Talbiet żgħar

Awstrija

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Awstrija

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


*input mandatarju

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Fl-Awstrija huma l-qrati distrettwali (Bezirksgerichte) li għandhom ġurisdizzjoni għal smigħ ta’ kawżi fl-ewwel istanza skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007, kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2421/2015, li jistabbilixxi l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Il-ġurisdizzjoni ġeografika hija ddeterminata, sakemm ma tkunx diġà ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, mil-leġiżlazzjoni tal-Awstrija dwar il-ġurisdizzjoni.

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

It-talbiet skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007, kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2421/2015, li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jistgħu jkunu ppreżentati fuq karta jew elettronikament permezz tas-sistema elettronika ta’ korrispondenza legali (Elektronischer Rechtsverkehr - “ERV”). L-ERV fil-prinċipju hija disponibbli għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha, minkejja li teħtieġ softwer speċjali u l-involviment ta’ aġenzija intermedjarja. Lista aġġornata ta’ aġenziji intermedjarji tinsab hawnhekk:

http://www.edikte.justiz.gv.at/edikte/km/kmhlp05.nsf/all/erv.

Is-sottomissjonijiet u d-dokumenti mehmuża jistgħu jkunu ppreżentati wkoll f’għamla elettronika permezz tal-funzjoni tal-kard taċ-ċittadin (Bürgerkartenfunktion) (firma bit-telefown ċellulari jew kard biċ-ċippa – ara http://www.buergerkarte.at/ ) u l-formoli online jinsabu fis-sit web tal-Ġustizzja tal-Awstrija: https://portal.justiz.gv.at/at.gv.justiz.formulare/Justiz/index.html.

Id-dokumenti ma jistgħux jintbagħtu bil-faks jew bl-email.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Fil-każijiet li fihom l-Awstrija għandha ġurisdizzjoni internazzjonali, il-partijiet jirċievu assistenza u informazzjoni ġenerali mill-qorti distrettwali xierqa.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Il-qrati jistgħu jużaw is-sistema ERV tal-Awstrija għan-notifika elettronika tal-atti lill-partijiet jew lir-rappreżentanti tagħhom. Din hija għamla ta’ trażmissjoni li ssegwi regoli tekniċi preċiżi, f’ċirku ta’ utenti identifikati. L-ERV fil-prinċipju hija disponibbli għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha, minkejja li teħtieġ softwer speċjali u l-involviment ta’ aġenzija intermedjarja. Lista aġġornata ta’ aġenziji intermedjarji tinsab hawnhekk:

http://www.edikte.justiz.gv.at/edikte/km/kmhlp05.nsf/all/erv .

Jekk in-notifika permezz tal-ERV ma tkunx possibbli, in-notifika elettronika tal-atti tista’ ssir ukoll permezz dipartiment amministrattiv għan-notifika tad-dokumenti f’konformità mal-Parti 3 tal-Att dwar in-Notifika tad-Dokumenti (Zustellgesetz, Artikolu 28 et seq.).

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-persuni mitluba li jużaw l-ERV tal-Awstrija (iżda mhux sistemi oħra ta’ notifika elettronika) huma: l-avukati (Rechtsanwälte), persuni oħra awtorizzati li jirrappreżentaw intimat fi proċedimenti kriminali (Verteidiger in Strafsachen), nutara (Notare), istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu (l-Artikoli 1(1) u (2) tal-Att tal-Banek – BWG), impriżi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(1), il-punti 1, 2, 4, 6, 7 u 8 tal-Att dwar is-Superviżjoni tal-Assigurazzjoni tal-2016 (VAG 2016), l-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali (l-Artikoli minn 23 sa 25 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali – ASVG, l-Artikolu 15 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali – GSVG, il-Kapitolu 13 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali tal-Bdiewa – BSVG, il-Kapitolu 9 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq Inċidenti u Saħħa tal-Uffiċjali taċ-Ċivil – B-KUVG, u l-Kapitolu 4 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni tan-Nutara – NVG, 1972), l-istituzzjonijiet tal-pensjoni (il-Kapitolu 479 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali – ASVG), il-Fond għal-Liv u għal Ħlasijiet ta’ Terminazzjoni tal-Ħaddiema fil-Kostruzzjoni (il-Kapitolu 14 tal-Fond għal-Liv u għal Ħlasijiet ta’ Terminazzjoni tal-Ħaddiema fil-Kostruzzjoni – BUAG), il-Fond għas-Salarji tal-Ħaddiema fi Spiżeriji (il-Kapitolu 1 tal-Att dwar il-Fond tas-Salarji tal-2002), il-Fond ta’ Kontinġenza f’każ ta’ Falliment (il-Kapitolu 13 tal-Att dwar id-Dispożizzjoni ta’ Kontinġenza f’każ ta’ Falliment – IESG) u IEF Service GmbH (il-Kapitolu 1 tal-Att dwar l-IEF - IEFG), il-Konfederazzjoni tal-Istituzzjonijiet ta’ Assigurazzjoni Soċjali tal-Awstrija (il-Kapitolu 31 tal-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali – ASVG), il-Prosekutur Finanzjarju (Finanzprokuratur, li jirrappreżenta lill-Istat f’ċerti tipi ta’ kawżi) (il-Kapitolu 1 tal-Att dwar il-Prosekutur Finanzjarju – ProkG), u l-assoċjazzjonijiet tal-avukatura (Rechtsanwaltskammern).

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-liġi tal-Awstrija dwar it-tariffi tal-qorti ma għandha l-ebda dispożizzjoni separata dwar it-tariffi tal-qorti għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Għat-talba u l-proċedura sussegwenti fl-ewwel istanza, tapplika l-entrata tat-tariffa 1 (TP 1)tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (GGG); għall-appell u l-proċedura sussegwenti fit-tieni istanza, tapplika l-entrata tat-tariffa 2 (TP 2)tal-istess Att. Dawn huma l-istess tariffi għall-kawżi ċivili domestiċi kollha.

