti bejn il-liġijiet tal-Ingilterra u Wales u tal-Iskozja – ir-Renju Unit għażel li ma jagħmilx użu minn din il-faċilità. Għalhekk, il-Konvenzjoni ta’ Ruma (fir-rigward tal-kuntratti applikabbli qabel is-17 ta’ Diċembru 2009) u r-regoli tal-Konvenzjoni tal-Aja japplikaw għal konflitti bejn il-ġuriżdizzjonijiet differenti tar-Renju Unit kif ukoll f’konflitti internazzjonali.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-pożizzjoni ġenerali hija li r-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet jiġu applikati biss jekk tal-anqas waħda mill-partijiet tkun argumentat li dawn għandhom jiġu applikati. Jekk dan ma jkunx ġie argumentat, jew jekk ma jkunx hemm evidenza sodisfaċenti tal-kontenut tal-liġi barranija, l-imħallef normalment japplika l-liġi Ingliża għall-kwistjoni. Din ir-regola hija waħda relatata mal-evidenza u mal-proċedura, u għalhekk mhijiex affettwata mir-Regolamenti tal-UE.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Ir-Regolamenti tal-UE jeskludu l-applikazzjoni tad-duttrina ta’ rinviju f’każijiet irregolati bir-regoli tal-UE dwar l-għażla tal-liġi u din kienet ukoll il-fehma prevalenti skont l-Att tal-1995 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) (Private International Law (Miscellaneous Provisions) Act 1995) u l-Att tal-1990 dwar il-Liġi Applikabbli dwar il-Kuntratti (Contracts Applicable Law Act 1990). Għalhekk, jekk ir-regola Ingliża dwar l-għażla tal-liġi għal delitt ta’ negliġenza tindika l-liġi Franċiża, tiġi applikata l-liġi domestika Franċiża, anke jekk qorti Franċiża kienet tapplika l-liġi ta’ xi pajjiż ieħor. Ġustifikazzjoni minnhom imressqa għaċ-ċaħda tar-rinviju f’dawn l-isferi tidher li hija li jekk jiġi applikat ir-rinviju, tinħoloq problema fir-regoli kumplessi stabbiliti mill-istatuti.

Ir-rwol tar-rinviju fl-oqsma tal-liġi li jifdal issa huwa kemxejn limitat, u f’xi każijiet mhuwiex ċar għalkollox. Jista’ jingħad li r-rinviju japplika fil-każ ta’ art li tinsab barra l-pajjiż, li għaliha l-lex situs jiġi applikat bil-liġi Ingliża. F’każijiet bħal dawn, hemm xewqa prammatika li tiġi applikata l-istess liġi tal-qorti li l-proprjetà tinsab fil-ġuriżdizzjoni tagħha, sabiex tiżdied il-possibbiltà li kwalunkwe deċiżjoni Ingliża dwar il-proprjetà tkun effettiva. Il-bilanċ tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza fir-rigward ta’ proprjetà mobbli tanġibbli li tinsab barra mill-pajjiż huwa li referenza għal-lex situs ma tinkludix ir-rinviju.

F’materji tal-familja, hemm xi ġurisprudenza limitata li d-duttrina tar-rinviju tista’ tapplika f’ċerti ċirkostanzi, iżda l-kwistjoni rari ħafna tinqala’ minħabba li f’materji tal-familja ġeneralment tiġi applikata l-liġi Ingliża.

Madankollu, ta’ min jinnota li f’ħafna każijiet il-prova tal-kontenut tar-regoli dwar l-għażla tal-liġi barranija tkun għalja u l-partijiet ta’ spiss jagħżlu li ma jargumentawx għall-applikazzjoni tagħhom (ara 2.1 aktar ’il fuq).

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Din il-problema hija indirizzata billi f’kull regola dwar l-għażla tal-liġi jiġi speċifikat iż-żmien rilevanti li fih jiġi identifikat il-fattur ta’ konnessjoni. Pereżempju, fil-każ ta’ trasferimenti ta’ beni mobbli, il-liġi applikabbli rilevanti hija dik applikabbli fil-post fejn ikunu jinsabu l-beni mobbli inkwistjoni fiż-żmien tat-trasferiment.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Skont ir-regoli tradizzjonali, il-qrati Ingliżi jistgħu jiċħdu li japplikaw liġi barranija li tmur kontra l-ordni pubbliku Ingliż. Madankollu, il-limitu huwa għoli ħafna: pereżempju, fejn tkun twassal għal riżultat “li jkun totalment aljen għar-rekwiżiti fundamentali tal-ġustizzja kif amministrata minn qorti Ingliża”. Il-kontenut tal-ordni pubbliku Ingliż huwa influwenzat mill-obbligi internazzjonali tar-Renju Unit, b’mod partikolari mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem huwa eżempju wieħed magħruf sew tal-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku, eżempju ieħor huwa fejn il-liġi tkun “ksur flagranti tar-regoli tad-dritt internazzjonali ta’ importanza fundamentali” (eż. l-invażjoni tal-Kuwajt mill-Iraq fl-1990).

Barra minn hekk, issa r-Regolamenti Ruma I u Ruma II it-tnejn li huma jipprovdu għall-applikazzjoni tar-regoli obbligatorji prevalenti tal-forum, irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli għall-kuntratt. Dawk ir-regoli li jeżistu ġeneralment jinstabu fl-isferi tal-konsumatur u tal-impjieg jew fil-leġiżlazzjoni li tissupplimenta konvenzjoni internazzjonali.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-kontenut tal-liġi barranija jiġi pprovat daqslikieku kien fatt. Għalhekk, huma l-partijiet li jridu jipprovaw il-kontenut tal-liġi barranija; l-imħallfin ma jistgħux jinvestigaw il-kontenut tal-liġi barranija huma stess. Fil-każ ta’ konflitt bejn l-evidenza ppreżentata mill-partijiet, l-imħallef jista’ jivvaluta l-kredibbiltà tal-esperti u jista’ jikkunsidra l-evidenza primarja (eż. statuti u kawżi barranin), speċjalment fejn ikunu miktuba bl-Ingliż u japplikaw kunċetti li mħallef Ingliż ikun midħla tagħhom.

Il-kontenut tal-liġi barranija normalment jiġi pprovat minn evidenza ta’ perit. Mhuwiex biżżejjed li jiġi ppreżentat it-test ta’ statut, ta’ kawża jew ta’ awtorità barranin quddiem il-qorti. Evidenza ta’ perit dwar il-liġi barranija tista’ tingħata minn kwalunkwe persuna “kkwalifikata b’mod xieraq sabiex tagħmel hekk bis-saħħa tal-għarfien jew tal-esperjenza tagħha,” irrispettivament minn jekk din tkunx intitolata li taġixxi bħala prattikant legali fil-ġuriżdizzjoni rilevanti. Madankollu, normalment l-esperti jkunu akkademiċi jew prattikanti fil-ġuriżdizzjoni inkwistjoni. Jekk il-kontenut tal-liġi barranija jkun ġie ddeterminat f’kawża Ingliża preċedenti, din il-kawża tista’ tiġi ċċitata bħala evidenza tal-kontenut tal-liġi barranija, u l-kontenut tal-liġi barranija jiġi preżunt li jkun l-istess kif iddeterminat f’dik il-kawża sakemm ma jiġix ipprovat mod ieħor.

L-oneru tal-provi jaqa’ fuq il-parti li tibbaża fuq il-liġi barranija. Jekk il-liġi barranija ma tiġix ipprovata b’mod sodisfaċenti, ir-regola ġenerali hija li tiġi applikata l-liġi Ingliża. Madankollu, f’kawżi fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed jaħseb li l-liġi barranija b’xi mod tixbah il-liġi Ingliża (eż. statut tat-taxxa minn ġuriżdizzjoni Ewropea oħra), il-kawża tista’ tiġi miċħuda.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Fil-kawżi kollha li jikkonċernaw obbligi kuntrattwali u li jinvolvu għażla tal-liġi, ir-Regolament Ruma I japplika direttament. Ir-regoli dwar l-għażla tal-liġi fir-Regolament Ruma jistgħu japplikaw ukoll għal kawżi li l-liġi domestika Ingliża ma tirrikonoxxix bħala kuntrattwali (eż. meta l-ftehim ma jkunx sostnut minn korrispettiv eż. kuntratti ta’ rigal).

Il-materji tal-proċedura huma ddeterminati mil-lex fori. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-livell tad-danni (iżda mhux il-kategoriji tad-danni) u l-mezzi ta’ prova huma rregolati bil-liġi tal-forum. Il-perjodi ta’ preskrizzjoni huma sostantivi u, għalhekk, fil-każ ta’ obbligi kuntrattwali, dawn jiġu ddeterminati mil-liġi applikabbli skont ir-Regolament. Ir-regoli sostantivi primarji huma kif ġej.

F’każijiet li fihom il-partijiet ikunu għamlu għażla espliċita tal-liġi, jew waħda li tista’ tintwera b’ċertezza raġonevoli, tapplika din il-liġi. X’aktarx li għażla tintwera b’ċertezza raġonevoli meta l-kuntratt ikun f’forma standard li tkun magħrufa li tkun irregolata b’liġi partikolari (eż. polza tal-assigurazzjoni marittima ta’ Lloyd’s), jew fid-dawl ta’ negozjati preċedenti bejn il-partijiet. Meta jkun hemm ftehim dwar l-għażla tal-qorti, dan ta’ spiss ikun biżżejjed sabiex jiġi inferit li l-intenzjoni kienet li tintgħażel il-liġi ta’ dik il-qorti, iżda dan mhux dejjem ikun il-każ. Fil-każ ta’ ftehim ta’ arbitraġġ, jekk il-kriterji tal-għażla għall-arbitri jkunu speċifikati, dan jippermetti li ssir inferenza b’mod aktar faċli ta’ għażla tal-liġi, iżda jekk l-arbitri jiġu identifikati b’riferiment għal xi korp internazzjonali, ikun ferm anqas probabbli li l-għażla tkun intweriet b’ċertezza raġonevoli.

Il-libertà tal-għażla hija ċirkoskritta f’diversi aspetti. L-ewwel nett, fil-kuntratti konklużi minn konsumaturi u fil-kuntratti tal-impjieg, l-għażla tal-liġi ma tistax iċċaħħad lill-konsumatur jew lill-impjegat mill-protezzjoni tar-regoli obbligatorji li jeżistu skont il-liġi li, kieku ma kienx hemm għażla espliċita tal-liġi, kienet tkun tapplika għall-każ. It-tieni, meta l-elementi kollha tas-sitwazzjoni jkunu marbuta ma’ pajjiż wieħed, għażla ta’ liġi differenti ma tistax iċċaħħad ir-regoli obbligatorji ta’ dak il-pajjiż mill-effett. Hemm ukoll regoli protettivi għall-konsumaturi fir-rigward tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni. Jista’ jiġi nnotat ukoll li meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil fir-rigward tal-effettività tal-għażla – pereżempju, allegazzjoni ta’ sfurzar – il-kwistjoni dwar jekk din l-għażla kinitx effettiva tiġi ddeterminata mil-liġi applikabbli putattiva (jiġifieri l-liġi li tkun tirregola l-kuntratt li kieku l-għażla tkun valida), sakemm dan ma jkunx “irraġonevoli” (f’liema każ tista’ tiġi applikata l-liġi tar-residenza abitwali tal-parti li tiddikjara li ma tkunx tat il-kunsens tagħha).

F’każijiet li fihom ma jkun hemm l-ebda għażla espressa tal-liġi, jew waħda li tista’ tintwera b’ċertezza raġonevoli, ir-Regolament Ruma I jipprevedi regoli speċifiċi skont it-tip ta’ kuntratt, iżda meta dawn ir-regoli ma jkunux konklussivi, il-liġi ġeneralment tkun il-liġi tar-residenza abitwali tal-eżekutur karatteristiku. L-eżekutur karatteristiku mhux dejjem ikun identifikabbli faċilment, iżda normalment ikun il-parti li ma tkunx qed tipprovdi ħlas għall-oġġett jew għas-servizz (eż. l-eżekutur karatteristiku jkun il-bejjiegħ ta’ prodott, is-sellief fi tranżazzjoni bankarja, il-garanti f’kuntratt ta’ garanzija). Din is-suppożizzjoni tista’ tiġi kkonfutata favur pajjiż li l-kuntratt ikollu rabta aktar mill-qrib miegħu.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Fir-rigward ta’ obbligi mhux kuntrattwali, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet japplika r-Regolament Ruma II. L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) tal-1995 (Private International Law (Miscellaneous Provisions) Act 1995) japplika biss għal kwistjonijiet relatati ma’ delitti li ma jaqgħux taħt ir-Regolament, u l-malafama tibqa’ rregolata bid-dritt komuni (ara aktar ’l isfel). Il-perjodi ta’ preskrizzjoni huma ddeterminati mil-liġi applikabbli wkoll.

Skont ir-Regolament Ruma II, ir-regola ġenerali hija li tiġi applikata l-liġi tal-post fejn iseħħ id-dannu. Regoli speċjali jiddeterminaw il-liġi applikabbli għal ċerti tipi ta’ obbligi mhux kuntrattwali, inklużi r-responsabbiltà għall-prodotti, il-kompetizzjoni inġusta, delitti ambjentali u delitti relatati mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Ir-Regolament jippermetti wkoll li l-partijiet jagħżlu l-liġi applikabbli f’ċerti ċirkostanzi, iżda din id-dispożizzjoni ma tistax tintuża sabiex jiġu evitati regoli obbligatorji tad-dritt tal-UE jew tad-dritt domestiku. Għandu jiġi nnotat li l-valutazzjoni tad-danni hija materja għal-liġi applikabbli.

Kif ġie nnotat aktar ’il fuq, il-malafama (li tinkludi inġurja tat-titolu, inġurja tal-oġġetti, falsità malizzjuża u kwalunkwe dikjarazzjoni tal-liġi barranija “li tikkorrispondi għal talba [bħal din] jew fin-natura tagħha”) tibqa’ rregolata bid-dritt komuni. F’każijiet bħal dawn, tapplika r-“regola dwar it-teħid ta’ azzjoni doppja”: tista’ tittieħed azzjoni kontra delitt fl-Ingilterra u f’Wales biss jekk tkun tista’ tittieħed azzjoni ċivili skont il-liġi barranija tal-ġuriżdizzjoni li l-att seħħ fiha (normalment il-pubblikazzjoni) u jekk, li kieku l-att seħħ fl-Ingilterra u f’Wales, tkun tista’ tittieħed azzjoni ċivili kontrih skont il-liġi Ingliża. Din ir-regola nżammet wara pressjoni minn organizzazzjonijiet tal-midja li beżgħu mill-applikazzjoni ta’ liġijiet barranin oppressivi. Madankollu, din ir-regola hija soġġetta għal eċċezzjoni: meta pajjiż ieħor ikollu relazzjoni aktar sinifikanti mal-okkorrenza u mal-partijiet, minflok tkun tapplika l-liġi ta’ dik il-ġuriżdizzjoni. Ta’ min jinnota li dan il-qasam huwa partikolarment inċert.

Fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-fondi fiduċjarji, il-liġi applikabbli hija rregolata bl-Att tal-1987 dwar ir-Rikonoxximent tal-Fondi Fiduċjarji (Recognition of Trusts Act 1987) li jimplimenta l-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-liġi applikabbli għall-fondi fiduċjarji (Hague Convention on the law applicable to trusts). Dan jipprevedi li l-liġi applikabbli tkun dik magħżula mis-settlor, jew, fin-nuqqas ta’ tali għażla, mil-liġi li l-fond fiduċjarju jkun marbut l-aktar mill-qrib magħha. Din il-liġi tiddetermina l-validità tal-fond fiduċjarju, il-kostruzzjoni tiegħu, l-effetti u l-amministrazzjoni tal-fond fiduċjarju.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Fit-twelid, id-domiċilju ta’ persuna (id-domiċilju ta’ oriġini) ikun l-istess bħal dak tal-missier tat-tfal fil-mument tat-twelid tat-tfal, jekk it-tfal ikunu leġittimi. Jekk it-tfal ikunu illeġittimi, jew il-missier ikun mejjet fil-mument tat-twelid, id-domiċilju tat-tfal ikun l-istess bħal dak ta’ omm it-tfal. Din ir-regola tibqa’ tapplika sakemm it-tfal jagħlqu 16-il sena (jiġifieri d-domiċilju tat-tfal jinbidel ma’ dak tal-missier jew tal-omm rispettivament).

Għall-persuni li għandhom aktar minn 16-il sena, id-domiċilju ta’ oriġini jibqa’ japplika sakemm ma jadottawx domiċilju tal-għażla. Sabiex jadottaw domiċilju tal-għażla, huma jridu fil-fatt jirrisjedu fil-ġuriżdizzjoni rilevanti u jkollhom l-intenzjoni li jirrisjedu hemmhekk b’mod indefinit jew permanenti. Jekk xi wieħed minn dawn l-elementi ma jibqax jeżisti, id-domiċilju tal-għażla ma jibqax japplika u jkun japplika d-domiċilju ta’ oriġini.

