Mutual recognition of protection measures in civil matters

National information concerning Regulation No. 606/2013

General information

The Regulation (EU) No. 606/2013 on mutual recognition of protection measures in civil matters sets up a mechanism allowing for a direct recognition of protection orders issued as a civil law measure between Member States.

Thus if you benefit from a civil law protection order issued in the Member State of your residence you may invoke it directly in other Member States by presenting a certificate to competent authorities certifying your rights.

The Regulation applies as of 11 January 2015.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

More information on mutual recognition of protection measures can be found on the dedicated page.

Last update: 09/10/2020

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Belġju

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Dawn li ġejjin huma kompetenti biex jordnaw miżura ta’ protezzjoni skont is-suġġett tal-kawża fejn tintalab miżura ta’ protezzjoni: il-Qorti tal-Familja (tribunal de la famille), it-tribunal industrijali (tribunal du travail) jew il-prosekutur pubbliku (ministère public), b'verifika a posteriori mill-Qorti tal-Familja jew mill-Qorti tal-Minorenni (tribunal de la jeunesse).

Il-kap reġistratur (greffier en chef) tal-qorti li tkun ordnat il-miżura ta’ protezzjoni, jew jekk ikun il-każ, il-prosekutur pubbliku, huwa kompetenti li joħroġ iċ-ċertifikat.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-prosekutur pubbliku tal-post fejn tkun miktuba jew tkun se tinkiteb fir-reġistru tal-popolazzjoni l-persuna protetta, jew fejn ikollha jew ikun se jkollha r-residenza abitwali tagħha.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-prosekutur pubbliku tal-post fejn tkun miktuba jew tkun se tinkiteb fir-reġistru tal-popolazzjoni l-persuna protetta, jew fejn ikollha jew ikun se jkollha r-residenza abitwali tagħha. Dan l-aġġustament jista' jkun suġġett għal appell quddiem il-Qorti tal-Ewwel Istanza (tribunal de première instance) b'konformità mal-Artikolu 11(5).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-Qorti tal-Ewwel Istanza.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Għat-traduzzjonijiet previsti fl-Artikolu 16(1) huma aċċettati l-Franċiż, l-Olandiż u/jew il-Ġermaniż, skont il-lingwi uffiċjali tal-post tal-eżekuzzjoni b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-Belġju.

L-aħħar aġġornament: 27/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Bulgarija

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-qorti distrettwali (Rayonen sad) f’rabta mal-indirizz permanenti jew attwali tal-parti li ġarrbet ħsara għandha tkun l-awtorità kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni (l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Il-qorti distrettwali li analizzat il-każ tkun dik li, fuq talba bil-miktub tal-persuna protetta, toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 (l-Artikolu 26(1) tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Persuna li tibbenefika minn miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tista’ titlob li l-ordni ta’ protezzjoni fit-territorju tal-Bulgarija tinħareġ mill-Qorti tal-Belt ta’ Sofija (Sofiyski gradski sad) (l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

L-awtoritajiet tal-Ministeru għall-Intern u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huma kompetenti li jimplimentaw tali miżura.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija hija l-ġurisdizzjoni kompetenti.

Il-qorti tivverifika jekk il-miżura tistax tiġi implimentata bil-mezzi disponibbli fil-liġi tal-Bulgarija. Meta dan ma jkunx possibbli, il-qorti tordna miżura ta’ protezzjoni sostituttiva f’konformità mal-liġi tal-Bulgarija (l-Artikolu 24(2) tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Fuq talba tal-persuna li tkun qed tikkaġuna r-riskju, il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija tagħti rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni (l-Artikolu 25 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Bulgarija tirrikjedi li l-atti kollha jiġu tradotti għall-Bulgaru.

L-aħħar aġġornament: 10/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Estonja

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Il-miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili jistgħu jiġu applikati skont l-Artikolu 1055(1) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Liġi tal-Obbligi, li jiddikjara li jekk ikun ikkawżat dannu illegali b’mod kontinwu jew issir theddida ta’ dannu illegali, il-vittma jew il-persuna mhedda jkollha d-dritt li titlob li l-aġir li jkun qed jikkawża d-dannu jintemm jew li ma jsirx theddid b’aġir bħal dak. Fil-każ ta’ offiża fuq il-persuna, dannu għas-saħħa, ksur tal-privatezza jew kwalunkwe dritt ieħor tal-personalità, jista’ jintalab, inter alia, li l-awtur tad-dannu ma jitħalliex javviċina persuna oħra (permezz ta’ ordni ta’ trażżin), li jkun irregolat l-użu tas-settur tal-abitazzjoni jew tal-komunikazzjoni jew li jiġu applikati miżuri simili oħra. L-Artikolu 475(1)(7) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni ċivili, li skonthom il-proċedimenti b’rikors jinkludu l-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin u miżuri simili oħra għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità kif stipulati fl-Artikoli 544-549 tal-Kapitolu 55, li jistabbilixxu l-proċedura għall-applikazzjoni ta’ ordni ta’ trażżin b’mod aktar preċiż. Skont l-Artikoli 378(1)(3), 546 u 551(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-miżuri ta’ protezzjoni ċivili jistgħu jiġu applikati wkoll bħala miżura ta’ garanzija tar-riżultat ta’ kawża jew bħala miżura proviżorja fi proċedimenti b’rikors.

Skont l-Artikolu 1055(1) tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi, jaf ikun meħtieġ li l-awtur tad-dannu jiġi pprojbit milli javviċina persuni oħra (jiġifieri b’impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin), li l-użu tas-settur tal-abitazzjoni jew tal-komunikazzjoni jiġi rregolat jew li jiġu applikati miżuri simili oħra. Għaldaqstant, il-miżuri li jistgħu jiġu applikati għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità mhumiex elenkati b’mod eżawrjenti fl-Att, u f’każijiet partikolari jaf tintalab l-applikazzjoni ta’ miżura xierqa u neċessarja. Fl-analiżi tal-2008 tal-ġurisprudenza li tirrigwarda l-ordnijiet ta’ trażżin, il-Qorti Suprema ħadet il-pożizzjoni li jekk persuna esposta għal riskju u l-persuna li qed tikkaġuna r-riskju jgħixu (jew jaħdmu) qrib ħafna ta’ xulxin, ikun jixraq aktar li jiġu rregolati l-arranġamenti ta’ kuntatt tagħhom, u l-kontenut tal-projbizzjonijiet (il-miżuri ta’ protezzjoni) jista’ jkun jikkonsisti primarjament minn lista ta’ azzjonijiet projbiti. Għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni ċivili, mhux meħtieġ li jkun sar att illegali kontra l-persuna esposta għal riskju. Ikun biżżejjed li l-aġir preċedenti tal-konvenut ikun raġuni biżżejjed biex tikkaġuna biża’ li l-konvenut jista’ jikkawża dannu lill-vittma, dannu lil saħħitha jew jikser id-drittijiet tal-privatezza jew drittijiet tal-personalità oħrajn tal-vittma.

Ma hemmx statistika disponibbli dwar il-perjodu medju ta’ applikazzjoni tal-miżuri. Fl-Estonja huwa possibbli li jiġu applikati bosta miżuri għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet tal-personalità skont l-Artikolu 1055 tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi għal perjodu sa massimu ta’ tliet snin. F’konformità mal-analiżi tal-ġurisprudenza dwar l-ordnijiet ta’ trażżin li tħejjiet mill-Qorti Suprema fl-2008, il-qrati, ġeneralment, applikaw l-ordnijiet ta’ trażżin għal perjodu massimu ta’ tliet snin.

Ir-Regolament Nru 606/2013 ikopri l-miżuri ta’ protezzjoni applikati f’kawżi ċivili. Ir-Regolament Nru 606/2013 ma japplikax għall-miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 2201/2003.

Persuna esposta għal riskju jew persuna li tkun ġarrbet ħsara tista’ titlob għall-applikazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni, jew fi proċedimenti separati jew inkella flimkien ma’ talba oħra. Sabiex tiġi implimentata miżura ta’ protezzjoni, il-persuna esposta għal riskju trid tressaq talba lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqorti tal-kontea tal-post ta’ residenza jew l-aħħar post ta’ residenza magħruf tal-persuna li tikkawża r-riskju, f’konformità mal-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali. Il-qrati jipproċessaw ir-rikorsi skont il-proċedimenti b’rikors. Qabel ma tapplika miżura ta’ protezzjoni, il-qorti tisma’ lill-persuna li għaliha tkun intalbet l-applikazzjoni tal-miżura, u lill-persuna fl-interess ta’ liema jsiru l-proċedimenti għall-applikazzjoni tal-miżura. Meta jkun meħtieġ, il-qorti tisma’ wkoll lill-persuni f’rabta mill-qrib mal-persuni speċifikati hawn fuq, jew lill-muniċipalità rurali jew lill-gvern tal-belt jew lill-awtorità tal-pulizija tal-post ta’ residenza tal-persuni.

Ir-rikorsi mressqa quddiem qorti jridu jitfasslu bl-Estonjan u jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 338 u 363 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Skont l-Artikolu 338 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, dokument proċedurali ppreżentat lill-qorti minn parteċipant fil-proċedimenti jrid jistabbilixxi:

  1. l-ismijiet, l-indirizzi u n-numri tat-telekomunikazzjoni tal-parteċipanti fil-proċedimenti u tar-rappreżentanti potenzjali tagħhom;
  2. isem il-qorti;
  3. il-merti tal-kawża;
  4. għall-kwistjoni li qed tiġi ttrattata, in-numru tal-kawża ċivili;
  5. it-talba ppreżentata mill-parteċipant fil-proċedimenti;
  6. iċ-ċirkostanzi li t-talba hija bbażata fuqhom;
  7. lista ta’ appendiċijiet għall-att proċedurali;
  8. il-firma tal-parteċipant fil-proċedimenti jew ir-rappreżentant tagħhom jew, għal dokument trażmess elettronikament, firma diġitali jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 336 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Att proċedurali jrid jindika l-kodiċi ta’ identifikazzjoni personali jew, fin-nuqqas ta’ dan, id-data tat-twelid tal-persuna fiżika.

Jekk parteċipant fil-proċedimenti ma jkunx jaf l-indirizz jew data oħra ta’ parteċipant ieħor fil-proċedimenti, id-dokument proċedurali jrid jistabbilixxi l-miżuri meħuda mill-parteċipant fil-proċedimenti sabiex tinkiseb din l-informazzjoni.

