Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)

Awstrija

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Awstrija

Brussels I recast


*input mandatarju

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

1.) Kif tista' tiġi deskritta 'notifika lil partijiet terzi' (TPN - third-party notice) b'mod ġenerali:

'Notifika lil partijiet terzi' hija notifika formali dwar kawża pendenti jew li tkun għaddejja li titressaq minn waħda mill-partijiet fil-proċeduri lil parti terza li sa dak il-punt tkun għadha mhux involuta f'tali proċeduri. In-notifika tista' tinkludi rikjesta għal intervent fil-kawża. Il-parti notifikanti tissottometti lill-qorti dokument bil-miktub korrispondenti, li jiġi nnotifikat formalment lill-parti terza mill-qorti. Il-parti terzi mhijiex obbligata tintervjeni b'riżultat tan-notifika lil partijiet terzi, iżda hija legalment libera li tiddeċiedi jekk tiħux sehem fil-proċeduri u, jekk iva, f'isem liema parti. Parti terza li tidħol fil-proċeduri ma ssirx parti fit-tilwima, iżda tkun biss intervenjent, liema dikjarazzjonijiet u azzjonijiet ma jridux ikunu f'konflitt ma' dawk tal-parti prinċipali. Intervenjent ma jista' jintalab iħallas ebda spejjeż. Madankollu, jekk il-parti prinċipali tirbaħ il-kawża, l-intervenjent ikun intitolat li jiġi rimborsat għall-ispejjeż mill-parti opposta.

Kwalunkwe persuna li tingħata l-opportunità, permezz ta' notifika lil partijiet terzi, li tinfluwenza l-andament tal-proċeduri bħala intervenjent, tista', anke jekk ma tkunx intervjeniet fil-proċeduri, tibbaża t-talbiet għad-danni fuq raġunijiet ta' litigazzjoni fjakka unikament fuq proċeduri ġudizzjarji qabel l-intervent tagħha jew fuq kwistjonijiet sostantivi li, anke bħala intervenjent, ma setgħetx tipprevjeni jew, jekk ma intervjenietx, ma setgħux jiġu prevenuti. Billi jappoġġja l-parti li fir-rigward tagħha jsir l-intervent, l-intervenjent jista' jikkontribwixxi għas-suċċess tal-kawża ta' dik il-parti u b'hekk jevita proċeduri ta' rikors kontrih, jew għall-inqas itejjeb il-pożizzjoni tiegħu f'tali kawża.

2.) X'inhuma l-effetti ewlenin tas-sentenzi fuq il-persuni li tingħatalhom TPN:

In-notifika lil partijiet terzi tippreżupponi li waħda mill-partijiet f'kawża li tkun għaddejja jkollha raġuni biex temmen li jista' jkollha eżitu negattiv, iżda jkollha wkoll raġuni biex temmen li jekk dan l-eżitu jkun negattiv tkun tista' tagħmel rikors kontra l-parti terza. Għaldaqstant, il-parti li toħroġ in-notifika lil partijiet terzi jkollha interess li jew ma titlifx il-kawża inizjali (u hawnhekk l-intervenjent jista' jkun f'pożizzjoni li jgħin) jew, jekk titlef din il-kawża, tirkupra t-telf billi tirbaħ il-proċeduri sussegwenti kontra l-parti terza.

Fl-istess waqt, il-parti notifikanti, meta toħroġ TPN, tipprevjeni lill-parti terza nnotifikata milli tkun tista', fi proċeduri sussegwenti, tagħmel ċertu rikorsi għal danni kontriha abbażi ta' litigazzjoni fjakka: Parti terza li tkun ingħatatilha TPN u għalhekk li tingħatalha l-opportunità li tinfluwenza l-eżitu ta' kawża tista' tibbaża t-talba għad-danni fuq litigazzjoni fjakka unikament fuq proċeduri ġudizzjarji qabel l-intervent tagħha jew fuq kwistjonijiet sostantivi li, anke bħala intervenjent, ma setgħetx tipprevjeni jew ma setgħux jiġu prevenuti. L-intervenjent jista' jressaq motivi u jissottometti dokumenti proċedurali, sakemm ma jagħmel xejn li jikkontradixxi l-parti prinċipali. F'każ ta' kawża sussegwenti bejn il-parti prinċipali u l-intervenjent, l-effetti tas-sentenza finali fil-proċeduri inizjali għandhom jestendu għall-intervenjent jew għal dawk li minkejja li ġew mistiedna jagħmlu dan, ma intervjenewx fil-proċeduri, sal-limitu li dawn il-persuni bħala partijiet f'kawża sussegwenti ma jkunux jistgħu jressqu motivi li jkunu f'konflitt mal-elementi ewlenin tas-sentenza fil-kawża inizjali.

3.) TPN ma għandha ebda effett vinkolanti fuq id-deċiżjoni dwar punti tal-liġi fil-kawża prinċipali.