Id-domiċilju ta’ mara miżżewġa ma għadux iddeterminat b’referenza għal dak ta’ żewġha: huwa jiġi vvalutat b’mod indipendenti.

Il-kapaċità li jitwettqu obbligi partikolari (eż. li persuna tidħol f’kuntratt, li tagħmel testment, li tiżżewweġ) tiġi ddeterminata minn regoli speċifiċi għal dak il-qasam, u dawn jiġu diskussi fit-taqsimiet rilevanti.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kwistjonijiet ta’ protezzjoni tat-tfal ġeneralment jiġu ddeterminati mil-liġi Ingliża, soġġetti għal eċċezzjonijiet limitati bħal dawk (diskussi aktar ’il fuq) applikabbli għall-materji tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 u għal dawk il-materji li jaqgħu taħt ir-Regolament Brussell IIa. Ġeneralment, anki l-materji ta’ leġittimità u ta’ adozzjoni jiġu ddeterminati bil-liġi Ingliża, soġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

Il-validità formali ta’ żwieġ ġeneralment tkun irregolata bil-liġi tal-post fejn jiġi ċċelebrat iż-żwieġ, soġġetta għal ċerti eċċezzjonijiet.

Il-kapaċità tal-persuni li jiżżewġu ġeneralment tiġi ddeterminata mid-domiċilju tal-persuna rilevanti fiż-żmien li jippreċedi immedjatament iż-żwieġ. Din il-liġi tirregola kwistjonijiet bħal jekk il-partijiet tawx il-kunsens, ir-rekwiżiti tal-età u liema persuni fil-familja estiża ta’ persuna ma tkunx tista’ tiżżewweġ. Fil-każ speċjali tal-età, l-ebda żwieġ ma jkun validu jekk xi wieħed mill-parteċipanti ikollu anqas minn 16-il sena f’dak iż-żmien, jekk ikun domiċiljat fl-Ingilterra u f’Wales.

F’materji ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni, ġeneralment tiġi applikata l-liġi Ingliża, soġġetta għal eċċezzjonijiet limitati.

Fir-rigward tal-obbligi ta’ manteniment, ġeneralment tkun tapplika l-liġi Ingliża, soġġetta għal ċerti eċċezzjonijiet.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Is-“sistema li tirregola l-beni tal-miżżewġin” mhijiex kunċett ġeneralment magħruf fid-dritt komuni. F’materji ta’ pensjoni tal-manteniment dwar divorzju, separazzjoni jew nullità jew f’materji ta’ manteniment, il-qrati Ingliżi ġeneralment japplikaw il-liġi Ingliża, soġġetti għal eċċezzjonijiet limitati.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

F’każijiet ta’ suċċessjoni ab intestato (jiġifieri fejn ma jkunx hemm testment), il-liġi tad-domiċilju tat-testatur fiż-żmien tal-mewt tapplika għas-suċċessjoni għall-proprjetà mobbli; il-liġi tal-ġuriżdizzjoni ta’ fejn tinsab il-proprjetà (lex situs) tapplika għas-suċċessjoni għall-proprjetà immobbli.

F’kawżi li jinvolvu testmenti (suċċessjoni testamentarja), il-kapaċità tat-testatur li jagħmel testment ta’ proprjetà mobbli tiġi ddeterminata mil-liġi tad-domiċilju tat-testaturi fid-data tat-testment. Legatarju jkollu l-kapaċità li jirċievi beni mobbli jekk ikollu l-kapaċità skont il-liġi tad-domiċilju tiegħu jew skont il-liġi tad-domiċilju tat-testatur. Ma hemm l-ebda awtorità speċifika dwar il-pożizzjoni rigward il-proprjetà immobbli, iżda l-lex situs ikun l-aktar eżitu probabbli, u probabbilment jiddetermina wkoll il-kapaċità ta’ legatarju li jieħu legat ta’ proprjetà immobbli.

Skont l-Att tal-1963 dwar it-Testmenti (Wills Act 1963), u meta t-testatur ikun miet fl-1 ta’ Jannar 1964 jew wara, testment ikun validu b’mod formali (eż. numru korrett ta’ xhieda) jekk ikun konformi ma’ xi waħda mil-liġijiet li ġejjin: il-liġi tal-post fejn ġie eżegwit it-testment (jiġifieri normalment fejn jiġi ffirmat u attestat) fil-mument li fih ġie eżegwit; il-liġi tad-domiċilju, ir-residenza abitwali jew in-nazzjonalità tat-testatur fil-mument meta ġie eżegwit it-testment; il-liġi tad-domiċilju, ir-residenza abitwali jew in-nazzjonalità tat-testatur fil-mument tal-mewt. Testment ikun validu formalment ukoll sabiex jgħaddi proprjetà immobbli jekk ikun konformi mal-liġi interna tal-ġuriżdizzjoni ta’ fejn tkun tinsab il-proprjetà (b’hekk tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-rinviju minkejja li dan jikkonċerna beni immobbli).

Testment tal-proprjetà mobbli jkun materjalment validu (eż. limitazzjonijiet fuq l-ammont li wieħed jista’ jħalli b’testment) jekk ikun konformi mal-liġi tad-domiċilju tat-testatur fil-ħin tal-mewt; testment ta’ proprjetà immobbli jkun materjalment validu jekk jikkonforma mal-liġi tal-ġuriżdizzjoni ta’ fejn tinsab il-proprjetà, jiġifieri tkun xi tkun is-sistema tal-liġi domestika tapplika l-lex situs.

Testment jiġi interpretat skont il-liġi maħsuba mit-testatur, li hija preżunta bħala l-liġi tad-domiċilju tiegħu fid-data tat-testment. Din il-preżunzjoni hija regola prima facie li tista’ tiġi spostata minn evidenza li t-testatur ikkontempla b’mod ċar u kellu l-ħsieb li t-testment tiegħu għandu jkun mifhum skont sistema oħra tal-liġi. Fir-rigward tal-proprjetà immobbli, jista’ jkun hemm limitazzjoni addizzjonali, li skont din jekk l-interess li jirriżulta minn din il-kostruzzjoni ma jkunx permess jew ma jkunx rikonoxxut mil-lex situs, tipprevali l-liġi msemmija l-aħħar.

Il-validità ta’ allegata revoka ta’ testment tiġi ddeterminata skont il-liġi tad-domiċilju tat-testatur fiż-żmien tal-allegata revoka (ta’ min jinnota li skont il-liġi domestika Ingliża, jekk din tkun tapplika, żwieġ jirrevoka testment sakemm ma jintweriex li t-testment ikun sar espliċitament fil-kontemplazzjoni taż-żwieġ). Madankollu, meta jkun allegat li r-revoka nkisbet b’testment sussegwenti (bil-kuntrarju ta’, pereżempju, it-tħassir tat-testment), jekk dan it-tieni testment jirrevokax dak preċedenti jiġi ddeterminat mil-liġijiet applikabbli għall-validità formali tat-tieni testment. Jekk ma jkunx ċar jekk it-tieni testment jirrevokax dak preċedenti, il-kwistjoni tal-kostruzzjoni tiġi ddeterminata mil-liġi intiża mit-testatur, li tkun preżunta li hija l-liġi tad-domiċilju tiegħu fid-data tat-tieni testment.

3.8 Proprjetà reali

Il-każijiet tal-proprjetà jinqasmu fi proprjetà mobbli u immobbli; il-kwistjoni ta’ jekk proprjetà tkunx mobbli jew immobbli taqa’ taħt il-liġi tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà.

Fil-każ ta’ proprjetà immobbli, il-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-post li l-proprjetà tinsab fih, u jkun japplika r-rinviju. Dan japplika għall-mistoqsijiet kollha dwar it-tranżazzjoni, inklużi l-kapaċità, il-formalitajiet u l-validità materjali. Ta’ min jinnota li ovvjament hemm distinzjoni bejn it-trasferiment ta’ art jew ta’ beni immobbli oħra, u l-kuntratt li jirregola d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet għal dak it-trasferiment – dan tal-aħħar huwa rregolat b’regoli distinti dwar il-liġi applikabbli (b’mod partikolari, skont ir-Regolament Ruma I).

Fil-każ ta’ kwistjonijiet proprjetarji (ta’ min jinnota, għall-kuntrarju ta’ dawk kuntrattwali) dwar it-trasferiment ta’ proprjetà mobbli tanġibbli, b’mod ġenerali l-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-post li il-proprjetà kienet tinsab fih fiż-żmien li seħħ l-avveniment li allegatament affettwa t-titolu għaliha. Mhuwiex ċar jekk ir-rinviju japplikax f’din is-sitwazzjoni u l-effett globali tad-deċiżjonijiet tal-Prim’Istanza tal-qrati Ingliżi jissuġġerixxi li mhuwiex il-każ. Titolu għall-proprjetà tanġibbli miksuba skont din ir-regola ġenerali jkun rikonoxxut bħala validu fl-Ingilterra jekk il-proprjetà mobbli mbagħad titneħħa mill-pajjiż fejn kienet tinstab fil-mument tal-akkwist tat-titolu, sakemm dak it-titolu ma jiġix spostat minn titolu ġdid miksub f’konformità mal-liġi tal-pajjiż fejn tkun ittieħdet il-proprjetà. Eċċezzjoni partikolari għar-regola ġenerali dwar proprjetà mobbli tanġibbli hija relatata ma’ meta l-proprjetà tanġibbli tkun fi tranżitu u s-situs tagħha ma jkunx magħruf mill-partijiet, jew ikun temporanju; trasferiment li jkun validu skont il-liġi applikabbli tat-trasferiment ikun effettiv fl-Ingilterra.

Fil-każ taċ-ċessjoni ta’ proprjetà mobbli intanġibbli, meta r-relazzjoni bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju tkun kuntrattwali (bħal fil-każ tal-biċċa l-kbira tad-djun) u l-kwistjoni tkun relatata biss mal-validità u mal-effett taċ-ċessjoni nnifisha, japplika r-Regolament Ruma I.

Ta’ min jinnota li diffiċli jinġabru fil-qosor ir-regoli dwar l-għażla tal-liġi fuq iċ-ċessjoni u t-trasferiment ta’ proprjetà intanġibbli u l-ebda regola unika dwar l-għażla tal-liġi ma tkoprihom, l-aktar minħabba li l-kategorija ta’ intanġibbli tkopri firxa wiesgħa ħafna ta’ drittijiet, li mhux ilkoll huma kuntrattwali fl-oriġini tagħhom. Huwa ssuġġerit li għandu jintalab parir ta’ speċjalist fil-każ ta’ proprjetà mobbli intanġibbli.

3.9 Insolvenza

Ir-Renju Unit huwa parti fir-Regolament tal-Kunsill 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment, li jistabbilixxi r-regoli rilevanti fil-proċedimenti li jinvolvu l-iżvestiment sħiħ jew parzjali tad-debitur u l-ħatra ta’ likwidatur meta l-interessi ewlenin tad-debitur ikunu fi Stat Membru tal-UE (minbarra d-Danimarka). Jekk il-qrati Ingliżi jkollhom ġuriżdizzjoni (li jkun il-każ jekk l-interessi ewlenin tad-debitur ikunu jinsabu fl-Ingilterra u f’Wales, preżunta bħala l-post tal-uffiċċju reġistrat), tiġi applikata l-liġi tal-Ingilterra.

Fil-każijiet li jaqgħu barra mir-Regolament 1346/2000, il-liġi Ingliża tiġi applikata meta l-qrati Ingliżi jkollhom ġuriżdizzjoni (li jkun il-każ jekk il-kumpanija tkun irreġistrata fl-Ingilterra u f’Wales, jew jekk ikun hemm persuni fl-Ingilterra u f’Wales li jibbenefikaw mill-istralċ u ma jkun hemm l-ebda raġuni tajba sabiex jiċħdu l-ġuriżdizzjoni). Ħelsien mid-djun Ingliż huwa validu, irrispettivament mil-liġi li tirregola d-dejn.

L-aħħar aġġornament: 04/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - L-Irlanda ta’ fuq

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet fl-Irlanda ta’ Fuq rigward il-liġi applikabbli huma prinċipalment derivati minn Regolamenti direttament applikabbli tal-UE. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet ċivili u kummerċjali dawn huma:

• Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I); u

• Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II).

L-Att tal-1990 dwar il-Kuntratti (il-Liġi Applikabbli) (Contracts (Applicable Law) Act 1990) (li implimenta l-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980) jibqa’ rilevanti fil-każ ta’ kuntratti li saru qabel is-17 ta’ Diċembru 2009 (ir-Regolament Ruma I japplika għal kuntratti li saru f'dik id-data jew warajha).

L-Att tal-1995 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) (Private International Law (Miscellaneous Provisions) Act 1995) huwa rilevanti biss fil-każ ta’ sitwazzjonijiet li mhumiex koperti mir-Regolament Ruma II (ir-Regolament japplika għal każijiet fejn id-dannu jkun seħħ wara l-11 ta’ Jannar 2009).

Ir-regoli tradizzjonali tal-common law jibqgħu applikabbli għad-delitt ta’ malafama u fir-rigward tal-liġi tas-suċċessjoni u tal-proprjetà.

F’materji tal-familja, hija ġeneralment il-common law li hija s-sors tar-regoli dwar il-liġi applikabbli, b’xi eċċezzjonijiet. F’materji tal-familja, ġeneralment tiġi applikata l-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq, soġġetta għal eċċezzjonijiet limitati fil-common law (eż. fir-rigward tan-nullità taż-żwieġ) jew fl-istatut (eż. fir-rigward tal-manteniment skont l-Att tal-1920 dwar l-Ordnijiet ta’ Manteniment (Faċilitajiet għall-Eżekuzzjoni) (Maintenance Orders (Facilities for Enforcement) Act 1920) u l-Att tal-1972 dwar l-Ordnijiet ta’ Manteniment (Eżekuzzjoni Reċiproka) (Maintenance Orders (Reciprocal Enforcement) Act 1972)). F’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u ta’ protezzjoni tat-tfal koperti bir-Regolament tal-UE 2201/2003 u bil-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta’ Ottubru 1996, huma r-Regolamenti (tal-Ingilterra u Wales u tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-2010 dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal (Obbligi Internazzjonali) (Parental Responsibility and Measures for the Protection of Children (International Obligations (England and Wales and Northern Ireland)) Regulations 2012), u l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-1996 li fihom ir-regoli dwar il-liġi applikabbli rispettivament, jiġifieri li l-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq tapplika soġġetta għal eċċezzjonijiet limitati.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji (Hague Convention on the Conflicts of Laws Relating to the Form of Testamentary Dispositions 1961).

• Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali (Rome Convention 1980 on the Law Applicable to Contractual Obligations) (kif imsemmi hawn fuq, ir-Regolament Ruma I japplika għal kuntratti ffirmati fis-17 ta’ Diċembru 2009 jew wara)

• Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1985 dwar il-Liġi Applikabbli għat-Trusts u dwar ir-Rikonoxximent tagħhom (Hague Convention of 1 July 1985 on the Law Applicable to Trusts and on their Recognition)

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Ma nafu b’ebda Konvenzjoni bilaterali li fiha dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli li għaliha r-Renju Unit huwa parti.

Ta’ min jinnota li, għalkemm il-Konvenzjonijiet elenkati fil-punt 1.2 hawn fuq jippermettu li Stat japplika xi reġim ieħor dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għall-“unitajiet territorjali” tiegħu, ir-Renju Unit għażel li ma jagħmilx dan. Għaldaqstant, il-Konvenzjonijiet elenkati fil-punt 1.2 japplikaw għal konflitti bejn il-ġurisdizzjonijiet kostitwenti tar-Renju Unit, kif ukoll għal konflitti internazzjonali u l-Irlanda ta’ Fuq hija meqjusa bħala ġurisdizzjoni barranija mill-Ingilterra, minn Wales u mill-Iskozja.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Normalment ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet jiġu applikati biss jekk mill-inqas waħda mill-partijiet tkun argumentat favur l-applikazzjoni tagħhom. Jekk dan ma jkunx ġie argumentat, jew jekk ma jkunx hemm evidenza sodisfaċenti tal-kontenut tal-liġi barranija, normalment l-imħallef japplika l-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq għall-kwistjoni. Din ir-regola hija waħda relatata mal-evidenza u mal-proċedura, u għalhekk mhijiex affettwata mir-Regolamenti tal-UE.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Ir-Regolamenti tal-UE jeskludu l-applikazzjoni tad-duttrina ta’ renvoi f’każijiet irregolati bir-regoli tal-UE dwar l-għażla tal-liġi u din kienet ukoll il-fehma prevalenti skont l-Att tal-1995 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Dispożizzjonijiet Mixxelanji) (Private International Law (Miscellaneous Provisions) Act 1995) u l-Att tal-1990 dwar il-Liġi Applikabbli dwar il-Kuntratti (Contracts Applicable Law Act 1990). Għalhekk, jekk ir-regola dwar l-għażla tal-liġi fl-Irlanda ta’ Fuq tindika, pereżempju, il-liġi Franċiża, tiġi applikata l-liġi domestika Franċiża, anke jekk qorti Franċiża kienet tapplika l-liġi ta’ xi pajjiż ieħor. Ġustifikazzjoni minnhom imressqa għaċ-ċaħda tar-renvoi f’dawn l-isferi tidher li hija li jekk jiġi applikat ir-renvoi, tinħoloq problema fir-regoli kumplessi stabbiliti mill-istatuti.