Ir-rikorsi kollha jridu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti f’forma ttajpjata u leġġibbli. Meta jkun possibbli, għandhom jiġu ppreżentati wkoll lill-qorti kopji elettroniċi tad-dokumenti proċedurali ppreżentati bil-miktub. Rappreżentanti kuntrattwali, nutara, marixxalli tal-qorti, riċeventi f’falliment, aġenziji tal-istat u tal-gvern lokali u persuni ġuridiċi oħra jippreżentaw id-dokument lill-qorti b’mod elettroniku sakemm ma jkunx hemm raġuni valida biex id-dokumenti jiġu ppreżentati f’għamla oħra. Regoli aktar dettaljati għall-preżentazzjoni tad-dokumenti elettroniċi lill-qrati, ir-rekwiżiti għall-format tad-dokumenti u l-lista ta’ dokumenti li jridu jiġu ppreżentati permezz tal-portal huma stipulati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaf’Regolament maħruġ mill-ministru responsabbli għal dan il-qasam. Parteċipant fi proċediment irid, meta jippreżenta lill-qorti dokumenti bil-miktub u appendiċijiet tagħhom, jipprovdi l-għadd meħtieġ ta’ traskrizzjonijiet ta’ dawk id-dokumenti li jridu jiġu nnotifikati lill-parteċipanti l-oħra fil-proċediment sakemm id-dokumenti ma jkunux iridu jiġu ppreżentati elettronikament.

Trid titħallas tariffa statali ta’ EUR 50 mal-preżentazzjoni tar-rikorsi jew tal-appelli f’materji rieżaminati skont il-proċedimenti b’rikors. Trid titħallas tariffa statali ta’ EUR 50 mal-preżentazzjoni ta’ rikors għal garanzija tar-riżultat ta’ kawża.

Skont il-liġi tal-Estonja, ma hemmx bżonn ta’ rappreżentant fil-qorti għall-parteċipanti fi proċedimenti għal proċedimenti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni ċivili.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni jew l-emendar ta’ ordni ta’ trażżin jew ta’ miżura oħra għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità, tista’ tiġi appellata mill-persuni li jkunu obbligati li jikkonformaw magħha. Ordni li permezz tagħha l-qorti tiċħad talba għall-applikazzjoni ta’ ordni ta’ trażżin jew miżura oħra għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità, jew tħassar jew tibdel tali miżura, hija soġġetta għal appell mill-persuna li tkun talbet l-applikazzjoni tal-miżura jew li l-miżura tkun ġiet applikata fl-interess tagħha. L-appelli lill-qrati distrettwali jridu jiġu rreġistrati bil-miktub permezz tal-qorti tal-kontea li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi kkontestata fl-appell. L-appelli għandhom jiġu ppreżentati fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. Appell kontra deċiżjoni ma jistax jiġi ppreżentat wara li jkunu għaddew ħames xhur mill-ħruġ tad-deċiżjoni f’kawżi jew fi proċediment b’rikors sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu, il-qorti tista’ tikkanċella jew timmodifika l-ordni ta’ trażżin jew miżura oħra għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità. Qabel tikkanċella jew timmodifika miżura, il-qorti tisma’ lill-parteċipanti. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta’ ordni ta’ trażżin jew miżura oħra għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-personalità tiġi nnotifikata lill-persuni li fir-rigward u fl-interess tagħhom jiġu applikati tali miżuri.

Id-deċiżjonijiet li jittieħdu li jirrigwardaw il-miżuri ta’ protezzjoni għandhom jiġu eżegwiti minn dak il-ħin li jingħataw lill-persuna obbligata bihom (il-persuna li qed tikkaġuna r-riskju).

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li skontha tkun ġiet ordnata l-miżura ta’ protezzjoni tiġi organizzata minn marixxall tal-qorti. Il-marixxalli tal-qorti, ġeneralment, isiru jafu bi ksur tal-miżura ta’ protezzjoni mingħand il-persuna li tkun sofriet ir-riskju. Jekk il-miżura ta’ protezzjoni tkun ġiet ordnata qabel ma jkunu ġew iddeterminati d-drittijiet ta’ aċċess, il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar id-drittijiet ta’ aċċess b’tali mod li tqis il-miżuri ta’ protezzjoni li ġew applikati.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Fl-Estonja, il-qrati huma kompetenti li japplikaw miżuri ta’ protezzjoni. F’konformità mal-Artikolu 5, il-qorti tal-kontea li tkun applikat il-miżura ta’ protezzjoni tkun kompetenti li toħroġ ċertifikat li jikkonċerna l-miżura ta’ protezzjoni. Sabiex jinħareġ ċertifikat, trid tiġi ppreżentata talba lil qorti tal-kontea. L-informazzjoni għall-kuntatt mal-qrati tal-Estonja hija disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-qrati.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Sabiex jinvoka miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor, dak li jkun irid jikkuntattja lill-marixxall tal-qorti li jkollu l-ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza jew il-lokalità tad-debitur, jew li l-assi tad-debitur ikunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tiegħu. Il-marixxalli tal-qorti jagħtu bidu għall-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ rikors u dokument ta’ eżekuzzjoni mill-persuna esposta għal riskju. L-informazzjoni għall-kuntatt mal-marixxalli tal-qorti tinsab fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kamra tal-Marixxalli tal-Qorti u r-Riċeventi f’Falliment.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor tista’, jekk ikun meħtieġ, tiġi applikata minn marixxall tal-qorti li jkun kompetenti li jwettaq l-eżekuzzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni. Il-marixxall tal-qorti li jkollu ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza jew il-lokalità tad-debitur, jew li l-assi tad-debitur ikunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, ikun kompetenti li jwettaq l-eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor. L-informazzjoni għall-kuntatt mal-marixxalli tal-qorti tinsab fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kamra tal-Marixxalli tal-Qorti u r-Riċeventi f’Falliment.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Għar-rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni ordnati fi Stat Membru ieħor, trid tiġi ppreżentata talba fil-post ta’ residenza tad-debitur jew quddiem il-qorti tal-kontea b’ġuriżdizzjoni fuq il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni previsti. L-informazzjoni għall-kuntatt mal-qrati tal-Estonja hija disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-qrati.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

L-Estonjan u l-Ingliż

L-aħħar aġġornament: 17/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Greċja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-miżuri protettivi jistgħu jiġu ordnati minn imħallef tal-Qorti tal-Prim’Istanza b’Imħallef Uniku ta’ Ateni (Monomelés Protodikeío Athinón), li tippresjedi fil-proċedimenti għal miżuri interim (diadikasía ton asfalistikón métron).

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtorità kompetenti hija l-president tal-Assoċjazzjoni rilevanti tal-Marixxalli tal-Qorti (Sýllogos Dikastikón Epimelitón), jew il-viċi tiegħu jew tagħha.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Dan jista’ jsir minn imħallef tal-Qorti tal-Prim’Istanza b’Imħallef Uniku, li tippresjedi fil-proċedimenti għal miżuri interim.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

L-awtorità kompetenti hija l-Qorti tal-Prim’Istanza b’Imħallef Uniku, li tippresjedi fil-ġurisdizzjoni volontarja tagħha (ekoúsia dikaiodosía).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Grieg

L-aħħar aġġornament: 02/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Spanja

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Mhux applikabbli.

Fi Spanja ma hemmx ordnijiet ta' protezzjoni kif deskritti fir-Regolament 606/2013 u għalhekk ma hemmx awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għall-ħruġ ta' ordni ta' dan it-tip u taċ-ċertifikati tagħha kif previst mill-Artikolu 5 tar-Regolament.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Ma japplikax

Fi Spanja ma hemmx ordnijiet ta' protezzjoni kif deskritti fir-Regolament 606/2013 u għalhekk ma hemmx awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ordnijiet ta' dan it-tip u taċ-ċertifikati tagħhom kif previst mill-Artikolu 5.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-Qorti tal-Ewwel Istanza jew, f'ċerti każijiet, il-Qorti tal-Familja b'ġuriżdizzjoni fid-distrett fejn jgħix il-vittma.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti tal-Ewwel Istanza jew, f'ċerti każijiet, il-Qorti tal-Familja b'ġuriżdizzjoni fid-distrett fejn jgħix il-vittma.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-Qorti Provinċjali

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

L-Ispanjol.

L-aħħar aġġornament: 07/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Franza

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

F’materji ċivili, mill-introduzzjoni tal-Liġi Nru 2010/769 tad-9 ta’ Lulju 2010, kif emendata bil-Liġi Nru 2014/873 dwar l-ugwaljanza ġenwina bejn in-nisa u l-irġiel, il-Qorti tal-Familja (juge aux affaires familiales) tista’ toħroġ ordni ta’ protezzjoni (ordonnance de protection). Din il-miżura hija regolata mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Ordni ta’ protezzjoni tinħareġ fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • f’każijiet ta’ vjolenza f’relazzjoni intima;
  • f’każijiet ta’ vjolenza minn ex-konjugi, sieħeb jew koabitant;
  • għal adult mhedded bi żwieġ furzat.

Il-vjolenza jrid jkollha l-konsegwenza li tipperikola wieħed mill-membri tal-koppja u / jew it-tfal tagħhom. Qorti toħroġ ordni ta’ protezzjoni jekk tqis li hemm raġunijiet serji biex tqis li x’aktarx seħħew l-atti allegati ta’ vjolenza u li l-vittma tinsab f’periklu.

Il-Qorti tal-Familja tista’ toħroġ ordni ta’ protezzjoni indipendentement minn kwalunkwe proċediment ta’ divorzju u mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm proċedimenti kriminali għaddejjin.

Il-qorti tista’ tordna l-miżuri li ġejjin:

  • Digriet li jipprojbixxi lil ċerti persuni deżinjati b’mod speċifiku milli jiltaqgħu u jagħmlu kuntatt mal-vittma;
  • Digriet li jipprojbixxi l-pussess jew il-ġarr ta’ arma;
  • Għal koppji miżżewġa: Awtorizzazzjoni għall-konjugi biex jirrisjedu separatament u li tispeċifika min mill-konjugi se jkompli jirrisjedi fid-dar matrimonjali;
  • Għal koabitanti jew sħab f’unjoni ċivili (PACS): Allokazzjoni tad-dar matrimonjali lill-vittma ħlief f’ċirkostanzi speċjali;
  • Organizzazzjoni tar-regoli għall-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri u stabbiliment ta’ kontribuzzjoni lejn il-manteniment u t-trobbija ta’ kwalunkwe tifel jew tifla, kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ħajja miżżewġa u assistenza materjali oħra għas-sħab fi sħubija ċivili;
  • Awtorizzazzjoni lill-vittma biex taħbi d-domiċilju jew ir-residenza tagħha u biex tispeċifika bħala indirizz għas-servizz, l-indirizz tal-avukat tagħha jew tal-prosekutur pubbliku;
  • Awtorizzazzjoni lill-vittma biex taħbi d-domiċilju jew ir-residenza tagħha u biex tispeċifika bħala indirizz għall-ħtiġijiet tal-ħajja ta’ kuljum, l-indirizz ta’ persuna legali kwalifikata;
  • Approvazzjoni proviżorja tal-għajnuna legali għall-vittma.

Dawn il-miżuri (b’mod partikolari d-digriet li jipprojbixxi laqgħat jew kuntatti ma’ ċerti persuni) huma, fuq kollox, ta’ natura preventiva. Dawn jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 606/2013.

Dawn il-miżuri huma temporanji: dawn jistgħu jiġu ordnati biss għal perjodu massimu ta’ sitt xhur. Dawn jistgħu jiġu estiżi jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, issir rikors għal divorzju, separazzjoni legali jew relatat mal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri.

Proċess:

It-tul medju tal-proċedura huwa ta’ 33 jum.

