Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni
Il-qorti bil-ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi dwar rikorsi għall-ħruġ u l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea u għall-ħruġ ta’ konferma tal-eżegwibbiltà tagħha hija kwalunkwe qorti muniċipali (općinski sud), jew qorti kummerċjali (trgovački sud) f’każijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kummerċjali, skont id-domiċilju jew il-post ta’ residenza abitwali jew l-uffiċċju rreġistrat tal-intimat.
L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni
Il-qorti tiddeċiedi dwar rikorsi għall-istħarriġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea. Id-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tiġi appellata.
L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni
Formoli, applikazzjonijiet oħra, jew dikjarazzjonijiet għandhom jiġu mressqa bil-kitba, bil-faks, jew bil-posta elettronika.
L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati
L-ordnijiet ta' ħlas Ewropej iridu jkunu akkumpanjati bi traduzzjoni għall-Kroat, ċertifikata minn persuna li hija awtorizzata tagħmel dan.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.