Ir-rwol tar-renvoi fl-oqsma tal-liġi li jifdal issa huwa kemxejn limitat, u f’xi każijiet mhuwiex ċar għalkollox. Jista’ jingħad li r-renvoi japplika fil-każ ta’ art li tinsab barra mill-pajjiż, li għaliha l-lex situs jiġi applikat bil-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq. F’każijiet bħal dawn, hemm xewqa pragmatika li tiġi applikata l-istess liġi tal-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab il-proprjetà, sabiex tiżdied il-possibbiltà li kwalunkwe deċiżjoni dwar il-proprjetà tkun effettiva. Il-bilanċ tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza fir-rigward ta’ proprjetà mobbli tanġibbli li tinsab barra mill-pajjiż huwa li referenza għal-lex situs ma tinkludix ir-renvoi. Madankollu, ta’ min jinnota li f’ħafna każijiet il-prova tal-kontenut tar-regoli dwar l-għażla tal-liġi barranija tkun għalja u l-partijiet ta’ spiss jagħżlu li ma jargumentawx għall-applikazzjoni tagħhom (ara 2.1 aktar ’il fuq).

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Din il-problema hija indirizzata billi f’kull regola dwar l-għażla tal-liġi jiġi speċifikat iż-żmien rilevanti li fih jiġi identifikat il-fattur ta’ konnessjoni. Pereżempju, fil-każ ta’ trasferimenti ta’ beni mobbli, il-liġi applikabbli rilevanti hija dik applikabbli fil-post fejn ikun il-ben mobbli inkwistjoni fil-ħin tat-trasferiment.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Skont ir-regoli tradizzjonali, il-qrati fl-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jirrifjutaw li japplikaw il-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż jew territorju li tmur kontra l-ordni pubbliku. L-ordni pubbliku huwa influwenzat mill-obbligi internazzjonali tar-Renju Unit, b’mod partikolari l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Barra minn hekk, kemm ir-Regolament Ruma 1 kif ukoll Ruma II issa jipprevedu l-applikazzjoni tar-regoli obbligatorji prevalenti tal-forum irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli għall-kuntratt. Ġeneralment wieħed isib tali regoli fl-isferi tal-konsumatur u tal-impjiegi jew f’leġiżlazzjoni li tissupplimenta Konvenzjoni internazzjonali.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-kontenut tal-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż jew territorju barra mill-Irlanda ta’ Fuq jiġi ppruvat mill-partijiet daqslikieku kien fatt. Madankollu, huwa l-imħallef li jiddetermina l-effett tal-evidenza li tingħata fir-rigward ta’ dik il-liġi.

Fi proċedimenti quddiem qorti fl-Irlanda ta’ Fuq persuna li hija kkwalifikata biżżejjed abbażi tal-għarfien jew tal-esperjenza tagħha hija kompetenti biex tagħti xhieda esperta dwar il-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż jew territorju barra mill-Irlanda ta’ Fuq, irrispettivament minn jekk tkunx aġixxiet, jew hijiex intitolata taġixxi, bħala prattikant legali f’dak il-pajjiż jew territorju.

F’ċerti ċirkostanzi qorti fl-Irlanda ta’ Fuq tista’ tieħu inkunsiderazzjoni deċiżjoni jew konstatazzjoni preċedenti ta’ qorti Ingliża fir-rigward tal-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż jew territorju barra mill-Irlanda ta’ Fuq. Il-partijiet l-oħra kollha jew l-avukati (solicitors) tagħhom iridu jiġu nnotifikati permezz ta’ avviż bil-miktub li parti minnhom biħsieba tinvoka deċiżjoni preċedenti.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Fil-kawżi kollha li jikkonċernaw obbligi kuntrattwali u li jinvolvu għażla tal-liġi, ir-Regolament Ruma I huwa direttament applikabbli. Ir-regoli dwar l-għażla tal-liġi fir-Regolament Ruma jistgħu japplikaw ukoll għal kawżi li l-liġi fl-Irlanda ta’ Fuq ma tirrikonoxxix bħala kuntrattwali (eż. fejn il-ftehim ma jkunx sostnut minn korrispettiv eż. kuntratti ta’ rigal).

Kwistjonijiet ta' proċedura jiġu ddeterminati mil-lex fori. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-livell tad-danni (iżda mhux il-kategoriji tad-danni) u l-mezzi ta’ prova huma rregolati bil-liġi tal-forum. Il-perjodi ta’ preskrizzjoni huma sostantivi u, għalhekk, fil-każ ta’ obbligi kuntrattwali, dawn huma ddeterminati mil-liġi applikabbli skont ir-Regolament.

F’każijiet li fihom il-partijiet ikunu għamlu għażla espliċita tal-liġi, jew waħda li tista’ tintwera b’ċertezza raġonevoli, tapplika din il-liġi. X’aktarx li għażla tintwera b’ċertezza raġonevoli fejn il-kuntratt ikun f’forma standard li tkun magħrufa li tkun irregolata b’liġi partikolari jew fid-dawl ta’ negozjati preċedenti bejn il-partijiet. Fejn ikun hemm ftehim dwar l-għażla tal-qorti, dan ta’ spiss ikun biżżejjed sabiex jiġi inferit li l-intenzjoni kienet li tingħażel il-liġi ta’ dik il-qorti, iżda dan mhux dejjem ikun il-każ. Fil-każ ta’ ftehim ta’ arbitraġġ, jekk il-kriterji tal-għażla għall-arbitri jkunu speċifikati, dan jippermetti li ssir inferenza b’mod aktar faċli ta’ għażla tal-liġi, iżda jekk l-arbitri jiġu identifikati b’riferiment għal xi korp internazzjonali, ikun ferm anqas probabbli li l-għażla tinstab li ntweriet b’ċertezza raġonevoli.

Il-libertà tal-għażla hija ċirkoskritta f’diversi aspetti. L-ewwel nett, f’kuntratti ma’ konsumaturi u f’kuntratti ta’ xogħol, l-għażla tal-liġi ma tistax iċċaħħad lill-konsumatur jew lill-impjegat mill-protezzjoni tar-regoli mandatorji li jeżistu skont il-liġi li kienet tapplika għall-kawża kieku ma kienx hemm għażla espressa tal-liġi. It-tieni, fejn l-elementi kollha tas-sitwazzjoni jkunu marbuta ma’ pajjiż wieħed, għażla ta’ liġi differenti ma tistax iċċaħħad ir-regoli obbligatorji ta’ dak il-pajjiż mill-effett. Hemm ukoll regoli protettivi għall-konsumaturi fir-rigward tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni. Jista’ jiġi nnotat ukoll li fejn ikun hemm nuqqas ta’ qbil fir-rigward tal-effettività tal-għażla – pereżempju, allegazzjoni ta’ sfurzar – il-kwistjoni dwar jekk din l-għażla kinitx effettiva tiġi ddeterminata mil-liġi applikabbli putattiva (jiġifieri l-liġi li tkun tirregola l-kuntratt li kieku l-għażla tkun valida), sakemm dan ma jkunx “mhux raġonevoli” (f’liema każ tista’ tiġi applikata l-liġi tar-residenza abitwali tal-parti li tiddikjara li ma tkunx tat il-kunsens tagħha).

F’kawżi fejn ma jkunx hemm għażla espressa ta' liġi, jew meta din ma tkunx tista’ tintwera b’ċertezza raġonevoli, ir-Regolament Ruma 1 jipprovdi regoli speċifiċi, skont it-tip ta’ kuntratt. Madankollu, fejn dawn ir-regoli ma jkunux konklużivi, il-liġi ġeneralment tkun dik tar-residenza abitwali tal-eżekutur karatteristiku. L-eżekutur karatteristiku mhux dejjem ikun faċilment identifikabbli, iżda normalment ikun il-parti li ma tkunx qed tipprovdi ħlas għall-oġġetti jew għas-servizz (eż. l-eżekutur karatteristiku jkun il-bejjiegħ ta’ prodott, is-sellief fi tranżazzjoni bankarja, il-garanti f’kuntratt ta’ garanzija). Din il-preżunzjoni tista’ tiġi kkonfutata favur pajjiż li miegħu l-kuntratt ikollu rabta aktar mill-qrib.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Ir-Regolament Ruma II japplika fil-biċċa l-kbira tal-kawżi relatati mal-obbligi mhux kuntrattwali. L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Dispożizzjonijiet Mixxelanji) tal-1995 (Private International Law (Miscellaneous Provisions) Act 1995) japplika biss għal kwistjonijiet relatati ma’ delitti li ma jaqgħux taħt ir-Regolament, u allura l-malafama tibqa’ rregolata bil-common law (ara aktar ’il quddiem).

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni huma ddeterminati mil-liġi applikabbli wkoll.

Skont ir-Regolament Ruma II, ir-regola ġenerali hija li tiġi applikata l-liġi tal-post fejn iseħħ id-dannu. Regoli speċjali jiddeterminaw il-liġi applikabbli għal ċerti tipi ta’ obbligi mhux kuntrattwali, inklużi r-responsabbiltà għall-prodotti, il-kompetizzjoni inġusta, delitti ambjentali u delitti relatati mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Ir-Regolament jippermetti wkoll li l-partijiet jagħżlu l-liġi applikabbli f’ċerti ċirkostanzi, iżda din id-dispożizzjoni ma tistax tintuża sabiex jiġu evitati regoli obbligatorji tad-dritt tal-UE jew tad-dritt domestiku. Għandu jiġi nnotat li l-valutazzjoni tad-danni hija materja għal-liġi applikabbli.

Kif intqal aktar ’il fuq, il-malafama (li tinkludi inġurja tat-titolu, inġurja tal-oġġetti, falsità malizzjuża u kwalunkwe dikjarazzjoni tal-liġi barranija “li tikkorrispondi għal talba [bħal din] jew fin-natura tagħha”) tibqa’ rregolata bil-common law. F’każijiet bħal dawn, tapplika r-“regola tal-azzjonabbiltà doppja”: tista' tittieħed azzjoni biss kontra delitt fl-Irlanda ta’ Fuq jekk tkun tista’ tittieħed azzjoni ċivili skont il-liġi barranija tal-ġurisdizzjoni fejn seħħ l-att (normalment pubblikazzjoni) u tkun tista’ tittieħed azzjoni ċivili skont il-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq jekk l-att seħħ fl-Irlanda ta’ Fuq. Madankollu, din ir-regola hija soġġetta għal eċċezzjoni: meta pajjiż ieħor ikollu relazzjoni aktar sinifikanti mal-okkorrenza u mal-partijiet, minflok tkun tapplika l-liġi ta’ dik il-ġuriżdizzjoni. Ta’ min jinnota li dan il-qasam huwa partikolarment inċert.

Fir-rigward tal-amministrazzjoni tat-trusts, il-liġi applikabbli hija rregolata bl-Att tal-1987 dwar ir-Rikonoxximent tat-Trusts (Recognition of Trusts Act 1987) li jimplimenta l-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-liġi applikabbli għat-trusts (Hague Convention on the law applicable to trusts). Dan jipprovdi li l-liġi applikabbli tkun dik magħżula mis-settlor, jew, fin-nuqqas ta’ tali għażla, mil-liġi li magħha t-trust tkun marbuta l-aktar mill-qrib. Din il-liġi tiddetermina l-validità tat-trust, l-interpretazzjoni tagħha, l-effetti u l-amministrazzjoni tat-trust.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Mat-twelid, id-domiċilju ta' persuna (id-domiċilju tal-oriġini) ikun l-istess bħal dak ta’ missier il-wild minuri fiż-żmien tat-twelid tiegħu, jekk il-wild minuri jkun leġittimu. Jekk il-wild minuri jkun illeġittimu, jew il-missier ikun mejjet meta jitwieled, id-domiċilju tal-wild minuri jkun l-istess bħal dak tal-omm. Din ir-regola tkompli tapplika sakemm il-wild minuri jagħlaq 16-il sena (jiġifieri d-domiċilju tal-minuri jinbidel skont dak tal-missier jew tal-omm rispettivament).

Għal persuni li għandhom aktar minn 16-il sena, id-domiċilju ta’ oriġini jibqa’ japplika sakemm ma jadottawx domiċilju tal-għażla tagħhom. Sabiex jadottaw domiċilju tal-għażla tagħhom, huma jridu jkunu effettivament jirrisjedu fil-ġurisdizzjoni rilevanti u jkollhom l-intenzjoni li jirrisjedu hemmhekk b’mod indefinit jew permanenti. Jekk xi wieħed minn dawn l-elementi ma jibqax jeżisti, id-domiċilju tal-għażla tagħhom ma jibqax japplika u japplika d-domiċilju tal-oriġini.

Id-domiċilju ta’ mara miżżewġa ma għadux iktar iddeterminat b’riferiment għal dak tar-raġel tagħha: dan jiġi vvalutat b’mod indipendenti.

Il-kapaċità li jitwettqu obbligi partikolari (eż. li persuna tidħol f’kuntratt, li tagħmel testment, li tiżżewweġ) hija ddeterminata minn regoli speċifiċi għal dak il-qasam, u dawn huma diskussi fit-taqsimiet rilevanti.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

Ir-responsabbiltajiet ta’ ġenitur lejn minuri (ta’ inqas minn 18-il sena) huma ddeterminati mil-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq f’kawżi fejn il-qrati fl-Irlanda ta’ Fuq għandhom ġurisdizzjoni, anki jekk il-minuri jkun jirrisjedi barra mill-pajjiż u jkun ċittadin barrani. Madankollu, skont ir-Regolament tal-UE Nru 2201/2003, il-qorti fl-Irlanda ta’ Fuq ikollha ġurisdizzjoni biss meta l-wild minuri jkun residenti fl-Irlanda ta’ Fuq jew jekk il-wild minuri jkun fi Stat Membru ieħor u jekk mill-inqas wieħed mill-konjuġi jkollu r-responsabbiltà tal-ġenituri u l-konjuġi jkun aċċetta l-ġurisdizzjoni.

Wild minuri jkun leġittimu jekk ikun twieled fi żwieġ legali irrispettivament mill-post tat-twelid, jew jekk il-wild minuri jkun leġittimu skont il-liġi tad-domiċilju ta’ kull wieħed mill-ġenituri fil-mument tat-twelid tal-wild minuri.

Qorti fl-Irlanda ta’ Fuq tapplika l-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq biex tistabbilixxi individwu bħala tutur ta’ wild minuri, jekk ikollha ġurisdizzjoni (li hija jkollha kull meta r-rikorrent ikun ċittadin tar-Renju Unit jew ikun abitwalment residenti jew preżenti fl-Irlanda ta’ Fuq).

Qorti fl-Irlanda ta’ Fuq tapplika l-liġi fl-Irlanda ta’ Fuq f’kawżi ta’ adozzjoni kull fejn ikollha ġurisdizzjoni (li hija jkollha meta r-rikorrent ikun domiċiljat fl-Irlanda ta’ Fuq fiż-żmien tar-rikors, iżda l-qorti tqis ukoll il-probabbiltà tar-rikonoxximent ta’ xi digriet barra mill-pajjiż fejn dan ikun rilevanti għall-eżerċitar tal-ġurisdizzjoni tagħha). L-effett ta’ tali digriet huwa li r-responsabbiltajiet kollha jiġu ttrasferiti mingħand il-ġenituri eżistenti għal għand il-ġenituri adottivi.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

Il-validità formali ta’ żwieġ hija rregolata mil-liġi tal-post fejn jiġi ċċelebrat iż-żwieġ. Din il-liġi tirregola l-validità taċ-ċeremonja u l-komponenti tagħha, eż. jekk iridx jintuża xi kliem partikolari, jekk iridx jintuża xi bini partikolari, jekk hux meħtieġ il-kunsens tal-ġenituri u jekk iż-żwieġ jistax isir bi prokura. Hemm xi eċċezzjonijiet limitati għal din ir-regola: b’mod partikolari, jekk ikun impossibbli li tintuża l-forma lokali taż-żwieġ. Barra minn hekk, hemm regoli partikolari li japplikaw għall-membri tal-forzi armati li jkunu qed iservu f’pajjiż barrani li mhuwiex fil-Commonwealth.

Il-kapaċità tal-persuni li jiżżewġu tiġi ddeterminata mid-domiċilju tal-persuna rilevanti fiż-żmien li jippreċedi immedjatament iż-żwieġ. Din il-liġi tirregola kwistjonijiet bħal jekk il-partijiet tawx il-kunsens, ir-rekwiżiti tal-età u liema persuni fi ħdan il-familja estiża ta’ persuna din ma tistax tiżżewweġ. Fil-każ speċjali tal-età, l-ebda żwieġ ma jkun validu jekk f’dak il-mument wieħed mill-parteċipanti ma kienx għadu għalaq is-16-il sena, jekk ikunu domiċiljati fl-Irlanda ta’ Fuq.