Tressiq quddiem il-qorti: Ir-rikorrent jista’ jressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Familja permezz ta’ rikors ippreżentat jew mibgħut b’taħrika (assignation). F’każijiet urġenti, ir-rikorrent jista’ jitlob miżuri proviżorji. It-taħrika trid tiġi nnotifikata lill-intimat u lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku.

Taħrika tal-partijiet: Il-Qorti tal-Familja tħarrek lill-partijiet għas-seduta ta’ smigħ bi kwalunkwe mezz xieraq.

Seduta ta’ smigħ: Il-proċess huwa orali. Il-partijiet jargumentaw il-kawżi tagħhom stess iżda jistgħu jkunu assistiti jew rappreżentati minn avukat.

Avviż: Ordni ta’ protezzjoni tiġi nnotifikata minn bailiff (huissier de justice) sakemm il-qorti ma tiddeċidix li għandha tiġi nnotifikata mir-Reġistru permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew permezz ta’ mezzi amministrattivi fejn ikun hemm periklu serju u imminenti għas-sikurezza ta’ persuna kkonċernata minn ordni ta’ protezzjoni jew fejn ma jkun hemm l-ebda mezz ieħor ta’ notifika.

Il-qorti tikkomunika wkoll id-deċiżjoni lill-prosekutur pubbliku sabiex tiżgura s-segwitu tal-miżuri ordnati. Il-prosekutur pubbliku jgħaddi d-deċiżjoni għall-informazzjoni lill-pulizija xierqa jew lis-servizzi tal-ġendarmerija. Barra minn hekk, jekk il-proċedura tiżvela l-eżistenza ta’ minuri fil-periklu, il-qorti tirreferi l-kwistjoni lis-servizzi xierqa tal-prosekutur pubbliku (dipartiment tal-minorenni) wara s-seduta ta’ smigħ.

Reġistru: Ma hemm l-ebda reġistru speċjali ta’ miżuri ordnati b’rabta ma’ ordnijiet ta’ protezzjoni. Madankollu, jekk qorti toħroġ digriet li jipprojbixxi lil minuri milli jitlaq mit-territorju Franċiż mingħajr awtorizzazzjoni taż-żewġ ġenituri, id-digriet irid ikun irreġistrat fil-Bażi tad-Data tal-Persuni Mfittxija.

Appell: Id-deċiżjoni hija soġġetta għal appell fi żmien 15-il jum min-notifika. L-intimat jista’ jippreżenta rikors għat-tneħħija jew il-varjazzjoni tal-ordni ta’ protezzjoni jew għal eżenzjoni temporanja ta’ wħud mill-obbligi tagħha.

Infurzar tal-ordni ta’ protezzjoni:

Il-miżuri ordnati b’rabta ma’ ordni ta’ protezzjoni huma infurzabbli, jiġifieri jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ immedjatament wara li d-deċiżjoni tkun ġiet innotifikata (anke jekk l-intimat jappella), bl-assistenza tas-servizzi tal-infurzar tal-liġi jekk ikun meħtieġ.

Il-persuna protetta tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-pulizija jew lill-ġendarmerija fil-każ ta’ ksur ta’ waħda jew aktar mill-miżuri ordnati mill-Qorti tal-Familja.

In-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri kkonċernati jikkostitwixxi reat punibbli skont l-Artikolu 227(4)(2) tal-Kodiċi Penali. Ir-reat huwa punibbli b’sentejn ħabs u multa ta’ EUR 15 000.

Jekk il-ġenituri jkollhom awtorità tal-ġenituri konġunta, il-qorti li tawtorizza l-ħabi tal-indirizz tal-vittma trid tistabbilixxi wkoll l-arranġamenti għaż-żamma tar-rabta bejn il-persuna li tikkawża r-riskju u l-minuri permezz ta’ parti terza jew permezz tal-użu ta’ post fejn jiltaqgħu kif ukoll il-ħlas ta’ kwalunkwe allowance ta’ manteniment permezz ta’ trasferiment bankarju.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-Qorti tal-Familja tordna l-miżuri protettivi kollha u toħroġ iċ-ċertifikati previsti fl-Artikolu 5.

Qorti tal-Familja b’ġurisdizzjoni territorjali hija:

  • il-qorti tal-post fejn tinsab ir-residenza tal-familja;
  • jekk il-ġenituri jgħixu separatament, il-qorti tal-post ta’ residenza tal-ġenitur li miegħu t-tfal minuri huma abitwalment residenti fil-każ ta’ eżerċizzju konġunt tal-awtorità tal-ġenituri, jew il-qorti tal-post ta’ residenza tal-ġenitur li jeżerċita l-awtorità tal-ġenituri waħdu;
  • f’każijiet oħra, il-qorti tal-post fejn tirrisjedi l-persuna li ma tkunx bdiet il-proċedimenti.

Ir-rikors għaċ-ċertifikat irid jiġi ppreżentat f’żewġ kopji u jrid jinkludi indikazzjoni preċiża tad-dokumenti ta’ sostenn. Ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex meħtieġa. Ir-rifjut li jinħareġ iċ-ċertifikat jista’ jiġi kkontestat quddiem il-president tal-Qorti Reġjonali (tribunal de grande instance), peress li l-appell ma għandux għalfejn isir permezz ta’ avukat.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura protettiva ordnata fi Stat Membru ieħor u/jew li huma kompetenti biex jinfurzaw tali miżura huma l-pulizija u l-ġendarmerija.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-president tal-Qorti Reġjonali jew id-delegat tiegħu, fi proċeduri għal miżuri proviżorji, jagħmel aġġustamenti lill-miżuri protettivi barranin jekk ikun meħtieġ. Ir-rikors ssir permezz ta’ taħrika; jekk il-kawża tkun teħtieġ azzjoni fil-pront, il-qorti li tisma’ r-rikorsi għal miżuri proviżorji tista’ tippermetti taħrika biex wieħed jattendi seduta ta’ smigħ fi żmien stipulat, anke matul festi pubbliċi jew jiem li normalment ma jkunux jiem ta’ xogħol. Ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex meħtieġa.

Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni territorjali, japplikaw ir-regoli tal-ġurisprudenza li jagħtu prijorità lir-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Il-president tal-qorti reġjonali tal-post fejn il-persuna protetta tippjana li toqgħod jew tirrisjedi jista’ għalhekk jirċievi rikorsi.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Rikors għal rifjut ta’ rikonoxximent jew infurzar irid jiġi ppreżentat lill-president tal-qorti reġjonali li tisma’ r-rikorsi għal miżuri proviżorji (wara li titqies in-natura tal-każ, il-każ jista’ jiġi delegat lil Qorti tal-Familja).

Ir-rikors ssir permezz ta’ taħrika; jekk il-kawża tkun teħtieġ azzjoni fil-pront, il-qorti li tisma’ r-rikorsi għal miżuri proviżorji tista’ tippermetti taħrika biex wieħed jattendi seduta ta’ smigħ fi żmien stipulat, anke matul festi pubbliċi jew jiem li normalment ma jkunux jiem ta’ xogħol. Ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex meħtieġa.

Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni territorjali, japplikaw ir-regoli tal-ġurisprudenza li jagħtu prijorità lir-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Għalhekk ikun possibbli li jsir rikors lill-President tal-Qorti Reġjonali tal-post fejn il-persuna protetta tippjana li toqgħod jew li tirrisjedi.

L-aħħar aġġornament: 12/01/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Italja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Skont il-liġi Taljana, il-qorti tal-post tar-residenza tal-persuna protetta għandha kompetenza biex tordna miżuri protettivi, u għalhekk biex toħroġ ċertifikati f’konformità mal-Artikolu 5.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Miżura protettiva ordnata fi Stat Membru ieħor titqajjem u jekk meħtieġ tiġi eżegwita taħt is-superviżjoni tal-qorti tal-post tar-residenza, tad-domiċilju jew tas-soġġorn tal-persuna protetta fil-ħin tat-talba.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-qorti tal-post tar-residenza, tad-domiċilju jew tas-soġġorn tal-persuna protetta għandha kompetenza biex twettaq l-aġġustament ta’ miżuri protettivi f'konformità mal-Artikolu 11(1).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

L-istess qorti bħal dik imsemmija fil-punt (iii).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

it-Taljan

L-aħħar aġġornament: 31/01/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Ċipru

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

L-Artikolu 32 tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Ġustizzja, Liġi Nru 14/60, jistipula li kull qorti fl-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni ċivili tagħha tista’ tagħti ordni ta’ inibizzjoni (interlokutorju, perpetwu jew mandatarju).

Skont l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Familja, il-Liġi Nru 23/90, il-qrati tal-familja għandhom l-istess poteri.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtorità kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni hija l-qorti distrettwali (Eparchiakó Dikastírio tis Dimokratías) tad-distrett li fih ir-rikorrent igħix jew għandu s-soġġorn tiegħu fiż-żmien inkwistjoni.

Fil-każ ta’ kontroversja taħt il-liġi tal-familja, l-awtorità kompetenti hija l-qorti tal-familja (Oikogeneiakó Dikastírio tis Dimokratías) tad-distrett li fih ir-rikorrent jew il-konvenut igħix jew għandu s-soġġorn tiegħu fiż-żmien inkwistjoni. Jekk il-kontroversja tirrigwarda minuri, ikollha ġuriżdizzjoni il-qorti tal-familja tad-distrett fejn ikun instab il-minuri.

L-awtorità kompetenti biex toħroġ ċertifikati hija l-qorti distrettwali jew il-qorti tal-familja li tkun ordnat il-miżura ta’ protezzjoni.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtorità li quddiemha miżura protettiva tkun tista’ titqajjem:

Fil-każijiet kollha, l-awtorità kompetenti hija l-qorti distrettwali tad-distrett fejn tkun iċċaqalqet b’mod permanenti jew temporanju l-persuna li kkawżat ir-riskju. Jekk l-indirizz mhuwiex magħruf, l-awtorità kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija.

L-awtorità kompetenti biex teżegwixxi t-tali miżura:

Fil-każijiet kollha, l-awtorità kompetenti hija l-qorti distrettwali tad-distrett fejn tkun iċċaqalqet b’mod permanenti jew temporanju l-persuna li kkawżat ir-riskju. Jekk l-indirizz mhuwiex magħruf, l-awtorità kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Fil-każijiet kollha, l-awtorità kompetenti hija l-qorti distrettwali tad-distrett fejn tkun iċċaqalqet b’mod permanenti jew temporanju l-persuna li kkawżat ir-riskju. Jekk l-indirizz mhuwiex magħruf, l-awtorità kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Qorti li quddiemha jrid jitressaq rikors għal ċaħda tar-rikonoxximent:

Il-qorti distrettwali jew il-qorti tal-familja li quddiemha tqajmet miżura protettiva fl-Istat Membru oriġinali.

Meta applikabbli, il-qorti li quddiemha jrid jitressaq rikors għal ċaħda tal-eżekuzzjoni:

Il-qorti distrettwali jew il-qorti tal-familja li quddiemha tqajmet miżura protettiva fl-Istat Membru oriġinali.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Id-dokumenti għandhom jitressqu fil-lingwa Griega. It-traduzzjonijiet bl-Ingliż huma aċċettati wkoll.