It-tariffi tal-qorti huma kkalkulati fuq il-bażi tal-valur inkwistjoni fl-azzjoni (il-valur tat-talba oriġinali, miżjud bi kwalunkwe ammont li bih tiġi estiża t-talba), jew il-valur inkwistjoni fl-appell, u l-għadd ta’ partijiet. It-tariffi attwali jistgħu jiġu kkonsultati fis-Sistema ta’ Informazzjoni Legali Awstrijaka (ara https://www.ris.bka.gv.at/Bundesrecht/; ikklikkja fuq “Bundesrecht konsolidiert” (liġi federali konsolidata; taħt “Titel, Abkürzung” (titolu, abbrevjazzjoni), daħħal “GGG”; taħt “Paragrafu”, daħħal “32”).

Il-metodi ta’ pagament huma stipulati fil-Kapitolu 4 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, li jipprevedi li t-tariffi jistgħu jitħallsu permezz ta’ kard tal-bank b’funzjoni ta’ Bankomat jew karta tal-kreditu, billi jitħallas jew ikun trasferit l-ammont fil-kont tal-qorti kompetenti, jew f’kontanti fil-qorti kompetenti.

Il-miżati kollha jistgħu jitħallsu wkoll permezz ta’ pagament ta’ debitu dirett, jekk il-qorti (jew is-sistema ġudizzjarja inġenerali tal-Awstrija) tkun ġiet awtorizzata li tiġbor it-tariffi tal-qorti minn kont li trid tinnotifikah il-parti li trid tħallas it-tariffi u tiddepożitahom f’kont ġudizzjarju u jekk is-sottomissjoni tispeċifika minn tal-anqas id-dettalji tal-kont li minnu jridu jinġibdu t-tariffi u l-ammont massimu li jista’ jiġi ddebitat.

Jekk it-talba tkun ippreżentata permezz tas-sistema tal-ERV, it-tariffi jridu jitħallsu permezz ta’ pagament ta’ debitu dirett. F’dan il-każ, ma jista’ jkun speċifikat l-ebda ammont li għandu jinġibed.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

F’kawża magħmula skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2421/2015, li jistabbilixxi l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, sentenza mogħtija fl-ewwel istanza minn qorti distrettwali tista’ tkun appellata (Berufung). L-appell irid isir bil-miktub fil-qorti distrettwali li tkun qatgħet is-sentenza fl-ewwel istanza fi żmien erba’ ġimgħat min-notifika tas-sentenza. Irid ikun iffirmat minn avukat (Rechtsanwalt). Il-parti trid tkun rappreżentata wkoll minn avukat fil-proċedimenti tal-appell riżultanti.

Id-deċiżjoni dwar il-kostijiet tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ appell dwar il-kostijiet (Kostenrekurs) anki jekk is-sentenza nnifisha ma tkunx kontestata. Appell bħal dan irid isir quddiem il-qorti li tkun qatgħet is-sentenza fi żmien 14-il jum min-notifika tas-sentenza.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Skont il-Kapitolu 548(5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tal-Awstrija, il-qorti tal-ewwel istanza b’ġurisdizzjoni għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tkun kompetenti wkoll għar-ritrattazzjoni stipulata fl-Artikolu 18 tar-Regolament.

Issir ritrattazzjoni biss jekk l-intimat jitlob rikors għaliha espressament. Ir-rikors tal-intimat irid jagħti raġunijiet plawżibbli għal tali ritrattazzjoni. Il-qorti tqis biss is-sottomissjonijiet imressqa mill-intimat. Il-qorti jkollha tikkonċedi seduta orali jekk tqis biss li din tkun meħtieġa.

Jekk, fl-opinjoni tal-qorti, ir-raġunijiet għal ritrattazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament ma japplikawx, din tiċħad ir-rikors f’konformità mal-Artikolu 18(3), u f’dak il-każ tibqa’ fis-seħħ is-sentenza oriġinali. Id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata fuq punt tal-liġi (Rekurs). Jekk, min-naħa l-oħra, ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ikunu japplikaw, jiġifieri, jekk il-qorti tqis li r-raġunijiet huma ġustifikati, din tiddikjara s-sentenza oriġinali nulla u bla effett. Id-deċiżjoni ma tistax tiġi kkontestata. Il-litigazzjoni terġa’ lura għall-istatus li kellha qabel ma ttieħed il-pass proċedurali ddikjarat null u bla effett. Matul il-proċedura ta’ ritrattazzjoni skont l-Artikolu 18, l-intimat jista’ japplika fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għal sospensjoni jew limitazzjoni tal-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 23.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-lingwa aċċettata skont l-Artikolu 21a(1) hija l-Ġermaniż.

Minn barra l-lingwa uffiċjali (il-Ġermaniż), iċ-ċittadini tal-Awstrija u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi li huma firmatarji tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jużaw l-Ungeriż quddiem il-qrati distrettwali ta’ Oberpullendorf u Oberwart, is-Sloven quddiem il-qrati distrettwali ta’ Ferlach, Eisenkappel u Bleiburg, u l-Kroat quddiem il-qrati distrettwali ta’ Eisenstadt, Güssing, Mattersburg, Neusiedl am See, Oberpullendorf u Oberwart.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni u għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23 huma l-qrati distrettwali. Il-ġurisdizzjoni ġeografika hija ddeterminata f’konformità mal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni tal-Awstrija (Exekutionsordnung).

L-aħħar aġġornament: 27/06/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.