Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni
Fl-Estonja, il-qrati tal-kontea bil-ġuriżdizzjoni xierqa huma kompetenti li jwettqu l-proċeduri għal ordnijiet ta’ ħlas Ewropej.
L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni
Ordni ta’ ħlas Ewropea tista’ tiġi kkontestata billi jitressaq appell skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4891 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. L-appell għandu jiġi ppreżentat lill-qorti tal-kontea li ħarġet l-ordni ta’ ħlas. Id-deċiżjoni fl-appell tista’ tiġi kkontestata fil-qorti distrettwali bil-ġuriżdizzjoni rilevanti.
Eċċezzjonalment, fuq talba ta’ parteċipant fil-proċedimenti fejn tkun tfaċċat evidenza ġdida, rikors għal rieżami ta’ sentenza tal-qorti li tkun daħlet fis-seħħ jista’ jiġi ppreżentat ukoll lill-Qorti Suprema skont il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu 68 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.
L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni
Il-mezzi ta’ komunikazzjoni permessi fi proċedura ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea u dik aċċettata mill-qrati Estonjani huma t-twassil bl-idejn, il-posta, il-faks u l-mezzi ta’ trażmissjoni elettroniċi, skont il-ħtiġijiet ta’ format u r-regoli stipulati fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Regoli iktar dettaljati għall-preżentazzjoni ta’ dokumenti elettroniċi lill-qrati u l-ħtiġijiet ta’ format għal dokumenti huma stipulati f'Regolament maħruġ mill-Ministru tal-Ġustizzja.
L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati
Skont l-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament, ordni ta’ ħlas Ewropea hija aċċettata għall-infurzar fl-Estonja jekk hija bl-Estonjan jew bl-Ingliż jew jekk hi akkumpanjata bi traduzzjoni għall-Estonjan jew għall-Ingliż.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.