L-aħħar aġġornament: 07/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Latvja

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-miżuri ta’ protezzjoni f'materji ċivili huma rregolati mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtoritajiet Latvjani kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorġu ċ-ċertifikati huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt) (l-Artikolu 5411(45) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili).

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtoritajiet kompetenti biex tiġi eżegwita miżura ta' protezzjoni fi Stat Membru ieħor huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt) tal-post fejn trid tiġi eżegwita d-deċiżjoni jew il-post ta' residenza ddikjarat tal-konvenut, jew fin-nuqqas ta' xi post bħal dan, il-post ta’ residenza effettiv tal-konvenut jew uffiċċju rreġistrat (l-Artikolu 6513(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

L-awtoritajiet kompetenti biex jiġi effettwat l-aġġustament ta' miżuri protettivi huma l-istess qrati distrettwali (jew tal-belt) kompetenti biex jeżegwixxu dawk il-miżuri (l-Artikolu 6515(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Dawn huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt) li l-miżura ordnata mid-deċiżjoni ta' qorti barranija trid tiġi eżegwita fil-ġuriżdizzjoni tagħhom (l-Artikolu 6443(43) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili).

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Kull trasliterazzjoni jew traduzzjoni skont dan ir-Regolament issir lejn il-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja, jiġifieri l-Latvjan.

L-aħħar aġġornament: 16/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Litwanja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Fil-Litwanja, il-miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jiġu ordnati mill-qrati. Iċ-ċertifikati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament jinħarġu mill-qorti li tkun ordnat il-miżura ta’ protezzjoni.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Fil-Litwanja, il-marixxalli tal-qorti huma kompetenti biex jinfurzaw miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Jekk il-marixxalli tal-qorti jkunu ostakolati milli jinfurzaw miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, huma għandhom dritt ġenerali li jitolbu lill-pulizija biex ineħħu dawk l-ostakli.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament huma aġġustati mill-marixxalli tal-qorti li jinfurzaw il-miżura ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 11(1).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Ir-rikorsi għal rifjut ta’ rikonoxximent jew, fejn applikabbli, għall-infurzar ta’ miżura ta’ protezzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Kull trażliterazzjoni jew traduzzjoni meħtieġa skont ir-Regolament għall-finijiet ta’ komunikazzjoni mal-awtoritajiet Litwani kompetenti jridu jkunu fil-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Litwanja, jiġifieri l-Litwan.

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Lussemburgu

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri protettivi

Il-prosekutur pubbliku (Procureur d’Etat), skont il-Liġi emendata dwar il-Vjolenza Domestika tat-8 ta’ Settembru 2003, u l-President tal-qorti distrettwali (Tribunal d’Arrondissement), skont l-Artikoli 1017(1) sa 1017(12) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-ġdid.

L-awtoritajiet li huma kompetenti biex joħorġu ċertifikati:

Il-prosekutur pubbliku, skont il-Liġi emendata dwar il-Vjolenza Domestika tat-8 ta’ Settembru 2003, u l-President tal-qorti distrettwali, skont l-Artikoli 1017(1) sa 1017(12) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-ġdid.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura protettiva ordnata fi Stat Membru ieħor:

Il-prosekutur pubbliku u l-President tal-qorti distrettwali (għal pagamenti ta’ penali).

L-awtoritajiet kompetenti biex jinfurzaw tali miżura:

Il-prosekutur pubbliku u l-President tal-qorti distrettwali (għal pagamenti ta’ penali).

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

L-awtoritajiet li huma kompetenti biex jiġi effettwat l-aġġustament tal-miżuri protettivi skont l-Artikolu 11(1):

Il-President tal-qorti distrettwali fi proċedimenti urġenti.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Rikors għal rifjut tar-rikonoxximent irid jitressaq quddiem il-President tal-qorti distrettwali fi proċedimenti urġenti, skont l-Artikolu 13.

Rikors għal rifjut tal-infurzar irid jitressaq quddiem il-President tal-qorti distrettwali fi proċedimenti urġenti, skont l-Artikolu 13.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Lussemburgu jaċċetta l-lingwa Franċiża u l-lingwa Ġermaniża.

L-aħħar aġġornament: 02/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Ungerija

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-qrati distrettwali.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-qrati distrettwali, il-qrati distrettwali tal-Uffiċċji tal-Gvern tal-Kontea u ta’ Budapest (minn hawn `il quddiem kollettivament “l-uffiċċji distrettwali”) u l-pulizija.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti Distrettwali.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-Qorti Distrettwali.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

l-Ungeriż

L-aħħar aġġornament: 16/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Malta

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) hija l-awtorita’ kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni u toħroġ iċ-ċertifikat f’konformita’ ma’ l-Artikolu 5. Ara l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

L-indirizz ta’ din il-Qorti huwa: Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtorita’ li quddiemha għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżuri hija l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). Ara l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

L-indirizz ta’ din il-Qorti huwa: Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

L-awtorita’ li hi kompetenti sabiex tagħmel l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformita’ ma’ l-Artikolu 11(1) hija Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). It-talba trid issir b’rikors lil din il-Qorti, li jrid jiġi ppreżentat fir-Reġistru ta’ l-istess Qorti . L-indirizz huwa: Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420. Għal dan ir-rikors għandhom japplikaw ir-regolu proċedurali tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=12

Ara wkoll il-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

L-awtorita’ li liha jsirilha rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u fejn applikabbli, tal-esekuzzjoni hija l-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Strait Street, Valletta VLT2000, Malta. Numru tat-telefon 00356 25902420. Ara l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.30: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=460

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Meta xi dokument, ċertifikat jew deċiżjoni msemmijin f’dan ir-Regolament ikun sar b’xi lingwa minbarra l-Malti, għandha ssir traduzzjoni għall-Malti jew għall-Ingliż ta’ dak id- dokument, ċertifikat jew deċiżjoni skont l-Artikolu 16 tar-Regolament.

L-aħħar aġġornament: 21/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Olanda

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Il-vittmi li jridu jiksbu miżura protettiva fin-Netherlands għandhom iressqu proċedimenti ċivili (proċedimenti għal miżuri provviżorji (kort geding)). Dan irid isir permezz ta’ avukat, li jipprovdi informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita u jmexxi l-proċedimenti f’isem il-vittma.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-qrati kompetenti biex jordnaw miżura protettiva: il-qratiPDF(167 Kb)nl

Jekk miżura protettiva tkun ġiet ordnata abbażi tal-Att dwar id-Digriet ta’ Trażżin Temporanju (Wet tijdelijk huisverbod):
huwa s-sindku tal-post fejn id-digriet ta’ trażżin temporanju li jkun kompetenti.

L-istess awtorità li ordnat miżura protettiva hija awtorizzata wkoll biex toħroġ iċ-ċertifikat.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

•             Bailiff (deurwaarder)

•             Fil-każ ta’ miżura protettiva maħruġa abbażi tal-Att dwar id-Digriet ta’ Trażżin Temporanju: il-pulizija.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Voorzieningenrechter Rechtbank Den Haag (imħallef li jisma’ r-rikorsi għal miżuri provvożorji fil-Qorti Distrettwali ta’ The Hague)

Prins Clauslaan 60, 2595 AJ Den Haag

PO Box 20302, 2500 EH Den Haag

Gerechtshof Den Haag (Qorti Distrettwali ta’ The Hague)

Prins Clauslaan 60, 2595 AJ Den Haag

PO Box 20302, 2500 EH Den Haag

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Voorzieningenrechter Rechtbank Den Haag

Prins Clauslaan 60, 2595 AJ Den Haag

PO Box 20302, 2500 EH Den Haag

Gerechtshof Den Haag

Prins Clauslaan 60, 2595 AJ Den Haag

PO Box 20302, 2500 EH Den Haag

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

in-Netherlandiż

L-aħħar aġġornament: 24/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Awstrija

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Il-miżuri protettivi li jikkorrispondu għar-Regolament fil-liġi Awstrijaka huma b’mod partikolari l-miżuri interim dwar il-protezzjoni mill-vjolenza domestika (l-Artikolu 382b tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni (Exekutionsordnung, EO)), dwar il-protezzjoni mill-vjolenza inġenerali (l-Artikolu 382e tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni) u dwar il-protezzjoni mill-interferenza fil-ħajja privata (l-Artikolu 382g tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni). Id-dispożizzjonijiet legali huma kif ġej:

“Protezzjoni mill-vjolenza domestika

Artikolu 382b. (1) Jekk persuna waħda tagħmel il-koabitazzjoni kontinwa intollerabbli għall-persuna l-oħra permezz ta’ attakk fiżiku, theddida ta’ attakk fiżiku jew kwalunkwe mġiba li tagħmel ħsara serja lis-saħħa mentali tal-persuna l-oħra, il-Qorti għandha, fuq rikors tal-persuna l-oħra:

1.

tordna lill-ewwel parti titlaq mir-residenza u l-viċinanza immedjata tagħha u

2.

tipprojbixxi lill-ewwel parti milli tirritorna lejn ir-residenza u l-viċinanza immedjata tagħha,

jekk ir-residenza sservi biex tissodisfa l-ħtiġijiet urġenti ta’ akkomodazzjoni tar-rikorrenti.

(2) Għall-miżuri interim skont il-paragrafu 1, ma hemmx għalfejn tiġi stabbilita skadenza għat-tressiq ta’ appell (l-Artikolu 391(2)) jekk il-miżura interim tingħata għal perjodu massimu ta’ sitt xhur.

(3) Il-proċedimenti dwar il-mertu tal-każ skont it-tifsira tal-Artikolu 391(2) jistgħu jkunu proċedimenti għax-xoljiment, l-annullament jew id-dikjarazzjoni ta’ invalidità taż-żwieġ, proċedimenti għad-diviżjoni tal-assi matrimonjali u t-tfaddil matrimonjali u proċedimenti għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ aċċess għar-residenza.

Protezzjoni mill-vjolenza inġenerali

Artikolu 382e. (1) Jekk persuna waħda tagħmel il-laqgħat kontinwi intollerabbli għall-persuna l-oħra permezz ta’ attakk fiżiku, theddida ta’ attakk fiżiku jew kwalunkwe mġiba li tagħmel ħsara serja lis-saħħa mentali tal-persuna l-oħra, il-Qorti għandha, fuq rikors tal-persuna l-oħra

1.

tipprojbixxi l-preżenza tal-ewwel parti f’postijiet speċifikati b’mod ċar u

2.

tordna li l-ewwel parti tevita li tiltaqa’ u tikkuntattja lir-rikorrenti,

sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi vitali tal-intimat.

(2) Għall-miżuri interim skont il-paragrafu 1, ma hemmx għalfejn tiġi stabbilita skadenza għat-tressiq ta’ appell (l-Artikolu 391(2)) jekk il-miżura interim tingħata għal perjodu massimu ta’ sena. L-istess japplika għal estensjoni tal-miżura interim wara ksur min-naħa tal-intimat.

