Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2022.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

L-Irlanda ta’ fuq

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

Il-proċedura tal-qorti fl-Irlanda ta’ Fuq hija rregolata mir-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (l-Irlanda ta' Fuq) [Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980] u r-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (l-Irlanda ta’ Fuq) [ County Court Rules (Northern Ireland) 1981]. Ir-regoli jsiru skont l-Att tal-1978 dwar il-Ġudikatura (l-Irlanda ta’ Fuq) [Judicature (Northern Ireland) Act 1978] permezz ta’ regola statutorja.


SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Renju Unit

L-Irlanda ta’ fuq

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


*input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qorti kompetenti biex toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea fl-Irlanda ta’ Fuq hija l-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (High Court of Justice).

Il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-kontea (county courts) hija totalment statutorja u hija preskritta fl-Ordni tal-1980 dwar il-Qrati tal-Kontea (l-Irlanda ta’ Fuq) (County Courts (Northern Ireland) Order 1980). Għalhekk, sakemm issir xi emenda għall-Ordni, il-pożizzjoni hija li l-proċedimenti skont ir-Regolament ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni statutorja tal-qrati tal-kontea (county courts) iżda, minflok, jaqgħu taħt il-Qorti Għolja (High Court) taħt il-ġurisdizzjoni inerenti tagħha irrispettivament mill-valur monetarju tal-proċedimenti.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Fl-Irlanda ta’ Fuq, rikors għal stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 20 jista’ jitressaq quddiem il-Qorti Għolja (High Court) skont il-Parti IV tad-Digriet 71 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (l-Irlanda ta’ Fuq) (Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980).

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezz ta’ komunikazzjoni aċċettat mill-Qorti fl-Irlanda ta’ Fuq għall-finijiet tal-bidu tal-ordni ta’ ħlas Ewropea huwa permezz tal-posta. Fil-futur tista’ tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li r-rikors jiġi ppreżentat b’mod elettroniku. Madankollu, dokumenti oħra li jintbagħtu lill-Qorti fi proċedimenti ta’ordni ta’ ħlas Ewropea, inklużi dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni, jistgħu jintbagħtu lill-Qorti bil-posta, permezz ta’ faks jew b’mezzi elettroniċi oħra fejn ikun hemm faċilitajiet disponibbli skont l-Artikolu 39 tad-Digriet 71 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (l-Irlanda ta’ Fuq) [Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980]. Ir-rikors u d-dokumenti l-oħra f’dawn il-proċedimenti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll personalment quddiem il-Qorti.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa uffiċjali aċċettabbli skont l-Artikolu 21(2)(b) hija l-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 14/07/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.