- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament
- L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)
- L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)
- L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50
- L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti
- L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament
- L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament
- L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament
(1) Kif tista’ notifika lil partijiet terzi (TPN - third-party notice) tiġi deskritta b’mod ġenerali?
Skont il-liġi proċedurali tal-Estonja, huwa possibbli li parti terza tieħu sehem fil-proċedimenti b’talba indipendenti jew mingħajrha. Meta tilwima fil-qorti tiġi solvuta mhux affavur ta’ parti partikolari fil-proċedimenti, dik il-parti tista’ tressaq kawża kontra parti terza biex tilliberaha minn obbligu li jirriżulta minn ksur allegat ta’ kuntratt, obbligu ta’ kumpens għad-danni jew obbligu ta’ rimedju jew, jekk ikollha raġuni għaliex temmen li parti terza se tressaq kawża kontriha, tista’, sakemm jiġu konklużi l-proċedimenti preliminari jew sal-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni għar-rikorsi fi proċedura bil-miktub, tressaq rikors lill-qorti li tkun qed tmexxi l-proċedimenti biex iżżid parti terza fil-proċedimenti. Ladarba l-proċedimenti preliminari jiġu konklużi, rikors biex tiġi involuta parti terza fil-proċedimenti jista’ jsir biss bil-kunsens tal-partijiet l-oħra fil-proċedimenti jew tal-qorti. Il-qorti taqbel mal-involviment tal-parti terza wara li jiġu konklużi l-proċedimenti preliminari biss jekk ikun hemm raġuni valida għaliex ir-rikors ma jkunx ġie ppreżentat fit-termini stabbiliti u jekk, fl-opinjoni tal-qorti, l-involviment tal-parti terza jkun strumentali għas-soluzzjoni tal-kawża. Il-qorti tinnotifika lil partijiet terzi, tgħarraf lill-parti l-oħra bin-notifika u tistabbilixxi skadenza sabiex dawn jieħdu pożizzjoni. Jekk in-notifika tissodisfa r-rekwiżiti legali u l-parti tiġġustifika l-ħtieġa li tiżdied parti terza, il-qorti tordna lill-parti terza biex tiżdied fil-proċedimenti. Parti terza li ma tressaqx talba indipendenti tkun parti fil-proċedimenti skont il-liġi proċedurali tal-Estonja jekk ma tkunx waħda mill-partijiet l-oħra fil-proċedimenti (rikorrent jew konvenut). Jekk jirriżulta li l-parti terza tkun ġiet miżjuda jew tkun intervjeniet fil-proċedimenti mingħajr ġustifikazzjoni, il-qorti tista’ tordna li tiġi eskluża mill-proċedimenti. Parti terza li ma tressaqx talba indipendenti li tkun ġiet miżjuda jew li tintervjeni fil-proċedimenti affavur tar-rikorrent jew tal-konvenut preżumibbilment għandha tappoġġa l-pożizzjoni tal-parti rilevanti fil-proċedimenti, jiġifieri tressaq argumentazzjonijiet li jappoġġaw lil dik il-parti u jkollha interess li t-talba ta’ dik il-parti tintlaqa’. Parti terza li ma tressaqx argument awtonomu tista’ tieħu l-passi proċedurali kollha għajr dawk li jistgħu jittieħdu biss mir-rikorrent jew mill-konvenut waħedhom; dan jinkludi l-appell mid-deċiżjonijiet meħuda fil-kawża. Rikors, ilment jew att proċedurali minn parti terza jkollu effett legali fuq il-proċedimenti fil-każijiet biss li fihom dan ma jkunx f’kunflitt mar-rikors, mal-ilment jew mal-att tar-rikorrent jew tal-konvenut li l-parti terza tkun qed tipparteċipa fil-proċedimenti magħha. Meta jitressaq ilment jew jittieħed kwalunkwe pass proċedurali ieħor, tapplika l-istess skadenza għall-parti terza bħal dik tar-rikorrent jew tal-konvenut fuq in-naħa ta’ liema tkun qed tipparteċipa fil-proċedimenti, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor.
(2) X’inhuma l-effetti prinċipali tas-sentenzi fuq il-persuni li jkunu ngħataw TPN?
Jekk parti tippreżenta rikors biex persuna tiżdied bħala parti terza, iżda l-qorti ma żżidx il-persuna fil-proċedimenti jew il-persuna tkun eskluża mill-proċedimenti terzi, dik il-persuna ma tkunx legalment vinkolata bid-deċiżjoni fil-proċedimenti prinċipali.