(3) Jekk miżura interim skont il-paragrafu 1 tiġi ordnata flimkien ma’ miżura interim skont l-Artikolu 382b(1), l-Artikoli 382b (3) u 382c (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(4) Il-Qorti tista’ tafda lill-awtoritajiet ta’ sigurtà bl-eżekuzzjoni tal-miżuri interim skont il-paragrafu 1. L-Artikolu 382d(4) għandu japplika mutatis mutandis. Inkella, il-miżuri interim skont l-paragrafu 1 għandhom jiġu eżegwibbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Ewwel Parti tat-Tielet Taqsima.

Protezzjoni mill-interferenza fil-ħajja privata

L-Artikolu 382g (1) Id-dritt għal nuqqas ta’ interferenza fil-ħajja privata jista’ jiġi żgurat b’mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin:

1.

projbizzjoni milli jsir kuntatt personali mal-parti vulnerabbli,

2.

projbizzjoni milli jsir kuntatt permezz ta’ ittra, telefon jew mezzi oħra,

3.

projbizzjoni milli tkun preżenti f’postijiet speċifikati b’mod ċar,

4.

projbizzjoni milli jintbagħtu u jinxterdu d-data personali u r-ritratti tal-parti vulnerabbli,

5.

projbizzjoni milli tintuża d-data personali tal-parti vulnerabbli biex jiġu ordnati oġġetti jew servizzi minn parti terza,

6.

projbizzjoni milli tħeġġeġ parti terza biex tagħmel kuntatt mal-parti vulnerabbli.

(2) Għall-miżuri interim skont il-punt 1 sa 6 tal-paragrafu 1, ma hemmx għalfejn tiġi stabbilita skadenza għat-tressiq ta’ appell (l-Artikolu 391(2)) jekk il-miżura interim tingħata għal perjodu massimu ta’ sena. L-istess japplika għal estensjoni tal-miżura interim wara ksur min-naħa tal-intimat.

(3) Il-Qorti tista’ tafda lill-awtoritajiet ta’ sigurtà bl-eżekuzzjoni tal-miżuri interim skont il-punti 1 sa 3 tal-paragrafu 1. L-Artikolu 382d(4) għandu japplika mutatis mutandis. Inkella, il-miżuri interim skont l-paragrafu 1 għandhom jiġu eżegwibbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Ewwel Parti tat-Tielet Taqsima.”

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-miżuri protettivi huma ordnati mill-qrati distrettwali (Bezirksgerichte). F’każijiet rari, miżura protettiva tista’ tiġi ordnata wkoll minn qorti reġjonali (Landesgericht) bħala qorti tal-prim’istanza jekk il-proċedimenti prinċipali jkunu pendenti quddiemha. Matul il-proċeduri ta’ appell, il-miżuri protettivi jistgħu jiġu ordnati wkoll mill-qrati reġjonali, iżda wkoll mill-qrati reġjonali superjuri (Oberlandesgerichte) jew mill-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof), bħala qrati tal-appell.

Il-qrati distrettwali joħorġu wkoll ċertifikati fir-rigward tal-miżuri protettivi li ordnaw. Jekk, bħala eċċezzjoni, miżura protettiva tiġi ordnata minn qorti reġjonali, qorti reġjonali superjuri jew il-Qorti Suprema, allura dik il-qorti tkun responsabbli wkoll għall-ħruġ taċ-ċertifikat. Għalhekk, hija dejjem il-qorti li ordnat il-miżura li hi responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat li jikkonċerna din il-miżura.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-qrati distrettwali. Skont l-Artikolu 86b(1) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni, il-qorti b’ġurisdizzjoni territorjali biex tordna l-eżekuzzjoni ta’ miżura protettiva barranija fl-Awstrija u biex tiddeċiedi dwar applikazzjoni tal-eżekuzzjoni abbażi ta’ tali miżura protettiva hija l-qorti distrettwali b’ġurisdizzjoni ġenerali għal kawżi għall-persuna protetta (dan huwa determinat skont il-post tar-residenza). Jekk din il-qorti tal-aħħar ma tkunx fl-Awstrija, il-ġurisdizzjoni tkun tal-Qorti Distrettwali tal-Belt Interna ta’ Vienna (Bezirksgericht Innere Stadt Wien).

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-qrati distrettwali huma wkoll kompetenti biex jaġġustaw il-miżuri protettivi barranin. Hawnhekk ukoll, il-ġurisdizzjoni territorjali hija bbażata fuq il-ġurisdizzjoni ġenerali għal kawżi għall-persuna protetta (skont il-post tar-residenza), sakemm din ma tkunx barra mill-Awstrija, f’liema każ il-Qorti Distrettwali tal-Belt Interna ta’ Vjenna jkollha ġurisdizzjoni (l-Artikolu 86b(1) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Skont l-Artikolu 86b(2) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni, ir-rikorsi għal rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni ta’ miżura protezzjoni barranija li mhumiex soġġetti għal limitu ta’ żmien għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti distrettwali li ordnat jew approvat l-eżekuzzjoni tal-miżura protettiva.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Ġermaniż huwa l-unika lingwa li hi aċċettata.

L-aħħar aġġornament: 25/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Polonja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti li huma kompetenti sabiex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni:

il-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-qrati tal-appell

L-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex joħorġu ċ-ċertifikati:

il-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali u l-qrati tal-appell li ħarġu d-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ protezzjoni

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-qrati distrettwali

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-qrati distrettwali

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-qrati reġjonali

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Pollakk

L-aħħar aġġornament: 15/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Portugall

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Fis-sistema legali Portugiża, il-miżuri protettivi huma essenzjalment ta’ natura kriminali u huma previsti fil-Kodiċi Kriminali, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali u l-Liġi Nru 112/2009 tas-16 ta’ Settembru 2009 li tistabbilixxi l-qafas legali applikabbli għall-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-protezzjoni u l-assistenza tal-vittmi tagħha.

Madankollu, fil-qasam tad-dritt ċivili huwa possibbli li jiġu imposti miżuri protettivi permezz ta’ protezzjoni ġenerali tal-personalità. L-Artikolu 70(2) tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi: “Irrispettivament minn kwalunkwe responsabbiltà ċivili involuta, il-persuna mhedda jew offiża tista’ titlob li jittieħdu miżuri ta’ inibizzjoni xierqa għaċ-ċirkostanzi sabiex jiġi evitat li t-theddida titwettaq jew biex jittaffa l-effett tar-reat diġà kkawżat.”

Għaldaqstant, id-dritt proċedurali ċivili jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ inibizzjoni speċifiċi biex jiġi evitat li kwalunkwe theddida illegali u diretta għall-personalità fiżika jew morali ta’ bniedem titwettaq jew biex jittaffew jew jintemmu l-effetti ta’ reat diġà kkawżat (l-Artikolu 874 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-Artikoli 875 u 876 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jirregolaw ċerti aspetti proċedurali ta’ dan it-tip ta’ proċedura. Fil-qosor, skont id-dritt proċedurali ċivili, jekk talba għal tali miżuri ta’ inibizzjoni tiġi aċċettata, il-qorti mbagħad tiddetermina l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kondotta li l-konvenut ikun soġġett għalihom u, fejn xieraq, skadenza għall-konformità, kif ukoll il-penali finanzjarja obbligatorja għal kull ġurnata ta’ konformità tardiva jew għal kull ksur, skont liema jkun l-aktar xieraq fil-każ inkwistjoni.

Hemm ukoll dispożizzjoni għall-ħruġ ta’ deċiżjoni interim, li ma tistax tiġi appellata u li sussegwentement tista’ tiġi emendata jew ikkonfermata fil-proċedura attwali, f’każijiet fejn valutazzjoni tal-evidenza ppreżentata mill-persuna li titlob miżuri ta’ inibizzjoni tiżvela l-possibbiltà ta’ ħsara imminenti u irriversibbli għall-personalità fiżika jew morali tagħha u jekk, alternattivament:

a) il-qorti ma tkunx tista’ tifforma opinjoni ċerta dwar l-eżistenza, il-livell u s-severità tat-theddida jew ir-reat ikkawżat;

b) ir-raġunijiet ta’ urġenza speċjali jagħmlu l-miżuri ta’ inibizzjoni neċessarji, mingħajr ma jinstema’ l-avversarju.

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Mhux applikabbli.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtoritajiet Portugiżi li miżura protettiva ordnata fi Stat Membru ieħor trid tiġi invokata quddiemhom u/jew li jkunu kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura huma: Is-Sezzjonijiet ta’ Kompetenza Ġenerika (Juízo de Competência Genérica) jew is-Sezzjonijiet Ċivili Lokali (Juízo local cível) tal-qorti rilevanti.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

L-awtoritajiet Portugiżi kompetenti biex jaġġustaw il-miżuri protettivi skont l-Artikolu 11(1) huma: Is-Sezzjonijiet ta’ Kompetenza Ġenerika jew is-Sezzjonijiet Ċivili Lokali tal-qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-qrati li r-rikorsi għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 13 iridu jiġu ppreżentati quddiemhom huma: Is-Sezzjonijiet ta’ Kompetenza Ġenerika jew is-Sezzjonijiet Ċivili Lokali tal-qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-lingwa li t-traduzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(1) huma aċċettati fiha hija l-Portugiż.

L-aħħar aġġornament: 10/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Rumanija

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Ordni ta’ protezzjoni provviżorja

Ordni ta’ protezzjoni provviżorja tinħareġ minn uffiċjal tal-pulizija li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ riskju abbażi ta’ valutazzjoni tal-fatti. L-uffiċjal tal-pulizija joħroġ ordni ta’ protezzjoni provviżorja jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti. Jekk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, l-uffiċjali tal-pulizija kkonċernati huma obbligati jinfurmaw lill-vittmi bil-possibbiltà li jressqu rikors għall-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni. Il-ħruġ tal-ordni ma jipprekludix it-teħid ta’ miżura preventiva skont il-Kodiċi Kriminali.

Sabiex jiġu vverifikati d-denunzji, l-uffiċjali tal-pulizija huma intitolati li jiksbu l-evidenza u li jidħlu f’abitazzjoni mingħajr il-kunsens tal-persuna kkonċernata. L-uffiċjali tal-pulizija jistgħu jużaw il-forza u t-tagħmir b’mod xieraq u proporzjonat biex jidħlu fil-proprjetà.

L-ordni ta’ protezzjoni provviżorja tiddikjara dan li ġej: id-data, il-ħin u l-post tal-ħruġ; l-isem/ismijiet, il-kunjom(ijiet), il-kapaċità u l-unità tal-pulizija; l-identità tal-aggressur; l-identità tal-vittma; il-fatti tas-sitwazzjoni u l-evidenza; il-bażi legali għall-ħruġ tal-ordni; id-data u l-ħin meta tibda u tispiċċa l-applikazzjoni tal-miżuri; id-dritt ta’ kontestazzjoni tal-ordni, l-iskadenza għall-eżerċizzju ta’ dak id-dritt u l-qorti li quddiemha jista’ jiġi ppreżentat appell.