Il-liġi fl-Irlanda ta’ Fuq ma tipprevedix żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Madankollu, skont il-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq, f’ċerti ċirkostanzi unjonijiet minn pajjiżi oħra bejn persuni tal-istess sess jistgħu jiġu trattati bħala sħubiji ċivili.

Fir-rigward ta’ divorzju, qorti fl-Irlanda ta’ Fuq għandha l-ġurisdizzjoni tisma’ proċedimenti ta’ divorzju biss skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003. Jekk wieħed minn dawn ir-rekwiżiti jkun issodisfat: il-konjuġi huma abitwalment residenti jew domiċiljati fl-Irlanda ta’ Fuq, il-konjuġi kienu abitwalment residenti fl-Irlanda ta’ Fuq u wieħed minnhom għadu residenti hemmhekk, il-konvenut huwa abitwalment residenti fl-Irlanda ta’ Fuq, ir-rikorrent kien residenti fl-Irlanda ta’ Fuq għal mill-inqas sena qabel id-data tar-rikors (jew sitt xhur jekk ir-rikorrent huwa ċittadin ta’ Stat Membru). Jekk l-ebda wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ma jkun issodisfat u l-ebda Stat Membru ieħor ma jkollu ġurisdizzjoni, il-liġi domestika tikkonferixxi l-ġurisdizzjoni fuq il-qrati tal-Irlanda ta’ Fuq jekk mill-inqas waħda mill-partijiet kienet domiċiljata fl-Irlanda ta’ Fuq fiż-żmien li nbdew il-proċedimenti tad-divorzju. Jekk qorti fl-Irlanda ta’ Fuq ikollha l-ġurisdizzjoni hija tapplika l-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq għall-proċedimenti tad-divorzju. Fi proċedimenti għal digriet ta’ annullament, japplikaw il-liġijiet imsemmija hawn fuq (il-liġi tal-post taċ-ċelebrazzjoni jew il-liġi tad-domiċilju tal-parti) skont ir-raġuni għall-annullament. Divorzju barrani jiġi rikonoxxut jekk waħda mill-partijiet kienet abitwalment residenti, domiċiljata jew ċittadina ta’ dak il-pajjiż fil-mument tal-proċedimenti barranin.

Fir-rigward tal-obbligi ta’ manteniment, ir-Renju Unit huwa marbut bir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment. Qorti fl-Irlanda ta’ Fuq ikollha ġurisdizzjoni jekk ikollha ġurisdizzjoni fuq id-divorzju jew, jekk id-divorzju jkun inkiseb fi proċedimenti barranin, fejn waħda mill-partijiet tkun domiċiljata fl-Irlanda ta’ Fuq fiż-żmien tad-divorzju barrani jew kienet abitwalment residenti fl-Irlanda ta’ Fuq fis-sena ta' qabel dik id-data, jew jekk waħda mill-partijiet ikollha interess benefiċjarju f’dar matrimonjali preċedenti li tinsab fl-Irlanda ta’ Fuq. Il-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq tiġi applikata f'kawżi bħal dawn.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Fin-nuqqas ta’ kuntratt jew ftehim ta' żwieġ, id-drittijiet tar-raġel u tal-mara fuq il-proprjetà mobbli ta’ xulxin (kemm jekk din tkun inxtrat qabel jew fiż-żwieġ) jiġu ddeterminati mil-liġi tad-domiċilju matrimonjali fil-mument taż-żwieġ. Fejn id-domiċilji tar-raġel u tal-mara jikkoinċidu, dan ikun id-domiċilju matrimonjali. Fejn ma jikkoinċidux, din tkun il-liġi li magħha l-partijiet u ż-żwieġ għandhom l-eqreb rabta. L-intenzjonijiet tal-partijiet fil-ħin taż-żwieġ huma rilevanti biss jekk jindikaw għażla impliċita ta’ liġi. L-istess regola x’aktarx tapplika fir-rigward ta’ proprjetà immobbli.

Jekk ikun hemm kuntratt jew ftehim ta’ żwieġ, tapplika l-liġi tal-kuntratt: din hija l-liġi tad-domiċilju matrimonjali jekk ma jkunx hemm indikazzjonijiet oħra dwar il-liġi applikabbli.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

F’kawżi ta’ suċċessjoni ab intestato (jiġifieri fejn ma jkunx hemm testment), il-liġi tad-domiċilju tat-testatur fil-mument tal-mewt tapplika għas-suċċessjoni għal proprjetà mobbli; il-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn tinsab il-proprjetà (lex situs) tapplika għas-suċċessjoni għal proprjetà immobbli.

F’kawżi li jinvolvu testmenti (suċċessjoni testamentarja), il-kapaċità tat-testatur li jagħmel testment ta’ proprjetà mobbli tiġi ddeterminata mil-liġi tad-domiċilju tat-testaturi fid-data tat-testment. Legatarju jkollu l-kapaċità li jirċievi beni mobbli jekk ikollu l-kapaċità skont il-liġi tad-domiċilju tiegħu jew skont il-liġi tad-domiċilju tat-testatur. Ma hemm l-ebda awtorità speċifika dwar il-pożizzjoni rigward il-proprjetà immobbli, iżda l-lex situs ikun l-aktar eżitu probabbli, u probabbilment jiddetermina wkoll il-kapaċità ta’ legatarju li jieħu legat ta’ proprjetà immobbli.

Skont l-Att tal-1963 dwar it-Testmenti (Wills Act 1963), u meta t-testatur ikun miet fl-1 ta’ Jannar 1964 jew wara, testment ikun formalment validu (eż. għadd korrett ta’ xhieda) jekk jikkonforma ma’ xi waħda mil-liġijiet li ġejjin: il-liġi tal-post fejn ġie eżegwit it-testment (jiġifieri normalment fejn jiġi ffirmat fil-preżenza tax-xhieda) fiż-żmien li ġie eżegwit; il-liġi tad-domiċilju, tar-residenza abitwali jew tan-nazzjonalità tat-testatur fil-ħin li ġie eżegwit it-testment; il-liġi tad-domiċilju, tar-residenza abitwali jew tan-nazzjonalità tat-testatur fil-mument tal-mewt tiegħu. Testment ikun validu formalment ukoll sabiex jgħaddi proprjetà immobbli jekk ikun konformi mal-liġi interna tal-ġurisdizzjoni li fiha tkun tinsab il-proprjetà (b’hekk tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-renvoi minkejja li dan jikkonċerna beni immobbli).

Testment ta’ proprjetà mobbli jkun materjalment validu (eż. limiti fuq l-ammont li wieħed jista’ jħalli f’testment) jekk jikkonforma mal-liġi tad-domiċilju tat-testatur fil-mument tal-mewt; testment ta’ proprjetà immobbli jkun materjalment validu jekk ikun konformi mal-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-proprjetà, jiġifieri tkun xi tkun is-sistema ta' liġi domestika hija l-lex situs li tapplika.

Testment jiġi interpretat skont il-liġi intiża mit-testatur, li hija preżunta bħala l-liġi tad-domiċilju tiegħu fid-data tat-testment. Din il-preżunzjoni hija regola prima facie li tista’ tiġi miċħuda permezz ta’ evidenza li turi li t-testatur manifestament ikkontempla u xtaq li t-testment tiegħu jiġi interpretat skont sistema ta’ liġi oħra. B’rabta ma’ proprjetà immobbli, jista’ jkun hemm limitazzjoni addizzjonali, li permezz tagħha, jekk l-interess li jirriżulta minn tali interpretazzjoni ma jkunx permess jew ma jkunx rikonoxxut mil-lex situs, tipprevali din l-aħħar liġi.

Il-validità ta’ allegata revoka ta’ testment tiġi ddeterminata skont il-liġi tad-domiċilju tat-testatur fiż-żmien tal-allegata revoka (ta’ min jinnota li skont il-liġi domestika Ingliża, jekk din tkun tapplika, żwieġ jirrevoka testment sakemm ma jintweriex li t-testment ikun sar espliċitament fil-kontemplazzjoni taż-żwieġ). Madankollu, meta jkun allegat li r-revoka nkisbet b’testment sussegwenti (bil-kuntrarju ta’, pereżempju, it-tħassir tat-testment), jekk dan it-tieni testment jirrevokax dak preċedenti jiġi ddeterminat mil-liġijiet applikabbli għall-validità formali tat-tieni testment. Jekk ma jkunx ċar jekk it-tieni testment jirrevokax dak preċedenti, il-kwistjoni tal-interpretazzjoni tiġi ddeterminata mil-liġi intiża mit-testatur, li tkun preżunta li hija l-liġi tad-domiċilju tiegħu fid-data tat-tieni testment.

3.8 Proprjetà reali

Il-kawżi li jirrigwardaw il-proprjetà jinqasmu bejn proprjetà mobbli u immobbli; hija l-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà li tiddetermina jekk proprjetà hijiex mobbli jew immobbli.

Fil-każ ta’ proprjetà immobbli, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà, u jkun japplika r-renvoi. Dan japplika għall-mistoqsijiet kollha dwar it-tranżazzjoni, inklużi l-kapaċità, il-formalitajiet u l-validità materjali. Ta’ min jinnota li ovvjament hemm distinzjoni bejn it-trasferiment ta’ art jew ta’ beni immobbli oħra, u l-kuntratt li jirregola d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet għal dak it-trasferiment – dan tal-aħħar huwa rregolat b’regoli distinti dwar il-liġi applikabbli (b’mod partikolari, skont ir-Regolament Ruma I).

Fil-każ ta’ kwistjonijiet proprjetarji (ta’ min jinnota, għall-kuntrarju ta’ dawk kuntrattwali) dwar it-trasferiment ta’ proprjetà mobbli tanġibbli, b’mod ġenerali l-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-post fejn kienet tinsab il-proprjetà fiż-żmien li seħħ l-avveniment li allegatament affettwa t-titolu għaliha. Mhuwiex ċar jekk ir-renvoi japplikax f’din is-sitwazzjoni u l-effett globali tad-deċiżjonijiet tal-Prim’Istanza tal-qrati Ingliżi jissuġġerixxi li mhuwiex il-każ. Titolu għall-proprjetà tanġibbli miksuba skont din ir-regola ġenerali jkun rikonoxxut bħala validu fl-Ingilterra jekk il-proprjetà mobbli mbagħad titneħħa mill-pajjiż fejn kienet tinstab fil-mument tal-akkwist tat-titolu, sakemm dak it-titolu ma jiġix spostat minn titolu ġdid miksub f’konformità mal-liġi tal-pajjiż li fih tkun ittieħdet il-proprjetà. Eċċezzjoni partikolari għar-regola ġenerali dwar proprjetà mobbli tanġibbli hija relatata ma’ meta l-proprjetà tanġibbli tkun fi tranżitu u s-situs tagħha ma jkunx magħruf mill-partijiet, jew ikun temporanju; trasferiment li jkun validu skont il-liġi applikabbli tat-trasferiment ikun effettiv fl-Ingilterra.

Fil-każ taċ-ċessjoni ta’ proprjetà mobbli intanġibbli, fejn ir-relazzjoni bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju tkun kuntrattwali (bħal fil-każ tal-biċċa l-kbira tad-djun) u l-kwistjoni tkun relatata biss mal-validità u mal-effett taċ-ċessjoni nnifisha, japplika r-Regolament Ruma I.

Ta’ min jinnota li huwa diffiċli li jinġabru fil-qosor ir-regoli dwar l-għażla tal-liġi fuq iċ-ċessjoni u t-trasferiment ta’ proprjetà intanġibbli u l-ebda regola unika dwar l-għażla tal-liġi ma tkoprihom, l-aktar minħabba li l-kategorija ta’ intanġibbli tkopri firxa wiesgħa ħafna ta’ drittijiet, li mhux ilkoll huma kuntrattwali fl-oriġini tagħhom. Huwa ssuġġerit li għandu jintalab parir ta’ speċjalist fil-każ ta’ proprjetà mobbli intanġibbli.

3.9 Insolvenza

Ir-Renju Unit huwa parti għar-Regolament tal-Kunsill 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment, li jistabbilixxi r-regoli rilevanti fil-proċedimenti li jinvolvu l-iżvestiment sħiħ jew parzjali tad-debitur u l-ħatra ta’ likwidatur fejn l-interessi ewlenin tad-debitur ikunu fi Stat Membru tal-UE (minbarra d-Danimarka). Jekk il-Qorti Għolja tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland High Court) ikollha ġurisdizzjoni (li huwa l-każ jekk l-interessi prinċipali tad-debitur jkunu ċċentrati fl-Irlanda ta’ Fuq, li huwa preżunt li tkun il-post tal-uffiċċju rreġistrat), tiġi applikata l-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq.

F’kawżi li jaqgħu barra mir-Regolament Nru 1346/2000, il-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq tiġi applikata jekk il-Qorti fl-Irlanda ta’ Fuq ikollha ġurisdizzjoni (li huwa l-każ jekk il-kumpanija tkun irreġistrata fl-Irlanda ta’ Fuq jew jekk ikun hemm persuni fl-Irlanda ta’ Fuq li jibbenefikaw mill-istralċ u jekk ma jkunx hemm raġunijiet validi biex tiġi rrifjutata l-ġurisdizzjoni).

L-aħħar aġġornament: 08/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Skozja

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

L-Iskozja għandha ordinament ġuridiku “mħallat” separat u distint. Dan il-qasam tal-“liġi applikabbli” ġie influwenzat b’mod partikolari mill-ordinamenti Kontinentali, kif ukoll mid-dritt komuni. L-Iskozja tifforma ġuriżdizzjoni separata fi ħdan ir-Renju Unit, u sabiex jiġu ddeterminati kawżi fi ħdan ir-Renju Unit kif ukoll kawżi verament internazzjonali hemm bżonn ta’ regoli dwar il-konflitti. Ġeneralment, meta r-Renju Unit isir parti fi strument internazzjonali li jkun fih regoli dwar il-liġi applikabbli, tkun ittieħdet deċiżjoni biex jiġu applikati l-istess regoli għall-konflitti fi ħdan ir-Renju Unit, għalkemm normalment ma jkun hemm l-ebda obbligu li jsir hekk. Id-dritt Skoċċiż jirrikonoxxi dan il-qasam bħala d-dritt internazzjonali privat, id-dritt privat internazzjonali, jew il-konflitt tal-liġijiet.

Bħal fl-Ingilterra u Wales, illum il-ġurnata ħafna regoli ġejjin minn Regolamenti tal-UE li japplikaw direttament. Fir-rigward ta’ materjali ċivili u kummerċjali, dawn huma: Ir-Regolament 593/2008 (Ruma I) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali u r-Regolament 864/2007 (Ruma II) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali. L-Att tal-1990 dwar il-Kuntratti (Liġi Applikabbli) (The Contracts (Applicable Law) Act 1990) (li implimenta l-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980) jibqa’ rilevanti fir-rigward ta’ kuntratti applikabbli qabel is-17 ta’ Diċembru 2009 (ir-Regolament Ruma I japplika għal kuntratti applikabbli f’dik id-data jew wara). L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) tal-1995 (Private International Law (Miscellaneous Provisions) Act 1995) huwa rilevanti biss għal sitwazzjonijiet mhux koperti mir-Regolament Ruma II (ir-Regolament japplika għal każijiet li fihom id-dannu jkun seħħ wara l-11 ta’ Jannar 2009).

F’oqsma oħra, b’mod ġenerali japplika d-dritt komuni. Is-sorsi fil-liġi tal-familja fl-Iskozja huma d-dritt komuni; l-istatut (ħafna drabi wara rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni tal-Liġi Skoċċiża (Scottish Law Commission)); u l-obbligi tal-UE u internazzjonali.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji (Hague Convention on the Conflicts of Laws Relating to the Form of Testamentary Dispositions 1961).

Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għal Obbligi Kuntrattwali (Rome Convention 1980 on the Law Applicable to Contractual Obligations) (issostitwita bir-Regolament Ruma I fir-rigward ta’ kuntratti applikabbli fis-17 ta’ Diċembru 2009 jew wara)

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Fondi Fidjuċarji u dwar ir-Rikonoxximent tagħhom (Hague Convention of 1 July 1985 on the Law Applicable to Trusts and on their Recognition).

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Ma nafux b’xi Konvenzjoni bilaterali li fiha dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-liġi li r-Renju Unit huwa parti fih.

