Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2022.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

Skozja

Il-kontenut ipprovdut minn
Skozja

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Renju Unit

Skozja

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Miżuri ta' Protezzjoni Ewropej f'materji ċivili


*input mandatarju

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Fl-Iskozja

Miżuri ta’ protezzjoni maħruġa (jiġifieri dawk ir-rikorsi li r-Renju Unit jordna li għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwiti fi Stati Membri oħra tal-UE)

Kwalunkwe rikorrent għal (jew destinatarju ta’) miżura ta’ protezzjoni domestika fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ikun jista’ japplika għal ċertifikat ta’ miżura ta’ protezzjoni taħt din l-iskema biex jestendi dik il-protezzjoni għal Stat Membru ieħor tal-UE mill-qorti li tkun ħarġitha. Fl-Iskozja dawn il-qrati se jkunu:

  • il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session)
  • il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court)

Jekk il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, il-qorti toħroġ ċertifikat fil-forma preskritta (komuni fl-UE kollha). Dan jingħata lill-persuna protetta/rikorrent protett. Il-persuna protetta tista’ titlob ukoll li l-qorti tipprovdilha ċertifikat tradott.

Il-Qorti tinnotifika lill-“persuna li tkun qed tikkawża r-riskju” li ċ-ċertifikat ikun inħareġ (u huwa applikabbli kullimkien fl-UE). Il-ħruġ ta’ ċertifikat ma jistax jiġi appellat, għalkemm jista’ jsir rikors għal rettifika jew irtirar.

Iċ-ċertifikat ifisser li l-persuna protetta awtomatikament ikollha l-miżura ta’ protezzjoni rikonoxxuta u jekk meħtieġ eżegwibbli fi kwalunkwe Stat Membru ieħor (minbarra d-Danimarka, li mhuwiex marbut bir-Regolament).

Iċ-ċertifikat tal-UE jkun disponibbli, permezz ta’ rikors, mill-qorti li tkun ħarġet il-miżura ta’ protezzjoni domestika.

Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ miżura ta’ protezzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor (lejn ir-Renju Unit minn Stat Membru ieħor)

Miżura ta’ protezzjoni maħruġa fi Stat Membru ieħor tiġi awtomatikament rikonoxxuta mingħajr il-ħtieġa ta’ proċedura speċjali, u hija eżegwibbli mingħajr dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà. M’hemmx bżonn li tiġi ppreżentata lill-qorti għar-rikonoxximent.

Jekk persuna protetta teħtieġ “aġġustament tal-elementi fattwali” (eż. indirizz ġdid, eċċ.) tal-miżura ta’ protezzjoni tagħha, u/jew tfittex l-eżekuzzjoni tal-miżura jekk jiġi allegat ksur, tista’ tressaq rikors quddiem il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) u l-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) li għandhom ġurisdizzjoni f’dawn l-oqsma.

Dawn il-qrati jistgħu jaġġustaw il-miżura kif xieraq (jekk jintalab dan.) Il-persuna li tkun qed tikkawża r-riskju tiġi infurmata bl-aġġustamenti li jkunu saru (u bil-penali għall-ksur).

Dawn il-qrati jistgħu jeżegwixxu l-miżura ta’ protezzjoni billi jittrattawhom bl-istess mod bħal interdett mogħti minn qorti fl-Iskozja.

“Persuna li tkun qed tikkawża r-riskju” tista’ tressaq rikors quddiem waħda minn dawn il-qrati biex din tirrifjuta li tirrikonoxxi jew teżegwixxi l-miżura ta’ protezzjoni li tkun waslet, iżda hemm raġunijiet speċifiċi u limitati biex il-qorti tagħmel dan; il-miżura trid tkun manifestament kuntrarja għall-ordni pubbliku, jew irrikonċiljabbli ma’ deċiżjoni domestika.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Fl-Iskozja

  • il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session)
  • il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court)

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Fl-Iskozja

  • il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session)
  • il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court)

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Fl-Iskozja

  • il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session)
  • il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court)

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Fl-Iskozja

  • il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session)
  • il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court)

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

L-Ingliż fil-ġurisdizzjonijiet kollha fir-Renju Unit

L-aħħar aġġornament: 12/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.