L-ordni ta’ protezzjoni provviżorja tistabbilixxi, għal perjodu ta’ ħamest ijiem, waħda jew aktar mill-miżuri ta’ protezzjoni (obbligi jew projbizzjonijiet) disponibbli li ġejjin imfassla biex inaqqsu r-riskju stabbilit; l-iżgumbrament tal-aggressur; ir-ritorn sigur tal-vittma; l-obbligu tal-aggressur li jżomm ċerta distanza minima mill-vittma; l-obbligu tal-aggressur li jilbes tikketta ta’ sorveljanza elettronika; iċ-ċediment ta’ kwalunkwe arma;

L-obbligi u l-projbizzjonijiet imposti fuq l-aggressur isiru effettivi immedjatament malli jinħarġu, mingħajr avviż minn qabel jew skadenza. Il-perjodu ta’ ħamest ijiem jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ sigħat u jibda mill-mument li tinħareġ l-ordni.

Kopja tal-ordni tiġi kkonsenjata u trid tiġi ffirmata mill-aggressur u mill-vittma fil-post tal-ħruġ immedjatament malli tinħareġ.

Fi żmien 24 siegħa mill-ħruġ tagħha, l-unità tal-pulizija li minnha jagħmel parti l-uffiċjal emittenti, tissottometti l-ordni lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku assenjat mal-qorti kompetenti li fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħha tkun inħarġet l-ordni.

L-ordni ta’ protezzjoni provviżorja tintbagħat lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku kompetenti. Il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi dwar il-ħtieġa li jinżammu l-miżuri, u jikkonferma dik il-ħtieġa skont il-każ, fi żmien 48 siegħa minn meta tinħareġ l-ordni. Jekk jirriżulta li ma jkunx meħtieġ li jinżammu l-miżuri, il-prosekutur pubbliku jista’ jordna t-terminazzjoni tagħhom u jinnotifika b’dan lill-unità tal-pulizija li tkun issottomettiethom, li mbagħad tirranġa biex il-persuni kkonċernati jiġu infurmati. Mal-konferma tal-ħtieġa li jinżammu l-miżuri, il-prosekutur pubbliku jissottometti l-ordni lill-qorti kompetenti li fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħha tkun inħarġet, flimkien ma’ talba għall-ħruġ ta’ ordni. Meta ordni tiġi sottomessa b’dan il-mod, id-durata inizjali li għaliha tkun ġiet imposta tiġi estiża biż-żmien meħtieġ biex titlesta l-proċedura tal-ħruġ ġudizzjarju.

L-ordni tista’ tiġi appellata quddiem il-qorti kompetenti fi żmien 48 siegħa min-notifika tagħha. Il-partijiet ikkonċernati jiġu msejħa għas-seduta tal-appell. L-appell jiġi ttrattat bħala kwistjoni ta’ urġenza - iżda sa mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-ordni ta’ protezzjoni provviżorja - f’seduta magħluqa, li għaliha jissejjaħ il-korp emittenti. Il-parteċipazzjoni tal-prosekutur pubbliku hija obbligatorja. Id-deċiżjoni tal-appell hija finali.

Ordni ta’ protezzjoni

Sabiex jitneħħa periklu, vittma tista’ titlob lill-qorti toħroġ ordni ta’ protezzjoni li tistipula: li l-aggressur jitkeċċa mir-residenza; li l-vittma tkun tista’ tirritorna b’mod sikur fl-abitazzjoni; li d-dritt ta' użu tal-aggressur ikun ristrett għal parti biss mir-residenza; li l-vittma tiġi akkomodata/imqiegħda f'ċentru għall-assistenza; li l-aggressur irid iżomm ċerta distanza minima mill-vittma; li l-aggressur ikun ipprojbit milli jiffrekwenta ċerti lokalitajiet jew żoni indikati; li l-aggressur irid jilbes b’mod permanenti tikketta ta’ sorveljanza elettronika; li jkun ipprojbit kwalunkwe kuntatt mal-vittma; li l-aggressur irid iċedi kwalunkwe arma lill-pulizija; l-arranġamenti tal-kustodja u r-residenza tat-tfal li jkunu minuri.

Il-qorti tista’ tordna lill-aggressur jagħmel konsulenza psikoloġika/psikoterapija jew jipparteċipa fi programm ta’ għajnuna, u tista’ tirrakkomanda/titlob l-ammissjoni f’faċilità speċjalizzata.

Il-qorti tista’ tordna li jittieħdu miżuri biex tiġi mmonitorjata l-konformità mal-ordni ta’ protezzjoni u biex jiġi prevenut il-ksur tagħha: rappurtar regolari lill-għassa tal-pulizija responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mal-ordni; notifika tal-indirizz ġdid fil-każ ta’ żgumbrament; kontrolli regolari u/jew għal għarrieda dwar fejn ikun l-aggressur.

Il-parti operattiva tad-deċiżjoni jkun fiha stipulazzjoni li n-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe miżura jikkostitwixxi reat kriminali.

Id-durata tal-miżuri stabbiliti fl-ordni ta’ protezzjoni tiġi determinata mill-imħallef, iżda ma tistax taqbeż is-sitt xhur li jibdew mid-data tal-ħruġ tal-ordni.

Ir-rikorsi għall-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni jaqgħu fil-kompetenza tal-qorti li fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħha l-vittma tkun domiċiljata jew residenti. Rikors għall-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni jista’ jiġi ppreżentat minn vittma jew personalment jew permezz ta’ rappreżentant legali, jew, f’isem il-vittma, anki permezz ta’ prosekutur pubbliku, ir-rappreżentant tal-awtorità rilevanti, jew ir-rappreżentant ta’ kwalunkwe fornitur tas-servizzi soċjali.

Ir-rikors irid jitfassal billi tintuża l-formola standardWord(31 Kb)ro u huwa eżentat mit-taxxa tal-boll ġudizzjarja. Ir-rikorsi jiġu deċiżi f’seduta magħluqa, fejn il-parteċipazzjoni tal-prosekutur pubbliku hija obbligatorja. Fuq talba, il-persuna kkonċernata tista’ tingħata assistenza jew rappreżentanza permezz ta’ avukat. L-assistenza għall-persuna li kontriha tkun qed tintalab l-ordni ta’ protezzjoni hija obbligatorja. Deċiżjoni tingħata bħala kwistjoni ta’ urġenza u prijorità. Ir-rikorsi jridu jiġu deċiżi fi żmien 72 siegħa mis-sottomissjoni, ħlief f’każijiet fejn tkun inħarġet ordni ta’ protezzjoni provviżorja qabel.

L-ordni ta’ protezzjoni hija eżegwibbli. Id-deċiżjoni tiġi eżegwita mingħajr avviż jew skadenza. Il-konformità mal-ordni ta’ protezzjoni hija obbligatorja wkoll għall-vittma. Id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata biss fi żmien tlett ijiem minn meta tingħata (jekk tkun ingħatat bil-partijiet li jkunu ġew imsejħa) jew innotifikata (jekk tkun ingħatat mingħajr ma kienu msejħa). Il-qorti tal-appell tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni sad-deċiżjoni tal-appell, iżda biss kontra l-ħlas ta’ garanzija. Il-partijiet ikkonċernati jiġu msejħa għas-seduta tal-appell. Il-parteċipazzjoni tal-prosekutur pubbliku hija obbligatorja.

Fil-jum li tingħata, kopja tal-parti operattiva tad-deċiżjoni tiġi kkomunikata lill-unitajiet tal-pulizija Rumena li fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħhom tkun tinsab ir-residenza tal-vittma u tal-aggressur. L-ordni tiġi eżegwita mingħajr dewmien mill-pulizija jew taħt is-superviżjoni tagħha. Uffiċjal tal-pulizija jista’ jidħol fl-abitazzjoni tal-familja kkonċernata bil-kunsens tal-persuna protetta, jekk tkun preżenti, jew membru ieħor tal-familja. Il-pulizija għandhom id-dmir li jissorveljaw il-konformità mad-deċiżjoni tal-qorti u li jinnotifikaw lill-korp tal-prosekuzzjoni kriminali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

In-nuqqas tal-aggressur milli jikkonforma mal-miżuri imposti b'ordni ta’ protezzjoni jikkostitwixxi reat kriminali u huwa punibbli bi priġunerija ta’ xahar sa sena.

Malli jiskadu dawn il-miżuri, il-vittma tista’ titlob ordni ta’ protezzjoni ġdida. Persuna li kontriha tiġi imposta miżura taħt ordni ta’ protezzjoni għall-perjodu massimu possibbli tista’ tippreżenta rikors għar-revoka tal-ordni jew għas-sostituzzjoni tal-miżura imposta.

Jekk, meta tkun qiegħda tittratta rikors, il-qorti taċċerta l-eżistenza ta’ waħda mis-sitwazzjonijiet li jitolbu miżura ta’ protezzjoni speċjali għat-tfal, hija tinnotifika immedjatament lill-awtorità pubblika lokali responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal.

Imbagħad isir intervent ta’ emerġenza, bil-forniment tas-servizzi soċjali meħtieġa jiġi rranġat minn tim mobbli magħmul minn rappreżentanti tas-Servizz ta’ Assistenza Soċjali Pubblika (Public Social Assistance Service) (SPAS).

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Skont l-Artikolu 22/1 tal-Liġi Nru 217/2003 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, ippubblikata mill-ġdid, l-uffiċjali tal-pulizija li fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom jaċċertaw riskju imminenti li l-ħajja, l-integrità fiżika jew il-libertà ta’ persuna jkunu mhedda minn att ta’ vjolenza domestika jistgħu joħorġu ordni ta’ protezzjoni provviżorja biex jitnaqqas dak ir-riskju.

L-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ordnijiet ta’ protezzjoni huma l-qrati distrettwali li jkollhom il-ġurisdizzjoni fejn il-vittmi jkunu domiċiljati jew residenti, skont l-Artikolu 25 tal-Liġi Nru 217/2003 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, ippubblikata mill-ġdid.

Skont l-Artikolu 3 tal-Artikolu I/5 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ ċerti Regolamenti Komunitarji mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE, approvata kif emendata bil-Liġi Nru 191/2007, kif emendata, il-qrati jiddeċiedu dwar ir-rikorsi għall-ħruġ ta’ ċertifikati billi joħorġu deċiżjonijiet f’seduta magħluqa, mingħajr ma jsejħu lill-partijiet.

Deċiżjoni li tilqa’ rikors ma tistax tiġi appellata. Deċiżjoni li tiċħad rikors tista’ tiġi appellata biss fi żmien ħamest ijiem wara n-notifika.

