L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Svezja

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


*input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Rikorsi għall-ordni ta’ pagament Ewropew ippreżentati fl-Iżvezja jiġu eżaminati mill-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni Żvediża (Kronofogdemyndigheten) (l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ir-rikorsi għar-reviżjoni jiġu eżaminati mill-qorti tal-appell (hovrätt) (Artikolu 13 tal-Att dwar il-proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament). Jekk rikors jintlaqa', il-qorti tal-appell tiddeċiedi fl-istess ħin li jsir irrivalutar mill-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni Żvediża.

Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-kwistjonjiet, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni Żvediża (https://www.kronofogden.se/du-har-ett-krav-mot-nagon/du-vill-fa-ditt-krav-faststallt/du-vill-fa-betalt-fran-nagon-i-annat-eu-land)

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Ir-rikorsi għall-proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament għandhom bħala prinċipju jiġu ppreżentati bil-miktub. L-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni Żvediża tista' tiddeċiedi li r-rikorsi jiġu magħmula permezz ta' mezz li jippermetti l-użu tal-ipproċessar awtomatiku tal-informazzjoni (l-Artikolu 4 tar Regolament dwar proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament).

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Fl-Iżvezja, fir-rikorsi tal-eżekuzzjoni għal proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament li jiġu ddikjarati eżegwibblifi Stat Membru ieħor, l-ordni għall-pagament għandu jiġi tradott fl-Isvediż jew fl-Ingliż (l-Artikolu 10 tar-Regolament dwar dwar proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament).

L-aħħar aġġornament: 22/09/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.