L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Ġermanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

Rimarki preliminari

Id-dettalji dwar l-implimentazzjoni fil-Ġermanja tar-Regolament li joħloq proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea jinsabu f'Att dwar it-titjib fl-eżekuzzjoni ta' talbiet tranfruntieri u n-notifika tad-dokumenti.


SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Ġermanja

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


*input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-Qorti Distrettwali (Amtsgericht) ta' Wedding f'Berlin għandha ġuriżdizzjoni fuq il-Ġermanja kollha. Id-dettalji ta' kuntatt għal din il-Qorti huma kif ġej:

Amtsgericht Wedding
13343 Berlin
Tel: +49 (0)30 90156 - 0
Faks: +49 (0)30 90156 - 203

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-qorti kompetenti għall-proċedura tal-ordni ta’ ħlas hija l-Qorti Distrettwali ta’ Wedding.

Kull tilwima sussegwenti tittella’ quddiem il-qorti indikata mir-rikorrent bħala li jkollha ġuriżdizzjoni internazzjonali. Jekk din il-qorti ma tkunx kompetenti fit-tilwima, tista’ tirrinvija l-kwistjoni lill-qorti Ġermaniża b’ġuriżdizzjoni internazzjonali. Il-ġuriżdizzjoni internazzjonali ġeneralment tkun irregolata mill-att legali tal-UE rilevanti, eż ir-Regolament Nru 1215/2012.

L-iskop u l-operat tal-proċedura ta' rieżami huma fil-biċċa l-kbira tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament. Skont l-Att ir-rikorrent irid juri l-fatti li fl-opinjoni tiegħu jiġġustifikaw l-annullament tal-ordni ta' ħlas Ewropea. Id-deċiżjoni tal-Qorti Ġermaniża b’ġuriżdizzjoni internazzjonali (ara fuq) ma tistax tiġi appellata. Jekk il-qorti tiddikjara illi l-ordni ta' ħlas Ewropea hija nulla u bla effett, il-proċedura tintemm skont ir-Regolament.

B'mod eċċezzjonali, għal kwistjonijiet industrijali skont it-tifsira tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 46b(2) tal-Liġi dwar il-Qrati Industrijali (Arbeitsgerichtsgesetz), il-qorti kompetenti hija l-qorti industrijali b’ġuriżdizzjoni internazzjonali li tkun kompetenti fi proċedimenti għal sentenza sħiħa (Urteilsverfahren).

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Rikors għal ordni ta' ħlas Ewropea jista' jsir b’mod kartaċju jew elettroniku, jekk il-qorti kompetenti tippermetti dan it-tip ta' rikors. Quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Wedding, ir-rikorsi jistgħu jsiru elettronikament. Jenħtieġ softwer speċjali sabiex isir rikors elettroniku quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Wedding. Għal aktar informazzjoni ara:https://service.berlin.de/dienstleistung/327380/.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa Ġermaniża biss hija aċċettata.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.