Madankollu, ta’ min jinnota li, għalkemm il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 u l-Konvenzjonijiet tal-Aja jippermettu li Stat japplika xi sistema oħra ta’ għażla tal-liġi għal konflitti “interni” – bħal konflitti bejn il-liġijiet tal-Ingilterra u Wales u tal-Iskozja – ir-Renju Unit għażel li ma jagħmilx użu minn din il-faċilità. Għalhekk, il-Konvenzjoni ta’ Ruma (fir-rigward ta’ kuntratti applikabbli qabel is-17 ta’ Diċembru 2009) u r-regoli tal-Konvenzjoni tal-Aja japplikaw għal konflitti bejn il-ġuriżdizzjonijiet differenti tar-Renju Unit kif ukoll f’konflitti internazzjonali.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Liġi barranija (jiġifieri mhux tal-Iskozja) tiġi applikata fil-qrati Skoċċiżi biss jekk tkun applikabbli skont ir-regoli nazzjonali dwar il-konflitti u biss jekk tintalab u tiġi pprovata mill-parti li tixtieq tibbaża fuqha. Din ir-regola tirrigwarda l-evidenza u l-proċedura, u mhijiex affettwata minn strumenti tal-UE.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Ir-rinviju huwa l-proċess li bih qorti tal-forum tadotta liġi barranija f’sitwazzjoni ta’ konflitt tal-liġijiet. Dan jista’ jkun rilevanti f’diversi oqsma tal-liġi, bħal-liġi tas-suċċessjoni u l-liġi tal-familja, għalkemm ma hemmx wisq ġurisprudenza Skoċċiża dwar ir-rinviju. Ir-Regolamenti rilevanti tal-UE (bħal Ruma I u Ruma II) jeskludu l-applikazzjoni tar-rinviju, u ttieħed l-istess approċċ fl-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Dispożizzjonijiet Mixxelanji) tal-1995 (Private International Law (Miscellaneous Provisions) Act 1995) fir-rigward ta’ delitti.

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Dan normalment jiġi ttrattat billi jiġi speċifikat il-mument li fih jiġi applikat il-fattur ta’ konnessjoni. Fil-każ ta’ trasferiment ta’ titolu għal beni mobbli, il-liġi tkun dik tal-post fejn kienu jinsabu l-beni mobbli fil-mument tal-avveniment li allegatament ittrasferixxa t-titolu.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-qrati Skoċċiżi jistgħu jirrifjutaw li japplikaw liġi barranija illi kieku tkun applikabbli, fuq il-bażi li din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku Skoċċiż. Għalkemm it-terminu “ordni pubbliku internazzjonali” ma jintużax f’dan il-kuntest, “kontra l-ordni pubbliku Skoċċiż” ifisser li l-liġi inkwistjoni titqies bħala inaċċettabbli anke jekk il-każ ikun wieħed internazzjonali li għalih ma tistax tkun mistennija li tapplika l-liġi tal-Iskozja. L-ordni pubbliku Skoċċiż kultant ikun derivat minn strumenti jew minn normi internazzjonali, bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Barra minn hekk, ir-Regolamenti Ruma I u Ruma II it-tnejn li huma jipprovdu għall-applikazzjoni tar-regoli obbligatorji prevalenti tal-forum, irrispettivament mil-liġi illi kieku tkun applikabbli għall-kuntratt. Ma hemmx ħafna regoli bħal dawn fil-liġi tal-Iskozja, u dawk li jeżistu jinsabu l-aktar fl-istatuti li japplikaw madwar ir-Renju Unit kollu kemm hu. Eżempji jinkludu n-nuqqas ta’ eżegwibilità ta’ ftehimiet ta’ investiment magħmula minn persuni mhux awtorizzati jew permezz ta’ dawn, jew wara komunikazzjoni illegali lill-klijent, skont l-Artikoli 26 u 30 tal-Att dwar is-Servizzi u s-Swieq Finanzjarji tal-2000 (Financial Services and Markets Act 2000).

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-kontenut tal-liġi barranija huwa kwistjoni ta’ fatt, u għalhekk l-evidenza trid titmexxa mill-partijiet u l-imħallef irid jasal għal konklużjonijiet ibbażati fuq analiżi ta’ din l-evidenza. L-imħallef ma jistax jinvestiga u japplika liġi barranija b’mod indipendenti. Meta l-evidenza tkun konfliġġenti, l-imħallef irid jiddeċiedi dwar liema parti għandha fehma li tidher aktar plawżibbli, u jista’ jeżamina statuti u kawżi barranin li jkunu ġew riferiti fl-evidenza sabiex dan jagħmlu.

L-unika eċċezzjoni għar-regola li l-liġi barranija hija kwistjoni ta’ fatt hija li, meta l-Qorti Suprema tar-Renju Unit (UK Supreme Court) tisma’ appell minn parti waħda tar-Renju Unit, hija tista’ tapplika l-liġi ta’ kwalunkwe ġuriżdizzjoni oħra tar-Renju Unit anki jekk il-kontenut ta’ dik il-liġi ma jkunx ġie pprovat b’evidenza. Dan għaliex il-Qorti Suprema (Supreme Court) fiha mħallfin mill-ġuriżdizzjonijiet kollha tar-Renju Unit, u tqis lilha nnifisha bħala kkwalifikata sabiex tapplika l-liġi ta’ kwalunkwe waħda minnhom.

Meta l-liġi barranija teħtieġ li tiġi pprovata, dan normalment isir permezz tal-evidenza ta’ xhieda esperti. Mhuwiex biżżejjed li sempliċement jiġi ppreżentat test, bħal statut barrani, quddiem il-qorti li ma tqisx lilha nnifisha bħala kkwalifikata sabiex tinterpreta jew tapplika materjal legali barrani mingħajr il-gwida ta’ xi ħadd li jkollu għarfien xieraq ta’ dak l-ordinament. Tista’ tingħata evidenza esperta minn kull persuna b’għarfien jew b’esperjenza xierqa, anke jekk ma tkunx avukat li jipprattika fil-pajjiż l-ieħor. Pereżempju ntużaw akkademiċi.

Ġeneralment meta l-partijiet ma jaqblux dwar il-kontenut tal-liġi barranija, dan ikun meħtieġ li jiġi pprovat permezz ta’ xhieda orali mill-esperti, li matulha jistgħu jirreferu għal materjal dokumentarju li jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-qorti. Meta ma jkunx hemm tilwima, il-partijiet jistgħu sempliċiment jiftiehmu, jew jippreżentaw evidenza b’affidavit.

Hemm preżunzjoni li l-liġi barranija hija l-istess bħal dik tal-liġi tal-Iskozja. Ovvjament dan huwa konfutabbli b’evidenza li tagħti prova sodisfaċenti tal-kontenut (differenti) tal-liġi barranija.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

F’kawżi li jikkonċernaw obbligi kuntrattwali f’materji ċivili u kummerċjali f’sitwazzjonijiet li jinvolvu konflitt tal-liġijiet, ir-Regolament Ruma I (ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali) japplika direttament. Il-prinċipju tal-universalità jfisser li kwalunkwe liġi speċifikata minn Ruma I għandha tiġi applikata irrispettivament minn jekk tkunx liġi ta’ Stat Membru tal-UE.

Ruma I ma japplikax għal kwistjonijiet ta’ evidenza jew ta’ proċedura, li jkomplu jiġu rregolati bil-liġi tal-forum. Ir-regoli li jiddeterminaw l-oneru tal-provi, li Ruma I jispeċifika li għandhom jiġu rregolati bil-liġi li tirregola obbligu kuntrattwali skont ir-Regolament huma eċċezzjoni. L-interpretazzjoni tal-perjodi ta’ preskrizzjoni, l-eżekuzzjoni u l-konsegwenzi ta’ ksur ta’ obbligu, fost l-oħrajn, huma rregolati bil-liġi applikabbli skont ir-Regolament.

Ir-regoli primarji ta’ Ruma I huma kif ġej. Meta l-partijiet ikunu għamlu għażla espliċita tal-liġi, jew l-għażla tista’ tintwera b’mod ċar bit-termini tal-kuntratt jew biċ-ċirkostanzi tal-kawża, tapplika dik il-liġi.

Hemm limiti fuq il-libertà tal-għażla. L-Artikolu 3 ta’ Ruma I jipprevedi li meta ssir għażla tal-liġi, iżda l-“elementi rilevanti għas-sitwazzjoni” l-oħra kollha jkunu jinsabu f’pajjiż ieħor, l-għażla tal-liġi ma ċċaħħadx l-effett ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi ta’ dak il-pajjiż li ma tistax issir deroga minnhom bi ftehim. L-Artikolu 9 jipprovdi li d-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti ta’ pajjiż għandhom japplikaw, anki meta l-partijiet ma jkunux eżerċitaw il-libertà tal-għażla tal-liġi. Barra minn hekk, f’kuntratti konklużi minn konsumaturi u f’kuntratti ta’ impjieg, il-liġi magħżula ġeneralment ma tistax iċċaħħad lill-konsumatur jew lill-impjegat mill-protezzjoni tar-regoli obbligatorji tas-sistema li kienu jkunu japplikaw fin-nuqqas ta’ għażla.

F’każijiet li fihom ma hemm l-ebda għażla espressa tal-liġi, u lanqas waħda li tista’ tintwera b’mod ċar, l-Artikolu 4 ta’ Ruma I jistabbilixxi regoli ulterjuri għad-determinazzjoni tal-liġi li tirregola, li spiss tkun marbuta mar-residenza abitwali tal-parti li ma tkunx qed tħallas għall-prodott jew għas-servizz, pereżempju l-bejjiegħ f’kuntratt għall-bejgħ ta’ oġġetti, is-sellief ta’ self bankarju jew il-garanti f’kuntratt ta’ garanzija. Din is-suppożizzjoni tista’ tiġi kkonfutata favur pajjiż li l-kuntratt ikollu rabta manifestament aktar mill-qrib miegħu. Il-ġurisprudenza relatata mal-Konvenzjoni ta’ Ruma, li tista’ tibqa’ rilevanti fil-kuntest tal-interpretazzjoni ta’ Ruma I, tikkonferma li sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni, irid ikun hemm tal-anqas preponderanza ċara ta’ fatturi favur il-pajjiż l-ieħor. Il-maġġoranza tal-imħallfin fil-kawża Skoċċiża importanti ta’ Caledonia Subsea vs Microperi SA marret lil hinn minn hekk, u qalet li l-preżunzjoni għandha tiġi kkonfutata biss jekk fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-kawża r-residenza abitwali tal-eżekutur karatteristiku ma kellha l-ebda sinifikat reali.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Ir-Regolament Ruma II (ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali) japplika għal obbligi mhux kuntrattwali f’materji ċivili u kummerċjali f’sitwazzjonijiet li jinvolvu konflitt tal-liġijiet. Sabiex ikunu japplikaw ir-regoli speċifikati fir-Regolament, irid ikun seħħ jew x’aktarx li jkun se jseħħ dannu. Id-dannu huwa speċifikat li jkopri kull “konsegwenza” li tirriżulta minn delitt, minn arrikkiment inġust, minn negotiorum gestio (obbligu mhux kuntrattwali li jirriżulta minn att imwettaq mingħajr l-awtorità dovuta b’rabta mal-affarijiet ta’ persuna oħra), jew minn culpa in contrahendo (obbligu mhux kuntrattwali li jirriżulta minn negozjati qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt). Ir-Regolament Ruma II ma japplikax, fost l-oħrajn, għal kawżi ta’ malafama, jew għal pretensjoni ekwivalenti magħmula skont il-liġi barranija.

Skont Ruma II, ir-regola ġenerali li tapplika għal delitti hija li tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ id-dannu. Regoli speċjali jiddeterminaw il-liġi applikabbli għal ċerti tipi ta’ obbligi mhux kuntrattwali, inklużi r-responsabbiltà għall-prodotti, il-kompetizzjoni inġusta, il-ħsara ambjentali u l-ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dwar l-arrikkiment inġust, negotiorum gestio u culpa in contrahendo. Ir-Regolament jippermetti lill-partijiet jagħżlu l-liġi applikabbli f’ċerti ċirkostanzi. Madankollu, ir-Regolament jistabbilixxi restrizzjonijiet fuq l-evitar, permezz tal-operat tar-regoli tar-Regolament, tar-regoli tal-liġi domestika tal-forum, u dwar l-evitar ta’ regoli ta’ pajjiż li ma jkunx il-pajjiż magħżul fejn l-elementi kollha rilevanti għas-sitwazzjoni fiż-żmien tal-avveniment li jwassal għad-dannu jkunu jinsabu f’dak il-pajjiż.

Fl-Iskozja, hemm xi kawżi li Ruma II ma japplikax għalihom, meta japplika wieħed minn fost l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) tal-1995 (Private International Law (Miscellaneous Provisions) Act 1995) jew id-dritt komuni.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Id-domiċilju

Fl-Iskozja, l-istatus ta’ illeġittimità tneħħa bl-Artikolu 21 tal-Att dwar il-Liġi tal-Familja (tal-Iskozja) tal-2006 (Family Law (Scotland) Act 2006). B’konsegwenza ta’ hekk, l-Artikolu 22(2) tal-Att tal-2006 jipprevedi li meta (a) il-ġenituri ta’ tfal taħt is-16-il sena jkunu domiċiljati fl-istess pajjiż bħal xulxin; u (b) it-tfal jkunu joqogħdu f’dar ma’ ġenitur jew f’dar (jew fi djar) flimkien mat-tnejn li huma, it-tfal għandhom ikunu domiċiljati fl-istess pajjiż bħall-ġenituri tagħhom. F’każijiet oħra, l-Artikolu 22(3) jipprevedi li t-tfal għandhom ikunu domiċiljati fil-pajjiż li t-tfal ikollhom l-eqreb rabta miegħu f’dak iż-żmien.

Għal persuni ta’ aktar minn 16-il sena, id-domiċilju preċedenti tagħhom ikompli japplika sakemm ma jiħdux domiċilju tal-għażla. Sabiex jiġi adottat domiċilju tal-għażla, l-individwu jrid ikun fil-fatt mar jgħix fil-pajjiż il-ġdid fejn jixtieq jirrisjedi, u jrid juri intenzjoni li ma jżommx id-domiċilju preċedenti tiegħu kif ukoll intenzjoni li jgħix b’mod permanenti fil-pajjiż il-ġdid. Jekk domiċilju tal-għażla jiġi abbandunat, jerġa’ jintuża d-domiċilju ta’ oriġini biex jimtela kwalunkwe vojt sakemm jinkiseb domiċilju tal-għażla ġdid.

Id-domiċilju ta’ persuni miżżewġa issa jiġi vvalutat b’mod indipendenti minn dak tal-konjuġi l-ieħor.

L-Artikolu 1 tal-Att tal-1973 dwar id-Domiċilju u l-Proċedimenti Matrimonjali (Domicile and Matrimonial Proceedings Act 1973) jistipula li mara miżżewġa għandha l-istess drittijiet fir-rigward tad-domiċilju bħal kwalunkwe persuna oħra. Madankollu, jekk il-mara żżewġet qabel l-Att tal-1973 (u b’hekk kisbet id-domiċilju ta’ żewġha skont il-liġi l-antika) hija għandha tkompli żżomm dak id-domiċilju sakemm ma tabbandunahx jew ma tiksibx domiċilju tal-għażla ġdid.

Isem

Il-dritt ta’ għoti ta’ isem lill-ulied huwa parti mir-responsabbiltajiet u mid-drittijiet tal-ġenituri (PRRs). Fi kwalunkwe tilwima dwar il-PRRs, l-Artikolu 11 tal-Att (tal-Iskozja) tal-1995 dwar it-Tfal (Children (Scotland) Act 1995) tirrikjedi li l-qorti tittratta l-interessi tat-tfal bħala l-konsiderazzjoni prijoritarja tagħha.

L-adulti ġeneralment ikunu intitolati li jsejħu lilhom infushom bi kwalunkwe isem li jixtiequ fl-Iskozja, sakemm ma jkunx hemm intenzjoni frodulenti. Kull persuna li jkollha aktar minn 16-il sena, li t-twelid tagħha jkun irreġistrat l-Iskozja jew li tkun ġiet adottata legalment fl-Iskozja, tista’ tapplika mar-Rekords Nazzjonali tal-Iskozja (National Records of Scotland) għal bidla rreġistrata fl-isem. Madankollu, ma hemm l-ebda obbligu li jintuża dan is-servizz. Aktar informazzjoni dwar it-tibdil tal-isem tista’ tinkiseb mis-sit tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRekords Nazzjonali tal-Iskozja (National Records of Scotland).

Kapaċità ta’ Kuntratt

Il-kapaċità ta’ dħul f’kuntratti, ta’ tfassil ta’ testmenti eċċ. hija rregolata b’liġijiet differenti skont il-materja li l-kwistjoni tal-kapaċità tqum dwarha. L-Att (tal-Iskozja) tal-1991 dwar l-Età tal-Kapaċità Legali (Age of Legal Capacity (Scotland) Act 1991) huwa rilevanti f’ċerti ċirkostanzi. Skont l-Att (tal-Iskozja) tal-1991 dwar l-Età tal-Kapaċità Legali, persuna ta’ 16-il sena jew aktar għandha l-kapaċità legali li tidħol fi kwalunkwe tranżazzjoni. Persuna iżgħar ikollha kapaċità f’ċerti ċirkostanzi stabbiliti fl-Att.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

Il-liġi tal-Iskozja tagħti lill-ġenituri (u lil ċerti individwi oħra li għandhom kapaċità legali li jindukraw it-tfal) il-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-ġenituri. Fl-Att (tal-Iskozja) tal-1995 dwar it-Tfal hemm dispożizzjoni fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri. Il-liġi tal-Iskozja tkun applikabbli kull meta l-qrati Skoċċiżi jkollhom ġuriżdizzjoni soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 u ta’ Brussell IIa. Fil-liġi tal-Iskozja, il-materji relatati mal-adozzjoni huma ddeterminati mill-Att (tal-Iskozja) tal-2007 dwar l-Adozzjoni u t-Tfal (Adoption and Children (Scotland) Act 2007).