Iċ-ċertifikat jinħareġ lill-persuna protetta u kopja tiegħu tiġi nnotifikata lill-persuna li tkun qed tikkawża t-theddida, li tiġi infurmata li l-miżura ta’ protezzjoni ċċertifikata b’dan il-mod hija rikonoxxuta u eżegwibbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Skont l-Artikolu 22/5 u l-Artikolu 31 tal-Liġi Nru 217/2003 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, ippubblikata mill-ġdid, ordni ta’ protezzjoni provviżorja jew ordni ta’ protezzjoni tiġi eżegwita mingħajr dewmien minn jew, fejn applikabbli, taħt is-superviżjoni tal-pulizija.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Skont l-Artikolu 8 tal-Artikolu I/5 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ ċerti Regolamenti Komunitarji mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE, approvata kif emendata, bil-Liġi Nru 191/2007, kif emendata, sabiex tiġi eżegwita sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li timponi miżuri ta’ protezzjoni li ma jkunux magħrufa, jew ikunu differenti minn dawk previsti skont il-liġi Rumena, il-qrati kompetenti Rumeni, f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013, jaġġustaw l-elementi fattwali tal-miżuri ta’ protezzjoni sabiex jagħmluhom eżegwibbli fir-Rumanija skont il-liġi Rumena, u jordnaw miżuri li jkollhom effetti ekwivalenti u jsegwu objettivi u interessi simili. Miżura mgħoddija minn qorti Rumena ma tistax tirriżulta f’effetti li jmorru lil hinn minn dawk previsti fil-liġi tal-Istat Membru tal-oriġini fil-każ ta’ miżura stabbilita f’sentenza mogħtija minn qorti fl-Istat Membru tal-oriġini.

L-aġġustament jitwettaq ex officio jew fuq talba tal-parti kkonċernata, matul il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni dwar ir-rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà jew iċ-ċaħda tar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza, jew fil-proċedimenti ewlenin.

Il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali.

Jekk il-qorti ssib li l-aġġustament ikun neċessarju, hija tordna li jissejħu l-partijiet. Il-preżenza tal-prosekutur pubbliku hija obbligatorja.

Sentenza li fiha qorti tkun aġġustat sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tista’ tiġi appellata fi żmien għaxart ijiem wara n-notifika. Is-sentenza mogħtija fl-appell ma tistax tiġi appellata.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Skont l-Artikolu 1 tal-Artikolu I/5 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ ċerti Regolamenti Komunitarji mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE, approvata kif emendata bil-Liġi Nru 191/2007, kif emendata, ir-rikorsi għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent u r-rikorsi għaċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni fir-Rumanija ta’ sentenzi li jkun fihom miżuri ta’ protezzjoni mgħoddija fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jaqgħu fil-kompetenza tal-qrati distrettwali, skont ir-Regolament (UE) Nru 606/2013.

L-aħħar aġġornament: 10/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Slovakkja

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

1. Tipi ta’ obbligu/projbizzjoni taħt miżura ta’ protezzjoni (kontenut tal-miżura ta’ protezzjoni):

(a) Tista’ tiġi imposta miżura protettiva skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Artikolu 324 et seq.). Taħt miżura protettiva, parti tista’ tiġi ordnata, pereżempju biex:

(i) toqgħod lura temporanjament milli tidħol f’dar jew f’appartament fejn tkun tirrisjedi l-persuna li fuqha l-parti tkun raġonevolment issuspettata li tinfliġġi vjolenza; ma tidħolx, jew tidħol biss fuq bażi ristretta, f’dar jew appartament, post tax-xogħol jew post ieħor fejn tgħix, tkun abitwalment preżenti jew iżżur b’mod regolari l-persuna li l-integrità fiżika jew l-integrità psikoloġika tagħha l-parti thedded bl-imġiba tagħha; ma tikkuntattjax, b’mod sħiħ jew parzjali, bil-miktub, bit-telefown, b’komunikazzjoni elettronika jew b’mezzi oħra persuna li l-integrità fiżika jew l-integrità psikoloġika tagħha jistgħu jkunu mhedda minn tali mġiba; ma tiġix, jew tiġi biss fuq bażi ristretta, f'distanza speċifikata minn persuna li l-integrità fiżika jew l-integrità psikoloġika tagħha jistgħu jkunu mhedda mill-imġiba tal-parti.

(ii) L-Artikolu 325(2)(e) sa (h) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jagħti eżempji tal-aktar tipi frekwenti ta’ miżuri protettivi. Dan ifisser li l-lista ta’ miżuri protettivi fil-liġi mhijiex eżawrjenti u l-qorti tista’ timponi tipi oħra ta’ miżuri protettivi. Il-qorti tista’ għalhekk timponi miżuri protettivi simili għal dawk previsti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili, u kwalunkwe miżura oħra li tqis neċessarja u xierqa.

(b) Skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Pulizija il-pulizija tista’, pereżempju, tordna persuna biex:

(i) toqgħod lura milli tidħol jew tibqa’ f’ċerti postijiet, jew tesiġi li din tibqa’ f’post partikolari (l-Artikolu 27). Dan l-obbligu ma jistax jaqbeż iż-żmien meħtieġ (li jfisser biss iż-żmien strettament neċessarju).

(ii) titlaq minn abitazzjoni kondiviża (l-Artikolu 27a). L-Att dwar il-Pulizija jippermetti lill-uffiċjali tal-pulizija jordnaw li persuna titlaq minn appartament jew dar jew bini ieħor okkupat b’mod konġunt ma’ persuna f’riskju u mill-viċinanza immedjata tagħha (abitazzjoni kondiviża), jekk ikun hemm fatti li jindikaw li dik il-persuna tkun probabbli li tinvolvi ruħha f’attakk fuq il-ħajja, is-saħħa jew il-libertà, jew f’attakk partikolarment serju fuq id-dinjità tal-bniedem , ta’ persuna f’riskju, b’mod partikolari fid-dawl ta’ attakki preċedenti simili. L-ordni biex titlaq mill-abitazzjoni kondiviża tinkludi projbizzjoni fuq il-persuna milli terġa’ tidħol fl-abitazzjoni kondiviża għal 10 ijiem wara li tkun ordnata titlaq. Uffiċjal tal-pulizija jista’ joħroġ ordni li tirrikjedi li persuna titlaq minn abitazzjoni kondiviża anki fin-nuqqas tagħha. Waqt li tkun soġġetta għal ordni biex titlaq mill-abitazzjoni kondiviża, il-persuna mkeċċija ma tistax tiġi f’distanza ta’ 10 metri mill-persuna f’riskju.

2. Natura tal-awtorità li toħroġ il-miżura:

(a) Deċiżjoni preliminari tinħareġ minn awtorità ġudizzjarja (qorti ċivili).

(b) Ordni għat-tluq minn abitazzjoni kondiviża tinħareġ minn awtorità amministrattiva – N.B. mhux l-awtorità amministrattiva li tipprovdi garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u d-dritt tal-partijiet kollha li jinstemgħu. L-ordnijiet għat-tluq minn abitazzjoni kondiviża mhumiex soġġetti għal appell jew rieżami minn awtorità ġudizzjarja.

3. Durata massima possibbli ta’ miżura:

(a) Il-miżuri protettivi ġeneralment ma jkunux limitati fiż-żmien. Madankollu, skont l-Artikoli 330(1) u 336(1), l-ewwel sentenza, tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, qorti tista’ tillimita d-deċiżjoni fiż-żmien. Miżura protettiva trid tiġi rtirata jekk il-persuna protetta tonqos milli tieħu passi biex tikseb deċiżjoni dwar il-merti tal-każ (ma tiftaħx kawża) jew jekk ir-rikors għal deċiżjoni dwar il-merti jiġi miċħud, jew jekk il-kawża tkun ġiet miċħuda, jew il-proċedimenti prinċipali jitwaqqfu (l-Artikolu 336(3) u (4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Trid tiġi rtirata wkoll ladarba l-qorti tkun laqgħet il-kawża fil-proċedimenti prinċipali (l-Artikolu 337(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

(b) Iż-żmien ikun limitat: iż-żmien strettament neċessarju jfisser 48 siegħa fil-każ ta’ detenzjoni u 10 ijiem fil-każ ta’ ordni għat-tluq minn abitazzjoni kondiviża. Madankollu, il-pulizija tista’ testendi l-effett ta’ ordni għat-tluq minn abitazzjoni kondiviża billi tippreżenta rikors għal miżura protettiva (ara hawn taħt). L-ordni għat-tluq mill-abitazzjoni kondiviża tiġi revokata ladarba tinħareġ miżura protettiva jew il-kawża tiġi miċħuda minn qorti ċivili.

4. Sistema nazzjonali ta’ eżekuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni:

(a) Miżura protettiva tista’ tiġi implimentata (jekk ikun meħtieġ) malli tkun ġiet innotifikata lill-persuna suspettata. L-intervent ta’ uffiċjal ġudizzjarju huwa neċessarju biex tiġi eżegwita d-deċiżjoni. L-uffiċjal ġudizzjarju għandu d-dritt li jimponi penali finanzjarja fuq persuna suspettata b’nuqqas ta’ konformità ma’ miżura interim (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Eżekuzzjoni, l-Artikolu 192).

(b) Il-pulizija tista’ tuża l-forza biex tegħleb ir-reżistenza minn persuna vjolenti u biex teżegwixxi t-tneħħija tal-persuna minn dar konġunta (l-Att dwar il-Pulizija, l-Artikolu 51) jew biex timplimenta ordnijiet oħra tal-pulizija sabiex tiżgura s-sigurtà tal-persuni.

5. Penalitajiet f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ miżura:

(a) F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ miżura protettiva, persuna suspettata tista’ teħel minn sena ta’ ħames snin ħabs (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Kriminali, l-Artikolu 349). Madankollu, irid ikun hemm prova tal-intenzjoni tagħhom li jwettqu reat kriminali (ksur tal-obbligu impost minn miżura protettiva). Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 4a.

(b) Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 4(b).

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni fir-Repubblika Slovakka huma l-qrati distrettwali kollha. Il-qrati distrettwali kollha huma kompetenti ndaqs biex joħorġu ċertifikat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-miżuri ta’ protezzjoni maħruġa fi Stat Membru ieħor iridu jiġu sottomessi lill-Qorti Distrettwali ta’ Bratislava III. Il-pulizija u l-uffiċjali ġudizzjarji huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżuri.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti Distrettwali ta’ Bratislava III hija kompetenti biex taġġusta l-miżuri ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Ir-rikorsi għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent jew għall-eżekuzzjoni jridu jiġi sottomessi lill-Qorti Distrettwali ta’ Bratislava III.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-lingwi aċċettati huma s-Slovakk u ċ-Ċek

L-aħħar aġġornament: 24/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Finlandja

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Fil-Finlandja, il-miżuri ta’ protezzjoni msemmija fid-Direttiva 2011/99/UE u r-Regolament (UE) Nru 606/2013 huma stipulati fl-Att dwar l-Ordnijiet ta’ Trażżin (898/1998).

L-Att jipprevedi l-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin sabiex ikunu evitati reati kontra l-ħajja, is-saħħa, il-libertà jew il-privatezza, theddida ta’ tali reati jew kwalunkwe għamla oħra ta’ fastidju gravi. Jekk il-persuna li tħossha mhedda u l-persuna li kontriha tintalab ordni ta’ trażżin ikunu jgħixu permanentement fl-istess residenza, tista’ tiġi imposta ordni ta’ trażżin sabiex ikunu evitati reati kontra l-ħajja, is-saħħa jew il-libertà jew thedded ta’ tali reati (ordni ta’ trażżin fil-familja).

Id-Direttiva 2011/99/UE tapplika għal ordnijiet ta’ trażżin imposti fil-Finlandja, jekk l-ordni ta’ trażżin tkun ġiet imposta minħabba reat jew allegat reat. Jekk l-ordni ta’ trażżin ma tkun relatata ma’ reat kif imsemmi fid-Direttiva, tkun soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 606/2013.

