L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Franza

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Franza

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


*input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-kompetenza biex tinħareġ ordni ta’ ħlas Ewropea hija tal-awla tal-protezzjoni ġudizzjarja (juge des contentieux de la protection) jew tal-President tal-Qorti ċivili (tribunal judiciaire) jew tal-President tal-Qorti tal-kummerċ (tribunal de commerce), fil-limiti tal-kompetenza mogħtija lil dawk il-qrati.

Meta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali ma jirreferix għall-qrati jew tribunali bil-ġuriżdizzjoni territorjali, iżda għall-qrati ta’ Stat Membru, il-qorti kompetenti tkun dik tal- post tar-residenza tal-konvenut jew ta’ wieħed mill-konvenuti.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ir-regoli li jirregolaw il-proċedura ta' rieżami f'każijiet eċċezzjonali, previsti fl-Artikolu 20 tar-Regolament, huma identiċi għal dawk applikabbli għall-proċedura ta' oppożizzjoni. It-talba għal finijiet ta' rieżami titressaq quddiem il-qorti li tkun ħarġet ordni ta' ħlas Ewropea.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

It-talba għal ordni ta' ħlas Ewropea tista' tiġi indirizzata lill-Qorti permezz tal-posta jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwi aċċettati skond l-Artikolu 21(2)(b) huma: il-Franċiż, l-Ingliż; il-Ġermaniż; it-Taljan; l-Ispanjol.

L-aħħar aġġornament: 12/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.