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

Fl-Iskozja, żwieġ ikun validu biss jekk jiġu ssodisfati ċerti rekwiżiti. Iż-żewġ partijiet iridu jkunu liberi li jiżżewġu, ikollhom kapaċità legali sħiħa u jkunu taw il-kunsens sħiħ tagħhom għaż-żwieġ.

L-Artikolu 38(1) tal-Att (tal-Iskozja) tal-2006 dwar il-Liġi tal-Familja (Family Law (Scotland) Act 2006) jeħtieġ ukoll li ż-żwieġ irid jikkonforma mal-formalitajiet meħtieġa mil-liġi tal-post fejn jiġi ċċelebrat iż-żwieġ. Dan ikopri l-validità taċ-ċerimonja u tal-elementi tagħha, eż. jekk iridx jintuża xi kliem partikolari, jekk iż-żwieġ iridx isir f’post partikolari, jekk żwieġ jistax isir permezz ta’ prokura.

Il-kwistjoni dwar jekk persuna li tidħol fi żwieġ kellhiex il-kapaċità li tagħmel hekk u tatx il-kunsens sħiħ tagħha għaż-żwieġ tiġi ddeterminata mil-liġi tal-post fejn kienet domiċiljata dik il-persuna immedjatament qabel iż-żwieġ (l-Artikolu 38(2) tal-Att tal-2006). Fl-Iskozja, l-età tal-kapaċità legali għaż-żwieġ hija ta’ 16-il sena. F’termini ta’ kunsens, irid ikun hemm skambju ġenwin u serju ta’ kunsens bejn iż-żewġ partijiet għaż-żwieġ.

L-Iskozja issa tirrikonoxxi wkoll iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess wara l-introduzzjoni tal-Att (tal-Iskozja) tal-2004 dwar iż-Żwieġ u s-Sħubija Ċivili (Marriage and Civil Partnership (Scotland) Act 2014). Dan jinkludi żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess li jsiru kemm fl-Iskozja kif ukoll barra l-pajjiż.

Sakemm ma jkunx hemm impediment legali għaż-żwieġ, kulħadd jista’ jiżżewweġ fl-Iskozja. M’hemm l-ebda rekwiżit ta’ residenza fl-Iskozja għal koppji li jfittxu li jiżżewġu hawnhekk, għalkemm persuni minn barra l-UE jista’ jkollhom bżonn awtorizzazzjoni ta’ immigrazzjoni.

Sħubija Ċivili u Żwieġ bejn Persuni tal-Istess Sess

Il-liġi tal-Iskozja tirrikonoxxi wkoll is-sħubijiet ċivili skont l-Att tal-2004 dwar is-Sħubijiet Ċivili (Civil Partnership Act 2004). L-Artikolu 85 tal-Att tal-2004 jipprevedi li sħubija ċivili tiġi fformata meta żewġ persuni tal-istess sess jiffirmaw l-iskeda kompluta tas-sħubija ċivili quddiem żewġ xhieda li jkollhom 16-il sena jew aktar u reġistratur awtorizzat (ilkoll preżenti).

L-Att tal-2004 fih ukoll dispożizzjoni speċifika għal sħubijiet ċivili fformati barra mir-Renju Unit. Unjoni ċivili barranija bejn persuni tal-istess sess li tkun saret barra mir-Renju Unit tiġi ttrattata bħala sħubija ċivili fl-Iskozja sakemm tissodisfa ċerti kriterji stabbiliti fl-Att tal-2004.

Il-koabitazzjoni

Bħala regola ġenerali fl-Iskozja, jekk koppja tgħix flimkien daqslikieku kienet miżżewġa, il-koabitazzjoni tagħha tiġġenera ċerti drittijiet u dmirijiet. L-Att (tal-Iskozja) tal-2006 dwar il-Liġi tal-Familja (Family Law (Scotland) Act 2006) jipprevedi d-drittijiet tal-koppji koabitanti (li japplikaw bl-istess mod kemm għall-koppji tal-istess sess kif ukoll għall-koppji tas-sess oppost). Pereżempju, l-Artikolu 26 jipprevedi drittijiet f’ċerti oġġetti tad-dar; l-Artikolu 27 jagħmel referenza għal drittijiet għal ċerti flus u proprjetà; l-Artikolu 28 jipprevedi l-provvediment finanzjarju mas-separazzjoni; l-Artikolu 29 jipprevedi l-provvediment finanzjarju meta wieħed mill-koabitanti jmut mingħajr ma jħalli testment; u l-Artikolu 30 jipprevedi l-ordnijiet ta’ protezzjoni ċivili għall-protezzjoni kontra l-abbuż.

Id-Divorzju u s-Separazzjoni

F’materji ta’ divorzju u ta’ separazzjoni hemm dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit (jiġifieri l-Att tal-1973 dwar id-Domiċilju u l-Proċedimenti Matrimonjali (Domicile and Matrimonial Proceedings Act 1973) u l-Att tal-2004 dwar is-Sħubijiet Ċivili (Civil Partnership Act 2004)) dwar meta l-qrati Skoċċiżi jkollhom ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ divorzju u ta’ xoljiment. Aktar dettalji jinsabu fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati u t-Tribunali Skoċċiżi.

Il-manteniment

Fir-rigward tal-manteniment, id-Dipartiment għax-Xogħol u għall-Pensjonijiet (Department for Work and Pensions) imexxi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz statutorju għall-manteniment tat-tfal madwar il-Gran Brittanja.

Fl-Iskozja, hemm ukoll dispożizzjoni stabbilita fl-Att (tal-Iskozja) tal-1985 dwar il-Liġi tal-Familja (Family Law (Scotland) Act 1985) dwar l-obbligi ta’ manteniment għall-membri tal-familja, bħall-konjuġi u t-tfal. Obbligu ta’ manteniment huwa obbligu li jipprovdi appoġġ li jkun raġonevoli fiċ-ċirkostanzi.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

L-Iskozja għandha sistema fil-liġi għall-provvediment finanzjarju mad-divorzju jew ix-xoljiment ta’ sħubija ċivili. Il-liġi Skoċċiża tistabbilixxi ċerti prinċipji li jridu jiġu kkunsidrati meta tittieħed deċiżjoni dwar il-provvediment finanzjarju u d-diviżjoni tal-beni tal-miżżewġin u dawn il-prinċipji jinsabu fl-Att (tal-Iskozja) tal-1985 dwar il-Liġi tal-Familja (Family Law (Scotland) Act 1985).

Ir-regola ġenerali tal-liġi tal-Iskozja hija li l-valur nett tal-beni tal-miżżewġin għandu jinqasam b’mod ġust bejn il-partijiet sakemm ma jkunx hemm raġuni kontra l-kondiviżjoni ġusta u ugwali. Il-beni tal-miżżewġin huma ddefiniti bħala l-beni kollha tal-partijiet għaż-żwieġ jew għas-sħubija ċivili li jkunu nkisbu qabel jew matul iż-żwieġ jew matul is-sħubija ċivili. L-Artikolu 9 tal-Att tal-1985 tistabbilixxi l-prinċipji li għandhom jitqiesu meta ssir kwalunkwe ordni ta’ provvediment finanzjarju dwar id-divorzju jew ix-xoljiment ta’ sħubija ċivili, li għandha tgħin sabiex jiġi deċiż jekk il-beni tal-miżżewġin għandhomx jinqasmu b’mod ugwali bejn il-partijiet, jew jekk wieħed mill-konjuġi jew mis-sħab ċivili għandux jirċievi sehem akbar mill-ieħor.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

F’każijiet ta’ suċċessjoni ab intestato (jiġifieri meta ma jkunx hemm testment), il-liġi tad-domiċilju tat-testatur fid-data tal-mewt tapplika għas-suċċessjoni għall-proprjetà mobbli u l-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà fid-data tal-mewt tapplika għas-suċċessjoni għall-proprjetà immobbli. L-istess regoli japplikaw f’dak li għandu x’jaqsam mas-“sehem riżervat” (jiġifieri d-drittijiet ta’ ċerti membri tal-familja sabiex jaqsmu l-patrimonju tad-deċedut li ma jistgħux jinkisru minn testment). Is-sehem riżervat irid jitqies kemm fis-suċċessjoni ab intestato kif ukoll f’dik b’testment. Ta’ min jinnota li fil-preżent, skont il-liġi tal-Iskozja, is-sehem riżervat huwa disponibbli biss mill-proprjetà mobbli, u għalhekk ikun disponibbli biss meta l-persuna deċeduta tkun mietet fid-domiċilju fl-Iskozja. F’każijiet li jinvolvu testmenti, il-kapaċità tat-testatur li jagħmel testment hija rregolata bil-liġi tad-domiċilju tiegħu fid-data tat-testment fir-rigward ta’ proprjetà mobbli, u l-liġi tal-pajjiż li fih tinsab il-proprjetà fir-rigward tal-proprjetà immobbli.

Skont l-Att tal-1963 dwar it-Testmenti (Wills Act 1963), testment jitqies li jkun eżegwit b’mod validu (“validu formalment”) (eż. fil-forma korretta, numru tajjeb ta’ xhieda) jekk ikun konformi ma’ kwalunkwe waħda mil-liġijiet interni li ġejjin: il-liġi tal-post fejn ġie eżegwit it-testment (iffirmat u attestat); il-liġi tad-domiċilju, ir-residenza abitwali jew in-nazzjonalità tat-testatur fid-data tal-eżekuzzjoni; il-liġi tad-domiċilju, ir-residenza abitwali jew in-nazzjonalità tat-testatur fid-data tal-mewt. Dan ikun validu formalment ukoll fir-rigward ta’ proprjetà immobbli jekk ikun konformi mal-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà.

Id-dispożizzjonijiet ta’ testment li għandhom x’jaqsmu ma’ proprjetà mobbli huma validi u eżegwibbli (“validi essenzjalment”) (eż. limiti fuq is-sehem ta’ proprjetà li jista’ jgħaddi b’mod validu skont it-testment) jekk jikkonformaw mal-liġi tad-domiċilju tat-testatur fid-data tal-mewt. Testment relatat ma’ proprjetà immobbli jkun materjalment validu jekk jikkonforma mal-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà fid-data tal-mewt.

Testment jiġi interpretat skont il-liġi maħsuba mit-testatur, li l-intenzjoni tiegħu tista’ tkun espliċita jew dedotta mil-lingwa tat-testment. Inkella huwa preżunt li hija l-liġi tad-domiċilju tat-testatur fid-data tat-testment fir-rigward tal-proprjetà mobbli. Din ir-regola probabbilment tapplika wkoll għall-proprjetà immobbli. F’każijiet eċċezzjonali, fejn it-testment ma jindikax liġi b’mod ċar, tkun ġiet applikata l-liġi tad-domiċilju fid-data tal-mewt.

Ta’ min jinnota li l-Artikolu 4 tal-Att tal-1963 tiddikjara li:

“Is-sawra ta’ testment ma għandhiex tinbidel minħabba xi bidla fid-domiċilju tat-testatur wara l-eżekuzzjoni tat-testment.”

Il-validità essenzjali ta’ revoka allegata ta’ testment hija ddeterminata mil-liġi tad-domiċilju tat-testatur fid-data tal-allegata revoka fir-rigward tal-proprjetà mobbli u mil-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli meta r-revoka tkun taffettwa dik il-proprjetà. Testment li jfittex li jirrevoka testment validu preċedenti jew dispożizzjoni ta’ testment validu preċedenti titqies formalment valida jekk it-testment li jirrevoka t-testment preċedenti jikkonforma mal-liġi ta’ kwalunkwe pajjiż li skont din ir-revoka jew id-dispożizzjoni kienet tiġi ttrattata bħala eżegwita kif suppost.

3.8 Proprjetà reali

Jekk proprjetà għandhiex tiġi kklassifikata bħala mobbli jew immobbli hija kwistjoni li taqa’ taħt il-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà.

Fil-każ ta’ proprjetà immobbli, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà. Dan japplika għall-mistoqsijiet kollha dwar it-tranżazzjoni, inklużi l-kapaċità, il-formalitajiet u l-validità materjali. Hemm distinzjoni bejn it-trasferiment ta’ art jew ta’ beni immobbli oħra, u l-kuntratt li jirregola d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet għal dak it-trasferiment – dan tal-aħħar huwa rregolat b’regoli distinti dwar il-liġi applikabbli (b’mod partikolari, skont ir-Regolament Ruma I).

Fil-każ ta’ proprjetà mobbli korporali, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà fil-mument tal-avveniment li allegatament ikun affettwa t-titolu għaliha. Titolu għal proprjetà mobbli korporali miksub skont din ir-regola ġenerali ġeneralment ikun rikonoxxut bħala validu fl-Iskozja. Ovvjament, kwistjonijiet kuntrattwali huma rregolati bir-Regolament Ruma I.

3.9 Insolvenza

Ir-Renju Unit huwa parti għar-Regolament tal-Kunsill 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment, li jistabbilixxi r-regoli rilevanti fil-proċedimenti li jinvolvu l-iżvestiment sħiħ jew parzjali tad-debitur u l-ħatra ta’ likwidatur meta l-interessi ewlenin tad-debitur ikunu fi Stat Membru tal-UE (minbarra d-Danimarka). Jekk il-qrati Skoċċiżi jkollhom ġuriżdizzjoni (li jkun il-każ jekk l-interessi ewlenin tad-debitur ikunu jinsabu l-Iskozja, preżunta bħala l-post tal-uffiċċju reġistrat), tiġi applikata l-liġi tal-Iskozja.

F’każijiet li jaqgħu barra mir-Regolament 1346/2000, il-liġi tal-Iskozja tiġi applikata meta l-qrati Skoċċiżi jkollhom u jkunu qed jeżerċitaw ġuriżdizzjoni.

L-aħħar aġġornament: 07/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-liġi ta' liema pajjiż tapplika? - Ġibiltà

1 L-għejun tar-regoli fis-seħħ

1.1 Regoli nazzjonali

Illum il-ġurnata, ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet f’Ġibiltà li jittrattaw il-liġi applikabbli ġejjin prinċipalment minn Regolamenti tal-UE li huma direttament applikabbli. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet ċivili u kummerċjali dawn huma: Ir-Regolament 593/2008 (Ruma I) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali u r-Regolament 864/2007 (Ruma II) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali. L-Att dwar il-Kuntratti (il-Liġi Applikabbli) (Contracts (Applicable Law) Act 1990) (li implimenta l-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980) jibqa’ rilevanti fil-każ ta’ kuntratti li saru qabel is-17 ta’ Diċembru 2009 (ir-Regolament Ruma I japplika għal kuntratti li saru f'dik id-data jew warajha). Ir-Regolament japplika għal kawżi fejn id-dannu jkun sar wara l-11 ta’ Jannar 2009. Ir-regoli tradizzjonali tal-common law jibqgħu applikabbli għad-delitt ta’ malafama u fir-rigward tal-liġi tas-suċċessjoni u tal-proprjetà. Pereżempju, l-Att dwar il-Kuntratti (Liġi Applikabbli) (Contracts (Applicable Law) Act) jagħti effett lill-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali.

F’materji tal-familja, hija ġeneralment il-common law li hija s-sors tar-regoli dwar il-liġi applikabbli, b’xi eċċezzjonijiet. F’materji tal-familja, ġeneralment tiġi applikata l-liġi ta’ Ġibiltà, soġġetta għal eċċezzjonijiet limitati fil-common law (eż. fir-rigward tan-nullità taż-żwieġ) jew fl-istatut (eż. fir-rigward tal-manteniment skont l-Att tal-1920 dwar l-Ordnijiet ta’ Manteniment (Faċilitajiet għall-Eżekuzzjoni) (Maintenance Orders (Facilities for Enforcement) Act 1920) u l-Att dwar l-Ordnijiet ta’ Manteniment (Eżekuzzjoni Reċiproka) (Maintenance Orders (Reciprocal Enforcement) Act)). Fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u ta’ protezzjoni tat-tfal koperti mir-Regolament tal-UE Nru 2201/2003 u mill-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta’ Ottubru 1996, huma r-Regoli tal-2011 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Proċedimenti tal-Familja (Tfal) (Family Proceedings (Children) 1996 Hague Convention Rules 2011) u l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-1996 li fihom ir-regoli tal-liġi applikabbli rispettivament, jiġifieri li l-liġi ta’ Ġibiltà tapplika soġġetta għal eċċezzjonijiet limitati.