Jekk parti tressaq rikors biex tiżdied persuna bħala parti terza u dik il-persuna tiżdied fil-proċedimenti bħala parti terza, il-parti terza, fir-rigward tar-rikorrent jew tal-konvenut li affavur tiegħu tkun intervjeniet fil-proċedimenti jew tkun ingħaqdet fil-proċedimenti, ma tistax, fi proċedimenti sussegwenti għall-proċedimenti prinċipali, tiddependi fuq il-fatt li r-riżoluzzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda fil-proċedimenti kienet waħda żbaljata jew li ċ-ċirkostanzi ġew stabbiliti b’mod żbaljat. Jekk parti fil-proċedimenti tibda proċedimenti kontra parti terza li ma tressaqx argument awtonomu u tiddependi fuq proċedimenti preċedenti, il-parti terza tista’ wkoll tqajjem oġġezzjoni li tkun qajmet fil-proċedimenti bħala parti terza u li tikkontradiċi d-dikjarazzjonijiet tal-parti. Parti terza tista’ wkoll tqajjem oġġezzjoni li hija ma setgħetx tressaq rikors, oġġezzjoni, evidenza jew ilment għaliex intervjeniet jew ingħaqdet fil-proċedura meta kien tard wisq jew ma setgħetx tressaqhom minħabba dikjarazzjonijiet jew azzjonijiet mir-rikorrent jew mill-konvenut li fil-proċedimenti pparteċipat magħhom. Tista’ wkoll toġġezzjona li r-rikorrent jew il-konvenut, bla ma l-parti terza kienet taf, naqas milli jippreżenta rikors, oġġezzjoni, evidenza jew ilment deliberatament jew minħabba negliġenza gravi.
(3) Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward tal-valutazzjoni legali fil-proċedimenti prinċipali?
Jekk parti tkun ippreżentat rikors biex persuna tiżdied bħala parti terza, iżda l-qorti ma tkunx żiedet il-persuna fil-proċedimenti jew il-persuna tkun ġiet eskluża mill-proċedimenti terzi, id-deċiżjoni fil-proċedimenti prinċipali ma tkunx legalment vinkolanti, inkluż fir-rigward tal-valutazzjoni legali.
(4) Jeżisti effett vinkolanti fir-rigward tal-fatti stabbiliti li l-persuna terza ma setgħetx tikkontesta fil-proċedimenti prinċipali, pereż. minħabba li ma ġewx ikkontestati mill-partijiet?
Iċ-ċirkostanzi stabbiliti mill-qorti mhumiex legalment vinkolanti fuq il-parti terza jekk il-parti terza ma setgħetx tikkontestahom għaliex il-partijiet l-oħra ma kkontestawhomx jew jekk il-parti li affavur tagħha tkun ingħaqdet il-parti terza fil-proċedimenti ma qablitx maċ-ċirkostanzi kkontestati mill-parti terza.
(5) It-TPN tipproduċi l-effetti tagħha irrispettivament minn jekk il-parti terza ngħaqdet mal-proċedimenti prinċipali jew le?
Skont il-liġi proċedurali tal-Estonja, huwa possibbli li parti terza tiżdied fil-proċedimenti u li parti terza tintervjeni fil-proċedimenti b’rikors tagħha stess. Il-qorti tiddeċiedi b’ordni jekk tħallix li l-parti terza tiżdied fil-proċedimenti jew li tintervjeni fil-proċedimenti. Parti jew parti terza tista’ tappella minn ordni li biha l-qorti tħalli jew tirrifjuta li tħalli parti terza tintervjeni fil-proċedimenti, jew li żżid jew tirrifjuta li żżid parti terza fil-proċedimenti jew tneħħi parti terza mill-proċedimenti. Id-deċiżjonijiet tal-qorti distrettwali kontra d-deċiżjonijiet tal-qorti tal-kontea ma jistgħux jiġu appellati quddiem il-Qorti Suprema.
(6) It-TPN taffettwa r-relazzjoni bejn il-parti terza u l-parti avversarja tal-parti notifikanti?
Jekk parti tagħmel rikors biex iżżid parti terza fil-proċedimenti, iżda jekk il-qorti ma żżidx dik il-parti terza fil-proċedimenti, dan ma jkollu l-ebda impatt fuq ir-relazzjonijiet bejn il-parti li tagħmel rikors u l-parti avversarja tagħha.
Jekk parti tagħmel rikors biex persuna tiżdied bħala parti terza u dik il-persuna tiżdied fil-proċedimenti bħala parti terza, il-parti terza ma tistax, fir-rigward tar-rikorrent jew il-konvenut li tkun intervjeniet jew tkun ġiet miżjuda affavurihom fil-proċedimenti, tiddependi fil-proċedimenti sussegwenti għall-proċedimenti prinċipali fuq il-fatt li s-soluzzjoni dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet fil-proċedimenti kienet waħda skorretta jew li ċ-ċirkostanzi kienu ġew stabbiliti b’mod skorrett.
Iż-żieda ta’ parti terza li ma tressaqx argumenti awtonomi u l-konsegwenzi ta’ dan huma rregolati mill-Artikoli 214 u 216 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)
Il-qrati tal-kontea.
L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)
Il-qrati distrettwali permezz tal-qorti tal-kontea li d-deċiżjoni tagħhom tkun qed tiġi kkontestata permezz tal-appell.
L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50
Il-Qorti Suprema.
L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti
L-Ingliż.
L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament
L-Artikolu 86 (ġurisdizzjoni fil-post tal-proprjetà) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, sa fejn it-talba ma tkunx relatata ma’ dik il-proprjetà tal-persuna. L-Artikolu 100 (talba għal terminazzjoni tal-applikazzjoni tat-termini standard) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, sa fejn il-kawża għandha titressaq quddiem il-qorti li t-terminu standard ikun ġie applikat fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha.
L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament
L-Artikoli 212-216 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament
- Il-Ftehim dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali bejn ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja, iffirmat f’Tallinn fil-11 ta’ Novembru 1992.
- Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f’Tallinn fis-27 ta’ Novembru 1998.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.