- L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament
- L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni
- L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)
- L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)
- L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50
- L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti
- L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament
- L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament
- L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament
L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni
L-eżekuzzjoni diretta skont ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 hija rregolata mill-Artikolu 622a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili:
“L-Artikolu (ġdid) 622a (il-Gazzetta tal-Istat Nru 50/2015)
(1) Sentenza li tingħata fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea għandha tkun eżegwibbli mingħajr il-ħtieġa ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni.
(2) Il-marixxall tal-qorti għandu jwettaq l-eżekuzzjoni, fuq it-talba tal-parti kkonċernata, abbażi ta’ kopja tas-sentenza minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, awtentikata mill-qorti li tkun ħarġitha, u ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012.
(3) Meta l-marixxall tal-qorti jistabbilixxi li l-miżura jew l-ordni ma tistax tiġi eżegwita skont il-kundizzjonijiet u f’konformità ma’ dan il-Kodiċi, għandu jordna eżekuzzjoni sostitutiva.
(4) Sentenza li tingħata fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li tordna miżura proviżorja, inkluża miżura ta’ prekawzjoni, għandha tkun eżegwibbli f’konformità mal-paragrafi 1 u 2. Meta l-miżura tkun ġiet ordnata mingħajr ma l-konvenut ikun ġie mħarrek biex jidher, għandha tiġi ppreżentata prova tan-notifika tas-sentenza.
(5) Meta jwettaq eżekuzzjoni, il-marixxall tal-qorti għandu jinnotifika kopja taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2, u jistieden lid-debitur biex jikkonforma b’mod volontarju. Flimkien maċ-ċertifikat għandu jkun hemm kopja tas-sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jekk din ma tkunx ġiet innotifikata lid-debitur.
(6) Fi żmien xahar min-notifika, id-debitur jista’ jippreżenta rikors għaċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni. Meta jkun hemm bżonn ta’ traduzzjoni tas-sentenza, it-terminu għandu jiġi sospiż sakemm din tiġi pprovduta lid-debitur.
(7) Kwalunkwe waħda mill-partijiet tista’ tappella kontra l-adattament tal-miżura jew tal-ordni msemmija fl-Artikolu 436.”
Għal materji relatati mal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni mhux irregolata mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012, japplikaw ir-regoli ġenerali tal-Parti Ħamsa “Proċedura ta’ Eżekuzzjoni” tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)
Ir-rikors skont l-Artikolu 36(2) jew skont l-Artikolu 45(4) jiġi ppreżentat quddiem il-qorti provinċjali b’ġurisdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew irreġistrat tal-parti opposta jew, jekk il-parti ma jkollha l-ebda indirizz permanenti jew irreġistrat fil-Bulgarija, fuq l-indirizz permanenti jew irreġistrat tal-parti kkonċernata. Jekk il-parti kkonċernata ma jkollhiex lanqas indirizz permanenti jew indirizz irreġistrat fil-Bulgarija, ir-rikors għandu jsir quddiem il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija (L-Artikolu 622 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Ir-rikors skont l-Artikolu 47(1) irid jiġi ppreżentat lill-qorti provinċjali b’ġurisdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew l-indirizz irreġistrat tad-debitur, jew fuq il-post ta’ eżekuzzjoni (L-Artikolu 622b tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)
- fil-Bulgarija, il-Qorti tal-Appell ta’ Sofija (“Софийски апелативен съд”). Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat permezz tal-qorti provinċjali li tkun ħarġet id-deċiżjoni li tiċħad l-eżekuzzjoni jew id-deċiżjoni li tikkonstata li ma hemm l-ebda raġuni għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent.
L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50
Appelli ulterjuri kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell ta’ Sofija għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni (L-Artikolu 623(6) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament
Il-qrati tal-Bulgarija u awtoritajiet oħra jkollhom ġurisdizzjoni internazzjonali meta r-rikorrent jew l-attur ikun ċittadin Bulgaru jew persuna ġuridika rreġistrata fir-Repubblika tal-Bulgarija (l-Artikolu 4(1)(2) tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat).
L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament
- il-Konvenzjoni bejn il-Bulgarija u l-Belġju dwar ċerti Materji Ġudizzjarji, iffirmata f’Sofija fit-2 ta’ Lulju 1930,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Popolari Federali tal-Jugoslavja dwar l-Assistenza Legali Reċiproka, iffirmar f’Sofija fit-23 ta’ Marzu 1956, li għadu fis-seħħ bejn il-Bulgarija, is-Slovenja u l-Kroazja,
- it-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Poplu tar-Rumanija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali, iffirmat f’Sofija fit-3 ta’ Diċembru 1958,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali, iffirmat f’Varsavja fl-4 ta’ Diċembru 1961,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali, iffirmat f’Sofija fis-16 ta’ Mejju 1966,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Ellenika dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Ateni fl-10 ta’ April 1976,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja dwar l-Assistenza Legali u r-Regolamentazzjoni tar-Relazzjonijiet f’Materji Ċivili, Familjali u Kriminali, iffirmat f’Sofija fil-25 ta’ Novembru 1976,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Nikosija fid-29 ta’ April 1983,
- il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża dwar Assistenza Legali Reċiproka f’Materji Ċivili, iffirmat f’Sofija fit-18 ta’ Jannar 1989,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Taljana dwar l-Assistenza Legali u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili, iffirmat f’Ruma fit-18 ta’ Mejju 1990,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Renju ta’ Spanja dwar Assistenza Legali Reċiproka f’Materji Ċivili, iffirmat f’Sofija fit-23 ta’ Mejju 1993,
- il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Awstrija dwar l-Assistenza Legali f’Dokumenti u Materji Ċivili, iffirmat f’Sofija fl-20 ta’ Ottubru 1967.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.