Ir-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet f’Ġibiltà għandhom kemm sorsi legali kif ukoll tal-common law (ġurisprudenza), u l-bilanċ ta’ kull wieħed ivarja f’kull qasam tal-liġi. Pereżempju, l-għażla tal-liġi kuntrattwali issa hija ddominata mill-Ordinanza dwar il-Kuntratti (il-Liġi Applikabbli) (Contracts (Applicable Law) Ordinance). Min-naħa l-oħra, jista’ jiġi nnotat li xi wħud minn dawn l-istatuti jagħtu effett lil ftehimiet internazzjonali (ftehimiet bħal dawn, għajr leġiżlazzjoni tal-UE b’effett dirett, jeħtieġu li statut jidħol fis-seħħ fir-Renju Unit u b’estensjoni, f’Ġibiltà). Pereżempju, l-Ordinanza dwar il-Kuntratti (il-Liġi Applikabbli) (Contracts (Applicable Law) Ordinance) tagħti effett lill-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali.

1.2 Konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1961 dwar il-Konflitti tal-Liġijiet Relatati mal-Forma tad-Dispożizzjonijiet Testamentarji (Hague Convention on the Conflicts of Laws Relating to the Form of Testamentary Dispositions 1961), estiża għal Ġibiltà fl-1964.

Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi Kuntrattwali, estiża għal Ġibiltà fl-1994 (issostitwita mir-Regolament Ruma I b'rabta mal-kuntratti li saru fis-17 ta’ Diċembru 2009 jew wara).

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-Liġi Applikabbli għat-Trusts u għar-Rikonoxximent Tagħhom, estiża għal Ġibiltà fl-1989.

1.3 Konvenzjonijiet bilaterali prinċipali

Ma nafux b’konvenzjonijiet bilaterali li jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-liġi li r-Renju Unit huwa parti għalihom.

Madankollu, jeħtieġ li jiġi nnotat li, għalkemm il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 u l-Konvenzjonijiet tal-Aja jippermettu li Stat japplika xi reġim ieħor ta’ għażla tal-liġi għal konflitti “interni” – bħal konflitti bejn il-liġijiet tal-Ingilterra u Wales u l-Iskozja – ir-Renju Unit għażel li ma jagħmilx użu minn din il-faċilità. Għalhekk, il-Konvenzjoni ta’ Ruma (b'rabta ma’ kuntratti li saru qabel is-17 ta’ Diċembru 2009) u r-regoli tal-Konvenzjoni tal-Aja japplikaw għal konflitti bejn il-ġurisdizzjonijiet differenti tar-Renju Unit kif ukoll għal konflitti internazzjonali.

2 L-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

2.1 L-obbligu tal-imħallef li japplika b’inizjattiva tiegħu stess ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Il-pożizzjoni ġenerali hija li r-regoli dwar il-konflitt tal-liġijiet jiġu applikati biss jekk mill-inqas waħda mill-partijiet tkun argumentat li dawn għandhom jiġu applikati. Jekk dan ma ġiex argumentat, jew jekk ma jkunx hemm evidenza sodisfaċenti tal-kontenut tal-liġi barranija, l-imħallef normalment japplika l-liġi ta’ Ġibiltà għall-kwistjoni. Din ir-regola hija waħda relatata ma’ evidenza u proċedura, u għalhekk ma hijiex affettwata mir-Regolamenti tal-UE, mill-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 eċċ.

2.2 Rinviju dwar l-għażla ta’ liġijiet

Ir-Regolamenti tal-UE jeskludu l-applikazzjoni tad-duttrina tar-renvoi f’kawżi rregolati mir-regoli tal-UE dwar l-għażla tal-liġi u din kienet ukoll il-fehma prevalenti skont l-Att dwar il-Kuntratti (il-Liġi Applikabbli) (Contracts (Applicable Law) Act). Għalhekk, jekk ir-regola ta’ Ġibiltà dwar l-għażla tal-liġi għal delitt ta’ negliġenza tindika l-liġi Franċiża, tiġi applikata l-liġi domestika Franċiża, anke jekk qorti Franċiża kienet tapplika l-liġi ta’ xi pajjiż ieħor. Ġustifikazzjoni minnhom imressqa għaċ-ċaħda tar-renvoi f’dawn l-isferi tidher li hija li jekk jiġi applikat ir-renvoi, tinħoloq problema fir-regoli kumplessi stabbiliti mill-istatuti.

Ir-rwol tar-renvoi fl-oqsma tal-liġi li jifdal issa huwa kemxejn limitat, u f’xi każijiet mhuwiex ċar għalkollox. Jista’ jingħad li r-renvoi japplika fil-każ ta’ art li tinsab barra mill-pajjiż, li għaliha l-lex situs jiġi applikat bil-liġi ta’ Ġibiltà. F’każijiet bħal dawn, hemm xewqa pragmatika li tiġi applikata l-istess liġi tal-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab il-proprjetà, sabiex tiżdied il-possibbiltà li kwalunkwe deċiżjoni ta’ Ġibiltà dwar il-proprjetà tkun effettiva. Il-bilanċ tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza fir-rigward ta’ proprjetà mobbli tanġibbli li tinsab barra mill-pajjiż huwa li referenza għal-lex situs ma tinkludix ir-renvoi.

Fi kwistjonijiet tal-familja, hemm xi ġurisprudenza limitata li d-duttrina ta’ renvoi tista’ tapplika f’ċerti ċirkostanzi.

Madankollu, ta’ min jinnota li f’ħafna każijiet il-prova tal-kontenut tar-regoli dwar l-għażla tal-liġi barranija tkun għalja u l-partijiet ta’ spiss jagħżlu li ma jargumentawx għall-applikazzjoni tagħhom (ara 2.1 aktar ’il fuq). L-applikazzjoni tar-renvoi kienet is-suġġett ta’ dibattitu akkademiku intensiv. Il-fehma prevalenti fl-istatuti li jirrigwardaw il-konflitti tal-liġijiet hija li jiġi miċħud ir-renvoi. Għalhekk, jekk ir-regola ta’ Ġibiltà dwar l-għażla tal-liġi għal delitt ta’ negliġenza tindika l-liġi Franċiża, tiġi applikata l-liġi domestika Franċiża, anke jekk qorti Franċiża kienet tapplika l-liġi ta’ xi pajjiż ieħor. Ġustifikazzjoni minnhom imressqa għaċ-ċaħda tar-renvoi f’dawn l-isferi tidher li hija li jekk jiġi applikat ir-renvoi, tinħoloq problema fir-regoli kumplessi stabbiliti mill-istatuti.

Madankollu, ir-renvoi jidher li japplika fil-każ ta’ suċċessjoni għal proprjetà mobbli u immobbli, u trasferimenti possibbli ta’ tali proprjetà b’mod ġenerali, fejn ir-regoli tal-għażla tal-liġi ta’ Ġibiltà rreferew għal-liġi tad-domiċilju jew il-liġi tal-post fejn kienet tinsab il-proprjetà immobbli, u fil-kawżi tal-liġi tal-familja (li tirreferi għal-liġi tad-domiċilju). F’każijiet bħal dawn, hemm xewqa pragmatika li tiġi applikata l-istess liġi tal-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab il-proprjetà, sabiex tiżdied il-possibbiltà li kwalunkwe deċiżjoni ta’ Ġibiltà dwar il-proprjetà tkun effettiva. Madankollu, ta’ min jinnota li f’ħafna każijiet il-prova tal-kontenut tar-regoli dwar l-għażla tal-liġi barranija tkun għalja u l-partijiet ta’ spiss jagħżlu li ma jargumentawx għall-applikazzjoni tagħhom (ara 2.1 aktar ’il fuq).

2.3 Bidla f'element ta' konnessjoni

Din il-problema hija indirizzata billi f’kull regola dwar l-għażla tal-liġi jiġi speċifikat iż-żmien rilevanti li fih jiġi identifikat il-fattur ta’ konnessjoni. Pereżempju, fil-każ ta’ trasferimenti ta’ beni mobbli, il-liġi applikabbli rilevanti hija dik applikabbli fil-post fejn ikunu jinsabu l-beni mobbli inkwistjoni fiż-żmien tat-trasferiment meta l-att inkwistjoni jkun allegatament affettwa t-titolu ta’ dak il-beni mobbli.

2.4 Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni normali tar-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

Skont ir-regoli tradizzjonali, il-qrati ta’ Ġibiltà jistgħu jirrifjutaw li japplikaw liġi barranija li tmur kontra l-ordni pubbliku ta’ Ġibiltà. Madankollu, il-limitu huwa għoli ħafna: pereżempju, fejn din tkun twassal għal riżultat “li huwa totalment aljen għar-rekwiżiti fundamentali tal-ġustizzja kif amministrata minn qorti ta’ Ġibiltà”. Il-kontenut tal-ordni pubbliku ta’ Ġibiltà huwa influwenzat mill-obbligi internazzjonali tar-Renju Unit, b’mod partikolari mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem huwa eżempju wieħed magħruf sew tal-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku, eżempju ieħor huwa fejn il-liġi tkun “ksur flagranti tar-regoli tad-dritt internazzjonali ta’ importanza fundamentali” (eż. l-invażjoni tal-Kuwajt mill-Iraq fl-1990).

Barra minn hekk, issa r-Regolamenti Ruma I u Ruma II it-tnejn li huma jipprovdu għall-applikazzjoni tar-regoli obbligatorji prevalenti tal-forum, irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli għall-kuntratt. Tali regoli eżistenti jinsabu ġeneralment fl-oqsma tal-konsumatur u tal-impjiegi jew f’leġiżlazzjoni li tissupplimenta konvenzjoni internazzjonali.

2.5 Prova ta’ liġi barranija

Il-kontenut tal-liġi barranija jiġi pprovat daqslikieku kien fatt. Għalhekk, huma l-partijiet li jridu jipprovaw il-kontenut tal-liġi barranija; l-imħallfin ma jistgħux jinvestigaw il-kontenut tal-liġi barranija huma stess. Fil-każ ta’ konflitt bejn l-evidenza ppreżentata mill-partijiet, l-imħallef jista’ jivvaluta l-kredibbiltà tal-esperti u jista’ jikkunsidra l-evidenza primarja (eż. statuti u kawżi barranin), speċjalment fejn ikunu miktuba bl-Ingliż u japplikaw kunċetti li mħallef f’Ġibiltà ikun midħla tagħhom.

Il-kontenut tal-liġi barranija normalment jiġi pprovat minn evidenza ta’ perit tal-qorti. Mhuwiex biżżejjed li jiġi ppreżentat it-test ta’ statut, ta’ kawża jew ta’ awtorità barranin quddiem il-qorti. Evidenza ta’ perit tal-qorti dwar il-liġi barranija tista’ tingħata minn kwalunkwe persuna “kkwalifikata b’mod xieraq sabiex tagħmel dan bis-saħħa tal-għarfien jew tal-esperjenza tagħha,” irrispettivament minn jekk din tkunx intitolata li taġixxi bħala prattikant legali fil-ġurisdizzjoni rilevanti. Madankollu, normalment il-periti tal-qorti jkunu akkademiċi jew prattikanti fil-ġurisdizzjoni inkwistjoni. Jekk il-kontenut tal-liġi barranija jkun ġie ddeterminat f’kawża f’Ġibiltà jew fl-Ingilterra preċedenti, din il-kawża tista’ tiġi ċċitata bħala evidenza tal-kontenut tal-liġi barranija, u l-kontenut tal-liġi barranija jiġi preżunt li jkun l-istess kif iddeterminat f’dik il-kawża sakemm ma jiġix ipprovat mod ieħor.

L-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-parti li tibbaża fuq il-liġi barranija. Jekk il-liġi barranija ma tiġix ipprovata b’mod sodisfaċenti, ir-regola ġenerali hija li tiġi applikata l-liġi ta’ Ġibiltà. Madankollu, f’kawżi fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed jaħseb li l-liġi barranija b’xi mod tixbah il-liġi ta’ Ġibiltà (eż. statut tat-taxxa minn ġurisdizzjoni Ewropea oħra), il-kawża tista’ tiġi miċħuda.

3 Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet

3.1 Obbligi kuntrattwali u atti legali

Fil-kawżi kollha li jikkonċernaw obbligi kuntrattwali u li jinvolvu għażla tal-liġi, ir-Regolament Ruma I huwa direttament applikabbli. Ir-regoli dwar l-għażla tal-liġi fir-Regolament Ruma jistgħu japplikaw ukoll għal kawżi li l-liġi domestika ta’ Ġibiltà ma tirrikonoxxix bħala kuntrattwali (eż. fejn il-ftehim ma jkunx sostnut minn korrispettiv eż. kuntratti ta’ rigal).

Kwistjonijiet ta' proċedura jiġu ddeterminati mil-lex fori. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-livell tad-danni (iżda mhux il-kategoriji tad-danni) u l-mezzi ta’ prova huma rregolati bil-liġi tal-forum. Il-perjodi ta’ preskrizzjoni huma sostantivi u, għalhekk, fil-każ ta’ obbligi kuntrattwali, dawn huma ddeterminati mil-liġi applikabbli skont ir-Regolament. Ir-regoli sostantivi primarji huma kif ġej.

F’każijiet li fihom il-partijiet ikunu għamlu għażla espliċita tal-liġi, jew waħda li tista’ tintwera b’ċertezza raġonevoli, tapplika din il-liġi. X’aktarx li għażla tintwera b’ċertezza raġonevoli fejn il-kuntratt ikun f’forma standard li tkun magħrufa li tkun irregolata b’liġi partikolari (eż. polza tal-assigurazzjoni marittima ta’ Lloyd’s), jew fid-dawl ta’ negozjati preċedenti bejn il-partijiet. Fejn ikun hemm ftehim dwar l-għażla tal-qorti, dan ta’ spiss ikun biżżejjed sabiex jiġi inferit li l-intenzjoni kienet li tingħażel il-liġi ta’ dik il-qorti, iżda dan mhux dejjem ikun il-każ. Fil-każ ta’ ftehim ta’ arbitraġġ, jekk il-kriterji tal-għażla għall-arbitri jkunu speċifikati, dan jippermetti li ssir inferenza b’mod aktar faċli ta’ għażla tal-liġi, iżda jekk l-arbitri jiġu identifikati b’riferiment għal xi korp internazzjonali, ikun ferm anqas probabbli li l-għażla tkun intweriet b’ċertezza raġonevoli.

Il-libertà tal-għażla hija ċirkoskritta f’diversi aspetti. L-ewwel nett, fil-kuntratti konklużi minn konsumaturi u fil-kuntratti tal-impjieg, l-għażla tal-liġi ma tistax iċċaħħad lill-konsumatur jew lill-impjegat mill-protezzjoni tar-regoli obbligatorji li jeżistu skont il-liġi li, kieku ma kienx hemm għażla espliċita tal-liġi, kienet tkun tapplika għall-każ. It-tieni, fejn l-elementi kollha tas-sitwazzjoni jkunu marbuta ma’ pajjiż wieħed, għażla ta’ liġi differenti ma tistax iċċaħħad ir-regoli obbligatorji ta’ dak il-pajjiż mill-effett. Hemm ukoll regoli protettivi għall-konsumaturi fir-rigward tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni. Jista’ jiġi nnotat ukoll li fejn ikun hemm nuqqas ta’ qbil fir-rigward tal-effettività tal-għażla – pereżempju, allegazzjoni ta’ sfurzar – il-kwistjoni dwar jekk din l-għażla kinitx effettiva tiġi ddeterminata mil-liġi applikabbli putattiva (jiġifieri l-liġi li tkun tirregola l-kuntratt li kieku l-għażla tkun valida), sakemm dan ma jkunx “mhux raġonevoli” (f’liema każ tista’ tiġi applikata l-liġi tar-residenza abitwali tal-parti li tiddikjara li ma tkunx tat il-kunsens tagħha).

F’każijiet li fihom ma jkun hemm l-ebda għażla espressa tal-liġi, jew waħda li tista’ tintwera b’ċertezza raġonevoli, ir-Regolament Ruma I jipprovdi regoli speċifiċi skont it-tip ta’ kuntratt, iżda fejn dawn ir-regoli ma jkunux konklużivi, il-liġi ġeneralment tkun il-liġi tar-residenza abitwali tal-eżekutur karatteristiku. L-eżekutur karatteristiku mhux dejjem ikun faċilment identifikabbli, iżda normalment ikun il-parti li ma tkunx qed tipprovdi ħlas għall-oġġett jew għas-servizz (eż. l-eżekutur karatteristiku jkun il-bejjiegħ ta’ prodott, is-sellief fi tranżazzjoni bankarja, il-garanti f’kuntratt ta’ garanzija). Din il-preżunzjoni tista’ tiġi kkonfutata favur pajjiż li miegħu l-kuntratt ikollu rabta aktar mill-qrib.

