- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament
- L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni
- L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)
- L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)
- L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50
- L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti
- L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament
- L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament
- L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament
Mhux applikabbli
L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni
Jekk jogħġbok mur fi Proċeduri għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza
L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
-fis-Slovakkja: il-qorti distrettwali (“Okresný súd”)
L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
-fis-Slovakkja: il-qorti reġjonali permezz tal-qorti distrettwali li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata.
L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
-fis-Slovakkja: appell ulterjuri (“dovolanie”) quddiem il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka (“Najvyšší súd Slovenskej republiky”). L-appelli ulterjuri jridu jiġu ppreżentati permezz tal-qorti distrettwali (“Okresný súd”) li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata.
L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
-fis-Slovakkja: Iċ-Ċek
L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
-fis-Slovakkja: L-Artikoli 37 sa 37e tal-Att Nru 97/1963 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u r-Regoli ta’ Proċedura relatati miegħu.
L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament
Mhux applikabbli
L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament
- Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u r-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka dwar l-Assistenza Legali u s-Soluzzjoni tar-Relazzjonijiet f’Materji Ċivili, Familjari u Kriminali, iffirmat f’Sofia fil-25 ta’ Novembru 1976
- It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika ta’ Ċipru dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Nikosija fit-23 ta’ April 1982
- It-Trattat bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka dwar l-Għajnuna Legali pprovduta minn Korpi Ġudizzjarji u dwar is-Soluzzjonijiet ta’ Ċerti Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat fi Praga fid-29 ta’ Ottubru 1992
- It-Trattat bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza dwar l-Għajnuna Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili, Familjari u Kummerċjali, iffirmat f’Pariġi fl-10 ta’ Mejju 1984
- It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Ellenika dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Ateni fit-22 ta’ Ottubru 1980
- It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja dwar ir-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f’Belgrad fl-20 ta’ Jannar 1964
- It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija dwar l-Għajnuna Legali u s-Soluzzjoni tar-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjari u Kriminali, iffirmat fi Bratislava fit-28 ta’ Marzu 1989
- It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u r-Regolamentazzjoni tar-Relazzjonijiet Legali f’Materji Ċivili, Familjari, Industrijali u Kriminali, iffirmat f’Varsavja fil-21 ta’ Diċembru 1987
- It-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Poplu tar-Rumanija u r-Repubblika Ċekoslovakka dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, Familjari u Kriminali, iffirmat fi Praga fil-25 ta’ Ottubru 1958
- It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Renju ta’ Spanja dwar l-Għajnuna Legali, ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet tal-Qorti f’Materji Ċivili, iffirmat f’Madrid fl-4 ta’ Mejju 1987
- It-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Taljana dwar l-Għajnuna Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat fi Praga fis-6 ta’ Diċembru 1985.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.