L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni
Il-ġuriżdizzjoni għall-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ ħlas Ewropej hija f’idejn l-awla għall-protezzjoni tal-adulti vulnerabbli (juge des contentieux de la protection), il-president tal-qorti ġenerali (tribunal judiciaire), il-qorti lokali (tribunal de proximité) u l-president tal-qorti kummerċjali (tribunal de commerce) fil-limiti tal-kompetenza tal-materji tagħhom.
Meta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali ma jirreferix għall-qrati jew tribunali bil-ġuriżdizzjoni territorjali, iżda għall-qrati ta’ Stat Membru, il-qorti kompetenti tkun dik tal-post tar-residenza tal-konvenut jew ta’ wieħed mill-konvenuti.
L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni
Ir-regoli li jirregolaw il-proċedura ta' rieżami f'każijiet eċċezzjonali, previsti fl-Artikolu 20 tar-Regolament, huma identiċi għal dawk applikabbli għall-proċedura ta' oppożizzjoni. It-talba għal finijiet ta' rieżami titressaq quddiem il-qorti li tkun ħarġet ordni ta' ħlas Ewropea.
L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni
It-talba għal ordni ta' ħlas Ewropea tista' tiġi indirizzata lill-Qorti permezz tal-posta jew bil-posta elettronika.
L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati
Il-lingwi aċċettati skond l-Artikolu 21(2)(b) huma: il-Franċiż, l-Ingliż; il-Ġermaniż; it-Taljan; l-Ispanjol.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.