3.2 Obbligi mhux kuntrattwali

Ir-Regolament Ruma II japplika fil-biċċa l-kbira tal-kawżi marbuta ma' obbligi mhux kuntrattwali. L-Att japplika biss għal kwistjonijiet relatati ma’ obbligi li ma jaqgħux taħt ir-Regolament, u l-malafama tibqa’ rregolata mill-common law (ara hawn taħt). Il-perjodi ta’ preskrizzjoni huma ddeterminati mil-liġi applikabbli wkoll.

Skont ir-Regolament Ruma II, ir-regola ġenerali hija li tiġi applikata l-liġi tal-post fejn iseħħ id-dannu. Regoli speċjali jiddeterminaw il-liġi applikabbli għal ċerti tipi ta’ obbligi mhux kuntrattwali, inklużi r-responsabbiltà għall-prodotti, il-kompetizzjoni inġusta, delitti ambjentali u delitti relatati mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Ir-Regolament jippermetti wkoll li l-partijiet jagħżlu l-liġi applikabbli f’ċerti ċirkostanzi, iżda din id-dispożizzjoni ma tistax tintuża sabiex jiġu evitati regoli obbligatorji tad-dritt tal-UE jew tad-dritt domestiku. Għandu jiġi nnotat li l-valutazzjoni tad-danni hija materja għal-liġi applikabbli.

Kif innotat aktar ’il fuq, il-malafama (li tinkludi inġurja tat-titolu, inġurja tal-oġġetti, falsità malizzjuża u kwalunkwe dikjarazzjoni tal-liġi barranija “li tikkorrispondi għal talba [bħal din] jew fin-natura tagħha”) tibqa’ rregolata bid-dritt komuni (common law). F’każijiet bħal dawn, tapplika r-“regola dwar it-teħid ta’ azzjoni doppja”: tista’ tittieħed azzjoni kontra delitt f’Ġibiltà biss jekk tkun tista’ tittieħed azzjoni ċivili skont il-liġi barranija tal-ġurisdizzjoni li fiha seħħ l-att (normalment il-pubblikazzjoni) u jekk, li kieku l-att seħħ fl-Ingilterra u f’Wales, tkun tista’ tittieħed azzjoni ċivili kontrih skont il-liġi ta’ Ġibiltà. Din ir-regola nżammet wara pressjoni minn organizzazzjonijiet tal-midja li beżgħu mill-applikazzjoni ta’ liġijiet barranin oppressivi. Madankollu, din ir-regola hija soġġetta għal eċċezzjoni: meta pajjiż ieħor ikollu relazzjoni aktar sinifikanti mal-okkorrenza u mal-partijiet, minflok tkun tapplika l-liġi ta’ dik il-ġuriżdizzjoni. Għandu jiġi nnotat li dan il-qasam huwa partikolarment inċert.

Fir-rigward tal-amministrazzjoni tat-trusts, il-liġi applikabbli hija rregolata mill-Att dwar it-Trustees (Trustees Act) li jimplimenta l-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Liġi Applikabbli għat-Trusts. Dan jipprovdi li l-liġi applikabbli tkun dik magħżula mis-settlor, jew, fin-nuqqas ta’ tali għażla, mil-liġi li magħha t-trust tkun marbuta l-aktar mill-qrib. Din il-liġi tiddetermina l-validità tat-trust, il-kostruzzjoni tagħha, l-effetti u l-amministrazzjoni tat-trust.

3.3 L-istat personali, l-aspetti tiegħu marbuta mal-istat ċivili (isem, domiċilju, kapaċità)

Mat-twelid, id-domiċilju ta’ persuna (id-domiċilju ta’ oriġini) ikun l-istess bħal dak tal-missier tal-wild minuri fil-ħin tat-twelid tal-wild minuri, jekk il-wild minuri jkun leġittimu. Jekk il-wild minuri jkun illeġittimu, jew il-missier ikun mejjet fil-ħin tat-twelid, id-domiċilju tal-wild minuri jkun l-istess bħal ta’ omm il-wild minuri. Din ir-regola tkompli tapplika sakemm il-wild minuri jagħlaq 16-il sena (jiġifieri d-domiċilju tal-wild minuri jinbidel ma’ dak tal-missier jew tal-omm rispettivament).

Għal persuni li għandhom aktar minn 16-il sena, id-domiċilju ta’ oriġini jibqa’ japplika sakemm ma jadottawx domiċilju tal-għażla tagħhom. Sabiex jadottaw domiċilju tal-għażla tagħhom, huma jridu jkunu effettivament jirrisjedu fil-ġurisdizzjoni rilevanti u jkollhom l-intenzjoni li jirrisjedu hemmhekk b’mod indefinit jew permanenti. Jekk xi wieħed minn dawn l-elementi ma jibqax jeżisti, id-domiċilju tal-għażla tagħhom ma jibqax japplika u japplika d-domiċilju tal-oriġini.

Id-domiċilju ta’ mara miżżewġa ma għadux iddeterminat b’referenza għal dak ta’ żewġha: jiġi vvalutat b’mod indipendenti.

Il-kapaċità li jitwettqu obbligi partikolari (eż. li persuna tidħol f’kuntratt, li tagħmel testment, li tiżżewweġ) hija ddeterminata minn regoli speċifiċi għal dak il-qasam, u dawn huma diskussi fit-taqsimiet rilevanti.

3.4 Li tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, inkluża l-adozzjoni

Ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-kwistjonijiet ta’ protezzjoni tat-tfal ġeneralment jiġu ddeterminati mil-liġi ta’ Ġibiltà, soġġetti għal eċċezzjonijiet limitati bħal dawk (diskussi aktar ’il fuq) applikabbli għall-materji tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 u għal dawk il-materji li jaqgħu taħt ir-Regolament Brussell IIa. Ġeneralment, anki l-materji ta’ leġittimità u ta’ adozzjoni jiġu ddeterminati bil-liġi Ingliża, soġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet.

3.5 Iż-żwieġ, koppji mhux miżżewġin/li jikkoabitaw, sħubijiet, divorzju, separazzjoni ġudizzjarja, obbligi ta’ manteniment

Il-validità formali ta’ żwieġ ġeneralment tkun irregolata bil-liġi tal-post fejn jiġi ċċelebrat iż-żwieġ, soġġetta għal ċerti eċċezzjonijiet.

Il-kapaċità tal-persuni li jiżżewġu hija ġeneralment iddeterminata mid-domiċilju tal-persuna rilevanti fil-ħin immedjatament qabel iż-żwieġ. Din il-liġi tirregola kwistjonijiet bħal jekk il-partijiet tawx il-kunsens tagħhom, ir-rekwiżiti tal-età u liema persuni fi ħdan il-familja estiża ta’ persuna din ma tistax tiżżewweġ. Fil-każ speċjali tal-età, l-ebda żwieġ ma jkun validu jekk xi wieħed mill-parteċipanti kien taħt is-16-il sena f’dak iż-żmien, jekk ikun domiċiljat f’Ġibiltà. Madankollu, iż-żwieġ jista’ jiġi kkuntrattat jekk tiġi applikata liċenzja speċjali taż-żwieġ qabel l-avveniment.

Fi kwistjonijiet ta’ divorzju jew separazzjoni, ġeneralment tiġi applikata l-liġi ta’ Ġibiltà, soġġetta għal eċċezzjonijiet limitati.

Fir-rigward tal-obbligi ta’ manteniment, hija ġeneralment il-liġi ta’ Ġibiltà li tapplika, soġġetta għal ċerti eċċezzjonijiet.

3.6 Reġimi matrimonjali dwar il-proprjetà

Ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali ma huwiex kunċett ġeneralment magħruf fil-common law. Fi kwistjonijiet ta’ provvediment finanzjarju mad-divorzju, mas-separazzjoni jew mal-annullament jew fi kwistjonijiet ta’ manteniment, il-qrati ta’ Ġibiltà ġeneralment japplikaw il-liġi ta’ Ġibiltà jew il-ġurisprudenza tal-Ingilterra u Wales meta jkunu jistgħu jagħmlu dan, soġġett għal eċċezzjonijiet limitati.

3.7 Testmenti u s-suċċessjoni

F’każijiet ta’ suċċessjoni ab intestato (jiġifieri fejn ma jkunx hemm testment), il-liġi tad-domiċilju tat-testatur fiż-żmien tal-mewt tapplika għas-suċċessjoni għall-proprjetà mobbli; il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-proprjetà (lex situs) tapplika għas-suċċessjoni għall-proprjetà immobbli.

F’kawżi li jinvolvu testmenti (suċċessjoni testamentarja), il-kapaċità tat-testatur li jagħmel testment ta’ proprjetà mobbli tiġi ddeterminata mil-liġi tad-domiċilju tat-testaturi fid-data tat-testment. Legatarju jkollu l-kapaċità li jirċievi beni mobbli jekk ikollu l-kapaċità skont il-liġi tad-domiċilju tiegħu jew skont il-liġi tad-domiċilju tat-testatur. Ma hemm l-ebda awtorità speċifika dwar il-pożizzjoni rigward il-proprjetà immobbli, iżda l-lex situs ikun l-aktar eżitu probabbli, u probabbilment jiddetermina wkoll il-kapaċità ta’ legatarju li jieħu legat ta’ proprjetà immobbli.

Skont l-Att dwar it-Testmenti tal-2009 (Wills Act 2009), testment ikun formalment validu (eż. numru korrett ta’ xhieda) jekk ikun konformi ma’ xi waħda mil-liġijiet li ġejjin: il-liġi tal-post fejn ġie eżegwit it-testment (jiġifieri normalment fejn ikun ġie ffirmat fil-preżenza tax-xhieda) fil-mument li ġie eżegwit; il-liġi tad-domiċilju, tar-residenza abitwali jew tan-nazzjonalità tat-testatur fil-mument li fih ġie eżegwit it-testment; il-liġi tad-domiċilju, tar-residenza abitwali jew tan-nazzjonalità tat-testatur fil-mument tal-mewt. Testment ikun validu formalment ukoll sabiex jgħaddi proprjetà immobbli jekk ikun konformi mal-liġi interna tal-ġurisdizzjoni fejn tkun tinsab il-proprjetà (b’hekk tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-renvoi minkejja li dan jikkonċerna beni immobbli).

Testment tal-proprjetà mobbli jkun materjalment validu (eż. limitazzjonijiet fuq l-ammont li wieħed jista’ jħalli b’testment) jekk ikun konformi mal-liġi tad-domiċilju tat-testatur fil-ħin tal-mewt; testment ta’ proprjetà immobbli jkun materjalment validu jekk jikkonforma mal-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-proprjetà, jiġifieri tkun xi tkun is-sistema tal-liġi domestika li tapplika l-lex situs.

Testment huwa interpretat mil-liġi intiża mit-testatur, li hija preżunta li hija l-liġi tad-domiċilju tiegħu fid-data tat-testment. Din il-preżunzjoni hija regola prima facie li tista’ tiġi miċħuda permezz ta' evidenza li turi li t-testatur manifestament ikkontempla u xtaq li t-testment tiegħu jiġi interpretat skont sistema ta’ liġi oħra. B'rabta ma' proprjetà immobbli, jista’ jkun hemm limitazzjoni addizzjonali, li permezz tagħha, jekk l-interess li jirriżulta minn tali interpretazzjoni ma jkunx permess jew ma jkunx rikonoxxut mil-lex situs, tipprevali din l-aħħar liġi.

Il-validità ta’ allegata revoka ta’ testment tiġi ddeterminata skont il-liġi tad-domiċilju tat-testatur fiż-żmien tal-allegata revoka (ta’ min jinnota li skont il-liġi domestika ta’ Ġibiltà, jekk din tkun tapplika, żwieġ jirrevoka testment sakemm ma jintweriex li t-testment ikun sar espliċitament fil-kontemplazzjoni taż-żwieġ). Madankollu, meta jkun allegat li r-revoka nkisbet b’testment sussegwenti (bil-kuntrarju ta’, pereżempju, it-tħassir tat-testment), jekk dan it-tieni testment jirrevokax dak preċedenti jiġi ddeterminat mil-liġijiet applikabbli għall-validità formali tat-tieni testment. Jekk ma jkunx ċar jekk it-tieni testment jirrevokax dak preċedenti, il-kwistjoni tal-interpretazzjoni tiġi ddeterminata mil-liġi intiża mit-testatur, li tkun preżunta li hija l-liġi tad-domiċilju tiegħu fid-data tat-tieni testment.

3.8 Proprjetà reali

Il-kawżi tal-proprjetà jinqasmu fi proprjetà mobbli u immobbli; il-kwistjoni ta’ jekk proprjetà tkunx mobbli jew immobbli taqa’ taħt il-liġi tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà.

Fil-każ ta’ proprjetà immobbli, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà, u jkun japplika r-renvoi. Dan japplika għall-mistoqsijiet kollha dwar it-tranżazzjoni, inklużi l-kapaċità, il-formalitajiet u l-validità materjali. Ta’ min jinnota li ovvjament hemm distinzjoni bejn it-trasferiment ta’ art jew ta’ beni immobbli oħra, u l-kuntratt li jirregola d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet għal dak it-trasferiment – dan tal-aħħar huwa rregolat b’regoli distinti dwar il-liġi applikabbli (b’mod partikolari, skont ir-Regolament Ruma I).

Fil-każ ta’ kwistjonijiet proprjetarji (ta’ min jinnota, għall-kuntrarju ta’ dawk kuntrattwali) dwar it-trasferiment ta’ proprjetà mobbli tanġibbli, b’mod ġenerali l-liġi applikabbli tkun il-liġi tal-post fejn kienet tinsab il-proprjetà fiż-żmien li seħħ l-avveniment li allegatament affettwa t-titolu għaliha. Mhuwiex ċar jekk ir-renvoi japplikax f’din is-sitwazzjoni u l-effett globali tad-deċiżjonijiet tal-Prim’Istanza tal-qrati ta’ Ġibiltà jissuġġerixxi li mhuwiex il-każ. Titolu għall-proprjetà tanġibbli miksuba skont din ir-regola ġenerali jkun rikonoxxut bħala validu f’Ġibiltà jekk il-proprjetà mobbli mbagħad titneħħa mill-pajjiż fejn kienet tinstab fil-mument tal-akkwist tat-titolu, sakemm dak it-titolu ma jiġix spostat minn titolu ġdid miksub f’konformità mal-liġi tal-pajjiż li fih tkun ittieħdet il-proprjetà. Eċċezzjoni partikolari għar-regola ġenerali dwar proprjetà mobbli tanġibbli hija relatata ma’ meta l-proprjetà tanġibbli tkun fi tranżitu u s-situs tagħha ma jkunx magħruf mill-partijiet, jew ikun temporanju; trasferiment li jkun validu skont il-liġi applikabbli tat-trasferiment ikun effettiv f’Ġibiltà.

Fil-każ taċ-ċessjoni ta’ proprjetà mobbli intanġibbli, fejn ir-relazzjoni bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju tkun kuntrattwali (bħal fil-każ tal-biċċa l-kbira tad-djun) u l-kwistjoni tkun relatata biss mal-validità u mal-effett taċ-ċessjoni nnifisha, japplika r-Regolament Ruma I.

Ta’ min jinnota li huwa diffiċli li jinġabru fil-qosor ir-regoli dwar l-għażla tal-liġi fuq iċ-ċessjoni u t-trasferiment ta’ proprjetà intanġibbli u l-ebda regola unika dwar l-għażla tal-liġi ma tkoprihom, l-aktar minħabba li l-kategorija ta’ intanġibbli tkopri firxa wiesgħa ħafna ta’ drittijiet, li mhux ilkoll huma kuntrattwali fl-oriġini tagħhom. Huwa ssuġġerit li għandu jintalab parir ta’ speċjalist fil-każ ta’ proprjetà mobbli intanġibbli.

3.9 Insolvenza

Ir-Renju Unit, u b’estenzjoni Ġibiltà, huma parti għar-Regolament tal-Kunsill 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment, li jistabbilixxi r-regoli rilevanti fil-proċedimenti li jinvolvu l-iżvestiment sħiħ jew parzjali tad-debitur u l-ħatra ta’ likwidatur fejn l-interessi ewlenin tad-debitur ikunu fi Stat Membru tal-UE (minbarra d-Danimarka). Jekk il-qrati ta’ Ġibiltà jkollhom ġurisdizzjoni (li jkun il-każ jekk l-interessi prinċipali tad-debitur kienu ċċentrati f’Ġibiltà, li hija preżunta li tkun il-post tal-uffiċċju rreġistrat), tiġi applikata l-liġi ta’ Ġibiltà.

F’kawżi li jaqgħu barra mir-Regolament Nru 1346/2000, il-liġi ta’ Ġibiltà tiġi applikata fejn il-qrati ta’ Ġibiltà ikollhom ġurisdizzjoni (li jkun il-każ jekk il-kumpannija tkun irreġistrata f’Ġibiltà jew jekk ikun hemm persuni f’Ġibiltà li jibbenefikaw mill-istralċ u ma jkunx hemm raġunijiet tajba biex tiġi rrifjutata l-ġurisdizzjoni).

L-aħħar aġġornament: 08/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.