- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti
- Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni
- Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika
- Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom
- L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi
- Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas
- Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell
- Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami
- Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati
- L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni
Sib informazzjoni għal kull reġjun
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti
Fil-Kroazja, il-qrati jew it-tribunali kompetenti li jagħtu sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma l-qrati muniċipali u kummerċjali.
Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni
Formoli, applikazzjonijiet jew dikjarazzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-miktub, bil-faks jew bl-email.
Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika
Skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali Bla Ħlas (Narodne novine (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja, Nru 143/13, 98/19 – https://narodne-novine.nn.hr/clanci/sluzbeni/2013_12_143_3064.html, għajnuna legali primarja tingħata minn uffiċċji, assoċjazzjonijiet professjonali u l-kliniki ġuridiċi.
L-għajnuna legali primarja tinkludi:
(a) informazzjoni legali ġenerali;
(b) konsulenza legali;
(c) it-tfassil ta’ sottomissjonijiet lil korpi rregolati mid-dritt pubbliku, mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u minn organizzazzjonijiet internazzjonali skont ftehimiet internazzjonali u r-regoli dwar it-tħaddim ta’ dawk il-korpi;
(d) ir-rappreżentanza fi proċedimenti quddiem korpi rregolati mid-dritt pubbliku;
(e) għajnuna legali f’soluzzjoni bonarja mhux bil-qorti.
Lista ta’ assoċjazzjonijiet professjonali u kliniki ġuridiċi li jipprovdu għajnuna legali primarja tinsab hawnhekk: https://mpu.gov.hr/istaknute-teme/besplatna-pravna-pomoc/ovlastene-udruge-i-pravne-klinike-za-pruzanje-primarne-pravne-pomoci/6190.
Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom
L-atti jiġu n-notifikati permezz tal-posta jew minn uffiċjal ġudizzjarju speċifiku, jiġifieri impjegat ta’ qorti, minn awtorità ġudizzjarja kompetenti jew nutar pubbliku jew direttament fil-qorti, jew permezz ta’ mezzi elettroniċi f’konformità ma’ att speċifiku.
L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi
Mhux applikabbli.
Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
It-tariffa tal-qorti hija bbażata fuq il-valur tar-rikors u hija imposta:
- għal dikjarazzjoni ta’ talba u għal kontrotalba;
- għal tweġiba għal talba;
- għal deċiżjoni dwar talba;
- għal appell minn sentenza;
- għal rikors għal eżekuzzjoni tas-sentenza;
- għal rikors għal ritrattazzjoni tas-sentenza.
Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, l-obbligu ta’ pagament tat-tariffa jfeġġ fil-waqt tal-preżentazzjoni tar-rikors, kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti.
It-tariffi tal-qorti huma kkalkulati għal kull operazzjoni individwali, skont il-valur tas-suġġett tat-tilwima, f’konformità mat-tabella segwenti:
Aktar minn | sa HRK | HRK |
0.00 | 3 000.00 | 100.00 |
3 000.00 | 6 000.00 | 200.00 |
6 000.00 | 9 000.00 | 300.00 |
9 000.00 | 12 000.00 | 400.00 |
12 000.00 | 15 000.00 | 500.00 |
Għal ammonti akbar minn HRK 15 000.00, għandha titħallas tariffa ta’ HRK 500.00, b’żieda ta’ 1 % tal-ammont ’il fuq minn HRK 15 000.00, sa massimu ta’ HRK 5 000.00. |
It-tariffi stabbiliti fit-Tabella tat-Tariffi tal-Qorti jitħallsu f’bolol tat-taxxa maħruġa mill-Kroazja, jew f’kontanti jekk l-ammont pagabbli jkun jaqbeż HRK 100.00 f’tariffi u jekk ikun stipulat li t-tariffa tista’ titħallas direttament fil-kont imsemmi aktar ’il fuq, irrispettivament mill-ammont tat-tariffa.
It-tariffi huma espressi f’termini assoluti f’HRK u bħala perċentwali.
Meta tkun ikkalkulata tariffa stipulata bħala perċentwal, il-bażi tat-tariffa tkun aġġustata ’l fuq sal-eqreb mija, sabiex tariffa sa massimu ta’ HRK 50.00 tkun aġġustata ’l isfel sal-anqas mija, filwaqt li tariffa ta’ aktar minn HRK 50.00 tkun aġġustata ’l fuq sal-ogħla mija.
Skont l-Artikolu 15a tar-Regolament Nru 861/2007, tariffa tal-qorti tista’ titħallas permezz ta’ trasferiment bankarju.
Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell
Sentenza tista’ tiġi appellata. L-appell għandu jsir quddiem il-qorti li tkun qatgħet is-sentenza fi żmien tmint ijiem mid-data li fiha tkun ġiet ippubblikata s-sentenza, iżda jekk is-sentenza tkun innotifikata lil klijent, il-perjodu jibda mid-data li fiha tkun ġiet innotifikata.
Deċiżjoni dwar appell minn sentenza fi proċedura għal talbiet żgħar issir minn imħallef wieħed f’qorti tat-tieni istanza.
Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami
Jekk intimat juri li hija plawżibbli l-eżistenza tal-prekundizzjonijiet għal ritrattazzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 861/2007, jiġi ppreżentat rikors għal ritrattazzjoni fl-għamla ta’ talba lill-qorti muniċipali jew kummerċjali kompetenti, li jista’ jiddikjara s-sentenza bħala null u bla effett, filwaqt li rikors sabiex jitreġġa’ lura status preċedenti jiġi ppreżentat lill-qorti jew lit-tribunal invokat tal-proċedimenti, li jista’ jreġġa’ lura wkoll il-proċedimenti għall-istat li kienu fih qabel ma nqatgħet is-sentenza.
Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati
Trid tiġi ppreżentata traduzzjoni għall-Kroat, iċċertifikata minn persuna kwalifikata f’wieħed mill-Istati Membri.
L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni
Bħala l-qorti inkarigata mill-eżekuzzjoni, hija qorti muniċipali li toħroġ deċiżjoni dwar rikorsi għal eżekuzzjoni. Il-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti tiġi ddeterminata f’konformità mar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni.
Deċiżjoni dwar sospensjoni jew limitazzjoni tal-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 861/2007 tittieħed minn qorti muniċipali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.