Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Skozja

Il-kontenut ipprovdut minn
Skozja

Il-proċedura ċivili ordinarja fl-Iskozja hija prinċipalment irregolata mir-Regoli dwar il-Kawżi Ordinarji 1993. Ir-regoli jistgħu jiġu aċċessati mis-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi.

Ir-regoli jsiru permezz ta’ strument statutorju u jista’ jkun hemm bżonn li jiġu emendati permezz ta’ strument statutorju biex jakkomodaw ir-Regolament. Ikun meħtieġ li jsir ukoll sett awtonomu ta’ regoli.

Il-Qorti Suprema Ċivili tirregola u tippreskrivi l-proċedura u l-prattika li għandhom jiġu segwiti fi kwalunkwe proċedura ċivili f’qorti tax-xeriff skont l-Att ta’ Sederunt.


L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni biex toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea fl-Iskozja hija l-qorti tax-xeriff. Fil-każijiet kollha l-proċedura ssir quddiem xeriff.

Talba tista’ tinħareġ fi kwalunkwe qorti tax-xeriff fl-Iskozja. Is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi għandu l-indirizzi tal-qrati tax-xeriff kollha.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Kull rikors jrid jiġi ppreżentat lix-xeriff.

Rikors għal stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 20(1) għandu jsir skont il-formola 2 tal-Att ta’ Sederunt tal-2008 (ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tax-Xeriff għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea) (Act of Sederunt (Sheriff Court European Order for Payment Procedure Rules) 2008).

Rikors għal stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 20(2) għandu jsir permezz tal-formola 3 tal-Att ta’ Sederunt tal-2008 (ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tax-Xeriff għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea) (Act of Sederunt (Sheriff Court European Order for Payment Procedure Rules) 2008).

Il-formoli 2 u 3 jistgħu jitniżżlu mis-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni aċċettati mill-qrati tax-xeriff (sheriff courts) fl-Iskozja biex tinbeda Ordni ta’ Ħlas Ewropea huma bil-posta (minħabba l-ħtieġa li titħallas tariffa tal-qorti biex jinħareġ il-proċess). Bħalissa qed jiġi kkunsidrat jekk tistax tkun possibbli s-sottomissjoni elettronika tal-formola tat-talba. Dokumenti sussegwenti, inkluża kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, jistgħu wkoll jintbagħtu lill-qorti bil-posta.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa uffiċjali aċċettabbli skont l-Artikolu 21(2)(b) hija l-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 13/07/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.