Kif speċifikat f’aktar dettall fis-sentenza rilevanti, persuna soġġetta għal ordni ta’ trażżin ma tkunx tista’ tiltaqa’ mal-persuna taħt protezzjoni jew inkella tikkuntattjaha jew tipprova tikkuntattjaha (ordni ta’ trażżin bażika). Huwa wkoll projbit li wieħed isegwi jew josserva lill-persuna taħt protezzjoni. Persuna soġġetta għal ordni ta’ trażżin fil-familja trid titlaq mir-residenza fejn tkun qed tgħix permanentement flimkien mal-persuna taħt protezzjoni, u ma tistax terġa’ lura fiha. Jekk ikun hemm raġuni għaliex wieħed jemmen li ordni ta’ trażżin bażika hija insuffiċjenti, l-ordni ta’ trażżin tista’ tiġi estiża. F’dan il-każ, l-ordni ta’ trażżin tapplika wkoll jekk wieħed ikun qrib ir-residenza permanenti, il-villeġġjatura jew il-post tax-xogħol tal-persuna taħt protezzjoni jew fil-viċinanza ta’ post komparabbli ieħor speċifikat separatament (ordni ta’ trażżin estiża). Madankollu, l-ordni ta’ trażżin ma tapplikax għal kuntatti li għalihom ikun hemm raġuni xierqa u li ma jkunx hemm dubju li huma meħtieġa. L-arranġamenti ta’ kull kuntatt meħtieġ għandhom, preferibbilment, ikunu diġà previsti fid-deċiżjoni dwar l-ordni ta’ trażżin.

Ordni ta’ trażżin tista’ tiġi imposta għal massimu ta’ sena. Ordni ta’ trażżin fil-familja tista’ tiġi imposta għal massimu ta’ tliet xhur. Ordni ta’ trażżin tidħol fis-seħħ b’segwitu għad-deċiżjoni tal-qorti distrettwali li timponi tali ordni. Irid ikun hemm konformità mad-deċiżjoni irrispettivament mill-appell, sakemm il-qorti superjuri li tkun qed tisma’ l-kawża ma tiddeċidix mod ieħor. Ordni ta’ trażżin tista’ tiġi mġedda. F’każ ta’ tiġdid, l-ordni ta’ trażżin tista’ tiġi imposta għal massimu ta’ sentejn. Ordni ta’ trażżin fil-familja tista’ tiġi mġedda għal massimu ta’ tliet xhur.

L-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin tista’ tintalab minn kwalunkwe persuna li jkollha raġuni ġustifikata li tħossha mhedda jew mogħtija fastidju minn persuna oħra. It-talba tista’ ssir ukoll minn awtorità ta’ prosekuzzjoni, tal-pulizija jew tal-welfare soċjali. It-talba tista’ ssir bil-fomm jew bil-miktub permezz ta’ formola speċifika.

Kawżi li jikkonċernaw ordnijiet ta’ trażżin jissolvew mill-qrati distrettwali. Il-qorti b’ġurisdizzjoni hija l-qorti distrettwali tal-post li fih tirrisjedi l-persuna li għandha tiġi protetta jew fejn l-ordni ta’ trażżin tkun se tiġi primarjament applikata. Jekk il-persuna li kontriha tintalab ordni ta’ trażżin tkun suspettata f’reat li jista’ jkun rilevanti biex jissolva l-każ relatat mal-ordni ta’ trażżin, il-qorti kriminali bil-kawża quddiemha tkun kompetenti wkoll fil-kwistjoni tal-ordni ta’ trażżin.

Sa fejn ikun jixraq, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-proċedura kriminali japplikaw għas-smigħ fil-qorti ta’ kawża relatata ma’ ordni ta’ trażżin. Fil-ġurisprudenza tal-Finlandja, ordni ta’ trażżin tiġi imposta kważi bla ebda eċċezzjoni bħala miżura indipendenti b’mod separat mis-smigħ ta’ kawża kriminali, minkejja li skont il-liġi din tista’ tiġi trattata wkoll f’rabta ma’ proċedimenti kriminali.

Ordni ta’ trażżin tista’ tiġi imposta jekk ikun hemm raġunijiet motivati li wieħed jassumi li l-persuna li kontriha tkun intalbet l-ordni x’aktarx li twettaq reat kontra l-ħajja, is-saħħa, il-libertà jew il-privatezza tal-persuna li tkun qed tħossha mhedda jew tagħtiha fastidju gravi b’xi mod ieħor.

Ordni ta’ trażżin fil-familja tista’ tiġi imposta jekk il-persuna li kontriha tintalab l-ordni ta’ trażżin x’aktarx, kif iġġudikat mit-theddid li din tkun għamlet u kull offiża preċedenti jew aġir ieħor, li twettaq reat kontra l-ħajja, is-saħħa jew il-libertà tal-persuna li tħossha mhedda, u l-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin ma tkunx irraġonevoli meta wieħed iqis il-gravità tar-reat imminenti, iċ-ċirkostanzi tal-persuni li jkunu qed jgħixu taħt l-istess saqaf u fatti oħra ppreżentati fil-kawża.

Waqt il-valutazzjoni tal-prerekwiżiti għall-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin, trid tingħata attenzjoni liċ-ċirkostanzi tal-persuni involuti, in-natura ta’ kull reat jew fastidju fil-passat u jekk dan ikunx ġie ripetut, kif ukoll il-probabbiltà li l-persuna li kontriha tkun intalbet ordni ta’ trażżin tkompli tagħti fastidju jew twettaq reat kontra l-persuna li tkun qed tħossha mhedda.

Tista’ tiġi imposta wkoll ordni ta’ trażżin temporanja. L-impożizzjoni ta’ ordni ta’ trażżin temporanja tiġi deċiża minn uffiċjal bis-setgħa ta’ arrest jew mill-qorti. L-uffiċjal bis-setgħa ta’ arrest irid bla dewmien u mhux aktar tard minn tliet ijiem jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu għall-kunsiderazzjoni tal-qorti distrettwali kompetenti.

Fil-prinċipju, il-partijiet infushom huma responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-kunsiderazzjoni ta’ kawża li tirrigwarda ordni ta’ trażżin. Madankollu, jekk ikun hemm raġunijiet sostanzjali għaliex tagħmel hekk, il-qorti tista’ tordna lil parti biex tħallas l-ispejjeż legali raġonevoli kollha jew parzjalment tal-parti opposta. Ma hija imposta l-ebda tariffa tal-qorti.

Il-partijiet għandhom id-dritt li jużaw avukat, u huma intitolati wkoll għal assistenza legali bla ħlas jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Att dwar l-Għajnuna Legali (257/2002).

Il-qorti trid iddaħħal immedjatament sentenza li timponi, tirrevoka jew temenda ordni ta’ trażżin fis-sistema tal-kompjuter tal-pulizija.

Is-sentenza tiġi nnotifikata wkoll lir-rikorrent, lill-persuna li trid tiġi protetta mill-ordni ta’ trażżin u lill-persuna li kontriha tkun intalbet ordni ta’ trażżin. Is-sentenza trid tiġi nnotifikata b’mod verifikabbli lill-persuna li kontriha tkun ġiet imposta l-ordni ta’ trażżin, sakemm ma tkunx ġiet iddikjarata jew mogħtija fil-preżenza tal-persuna.

Il-pulizija twettaq superviżjoni tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ trażżin.

Il-ksur tal-ordnijiet ta’ trażżin iġorr miegħu piena skont il-Kapitolu 16, l-Artikolu 9a tal-Kodiċi Kriminali (39/1889).

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti li jordnaw miżuri ta’ protezzjoni

Il-qrati ġenerali (il-qrati distrettwali, il-qrati tal-appell u l-Qorti Suprema)

L-awtoritajiet kompetenti li joħorġu ċertifikati f’konformità mal-Artikolu 5

Il-qrati ġenerali (il-qrati distrettwali, il-qrati tal-appell u l-Qorti Suprema)

Iċ-ċertifikat jinħareġ mill-qorti li tkun imponiet ordni ta’ trażżin koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u msemmija fl-Att dwar l-Ordnijiet ta’ Trażżin (898/1998).

Iċ-ċertifikat jinħareġ f’konformità mal-Artikoli 5-7 tar-Regolament. Iċ-ċertifikat jiġi nnotifikat lill-persuna li qed tikkaġuna r-riskju f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament u l-Artikolu 5 tal-Att (227/2015) li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/tuomioistuimet/fi/index.html

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Il-Qorti Distrettwali ta’ Helsinki.

Informazzjoni għall-kuntatt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oikeus.fi/karajaoikeudet/helsinginkarajaoikeus/fi/index.html

Miżura ta’ protezzjoni imposta fi Stat Membru ieħor hija rikonoxxuta fil-Finlandja f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament mingħajr proċedura separata, kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Att (227/2015) li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili. Miżura ta’ protezzjoni bħal din tiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 15 tal-Att dwar l-Ordnijiet ta’ Trażżin (898/1998) bl-istess mod bħal ordni ta’ trażżin imposta fil-Finlandja.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-Qorti Distrettwali ta’ Helsinki.

Informazzjoni għall-kuntatt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oikeus.fi/karajaoikeudet/helsinginkarajaoikeus/fi/index.html

L-aġġustament ta’ miżura ta’ protezzjoni jsir kif speċifikat fl-Artikolu 11 tar-Regolament, f’konformità mal-proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Att (227/2015) li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Il-Qorti Distrettwali ta’ Helsinki.

Informazzjoni għall-kuntatt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oikeus.fi/karajaoikeudet/helsinginkarajaoikeus/fi/index.html

Ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tas-sentenza jiġi miċħud skont l-Artikolu 13 tar-Regolament, f’konformità mal-proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Att (227/2015) li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-lingwi aċċettati huma l-Finlandiż, iż-Żvediż u l-Ingliż. Jista’ jiġi aċċettat ukoll ċertifikat maħruġ b’lingwa oħra, dment li ma jkun hemm l-ebda impediment ieħor għall-aċċettazzjoni tiegħu.

L-aħħar aġġornament: 22/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili - Svezja

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Fil-liġi Żvediża ma hemm l-ebda miżura ta’ protezzjoni tal-liġi ċivili tax-xorta msemmija fir-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili. Għaldaqstant ma hemm l-ebda awtorità bis-setgħa li tordna tali miżuri jew li toħroġ ċertifikati f’konformità mal-Artikolu 5.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru ieħor tista’ tiġi invokata quddiem il-prosekutur pubbliku (åklagaren) tal-post fejn il-miżura għandha tapplika jew għandha prinċipalment tapplika.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Il-prosekutur pubbliku tal-post fejn il-miżura għandha tapplika jew għandha prinċipalment tapplika jkun kompetenti li jaġġusta l-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Rikors għal rifjut tar-rikonoxximent f’konformità mal-Artikolu 13 għandu jitressaq quddiem il-Qorti Distrettwali (tingsrätt) ta’ Stokkolma.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

L-Iżvediż

L-aħħar aġġornament: 30/09/2020