Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Il-qrati kompetenti huma l-qrati distrettwali (sądy rejonowe) u l-qrati reġjonali (sądy okręgowe), li l-ġuriżdizzjoni ratione materiae u territorjali tagħhom hija definita fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Kodeks postępowania cywilnego) tas-17 ta' Novembru 1964 (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2014, il-kap 101, kif emendat). Il-ġuriżdizzjoni ratione materiae hija rregolata mill-Artikoli 16, 17 u 461(11) flimkien mal-Artikolu 50516(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, u l-ġuriżdizzjoni territorjali mill-Artikoli 27 sa 46 u 461(1) flimkien mal-Artikolu 50516(1) tal-Kodiċi.
Ir-rikorsi għaċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 22 (iċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni) tar-Regolament għandhom jiġu ppreżentati, skont l-Artikolu 115323(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, lill-qorti reġjonali tad-domiċilju tad-debitur jew lill-uffiċċju rreġistrat jew, fl-assenza ta' din il-qorti, lill-qorti reġjonali li fiha l-eżekuzzjoni reġjonali hija pendenti jew qed titwettaq. Skont l-Artikolu 115323(3), l-intimat jista' jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-każ fi żmien stabbilit mill-qorti.
B'referenza għall-Artikolu 23 (is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-eżekuzzjoni), fuq rikors minn debitur, il-qorti distrettwali kompetenti tista', skont l-Artikolu 115320(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, tissospendi l-proċedimenti ta' eżekuzzjoni li jkunu qed jitwettqu abbażi ta' ordni ta' ħlas Ewropea. Barra minn hekk, fuq rikors minn debitur, din il-qorti tista' tillimita l-eżekuzzjoni għal miżuri protettivi jew tagħmel l-eżekuzzjoni kondizzjonali fuq il-kreditur, bil-preżentazzjoni ta' sigurtà adegwata.
L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
B'referenza għall-Artikolu 20(1) tar-Regolament, il-protezzjoni tad-debitur tieħu l-forma ta' skedar mill-ġdid tat-terminu preskrittiv għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni għal ordni ta' ħlas Ewropea. Dan il-qasam huwa rregolat bl-Ewwel Parti, it-Titolu VI, il-Kapitolu 5 (in-nuqqas ta' konformità mat-terminu preskrittiv u l-arranġamenti għal skedar mill-ġdid) (l-Artikoli 167-172) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Skont dawn ir-regoli, ir-rikors għal skedar mill-ġdid tat-terminu preskrittiv, fi żmien ġimgħa minn meta tieqaf tapplika r-raġuni ta' nuqqas ta' konformità, irid jitressaq permezz ta' ittra lill-qorti li quddiemha kellhom iseħħu l-proċedimenti. L-ittra trid tissostanzja ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-rikors. Fl-istess waqt li jitressaq rikors għar-riskedar tat-terminu preskrittiv, il-parti għandha tieħu l-pass proċedurali li tippreżenta applikazzjoni għall-eżami mill-ġdid tal-ordni ta' ħlas Ewropea. Jekk tkun laħqet għaddiet sena minn mindu t-terminu preskrittiv ma nżammx, jista' jiġi riskedat biss f'każijiet speċjali. Bħala regola, talba għar-riskedar ma twassalx għas-sospensjoni tal-proċedimenti jew tal-eżekuzzjoni ta' sentenza.
Rigward l-Artikolu 20(2) tar-Regolament, japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 50520 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. L-applikazzjonijiet iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-trattazzjonijiet bil-miktub u jindikaw ir-raġunijiet l-għaliex għandha tiġi annullata l-ordni ta' ħlas Ewropea. Il-qorti kompetenti għall-eżaminar ta' din l-applikazzjoni hija l-qorti li tkun ħarġet l-ordni. Qabel ma tiġi annullata l-ordni ta' ħlas Ewropea, il-qorti trid tisma' lir-rikorrent, jew titolbu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub.
L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni
L-applikazzjonijiet għal ordni ta' ħlas Ewropea u għal trattazzjonijiet oħrajn f'dawn il-proċedimenti jistgħu jiġu ppreżentati biss bil-miktub. Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti kompetenti kemm personalment kif ukoll bil-posta.
L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati
Skont l-Artikolu 21(2)(b), il-lingwa aċċettata hija dik Pollakka.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.