4.) L-eżitu tal-kawża prinċipali mhuwiex vinkolanti jekk l-intervenjent ma jkunx tħalla jressaq motivi jew minħabba l-istat tal-kawża fil-ħin tal-intervent jew minħabba d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-parti prinċipali (pereżempju, minħabba li dik il-parti ma kkontendietx ċerti fatti jew allegazzjonijiet).

5.) Kif intqal diġà, l-effetti tan-notifika lil partijiet terzi japplikaw irrispettivament minn jekk il-parti terza tinvolvix ruħha jew le fil-kawża (ewlenija) bħala intervenjent.

6.) In-notifika lil partijiet terzi ma għandha ebda effett fuq ir-relazzjoni bejn il-parti terza u l-avversarju tal-parti li toħroġ in-notifika lil partijiet terzi, sakemm il-parti terza ma tintervjenix biex tappoġġja lill-avversarju.

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

F'dan ir-rigward, issir referenza għall-informazzjoni relatata pprovduta mill-Awstrija fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, ‘Bringing an action before a court’ (Tiftaħ kawża l-qorti), ‘Enforcement of court decisions’ (Infurzar tas-sentenzi tal-qorti)’, ‘Enforcement proceedings’ (Proċeduri ta' infurzar) fil-URL segwenti.

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

- fl-Awstrija, il-qorti distrettwali "Bezirksgericht", fejn il-proċeduri ta' infurzar ikunu pendenti. Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal deċiżjoni li ma hemm ebda bażi għal nonrikonoxximent (l-Artikolu 26(2)), u fil-każ ta' applikazzjonijiet għal rifjut ta' rikonoxximent (l-Artikolu 45), il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali fiż-żona fejn il-parti vinkolata bis-sentenza tkun irreġistrata jew stabbilita.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

- fl-Awstrija, il-qorti reġjonali ta' livell ogħla (Landesgericht), permezz tal-qorti distrettwali (Bezirksgericht), fejn il-proċeduri ta' infurzar ikunu pendenti.

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

- fl-Awstrija, il-qorti suprema (Oberste Gerichtshof) permezz tal-qorti distrettwali (Bezirksgericht), fejn il-proċeduri ta' infurzar ikunu pendenti.

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Il-Ġermaniż huwa l-unika lingwa aċċettata.

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

- fl-Awstrija: § 99 tal-Liġi dwar il-Ġurisdizzjoni tal-Qorti (Jurisdiktionsnorm).

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

- fl-Awstrija: § 21 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung).

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

  • il-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Soluzzjonijiet u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-6 ta’ Ġunju 1959;
  • il-Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Awstrija dwar l-Assistenza Legali f’Materji u Dokumenti Ċivili, iffirmat f’Sofija fl-20 ta’ Ottubru 1967;
  • il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Sentenzi ta’ Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-16 ta’ Ġunju 1959,
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Awstrija li tipprovdi għar-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fl-14 ta’ Lulju 1961, bi Protokoll ta’ emenda ffirmat f’Londra fis-6 ta’ Marzu 1970;
  • il-Konvenzjoni bejn in-Netherlands u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'The Hague fis-6 ta’ Frar 1963,
  • il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fil-15 ta’ Lulju 1966,
  • il-Konvenzjoni bejn il-Lussemburgu u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fil-Lussemburgu fid-29 ta’ Lulju 1971,
  • il-Konvenzjoni bejn l-Italja u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, ta’ Soluzzjonijiet Ġudizzjarji u ta’ Strumenti Awtentiċi, iffirmata f’Ruma fis-16 ta’ Novembru 1971,
  • il-Konvenzjoni bejn l-Awstrija u l-Iżvezja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili, iffirmata fi Stokkolma fis-16 ta' Settembru 1982,
  • il-Konvenzjoni bejn l-Awstrija u Spanja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Għotjiet u Strumenti Awtentiċi Eżegwibbli f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fis-17 ta’ Frar 1984,
  • il-Konvenzjoni bejn il-Finlandja u l-Awstrija dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili, iffirmata fi Vjenna fis-17 ta’ Novembru 1986;
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Federali Popolari tal-Jugoslavja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Reċiproka, iffirmat fi Vjenna fis-16 ta’ Diċembru 1954;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari tal-Polonja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar Relazzjonijiet Reċiproċi f’Materji ta’ Liġi Ċivili u Dokumenti, iffirmata fi Vjenna fil-11 ta’ Diċembru 1963;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika tal-Awstrija dwar l-Assistenza Legali fil-Liġi Ċivili u tal-Familja u dwar il-Validità u Notifika tad-Dokumenti u l-Protokoll anness magħha, iffirmata fi Vjenna fis-17 ta’ Novembru 1965.
L-aħħar aġġornament: 01/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.