Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

Malta

Indholdet er leveret af
Malta

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) hija l-awtorita’ kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni u toħroġ iċ-ċertifikat f’konformita’ ma’ l-Artikolu 5. Ara l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: http://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

L-indirizz ta’ din il-Qorti huwa: Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtorita’ li quddiemha għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżuri hija l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). Ara l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: http://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

L-indirizz ta’ din il-Qorti huwa: Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

L-awtorita’ li hi kompetenti sabiex tagħmel l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformita’ ma’ l-Artikolu 11(1) hija Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). It-talba trid issir b’rikors lil din il-Qorti, li jrid jiġi ppreżentat fir-Reġistru ta’ l-istess Qorti . L-indirizz huwa: Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420. Għal dan ir-rikors għandhom japplikaw ir-regolu proċedurali tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta: http://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=12

Ara wkoll il-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: http://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

L-awtorita’ li liha jsirilha rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u fejn applikabbli, tal-esekuzzjoni hija l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420. Ara l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: http://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Meta xi dokument, ċertifikat jew deċiżjoni msemmijin f’dan ir-Regolament ikun sar b’xi lingwa minbarra l-Malti, għandha ssir traduzzjoni għall-Malti jew għall-Ingliż ta’ dak id- dokument, ċertifikat jew deċiżjoni skont l-Artikolu 16 tar-Regolament.

L-aħħar aġġornament: 09/07/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.