Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2022.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

Ġibiltà

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġibiltà

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

F’Ġibiltà

Miżuri ta’ protezzjoni maħruġa (jiġifieri dawk ir-rikorsi ordnati fir-Renju Unit li jridu jiġu rikonoxxuti u eżegwiti fi Stati Membri oħra tal-UE)

Kwalunkwe rikorrent għal (jew benefiċjarju ta’) miżura ta’ protezzjoni domestika fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ikun jista’ japplika għal ċertifikat ta’ miżura ta’ protezzjoni taħt din l-iskema biex jestendi dik il-protezzjoni għal Stat Membru ieħor tal-UE mill-qorti li tkun ħarġitha.

F’Ġibiltà, iċ-ċertifikat tal-UE se jkun disponibbli mill-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà (Supreme Court of Gibraltar), il-leġiżlazzjoni applikabbli hija; ir-Regolamenti tal-2015 dwar ir-Rikonoxximent tal-Miżuri ta’ Protezzjoni (Recognition of Protection Measures Regulations 2015) u r-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules) japplikaw kemm għall-proċedimenti ċivili kif ukoll għal dawk tal-familja. Fejn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà (Supreme Court of Gibraltar) għandha toħroġ lill-persuna protetta ċ-ċertifikat preskritt fil-format komuni tal-UE u għandha tinnotifika lill-“persuna li tkun qed tikkawża r-riskju”.

Jekk tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet huma ssodisfati, il-qorti toħroġ ċertifikat fil-forma preskritta (komuni fl-UE kollha). Dan jingħata lill-persuna protetta/lir-rikorrent protett. Il-persuna protetta tista’ titlob ukoll li l-qorti tipprovdilha ċertifikat tradott.

Il-qorti tinnotifika lill-“persuna li tkun qed tikkawża r-riskju” li ċ-ċertifikat ikun inħareġ (u li japplika fl-UE kollha). Ma jistax isir appell kontra l-ħruġ ta' ċertifikat, għalkemm jista’ jsir rikors għar-rettifika jew għall-irtirar tiegħu.

Iċ-ċertifikat ifisser li l-persuna protetta awtomatikament ikollha l-miżura ta’ protezzjoni rikonoxxuta u jekk ikun meħtieġ eżegwibbli fi kwalunkwe Stat Membru ieħor (minbarra d-Danimarka, li mhijiex marbuta bir-Regolament).

Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni li tkun ġejja minn Stat Membru ieħor (fir-Renju Unit minn Stat Membru ieħor)

Miżura ta’ protezzjoni maħruġa fi Stat Membru ieħor tiġi awtomatikament rikonoxxuta mingħajr il-ħtieġa ta’ proċedura speċjali, u hija eżegwibbli mingħajr dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà. M’hemmx bżonn li din tiġi ppreżentata lill-qorti għar-rikonoxximent.

F’Ġibiltà, ordni ta’ protezzjoni tal-UE għandha l-istess forza u effett bħal waħda tal-Qorti Suprema (Supreme Court); hija rikonoxxuta b’mod awtomatiku u eżegwibbli direttament. Meta jsir rikors lill-Qorti Suprema (Supreme Court) għal tibdil f’ordni ta’ protezzjoni tal-UE, il-Qorti Suprema (Supreme Court) tista’ taġġusta l-miżura kif meħtieġ u tinforma lill-“persuna li tkun qed tikkawża r-riskju” dwar dan it-tibdil.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

F’Ġibiltà

  • Il-Qorti Suprema (Supreme Court)

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

F’Ġibiltà

  • Il-Qorti Suprema (Supreme Court)

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

F’Ġibiltà

  • Il-Qorti Suprema (Supreme Court)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

F’Ġibiltà

  • Il-Qorti Suprema (Supreme Court)
L-aħħar aġġornament: 14/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.