- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament
- L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni
- L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)
- L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)
- L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50
- L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti
- L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament
- L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament
- L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament
Ma japplikax
L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni
Ara “Proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti”.
L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)
għal rikorsi għal rifjut ta’ eżekuzzjoni, l-imħallef tal-eżekuzzjoni tal-Qorti Kkombinata (Tribunal judicaire), peress li dan ir-rikors jista’ jsir biss fil-kuntest ta’ kontestazzjoni ta’ miżura ta’ eżekuzzjoni.
għal rikorsi għal deċiżjoni li ma hemmx raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent skont l-Artikolu 36(2), u rikorsi għal rifjut ta’ rikonoxximent (l-Artikolu 45), il-Qorti Kkombinata jekk din tkun il-kwistjoni prinċipali.
L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)
- fi Franza, il-Qorti tal-Appell (Cour d’appel). Il-qorti tal-appell b’ġuriżdizzjoni territorjali tiddependi fuq il-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni fl-ewwel istanza.
L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50
- fi Franza, il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation).
L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti
Ma japplikax
L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament
- fi Franza, l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili
L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament
Ma japplikax
L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament
- il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u Franza dwar il-Ġuriżdizzjoni u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Deċiżjonijiet Arbitrali u Strumenti Awtentiċi, iffirmata f’Pariġi fit-8 ta’ Lulju 1899,
- il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża dwar l-Assistenza Legali Reċiproka f’Materji Ċivili, iffirmat f’Sofija fit-18 ta’ Jannar 1989,
- it-Trattat bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka dwar l-Assistenza Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili, tal-Familja u Kummerċjali, iffirmat f’Pariġi fl-10 ta’ Mejju 1984,
- il-Konvenzjoni bejn Franza u Spanja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Deċiżjonijiet Arbitrali u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Pariġi fit-28 ta’ Mejju 1969,
- il-Ftehim tal-25 ta’ Frar 1974, fil-forma ta’ noti ta’ skambju li jinterpretaw l-Artikoli 2 u 17 tal-Konvenzjoni bejn Franza u Spanja dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi, Deċiżjonijiet Arbitrali u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmat f’Pariġi fit-28 ta’ Mejju 1969,
- il-Konvenzjoni bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata f’Pariġi fit-18 ta’ Mejju 1971,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija u r-Repubblika Franċiża dwar l-Assistenza Legali fil-Liġi Ċivili u tal-Familja, dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u l-Assistenza Legali f’Materji Kriminali u dwar l-Estradizzjoni, iffirmata f’Budapest fil-31 ta’ Lulju 1980,
- il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Italja dwar l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Ruma fit-3 ta’ Ġunju 1930,
- il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi u Strumenti Awtentiċi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Vjenna fil-15 ta’ Lulju 1966,
- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Franċiża dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Pariġi fil-5 ta’ Novembru 1974.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.